This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AP0498
European Parliament legislative resolution of 12 December 2012 on the proposal for a Council decision authorising enhanced cooperation in the area of the creation of financial transaction tax (COM(2012)0631 — C7-0396/2012 — 2012/0298(APP))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (COM(2012)0631 – C7-0396/2012 – 2012/0298(APP))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (COM(2012)0631 – C7-0396/2012 – 2012/0298(APP))
ĠU C 434, 23.12.2015, pp. 260–261
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/260 |
P7_TA(2012)0498
Kooperazzjoni msaħħa rigward it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (COM(2012)0631 – C7-0396/2012 – 2012/0298(APP))
(Approvazzjoni)
(2015/C 434/46)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (COM(2012)0631), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 329(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0396/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 74 g u l-Artikolu 81(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0396/2012), |
|
A. |
billi fit-28 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (TTF) u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE (1), |
|
B. |
billi dik il-proposta kienet ibbażata fuq l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jirrikjedi li jiġi kkonsultat il-Parlament u votazzjoni unanima fil-Kunsill, |
|
C. |
billi fil-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2012 dwar dik il-proposta, il-Parlament, filwaqt li jaġixxi bi qbil mal-proċedura ta' konsultazzjoni, approva l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata, |
|
D. |
billi malajr sar ċar li xi Stati Membri kellhom problemi speċifiċi li kienu jagħmluhielhom impossibbli li jaċċettaw id-direttiva proposta; |
|
E. |
billi diversi Stati Membri wrew li kienu lesti jikkunsidraw il-possibilità li jistabbilixxu sistema komuni ta' TFF fi ħdan il-qafas tal-kooperazzjoni msaħħa, |
|
F. |
billi iktar minn disa' Stat Membru wrew l-intenzjoni tagħhom li jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qasam tal-ħolqien ta' sistema komuni ta' TTF billi ressqu talba lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 329(1) tat-TFUE, billi l-Kummissjoni sussegwentement ippreżentat proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa, |
|
G. |
billi l-Parlament ivverifika l-osservanza tal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Trattat UE), |
|
H. |
billi l-Parlament, fil-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2012, iddikjara li l-TTF verament se tikseb l-objettivi tagħha jekk tiddaħħal fil-livell globali, u ssottolinja l-importanza tal-Unjoni biex tmexxi l-isforzi sabiex jintlaħaq ftehim dwar it-TTF fil-livell globali permezz tal-istabiliment ta' eżempju għall-introduzzjoni tat-TTF; billi l-kooperazzjoni mtejba x'aktarx ukoll li tagħti eżempju għall-introduzzjoni tat-TTF fil-livell globali, |
|
I. |
billi l-Parlament, fil-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2012, iddikjara li l-mudell għat-TTF propost mill-Kummissjoni se jkun bażi xierqa għall-implimentazzjoni fi ħdan grupp ta' Stati Membri jekk dawk jagħżlu li jimxu b'pass iktar imgħaġġel permezz tal-kooperazzjoni mtejba, |
|
J. |
billi l-Kummissjoni għandha tikkumplimenta l-valutazzjoni inizjali tal-impatt dwar l-introduzzjoni tat-TTF billi teżamina iktar l-impatt tat-TTF taħt il-kooperazzjoni mtejba fis-suq intern b'mod ġenerali, inklużi l-effetti għall-parteċipazzjoni u n-nuqqas ta' parteċipazzjoni tal-Istati Membri, u għandha tqis ir-riżultati tal-eżami meta tabbozza l-abbozz revedut ta' proposta tagħha, |
|
K. |
billi, skont l-Artikolu 20 tat-Trattat UE, minimu ta' disa' Stati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kooperazzjoni mtejba bejniethom fi ħdan il-qafas tal-kompetenzi mhux esklużivi tal-Unjoni, filwaqt li jużaw l-istituzzjonijiet tagħhom u jeżerċitaw dawk il-kompetenzi billi japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattati b'mod iktar konsistenti legalment, |
|
L. |
billi tali kooperazzjoni mtejba fir-rigward tat-TTF tista' tiqeis bħala li qed iżżid l-objettivi tal-Unjoni, tipproteġi l-interessi tagħha u ssaħħaħ il-proċess ta' integrazzjoni tagħha fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 20 tat-Trattat UE, |
|
M. |
billi r-rekwiżiti tal-Artikoli 326 sa 334 TFUE wkoll huma ssodisfati, |
|
N. |
billi l-kooperazzjoni msaħħa se tirrispetta d-drittijiet, il-kompetenzi u l-obbligi tal-Istati Membri mhux parteċipanti, sakemm il-possibilità li tinħoloq TTF armonizzata fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti ma taffettwa la l-abilità tal-Istati Membri mhux parteċipanti li jżommu jew idaħħlu tassazzjoni simili fil-livell nazzjonali, u lanqas il-kundizzjonijiet għall-ħolqien ta' tali taxxi fit-territorji tagħhom, |
|
O. |
billi l-Artikolu 328(1) tat-TFUE jipprevedi li l-kooperazzjoni msaħħa għandha tkun miftuħa f’kull mument għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw; billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa għandhom jippromwovu u jħeġġu, mill-bidu nett u fuq bażi kontinwa, il-parteċipazzjoni tal-ogħla numru ta’ Stati Membri possibbli, |
|
P. |
billi l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, għandha tiġi osservata, |
|
Q. |
billi l-approvazzjoni tal-Parlament fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni tikkonċerna l-kooperazzjoni mtejba u ma tiġġudikax minn qabel liema Stati Membri se jipparteċipaw, |
|
R. |
billi l-Artikolu 333(2) tat-TFUE jippermetti lil dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni mtejba li jadottaw deċiżjoni li tistipula li l-Kunsill se jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, iktar milli l-proċedura leġiżlattiva speċjali prevista fl-Artikolu 113 tat-TFUE, skont liema l-Parlmament sempliċiment jiġi kkonsultat, |
|
S. |
billi l-Kummissjoni għandha timmoniterja mill-qrib l-implimentazzjoni tat-TTF fir-rigward tal-Artikoli 326 u 327 tat-TFUE u għandha tirrapporta b'mod regolari lura lill-Parlament u lill-Kunsill, |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill, bla preġudizzju għal liema Stati Membri jipparteċipaw; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jadotta deċiżjoni b'konformità mal-Artikolu 333(3) tat-TFUE, li tistipula li, fir-rigward tal-proposta għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-kooperazzjoni mtejba fil-qasam tat-TTF skont l-Artikolu 113 tat-TFUE, se jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat- 12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 11).