This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AP0496
P7_TA(2012)0496 Introduction of noise-related operating restrictions at European Union airports ***I European Parliament legislative resolution of 12 December 2012 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on the establishment of rules and procedures with regard to the introduction of noise-related operating restrictions at Union airports within a Balanced Approach and repealing Directive 2002/30/EC (COM(2011)0828 — C7-0456/2011 — 2011/0398(COD)) P7_TC1-COD(2011)0398 Position of the European Parliament adopted at first reading on 12 December 2012 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2013 of the European Parliament and of the Council on the establishment of rules and procedures with regard to the introduction of noise-related operating restrictions at Union airports within a Balanced Approach and repealing Directive 2002/30/EC
P7_TA(2012)0496 L-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE (COM(2011)0828 – C7-0456/2011 – 2011/0398(COD)) P7_TC1-COD(2011)0398 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit 12 ta' Diċembru 2012 bil-ħsieb li jiġi adottat r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE
P7_TA(2012)0496 L-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE (COM(2011)0828 – C7-0456/2011 – 2011/0398(COD)) P7_TC1-COD(2011)0398 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit 12 ta' Diċembru 2012 bil-ħsieb li jiġi adottat r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE
ĠU C 434, 23.12.2015, pp. 245–258
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/245 |
P7_TA(2012)0496
L-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE (COM(2011)0828 – C7-0456/2011 – 2011/0398(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2015/C 434/44)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0828), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0456/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Franċiż, il-Bundesrat Ġermaniż u s-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv mhux konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tat-28 ta’ Marzu 2012 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta' Mejju 2012 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0372/2012), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirreferi l-kwistjoni għal darb’oħra lill-Parlament jekk hija għandha l-intenzjoni li temenda l-proposta tagħha sostanzjalment jew tissostitwiha b’test ieħor; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 173.
(2) ĠU C 277, 13.9.2012, p. 110.
P7_TC1-COD(2011)0398
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit 12 ta' Diċembru 2012 bil-ħsieb li jiġi adottat r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Għan ewlieni tal-politika komuni dwar it-trasport huwa l-iżvilupp sostenibbli. Dan jesiġi metodu integrat bl-għan li jiżgura kemm il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' trasport tal-Unjoni u l-ħarsien tal-ambjent. |
|
(2) |
L-iżvilupp sostenibbli tat-trasport bl-ajru jeħtieġ l-introduzzjoni ta' miżuri maħsuba biex jitnaqqas il-fastidju mill-istorbju l-istorbju tal-inġenji tal-ajru fl-ajruporti bi problemi partikolari ta' storbju u fl-inħawi tagħhom . Għadd kbir ta' ċittadini tal-Unjoni huma esposti għal livelli għolja ta' storbju li jistgħu jwasslu għal effetti negattivi fuq is-saħħa, b’mod partikolari fir-rigward ta' titjiriet bil-lejl. [Em. 1] |
|
(3) |
Wara t-tneħħija tal-inġenji tal-ajru li jagħmlu l-aktar storbju skont id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta 'Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss [storbju] fl-ajruporti tal-Komunità (4) u id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-regolament ta' l-operazzjoni ta' l-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (5), aġġornament ta’ miżuri ġodda huwa meħtieġ biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jindirizzaw l-inġenji tal-ajru li jagħmlu l-aktar storbju sabiex titjieb il-klima tal-istorbju fl-ajruporti fl-Unjoni fi ħdan il-qafas internazzjonali ta' Approċċ Bilanċjat ta' Ġestjoni tal-Istorbju. |
|
(4) |
Ir-Riżoluzzjoni A33/7 tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) tintroduċi l-kunċett ta' “Metodu Bilanċjat” għall-ġestjoni tal-istorbju u tistabbilixxi metodu koerenti li jindirizza l-istorbju mill-inġenji tal-ajru. L-“Approċċ Bilanċjat” tal-ICAO għandu jibqa' l-pedament tar-regolazzjoni tal-istorbju għall-avjazzjoni, bħala industrija globali. L-Approċċ Bilanċjat jirrikonoxxi l-valur ta' obbligi legali rilevanti, ftehimiet eżistenti, liġijiet attwali u poltiki stabbiliti u ma jippreġudikahomx. L-inkorporazzjoni tar-regoli internazzjonali tal-Approċċ Bilanċjat f'dan ir-Regolament għandha tnaqqas sostanzjalment ir-riskji ta' tilwim internazzjonali f'każ li trasportaturi ta' pajjiżi terzi jiġu affettwati minn restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju. |
|
(5). |
Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2008 intitolat 'Restrizzjonijiet Operattivi tal-Istorbju fl-Ajruporti tal-UE (Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/30/KE)' indika l-ħtieġa li tkun iċċarata, fit-test tad-Direttiva 2002/30/KE, l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u l-obbligi preċiżi u d-drittijiet tal-partijiet interessati matul il-proċess tal-valutazzjoni tal-istorbju sabiex jiġi ggarantit li jittieħdu miżuri kosteffikaċi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' tnaqqis tal-istorbju. |
|
(6) |
L-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi mill-Istati Membri fl-ajruporti tal-Unjoni abbażi ta' każijiet individwali, filwaqt li tillimita l-kapaċità, tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-klima tal-istorbju madwar l-ajruporti. Madankollu, hemm il-possibilità li jiġu introdotti distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jew xkiel għall-effiċjenza ġenerali tan-netwerk tal-avjazzjoni tal-Unjoni permezz tal-użu ineffiċjenti tal-kapaċità eżistenti. Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk ikunu aktar effettivament milħuqa fil-livell tal-Unjoni permezz ta' regoli armonizzati fuq l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi bħala parti mill-proċess ta' ġestjoni tal-istorbju, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. Tali metodu armonizzat ma jimponix miri għall-kwalità tal-istorbju, li jkomplu joħorġu mid-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (6) jew regoli oħra Ewropej, nazzjonali jew lokali, u ma jippreġudikax l-għażla konkreta ta' miżuri. |
|
(6a) |
Sabiex titnaqqas il-ħtieġa għal restrizzjonijiet operattivi, il-pjanijiet nazzjonali ta’ azzjoni msemmija fid-Direttiva 2002/49/KE għandhom, fil-futur immedjat, jinkludu l-adozzjoni ta’ miżuri kumplimentari għall-ġestjoni tal-istorbju estern tal-ajruporti, bħall-iżolament tad-djar kontra l-ħsejjes u pjanijiet għal barrieri ġenerali tal-istorbju. [Em. 2] |
|
(7) |
Filwaqt li valutazzjonijiet tal-istorbju għandhom iseħħu fuq bażi regolari, tali valutazzjonijiet għandhom iwasslu biss għal miżuri addizjonali ta' tnaqqis tal-istorbju jekk il-kombinazzjoni attwali tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju ma tilħaqx l-għanijiet tat-tnaqqis tal-istorbju. |
|
(8) |
Filwaqt li analiżi għan għat-tnaqqis tal-istorbju għandu jintgħażel billi jsir eżerċizzju kumparattiv tal-ispejjeż kollha u l-benefiċċji tipprovdi indikazzjoni tal-effetti totali fuq il-benesseri ekonomiku billi tqabbel l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha, valutazzjoni tal-kosteffikaċja tiffoka fuq il-kisba ta' għan stabbilit bl-aktar mod l-għodda għall-ilħuq ta' dak il-għan għandha tkun kosteffikaċi, u b'hekk teħieġ biss tqabbil tal-ispejjeż. filwaqt li jitqiesu l-aspetti tas-saħħa, ekonomiċi u soċjali. [Em. 4] |
|
(9) |
Sospensjoni tal-miżuri tal-mitigazzjoni tal-istorbju hija importanti biex jiġu evitati konsegwenzi mhux mixtieqa għas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-kapaċità tal-ajruporti u l-kompetizzjoni. Filwaqt li proċedura ta' appell kontra restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju jistgħu jikkonċernaw miri ta' tnaqqis tal-istorbju, metodi ta' valutazzjoni u għażla ta’ miżuri kosteffikaċi, l-appell ma jistax jissospendi l- Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tevalwa r-restrizzjonijiet operattivi proposti qabel implimentazzjoni tagħhom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għanda tkun kapaċi, ferm qabel l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri, li tuża d-dritt ta' skrutinju u tissospendi l-miżuri meqjusa li jipproduċu konsegwenzi mhux meħtieġa jew irriversibbli. Huwa rikonoxxut li s-sospensjoni għandha tkun għal perjodu limitat. [Em. 5] |
|
(9a) |
L-użu ta’ proċeduri operattivi approvati għat-tnaqqis tal-istorbju għandu jiżgura li s-sikurezza meħtieġa tat-titjira tinżamm billi jitqiesu l-fatturi kollha li jistgħu jolqtu operazzjoni partikolari. Il-miżuri operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju ma għandhomx jipprekludu jew jipprojbixxu l-miżuri ta’ sigurtà antiterroristiċi. [Em. 6] |
|
(10) |
Skont id-Direttiva 2002/49/KE, il-valutazzjonijiet tal-istorbju għandhom ikunu msejsa fuq informazzjoni eżistenti disponibbli u jiżguraw li din kriterji oġġettivi u li jistgħu jitkejlu li huma komuni għall-Istati Membri kollha . Dik l-informazzjoni hija għandha tkun affidabbli tinkiseb b’mod trasparenti, tkun kumparabbli u aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet għall-partijiet interessati kollha . Il-valutazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll il-monitoraġġ tal-iżviluppi teknoliġiċi l-aktar riċenti u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħħar sejbiet dwar il-proċeduri li għandhom jintużaw . L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-għodod ta' monitoraġġ u infurzar meħtieġa. Il-valutazzjonijiet tal-istorbju għandhom jitwettqu jew jiġu ssorveljati minn aġenziji esterni indipendenti mill-operatur tal-ajruport. [Em. 7] |
|
(11) |
Huwa rikonoxxut li l-Istati Membri ddeċidew dwar restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju skont leġiżlazzjoni nazzjonali msejsa fuq metodi marbuta mal-istorbju rikonoxxuti fuq livell nazzjonali, li jistgħu ma jkunux (għadhom) totalment konsistenti mal-metodu kif deskritt fid-Dokument 29 tar-Rapport awtorevoli tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) dwar il-“Metodu Standard ta’ Kkomputar ta' Profili tal-Istorbju madwar l-Ajruporti Ċivili” u lanqas jużaw informazjoni rikonoxxuta internazzjonalment dwar il-prestazzjoni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru. Madankollu, l-effiċjenza u l-effettività ta' restrizzjoni operattiva, flimkien mal-effiċjenza u l-effettività tal-pjan ta’ azzjoni rilevanti li r-restrizzjoni hija parti minnu, għandhom jiġu vvalutati skont il-metodi preskritti fid-Dok 29 tal-ECAC u l-Approċċ Bilanċjat tal-ICAO. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-valutazzjonijiet tagħhom tar-restrizzjonijiet operattivi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali biex ikun f'konformità sħiħa mad-Dok 29 tal-ECAC. |
|
(12) |
Ċentralizzazzjoni ta' informazzjoni dwar l-istorbju se tnaqqas sostanzjalment il-piż amministrattiv kemm għall-inġenji tal-ajru kif ukoll għall-operaturi tal-ajruporti. Tali informazzjoni hija attwalment ipprovduta u mmaniġġjata fuq il-livell individwali tal-ajruport. Din id-dejta jeħtiġilha titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom għal finijiet operattivi. Huwa importanti li wieħed juża l-bank tad-dejta tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-Aġenzija) li jikkonċerna ċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-istorbju bħala għodda ta' validazzjoni mad-dejta tal-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol) dwar titjiriet individwali. Tali dejta bħalissa hija diġà sistematikament mitluba għal finijiet ta’ ġestjoni ċentrali tal-fluss, iżda jeħtieġ li tiġa speċifikata għall-fini ta’ dan ir-Regolament u għar-regolazzjoni tal-prestazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Aċċess tajjeb għal dejta tal-immudellar ivvalidata għandu jtejjeb il-kwalità tal-immappjar ta' profili tal-istorbju ta' ajruporti individwali u l-immappjar strateġiku biex jiġu appoġġati deċiżjonijiet ta' politika. |
|
(13) |
Sabiex jiġi rifless il-progress teknoloġiku kontinwu fit-teknoloġiji tal-magni u l-oqfsa tal-inġenji tal-ajru u l-metodi użati għall-immappjar tal-profili tal-istorbju, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament regolari tal-metodu u r-rapport tekniku relatat mal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-istorbju f’ajruport. tal-istandards tal-istorbju għal inġenji tal-ajru msemmija f’dan ir-Regolament u r-referenza għal metodi ta' ċertifikazzjoni assoċjati; l-emendar tad-definizzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi u tal-inġenji tal-ajru ċivili skont dan, u l-aġġornar tar-referenza għall-metodu għall-komputazzjoni tal-profili tal-istorbju. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell espert. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 8] |
|
(13a) |
Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-affidabilità tal-ippjanar, restrizzjonijiet operattivi u deċiżjonijiet dwar it-tħaddim tal-ajruporti, inklużi deċiżjonijiet tal-qorti u r-riżultati ta’ proċessi ta’ medjazzjoni li diġà kienu introdotti jew kienu qed jiġu eżaminati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament iżda għandhom jiġu indirizzati skont ir-regoli eżistenti. [Em. 9] |
|
(16) |
Fid-dawl tal-ħtieġa ta' applikazzjoni konsistenti tal-metodu ta' valutazzjoni tal-istorbju fi ħdan is-suq tal-avjazzjoni tal-Unjoni, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tar-restrizzjonijiet operattivi tal-istorbju. Id-Direttiva 2002/30/KE għandha għaldaqstant tiġi revokata, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett, għanijiet u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli regoli dwar l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju b'mod konsistenti abbażi ta' ajurporti individwali u fejn tkun ġiet identifikata problema ta’ storbju sabiex jgħin fit-titjib tal-klima tal-istorbju u biex jillimita jew inaqqas l-għadd ta' persuni li jkunu affettwati b'mod sinifikanti mill-effetti ta' ħsara tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru, skont l-Approċċ Bilanċjat. [Em. 11]
2. L-għanijiet ta' dan ir-Regolament huma
|
(a) |
li tiġi ffaċilitata l-kisba ta' għanijiet speċifiċi ta' tnaqqis tal-istorbju ambjentali, kif stabbilit f'regoli tal-Unjoni, nazzjonali u jew lokali, u biex tiġi vvalutata l-interdipendenza tagħhom ma' għanijiet ambjentali oħra, inklużi aspetti relatati mas-saħħa , fil-livell ta' ajruporti individwali; u [Em. 12] |
|
(b) |
li tkun possibbli l-għażla tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju l-aktar kosteffikaċi b'kunsiderazzjoni tal-aspetti marbutin mas-saħħa, u dawk ekonomiċi u soċjali skont l-Approċċ Bilanċjat sabiex jintlaħaq l-iżvilupp sostenibbli tal-kapaċita tan-netwerk ta' ġestjoni tal-ajruporti u t-traffiku tal-ajru minn perspettiva gate-to-gate. [Em. 44 u 48] |
3. Dan ir-Regolament għandu japplika għal inġenji titjiriet tal-inġenji tal-ajru mħaddma fl-avjazzjoni ċivili. [Em. 14]
Ma għandux japplika għal inġenji titjiriet tal-inġenji tal-ajru fis-servizzi militari, doganali, tal-pulizija jew servizzi simili. [Em. 15]
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
|
(1) |
“Ajruport” tfisser ajruport li għandu movimenti ta' aktar minn 50 000 inġenju tal-ajru ċivili kull sena kalendarja (moviment ifisser it-tluq jew l-inżul), billi jitqies l-għadd medju ta' movimenti tal-aħħar tliet snin kalendarji qabel il-valutazzjoni tal-istorbju; |
|
(2) |
“Approċċ Bilanċjat” tfisser il-metodu il-proċess stabbilit mill-ICAO f'Volum 1, Taqsima V tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (Konvenzjoni ta' Chicago) li, skont din il-firxa ta’ miżuri disponibbli, partikolarment it-tnaqqis tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru mis-sors, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-art, il-proċeduri operattivi u r-restrizzjonijiet operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju, jitiqes b’mod konsistenti bl-għan li tiġi indirizzata l-problema tal-istorbju bl-aktar mod kosteffikaċi abbażi ta' ajurporti individwali. [Em. 45 u 49] |
|
(3) |
“Inġenji tal-ajru” tfisser inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi b'massa tat-tluq massima ċċertifikata ta' 34 000 kg jew aktar, jew b'akkomodazzjoni interna massima ċċertifikata għat-tip ta' inġenju tal-ajru inkwistjoni li tikkonsisti minn aktar minn 19-il passiġġier, minbarra kwalunkwe post riżervat għall-ekwipaġġ; |
|
(4) |
“Inġenji tal-ajru marġinalment konformi” tfisser inġenji tal-ajru ċivili li jissodisfaw li jkunu ċertifikati skont il-limiti ta' ċertifikazzjoni tal-Kapitolu 3 stipulati fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 3 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta' Chicago) b'marġni kumulattiva ta’ inqas minn 10EPNdB 8 EPNdB (Storbju Effettivament Ipperċepit f'Deċibels ) waqt perjodu tranżitorju ta’ erba’ snin wara … (7) u permezz ta’ marġni kumulattiva ta’ mhux aktar minn 10 EPNdB wara t-tmiem ta’ dak il-perjodu tranżitorju f'deċibel), fejn il-marġni kumulattiva hija ċ-ċifra espressa f'EPNdB miksuba billi jiġu magħduda l-marġini individwali (jiġifieri differenzi bejn il-livell ta' storbju ċċertifikat u l-livell massimu ta' storbju permess) f’kull wieħed mit-tliet punti ta' referenza għall-kejl tal-istorbju kif iddefinit fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 4 Kapitolu 3 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago; [Em. 17] |
|
(5) |
“Azzjoni relatata mal-istorbju” tfisser kwalunkwe miżura li jkollha impatt fuq il-klima tal-istorbju madwar l-ajruporti, li għaliha japplikaw il-prinċipji tal-Approċċ Bilanċjat tal-ICAO, inklużi azzjonijiet mhux operattivi oħra li jistgħu jaffettwaw l-għadd ta' nies esposti għall-istorbju tal-inġenji tal-ajru; |
|
(6) |
“Restrizzjonijiet operattivi” tfisser azzjoni relatata mal-istorbju li tillimita l-aċċess jew tnaqqas l-użu ottimali tal-kapaċità ta' ajruport, inklużi r-restrizzjonijiet operattivi mmirati għall-irtirar mill-operat ta' inġenji tal-ajru marġinalment konformi f'ajruporti speċifiċi kif ukoll restrizzjonijiet operattivi ta' natura parzjali, li jaffettwaw it-tħaddim ta' inġenji tal-ajru ċivili skont il-perjodu pereżempju japplikaw għal perjodu ta' żmien identifikat waqt il-jum jew għal ċerti runways biss fl-ajruport . [Em. 18] |
Artikolu 3
Awtoritajiet kompetenti u d-dritt ta’ appell
1. L-Istati Membri li fihom hemm ajruport għandhom jiddeżinjaw awtoritajiet awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għall-adozzjoni ta' miżuri dwar għas-segwitu tal-proċess tal-adozzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi, kif ukoll korp ta’ appell indipendenti , skont il-liġijiet u l-prassi nazzjonali
2. L-awtoritajiet kompetenti u l-korp ta' appell għandhom ikunu indipendenti minn kwalunkwe organizzazzjoni li tista' tiġi affettwata minn azzjoni relatata mal-istorbju.
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw fil-waqt xieraq lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati u l-korp ta' appell imsemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-dritt ta' appell kontra r-restrizzjonijiet operattivi adottati skont dan ir-Regolament quddiem il-korp ta' appell f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali. [Em. 19]
Artikolu 4
Regoli ġenerali dwar l-immaniġjar tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw Approċċ jimplimentaw l-Approċċ Bilanċjat fir-rigward tal-immaniġjar tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru, fuq bażi ta’ kull ajruport individwali, fi ħdan il-kamp tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament . Għal dan il-għan, huma għandhom, jivvalutaw is-sitwazzjoni tal-istorbju f’ajruport individwali skont tad-Direttiva 2002/49/KE, inklużi l-effetti dannużi għas-saħħa tal-bniedem. Fejn tiġi identifikata problema ta’ storbju, huma għandhom: [Em. 20]
|
(a) |
jivvalutaw is-sitwazzjoni tal-istorbju f'ajruport individwali; jiżguraw li l-objettiv għat-tnaqqis tal-istorbju għal dak l-ajruport ikun definit, b'kunsiderazzjoni, skont il-każ, tal-Artikolu 8 u l-Anness V tad-Direttiva 2002/49/KE; |
|
(b) |
jiddefinixxu l-mira għat-tnaqqis tal-istorbju ambjentali ; [Em.21] |
|
(c) |
jidentifikaw il-miżuri disponibbli biex inaqqsu l-impatt tal-istorbju; |
|
(d) |
jevalwaw l-kosteffikaċja iwettqu valutazzjoni formali u komprensiva tal-kosteffikaċja probabbli tal-miżuri disponibbli; [Em. 22] |
|
(e) |
jagħżlu l-miżuri; |
|
(f) |
jikkonsultaw il-partijiet interessati b'mod trasparenti dwar l-azzjonijiet previsti; |
|
(g) |
jiddeċiedu dwar il-miżuri u jipprovdu għal notifkazzjoni suffiċjenti; |
|
(h) |
jimplimentaw il-miżuri; u |
|
(i) |
jipprovdu għas-soluzzjoni tat-tilwim. |
2. L-Istati Membri għandhom iqisu, meta jieħdu azzjoni relatata mal-istorbju, il-kombinazzjoni li ġejja tal-miżuri disponibbli, bl-għan li jiddeterminaw l-aktar kombinazzjoni kosteffikaċi ta' miżuri:
|
(a) |
l-effett prevedibbli ta' tnaqqis tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru mis-sors; |
|
(b) |
l-ippjanar u l-ġestjoni tal-użu tal-art; |
|
(c) |
proċeduri operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju, inkluża l-gwida tar-rotot tat-tluq u l-inżul ; [Em. 23] |
|
(d) |
restrizzjonijiet operattivi, iżda mhux bħala l-ewwel soluzzjoni. |
Il-miżuri disponibbli jistgħu jinkludu l-irtirar ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi, jekk dan jitqies bħala meħtieġ. L-Istati Membri jistgħu joffru inċentivi ekonomiċi sabiex iħeġġu lill-operaturi ekonomiċi jużaw inġenji tal-ajru inqas storbjużi waqt il-perjodu tranżitorju msemmi fil-punt 4 tal-Artikolu 2. [Em. 24]
3. L-Istati Membri jistgħu, fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat, jagħmlu distinzjoni fil-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju skont it-tip ta' inġenju l-istorbju ġġenerat mill-inġenju tal-ajru, użu tar-runway, il-mogħdija tat-titjira u/jew qafas ta' żmien kopert. [Em. 25]
4. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3, restrizzjonijiet operattivi li jieħdu l-għamla ta’ rtirar ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi minn operazzjonijiet tal-ajruporti ma għandhomx jaffettwaw inġenji tal-ajru subsoniċi ċivili li jikkonformaw, permezz taċ-ċertifikazzjoni oriġinali jew taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid, mal-istandard tal-istorbju fil-Volum 1, Parti II, Kapitolu 4 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’Chicago.
5. Miżuri jew kombinazzjoni ta' miżuri meħuda skont dan ir-Regolament għal ajruport partikolari ma għandhomx ikunu aktar ristrettivi milli meħtieġ għandhom ikunu xierqa biex jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-istorbju ambjentali stabbilit għal dak l-ajruport. Restrizzjonijiet operattivi għandhom ikunu mhux diskriminatorji, partikolarment abbażi ta' nazzjonalità, identità jew attività tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru u m’għandhomx ikunu arbitrarji. [Em. 26]
6. Il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu għall-“Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali” dwar l-istorbju tat-traffiku tal-ajru, kif imsemmi fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/49/KE
6a. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri legali meħtieġa – malajr u mingħajr dewmien bla bżonn – għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. [Em. 27]
Artikolu 5
Regoli dwar il-valutazzjoni tal-istorbju
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw is-sitwazzjoni jiżguraw li s-sitwazzjoni tal-istorbju fl-ajruporti fit-territorju tagħhom li għalihom huma responsabbli tkun valutata fuq bażi regolari, skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2002/49/KE u r-regoli nazzjonali jew lokali. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu l-appoġġ tal-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u ta 'netwerk (8).
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-metodu, l-indikaturi u l-informazzjoni deskritti fl-Anness I għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali u futura tal-istorbju.
3. Meta l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-istorbju turi Jekk din il-valutazzjoni tindika li jistgħu jkunu meħtieġa miżuri operattivi ta' restrizzjoni ġodda huma meħtieġa biex jintlaħaq jew jinżamm l-livell tal-miri għat-tnaqqis tal-istorbju tiġi indirizzata problema rigward storbju f'ajruport , l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li.
|
(a) |
il-metodu, l-indikaturi u l-informazzjoni fl-Anness I jiġu applikati sabiex jiġi kkunsidrat kif xieraq il-kontribut ta’ kull tip ta’ miżura taħt l-Approċċ Bilanċjat , |
|
(b) |
fil-livell adegwat, tiġi stabbilita kooperazzjoni teknika bejn l-operaturi tal-ajruport, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru biex jiġu eżaminati miżuri għall-mitigazzjoni tal-istorbju . L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jiżguraw li jiġu kkonsultati r-residenti lokali, jew ir-rappreżentanti tagħhom, u l-awtoritajiet lokali relevanti, u li jingħataw informazzjoni teknika dwar il-miżuri għall-mitigazzjoni tal-istorbju, |
|
(c) |
il-kosteffikaċja ta’ kwalunkwe restrizzjoni operattiva ġdida hija evalwata, skont l-Anness II. Emendi tekniċi minuri għall-miżuri eżistenti mingħajr implikazzjonijiet sostantivi fuq il-kapaċità jew l-operazzjonijiet m'għandhomx jitqiesu bħala restrizzjonijiet operattivi ġodda. |
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, fil-livell xieraq, jiġi stabbilit forum għall-kooperazzjoni teknika bejn l-operatur tal-ajruport, l-operatur tal-inġenju tal-ajru u l-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, għal azzjonijiet li dawn l-operaturi huma responsabbli għalihom, u jqisu b'mod xieraq l-interdipendenza bejn miżuri li jimmitgaw l-istorbju u dawk biex inaqqsu l-emissjonijiet. Il-membri ta' dan il-forum għall-kooperazzjoni teknika għandhom jikkonsultaw regolarment lir-residenti lokali jew rappreżentanti tagħhom, u jipprovdu informazzjoni u konsulenza teknika dwar miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju lill-awtoritajiet kompetenti.
5. jivvalutaw il-kosteffikaċja tal-miżuri ġodda, kif imsemmi fil-paragrafu 3 skont l-Anness II. Emenda teknika minuri għall-miżuri eżistenti mingħajr implikazzjonijiet sostantivi fuq il-kapaċitajiet jew operat ma titqiesx bħala restrizzjoni operattiva ġdida.
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jorganizzaw
|
d) |
il-proċess konsultazzjoni mal-partijiet interessati huwa organizzat fil-waqt u b’mod sostantiv, filwaqt li jiżguraw il-ftuħ u t-trasparenza fir-rigward tad-dejta u l-metodoloġija ta' komputazzjoni. Il-partijiet interessati għandhom ikollhom mill-inqas tliet xhur qabel l-adozzjoni ta' miżuri tar-restrizzjonijiet operattivi ġodda biex jipprovdu kummenti. Il-partijiet interessati għandhom mill-inqas jinkludu:
|
7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni tal-istorbju u jieħdu azzjoni kif xieraq. Għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta fuq bażi regolari lir-residenti tkun disponibbli onlajn, biex residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti, u partijiet interessati oħra jista' jkollhom aċċess għall-informazzjoni mingħajr ħlas
L-informazzjoni relevanti għandha tinkludi:
|
(a) |
informazzjoni dwar il-ksur allegat minħabba devjazzjonjiet tar-rotta fir-rigward l-impatt ġenerat u r-raġunijiet ta' dik id-devjazzjoni; |
|
(b) |
il-kriterji użati għat-tqassim u l-ġestjoni tat-traffiku f'kull ajruport li jista' jkollhom impatt fuq l-ambjent jew impatt fuq l-istorbju. |
8. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ ajruporti jinstallaw sistemi kompjuterizzati għall-kejl tal-istorbju f’punti differenti qrib ir-rotot tat-titjir li jaffettwaw jew x'aktarx li se jaffetwaw il-popolazzjoni lokali. Id-data miġbura minn dawn is-sistemi għall-kejl tal-istorbju tista' tiġi kkonsultata fuq l-internet. [Em. 28]
Artikolu 6
Informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-istorbju
1. Deċiżjonijiet dwar restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju għandhom ikunu msejsa fuq il-prestazzjoni tal-istorbju tal-inġenji tal-ajru skont il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni mwettqa skont il-Volum 1 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-ħames edizzjoni ta' Lulju 2008.
2. Fuq talba tal-Kummissjoni, , u jekk l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ma jkollhiex diġà l-informazzjoni mitluba, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja dwar l-Istorbju fir-rigward tal-inġenji tal-ajru tagħhom li jużaw ajruporti fl-Unjoni:
|
(a) |
in-numru tad-denb tal-inġenji tal-ajru; |
|
(b) |
iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-istorbju jew ċertifikati tal-inġenji użati, flimkien mal-piż massimu attwali assoċjat għat-tluq; |
|
(c) |
kwalunkwe modifika tal-inġenji tal-ajru li tinfluwenza l-prestazzjoni tal-istorbju tagħhom, u li hija rreġistrata fiċ-ċertifikat tal-istorbju tagħhom . |
|
(d) |
informazzjoni dwar l-istorbju u l-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru għall-finijiet tal-immudellar tal-istorbju. |
Għal kull titjira bl-użu ta' ajruport tal-Unjoni, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jikkomunikaw iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-istorbju użat u n-numru tad-denb.
Kull darba li operatur jibdel iċ-ċertifikat tal-istorbju użat għal inġenju tal-ajru, għandu jinforma lill-Kummissjoni.
Id-dejta għandha tkun ipprovduta mingħajr ħlas, f’għamla elettronika u billi jintuża l-format speċifikat, fejn applikabbli. Il-Kummissjoni għandha terfa’ l-piż ta’ kwalunkwe spiża magħmula sabiex tiġi pprovduta dik id-dejta.
3. L-immudellar tal-istorbju fiż-żoni madwar l-ajruporti għandu jkun ibbażat fuq data dwar l-istorbju u l-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru pprovduta mill-manifattur u rakkomandata għall-użu mill-komunità internazzjonali u magħmula disponibbli permezz tal-ICAO. L-Aġenzija għandha tivverifika l-istorbju tal-inġenji tal-ajru u d-dejta tal-prestazzjoni għall-finijiet ta' immudellar skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (11). L-Aġenzija għandha tirreferi għall-proċess stabbilit tal-Grupp tal-Mudelli u l-Bażijiet tad-Dejta fi ħdan il-Kumitat tal-Avjazzjoni u l-Ħarsien Ambjentali tal-ICAO biex ikunu ddeterminati l-validità tad-dejta u l-aħjar prassi u tkun żgurata armonizzazzjoni kontinwa fost l-aġenziji internazzjonali li jiċċertifikaw li l-inġenji tal-ajru jkun fi stat tajjeb biex itiru
4. Id-dejta għandha tkun maħżuna f'bażi tad-dejta ċentrali u tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, operaturi tal-inġenji tal-ajru, fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-operaturi tal-ajruporti għal finijiet operattivi. [Em. 29]
Artikolu 7
Regoli fuq l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi
1. Qabel l-introduzzjoni ta' restrizzjoni operattiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu avviż ta' sitt tliet xhur, li jintemm qabel , u li tintemm mill-inqas xahrejn qabel id-determinazzjoni tal-parametri ta’ koordinazzjoni tal-islott kif iddefnit fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (12) għall-ajruport ikkonċernat għall-perjodu tal-iskedar rilevanti, lill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-partijiet interessati rilevanti.
2. Wara l-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5, in-notifikazzjoni tad-deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn rapport miktub li jispjega r-raġunijiet għall-introduzzjoni ta' restrizzjoni operattiva, il-mira ambjentali tat-tnaqqis tal-istorbju stabbilita għall-ajruport, il-miżuri li tqiesu biex tintlaħaq dik il-mira, u l-evalwazzjoni tal-kosteffikaċja probabbli tal-miżuri differenti meqjusa, inkluż, fejn rilevanti, l-impatt transfruntier tagħhom.
3. Fejn restrizzjoni operattiva tikkonċerna l-irtirar ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi minn ajruport, l-ebda servizzi ġodda ma għandhom ikunu permessi b'inġenji tal-ajru marġinalment konformi f'dak l-ajruport sitt xhur wara n-notifikazzjoni, li jintemmu mill-inqas xahrejn qabel ma jiġu determinati l-parametri ta’ koordinazzjoni tal-islotts skont il-paragrafu 1. . L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar ir-rata annwali għat-tneħħija ta' inġenji tal-ajru marġinalment konformi mill-flotta ta' operaturi affettwati f’dak l-ajruport, filwaqt li titiqies l-età tal-inġenju tal-ajru u il-kompożizzjoni tal-flotta totali. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 tal-Artikolu 4, din ir-rata ma għandhiex tkun iktar minn 20 % tal-flotta ta' dak l-operatur ta' inġenji tal-ajru li jkunu 25 % tal-movimenti u għandha tiġi applikata b’mod uniformi għal kull operatur affettwat b’referenza għan-numru ta’ movimenti tiegħu b’inġenji tal-ajru marġinalment konformi li jużaw dak l- f’dak ajruport.
4. Kwalunkwe appell kontra deċiżjonijiet dwar restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju għandu jiġi organizzati skont il-liġi nazzjonali. [Em. 30]
Artikolu 8
Nazzjonijiet li qed jiżviluppaw
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw l-inġenji tal-ajru marġinalment konformi reġistrati f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw minn restrizzjonijiet operattivi tal-istorbju sakemm tali mezzi tal-ajru:
|
(a) |
huma mogħtija ċertifikat tal-istorbju skont l-istandards speċifikati fil-Kapitolu 3, Volum 1 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago. |
|
(b) |
kienu jitħadmu fl-Unjoni matul perjodu ta' ħames snin li jippreċedi d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kienu fuq ir-reġistru tan-nazzjon li qed jiżviluppa konċernat u għadhom jiġu mħaddma minn persuna naturali jew legali stabbilita f'dak in-nazzjon. |
2. Fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1, huwa għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-eżenzjonijiet li jkun ta.
Artikolu 9
Eżenzjonijiet għall-operazzjonijiet ta' inġenji tal-ajru ta’ natura eċċezzjonali
Abbażi ta' każijiet individwali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw operazzjonijiet individwali ta' inġenji tal-ajru marġinalment konformi li ma setgħux isiru abbażi tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, f'ajruporti fit-territorju tagħhom.
L-eżenzjoni għandha tkun limitata għal:
|
(a) |
inġenji tal-ajru li t-tħaddim individwali tagħhom huwa ta' natura tant eċċezzjonali li ma jkunx raġonevoli li ma tingħatalhomx eżenzjoni temporanja; |
|
(b) |
inġenji tal-ajru fuq titjiriet li ma jiġġenerawx dħul għall-finijiet ta' alterazzjonijiet, tiswija jew manutenzjoni; |
|
(ba) |
inġenji tal-ajru fuq titjiriet operati għal finijiet umanitarji jew diplomatiċi. [Em. 31] |
Artikolu 10
Dritt ta' skrutinju
1. Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, u mingħajr ħsara għal proċedura pendenti ta' appell, il-Kummissjoni tista’ tiskrutinja d-deċiżjoni dwar f’perjodu ta’ xahrejn wara l-jum li fih tirċievi l-avviż, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), tevalwa l-proċess għall-introduzzjoni ta’ restrizzjoni operattiva, qabel l-implimentazzjoni tagħha relatata mal-istorbju . Fejn il-Kummissjoni ssib li d-deċiżjoni ma tirrispettax ir-rekwiżiti stipulati l-introduzzjoni ta’ restrizzjoni operattiva relatata mal-istorbju ma ssegwix il-proċess stipulat f’dan ir-Regolament, jew inkella tkun kontra l-liġi tal-Unjoni, tista' tissosspendi d-deċiżjoni. il-Kummissjoni tista’ tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti relevanti kif xieraq . L-awtoritajiet kompetenti relevanti jistgħu jikkunsidraw l-opinjoni tal-Kummissjoni.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li turi konformità ma’ dan ir-Regolament.
3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 13(2), parikolarment billi jitqiesu il-kriterji fl-Anness II, jekk l-awtorità kompetenti konċernata tistax tipproċedi bl-introduzzjoni ta' restrizzjoni operattiva. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Kunsill u l-Istat Membru kkonċernat.
4. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni innotifikat l-opinjoni tagħha fi żmien sitt xhur wara li tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, avviż, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), l-awtorità kompetenti tista' tapplika d-deċiżjoni prevista dwar restrizzjoni operattiva. [Em. 32]
Artikolu 11
Atti delegati
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 dwar:
|
(a) |
emendi tad-definizzjonijiet ta' inġenji tal-ajru fl-Artikolu 2, punt (3) u ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi fl-Artikolu 2, punt (4); [Em. 33] |
|
(b) |
emendi u aġġornamenti tal-istandards ta’ ċertifikazzjoni tal-istorbju previsti fl-Artikoli 4 u 8; u tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1); |
|
(c) |
emendi għall-metodu u r-rapport tekniku stabbiliti fl-Anness I. |
Artikolu 12
Eżerċitar tad-delega
1. Is-setgħat ta' adozzjoni ta' atti delegati huma kkonferiti lill-Kummissjoni suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. [Em. 34]
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifikazzjoni ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 13
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat istitwit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) .
Dan il-kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob hekk. [Em. 35]
Artikolu 14
Informazzjoni u reviżjoni
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fuq talba tagħha.
Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 14a
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Ir-restrizzjonijiet operattivi u d-deċiżjonijiet dwar it-tħaddim tal-ajruporti, inklużi d-deċiżjonijiet tal-qorti u r-riżultat ta’ proċessi ta’ medjazzjoni li ġew introdotti jew eżaminati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament. Fejn tapplika d-Direttiva 2002/30/KE għandhom jibqgħu soġġetti għaliha u fejn japplika, għar-regoli nazzjonali li jitrasponuha. Għalhekk l-effetti tad-Direttiva 2002/30/KE għandhom jinżammu għal miżuri bħal dawn. Emenda teknika minuri għall-miżura eżistenti mingħajr implikazzjonijiet sostantivi dwar il-kapaċità jew l-operazzjonijiet ma għandhiex titqies bħala restrizzjoni operattiva ġdida. [Em. 36]
Artikolu 15
Revoka
Id-Direttiva 2002/30/KE hija revokata b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 173.
(2) ĠU C 277, 13.9.2012, p. 110.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012.
(4) ĠU L 85, 28.3.2002, p. 40.
(5) ĠU L 374, 27.12.2006, p. 1.
(6) ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.
(7) Data tad-dħul fis-seħħ ta'dan ir-Regolament.
(10) ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1.
(11) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
(12) ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1.
(13) ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.
ANNESS I
Valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-istorbju f'ajruport
Metodoloġija:
|
1. |
L-awtoritajiet kompetenti se użaw metodi ta' valutazzjoni tal-istorbju li ġew żviluppati skont id-Dok 29 tar-Rapport tal-ECAC “Rapport dwar il-Metodu Standard ta' Kkomputar tal-Profili tal-Istorbju madwar l-Ajruporti Ċivili”, it-Tielet (3) Edizzjoni l-Anness II tad-Direttiva 2002/49/KE. [Em. 37]. |
Indikaturi:
|
1. |
L-impatt tal-istorbju tat-traffiku tal-ajru se jiġi deskritti, mill-inqas, f’termini tal-indikaturi Lden u Lnight li huma ddefiniti u kkalkulati skont l-Anness I għad-Direttiva 2002/49/KE. |
|
2. |
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw indikaturi tal-istorbju addizzjonali li jkollhom bażi xjentifika biex jirriflettu l-fastidju mill-istorbju tat-traffiku tal-ajru. |
Informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-istorbju:
1. Inventarju attwali
|
1.1. |
Deskrizzjoni tal-ajruport inkluża l-informazzjoni dwar id-daqs tiegħu, il-lok, l-inħawi madwaru, il-volum tat-traffiku tal-ajru u t-taħlita tiegħu. |
|
1.2. |
Deskrizzjoni tal-miri tas-sostenibbiltà ambjentali ta’ tnaqqis tal-istorbju għall-ajruport u l-kuntest nazzjonali. Din se tinkludi deskrizzjoni tal-miri għall-istorbju mill-inġenji tal-ajru għall-ajruport. [Em. 38] |
|
1.3. |
Id-dettalji tal-profili tal-istorbju għas-sena attwali u mill-inqas għas-sentejn u dawk preċedenti – inkluża valutazzjoni tal-għadd ta' nies affettwati mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru, , imwettqa skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III tad-Direttiva 2002/49/KE. [Em. 39] |
|
1.4. |
Deskrizzjoni tal-miżuri eżistenti u ppjanati biex jiġi mmaniġġjat l-istorbju tal-inġenji tal-ajru li diġà ġew implimentati fil-qafas tal-Approċċ Bilanċjat u l-impatt u l-kontribuzzjoni tagħhom għas-sitwazzjoni tal-istorbju, li se tinkludi: |
|
1.4.1. |
Għat-tnaqqis mis-sors:
|
|
1.4.2. |
Għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-użu tal-art:
|
|
1.4.3. |
Għal miżuri operattivi għat-tnaqqis tal-istorbju, safejn dawn il-miżuri ma jirrestrinġux il-kapaċità ta’ ajruport:
|
|
1.4.4. |
Għal restrizzjonijiet operattivi:
|
2. Tbassir mingħajr miżuri ġodda
|
2.1. |
Deskrizzjonijiet tal-iżviluppi fl-ajruporti (jekk ikun hemm) li diġà ġew approvati u ppjanat li jitwettqu, pereżempju, żieda fil-kapaċità, espansjoni tar-runways u/jew tat-terminals, previżjonijiet tal-inżul u tat-tluq, it-taħlita u t-taħlita futura tat-traffiku pproġettata u t-tkabbir stmat u studju dettaljat dwar l-impatt tal-istorbju fuq iż-żona tal-madwar kkaġunat mill-espansjoni tal-kapaċità, tar-runways jew tat-terminals, u mill-modifika tar-rotot tal-inżul u tat-tluq. [Em. 40] |
|
2.2. |
Fil-każ tal-estensjoni tal-kapaċità tal-ajruporti, il-benefiċċji li jirriżultaw jekk dik il-kapaċità addizzjonali titqiegħed għad-dispożizzjoni fi ħdan in-netwerk usa' tal-avjazzjoni u r-reġjun. |
|
2.3. |
Deskrizzjoni tal-effett fuq il-klima tal-istorbju mingħajr miżuri ulterjuri, u ta' dawk il-miżuri diġà ppjanati għat-titjib tal-impatt tal-istorbju fuq l-istess perjodu. |
|
2.4. |
Profili tal-istorbju mbassra – inkluża valutazzjoni tal-għadd ta' nies li x' aktarx ikunu affettwati mill-istorbju tal-inġenji tal-ajru – jagħmlu distinzjoni bejn iż-żoni residenzjali stabbiliti u ż-żoni iż-żoni residenzjali li jkunu għadhom kemm inbnew u ż-żoni residenzjali futuri ppjanati li diġà ngħataw l-awtorizzazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti. [Em. 41] |
|
2.5. |
Evalwazzjoni tal-konsegwenzi u l-ispejjeż possibbli talli ma titteħidx azzjoni sabiex jitnaqqas l-impatt ta' żieda fl-storbju – jekk tkun mistennija sseħħ. |
3. Valutazzjoni tal-miżuri addizzjonali
|
3.1. |
Skema tal-miżuri addizjonali disponibbli u indikazzjoni tar-raġunijiet ewlenin għall-għażla tagħhom. Deskrizzjoni ta' dawk il-miżuri magħżula għal analiżi ulterjuri u informazzjoni dwar l-eżitu tal-analiżi tal-kosteffikaċja, partikolarment l-ispiża tal-introduzzjoni ta' dawn il-miżuri; l-għadd ta' nies li mistennija jibbenefikaw u l-qafas ta' żmien; u klassifikazzjoni tal-effikaċja ġenerali ta' miżuri partikolari. [Em. 42] |
|
3.2. |
Ħarsa ġenerali lejn l-effetti ambjentali u kompetittivi possibli tal-miżuri proposti fuq ajruporti oħra, operaturi u l-partijiet interessati oħra. |
|
3.3. |
Raġunijiet għall-għażla tal-alternattiva ppreferuta. |
|
3.4. |
Sommarju mhux tekniku. |
ANNESS II
Valutazzjoni tal-kosteffikaċja ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju
Il-kosteffikaċja tar-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju se jiġu vvalutati filwaqt li se jitqiesu, b'mod xieraq, l-elementi li ġejjin, safejn hu possibbli, f'termini kwantifikabbli:
|
1) |
Il-benefiċċju antiċipat marbut mal-istorbju, inkluż il-benefiċċji għas-saħħa tal-miżuri previsti, issa u fil-futur; |
|
2) |
Is-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-avjazzjoni, inkluż ir-riskji għal partijiet terzi;2) Is-saħħa u s-sikurezza tar-residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruport; |
|
3) |
Kapaċità tal-ajruport;3) Is-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-avjazzjoni, inkluż ir-riskju għal partijiet terzi; |
|
4) |
Effetti fuq in-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni.4) Effetti diretti, indiretti u katalitiċi fuq l-impjiegi u l-ekonomija, inklużi effetti potenzjali fuq l-ekonomiji reġjonali; |
|
4a) |
L-impatt fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-ajruporti; |
|
4b) |
Kapaċità tal-ajruport; |
|
4c) |
Effetti fuq in-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni; |
|
4d) |
Is-sostenibbiltà ambjentali, inklużi l-interdipendenzi bejn l-istorbju u l-emissjonijiet. |
Barra minn hekk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu l-fatturi li ġejjin:
|
1) |
Is-saħħa u s-sikurezza tar-residenti lokali li jgħixu fl-inħawi tal-ajruport; |
|
2) |
Is-sostenibbiltà ambjentali, inkluż interdipendenzi bejn l-istorbju u l-emissjonijiet; |
|
3) |
Effetti diretti, indiretti u katalitiċi fuq l-impjiegi. [Em. 43] |