EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0440

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (riformulazzjoni) (11142/1/2012 – C7-0330/2012 – 2012/0033A(NLE))

ĠU C 419, 16.12.2015, p. 218–225 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/218


P7_TA(2012)0440

Migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) – (inkluż ir-Renju Unit u l-Irlanda) *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (riformulazzjoni) (11142/1/2012 – C7-0330/2012 – 2012/0033A(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2015/C 419/49)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (11142/1/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0330/2012),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 biex isir użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tal-12 ta' Ottubru 2012 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 87(3) tar-Regola ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 u l-Artikolu 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0368/2012),

A.

Billi, skont il-grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom;

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif adattat għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendat hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Abbozz ta' regolament

Premessa 6

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(6)

L-iżvilupp tas-SIS II għandu jitkompla u għandu jiġi ffinalizzat fil-qafas tal-iskeda globali tas-SIS II approvata mill-Kunsill fis-6 ta’ Ġunju 2008 u sussegwentement emendata f'Ottubru 2009 wara l-orjentazzjonijiet fil-Kunsill ĠAI tal-4 ta' Ġunju 2009.Il-verżjoni attwali tal-iskeda globali tas-SIS II ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew f' Ottubru 2010 .

(6)

L-iżvilupp tas-SIS II għandu jitkompla u għandu jiġi ffinalizzat mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2013 .

Emenda 2

Abbozz ta' regolament

Premessa 16

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(16)

Sabiex tappoġġja lill-Istati Membri jagħżlu l-aktar soluzzjoni teknika u finanzjarja favorevoli, il-Kummissjoni għandha tniedi mingħajr dewmien il-proċess ta’ adattament ta’ dan ir-Regolament billi tipproponi reġim legali għall-migrazzjoni li jirrifletti aħjar l-approċċ għall-migrazzjoni tekniku kif deskritt fil-Pjan ta’ Migrazzjoni tal-Proġett tas-SIS (il-Pjan ta’ Migrazzjoni) adottat mill-Kummissjoni wara vot pożittiv mill-Kumitat SIS-VIS fit-23 ta’ Frar 2011.

imħassar

Emenda 3

Abbozz ta' regolament

Premessa 17

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(17)

Il-Pjan ta’ Migrazzjoni jiddeskrivi li fi ħdan il-perjodu tal-bidla, l-Istati Membri kollha, konsekuttivament, se jwettqu l-bidla individwali tagħhom tal-applikazzjoni nazzjonali mis-SIS I fis-SIS II. Huwa xieraq mil-lat tekniku li dawk l-Istati Membri li jkunu qalbu jkunu kapaċi jużaw l-ambitu sħiħ tas-SIS II minn meta ssir il-bidla u ma jkollhomx jistennew sakemm l-Istati Membri l-oħra jaqilbu wkoll. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu applikati r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI minn mindu tibda l-bidla mill-ewwel Stat Membru. Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt il-perjodu tal-bidla għandu jinżamm l-iqsar possibbli, u ma għandux jeċċedi t-tnax-il siegħa. L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI ma twaqqafx lil dawk l-Istati Membri li jkunu għadhom ma qalbux jew li jkunu waqgħu lura għal raġunijiet tekniċi, milli jużaw is-SIS II limitata għal funzjonalitajiet tas-SIS 1+ matul il-perjodu ta' monitoraġġ intensiv. Sabiex jiġu applikati l-istess standards u kundizzjonijiet għat-twissijiet, l-ipproċessar tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġi applikat il-qafas ġuridiku tas-SIS II għall-attivitajiet operattivi tal-Istati Membri li għadhom ma għamlux il-bidla.

(17)

Huwa previst li fi ħdan il-perjodu tal-bidla, l-Istati Membri kollha, konsekuttivament, se jwettqu l-bidla individwali tagħhom tal-applikazzjoni nazzjonali mis-SIS I fis-SIS II. Huwa xieraq mil-lat tekniku li dawk l-Istati Membri li jkunu qalbu jkunu kapaċi jużaw l-ambitu sħiħ tas-SIS II minn meta ssir il-bidla u ma jkollhomx jistennew sakemm l-Istati Membri l-oħra jaqilbu wkoll. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu applikati r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI minn mindu tibda l-bidla mill-ewwel Stat Membru. Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt il-perjodu tal-bidla għandu jinżamm l-iqsar possibbli, u ma għandux jeċċedi t-tnax-il siegħa. L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI ma twaqqafx lil dawk l-Istati Membri li jkunu għadhom ma qalbux jew li jkunu waqgħu lura għal raġunijiet tekniċi, milli jużaw is-SIS II limitata għal funzjonalitajiet tas-SIS 1+ matul il-perjodu ta' monitoraġġ intensiv. Sabiex jiġu applikati l-istess standards u kundizzjonijiet għat-twissijiet, l-ipproċessar tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġi applikat il-qafas ġuridiku tas-SIS II għall-attivitajiet operattivi tal-Istati Membri li għadhom ma għamlux il-bidla.

Emenda 4

Abbozz ta' regolament

Premessa 19

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(19)

Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI jipprevedu li għas-SIS II Ċentrali għandha tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi kost-effettività. L-Anness għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-direzzjoni ulterjuri tas-SIS II tal-4-5 ta' Ġunju 2009 stabbilixxa miri importanti li għandhom jintlaħqu sabiex jitkompla l-proġett attwali tas-SIS II. B’mod parallel, twettaq studju dwar l-elaborazzjoni ta’ xenarju tekniku alternattiv għall-iżvilupp tas-SIS II abbażi tal-evoluzzjoni tas-SIS 1+ (SIS 1+ RE) bħala l-pjan ta’ kontinġenza, f’każ li t-testijiet juru nonkonformità mar-rekwiżiti tal-miri importanti. Abbażi ta’ dawn il-parametri, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jistieden lill-Kummissjoni biex taqleb għax-xenarju tekniku alternattiv.

(19)

Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI jipprevedu li għas-SIS II Ċentrali għandha tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi tal-kost-effettività. L-Anness għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-direzzjoni ulterjuri tas-SIS II tal-4-5 ta' Ġunju 2009 stabbilixxa miri importanti li għandhom jintlaħqu sabiex jitkompla l-proġett attwali tas-SIS II. B’mod parallel, twettaq studju dwar l-elaborazzjoni ta’ xenarju tekniku alternattiv għall-iżvilupp tas-SIS II abbażi tal-evoluzzjoni tas-SIS 1+ (SIS 1+ RE) bħala l-pjan ta’ kontinġenza, f’każ li t-testijiet juru nonkonformità mar-rekwiżiti tal-miri importanti. Abbażi ta’ dawn il-parametri, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jistieden lill-Kummissjoni biex taqleb għax-xenarju tekniku alternattiv. F'każ bħal dan il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex jiġi rivedut dan ir-Regolament.

Emenda 5

Abbozz ta' regolament

Premessa 31

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(31)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta hu responsabbli biex jissorvelja u jiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u huwa kompetenti li jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 kif ukoll tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta personali.

(31)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta hu responsabbli biex jissorvelja u jiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u huwa kompetenti li jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. L-Awtorità Superviżorja Konġunta hija responsabbli għas-superviżjoni tal-funzjoni ta' appoġġ tekniku tas-SIS 1+ attwali sakemm jidħol fis-seħħ il-qafas ġuridiku tas-SIS II. L-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali huma responsabbli għas-superviżjoni tal-ipproċessar tad-dejta tas-SIS 1+ fit-territorju tal-Istati Membri rispettivi tagħhom u se jibqgħu responsabbli għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta personali tas-SIS II fit-territorju tal-Istati Membri. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 kif ukoll tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta personali. Dan il-qafas ġuridiku tas-SIS II jipprevedi li l-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jiżguraw is-superviżjoni koordinata tas-SIS II.

Emenda 6

Abbozz ta' regolament

Premessa 43 a (ġdida)

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

 

(43a)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li fih qed jipparteċipaw il-Bulgarija u r-Rumanija skont l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen rigward is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (2),

Emenda 7

Abbozz ta' regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

6.   L-attivitajiet fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill.

6.   L-attivitajiet fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat fuq bażi regolari dwar dawn l-attivitajiet.

Emenda 8

Abbozz ta' regolament

Artikolu 11 – paragrafu - 1 (ġdid)

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

 

-1.     Qabel il-bidu tal-migrazzjoni, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li d-dejta personali kollha li għandha tkun suġġetta għal migrazzjoni fis-SIS II tkun preċiża, aġġornata u legali skont id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.

 

Kwalunkwe dejta li ma tkunx tista' tiġi vverifikata qabel il-bidu tal-migrazzjoni għandha tiġi vverifikata sa perjodu massimu ta' sitt xhur wara l-bidu tal-migrazzjoni.

Emenda 9

Abbozz ta' regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

1.   Għall-migrazzjoni mis-C.SIS għas-SIS II Ċentrali, Franza għandha tagħmel disponibbli l-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ u l-Kummissjoni għandha tintroduċi l-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ fis-SIS II Ċentrali. Dejta tal-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ msemmija fl-Artikolu 113 (2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen ma għandhiex tkun introdotta fis-SIS II Ċentrali .

1.   Għall-migrazzjoni mis-C.SIS għas-SIS II Ċentrali, Franza għandha tagħmel disponibbli l-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ u l-Kummissjoni għandha tintroduċi l-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ fis-SIS II Ċentrali. Dejta tal-bażi tad-dejta tas-SIS 1+ msemmija fl-Artikolu 113 (2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen ma għandhiex tkun introdotta fis-SIS II Ċentrali. Din id-dejta għandha titħassar mhux aktar tard minn xahar wara t-tmiem tal-perjodu intensiv ta' monitoraġġ.

Emenda 10

Abbozz ta' regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

3.   Il-migrazzjoni tas-sistema nazzjonali mis-SIS 1+ għas-SIS II tibda permezz tal-illowdjar tad-dejta tal-N.SIS II, meta dik l-N.SIS II għandu jkun fiha fajl tad-dejta, il-kopja nazzjonali, li tinkludi kopja kompluta jew parzjali tal-bażi tad-dejta tas-SIS II.

3.   Il-migrazzjoni tas-sistema nazzjonali mis-SIS 1+ għas-SIS II tibda permezz tal-illowdjar tad-dejta tal-N.SIS II, meta dik l-N.SIS II għandu jkun fiha fajl tad-dejta, il-kopja nazzjonali, li tinkludi kopja kompluta jew parzjali tal-bażi tad-dejta tas-SIS II. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali kollha mdaħħla fl-N.SIS II tkun preċiża, aġġornata u legali skont id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.

Emenda 11

Abbozz ta' regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

 

4a.     Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji responsabbli, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tlestija tal-migrazzjoni, partikolarment dwar il-bidla tal-Istati Membri għas-SIS II. Ir-rapport għandu jikkonferma jekk il-migrazzjoni, u b'mod partikolari l-bidla, sarux f'konformità sħiħa ma' dan ir-Regolament fuq il-livell ċentrali kif ukoll dak nazzjonali, u għandu jikkonferma li l-ipproċessar tad-dejta personali matul il-migrazzjoni kollha kien konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (3).

Emenda 12

Abbozz ta' regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4b (ġdid)

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

 

4b.     Xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta' monitoraġġ intensiv, il-bażi ta' dejta SIS 1+, id-dejta kollha fil-bażi ta' dejta SIS 1+, irrispettivament mill-mezz li tkun maħżuna fuqu u l-post fejn tkun tinsab, is-C.SIS, l-N.SIS tal-Istati Membri u kwalunkwe kopja tagħhom għandhom jitħassru b'mod definittiv.

Emenda 13

Abbozz ta' regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Migrazzjoni tal-uffiċċji SIRENE

 

Il-migrazzjoni tal-uffiċċji SIRENE għan-netwerk S-TESTA għandha sseħħ b'mod parallel mal-bidla msemmija fl-Artikolu 11(3) u għandha tintemm immedjatament wara l-bidla.

Emenda 14

Abbozz ta' regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

Mill-bidla tal-ewwel Stat Membru mill-N.SIS għall-N.SIS II, kif imsemmija fit-tieni subġaragrafu tal-Artikolu 11 (3) ta’ dan ir-Regolament, id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI għandha tapplika.

Mill-bidla b'suċċess tal-ewwel Stat Membru mill-N.SIS għall-N.SIS II, kif imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11 (3) ta' dan ir-Regolament, id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI għandha tapplika.

Emenda 15

Abbozz ta' regolament

Artikolu 15 – paragrafu - 1 (ġdid)

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

 

-1.     Minbarra r-reġistrazzjoni ta' tiftix awtomatizzat, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li, matul il-migrazzjoni skont dan ir-Regolament, ir-regoli applikabbli tal-protezzjoni tad-dejta jkunu rispettati għalkollox u li l-kompiti speċifikati fl-Artikolu 3(f) u fl-Artikolu 11 jiġu rreġistrati kif xieraq fis-SIS II Ċentrali. Ir-reġistrazzjoni ta' dawn l-attivitajiet għandha, b'mod partikolari, tiżgura l-integrità u l-legalità tad-dejta matul il-migrazzjoni u l-bidla għas-SIS II.

Emenda 16

Abbozz ta' regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

4.   Ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, id-data u l-ħin tad-dejta trażmessa, id-dejta użata biex isiru tfittxijiet, ir-referenza għad-dejta trasmessa u l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta.

4.   Ir-reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, id-data u l-ħin tad-dejta trażmessa, id-dejta użata biex isiru tfittxijiet, ir-referenza għad-dejta trasmessa u l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta u l-isem tal-utent aħħari .

Emenda 17

Abbozz ta' regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

5.   Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru mhux qabel sena u mhux iktar tard minn tliet snin wara li jkunu nħolqu.

(ma taffetwax il-verżjoni Maltija)

Emenda 18

Abbozz ta' regolament

Artikolu 15 – paragrafu 7

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

7.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontroll dwar jekk it-tfittxija tkunx skont il-liġi jew le, mill-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar ta’ dejta, mill-awtomonitoraġġ u biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-SIS II Ċentrali, l-integrità u s-sigurtà tad-dejta, għandu jkollhom aċċess, sal-limiti tal-kompetenzi tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawk ir-reġistri bil-għan li jaqdu l-kompiti tagħhom.

7.   L-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 60(1) u fl-Artikolu 61(1) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI responsabbli mill-kontroll dwar jekk it-tfittxija tkunx skont il-liġi jew le, mill-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar ta' dejta, mill-awtomonitoraġġ u biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-SIS II Ċentrali, l-integrità u s-sigurtà tad-dejta, għandu jkollhom aċċess , skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, sal-limiti tal-kompetenzi tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawk ir-reġistri bil-għan li jaqdu l-kompiti tagħhom.

Emenda 19

Abbozz ta' regolament

Artikolu 15 – paragrafu 7a (ġdid)

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

 

7a.     L-awtoritajiet kollha tal-protezzjoni tad-dejta b'responsabilità jew għas-SIS 1+ jew għas-SIS II għandhom ikunu involuti mill-qrib fil-fażijiet kollha tal-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II.

Emenda 20

Abbozz ta' regolament

Artikolu 19

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sal-aħħar ta’ kull perijodu ta’ sitt xhur, u għall-ewwel darba sal-aħħar tal-ewwel perijodu ta’ sitt xhur tal-2009, rapport ta’ progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tas-SIS II u l-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sal-aħħar ta' kull perjodu ta' sitt xhur, u għall-ewwel darba sal-aħħar tal-ewwel perijodu ta' sitt xhur tal-2009, rapport ta' progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tas-SIS II u l-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II. Il-Kummissjoni għandha tinforma l-Parlament Ewropew dwar ir-riżultati tat-testijiet imsemmija fl-Artikoli 8, 9 u 10.

Emenda 21

Abbozz ta' regolament

Artikolu 21

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiskadi hekk kif tintemm il-migrazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 11(3), it-tielet subparagrafu. Jekk dik id-data ma tkunx tista' tiġi rispettata minħabba diffikultajiet tekniċi pendenti relatati mal-proċess ta' migrazzjoni, huwa għandu jiskadi f’data li trid tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi konformement mal-Artikolu 71 (2) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiskadi hekk kif tintemm il-migrazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 11(3), it-tielet subparagrafu. Jekk dik id-data ma tkunx tista' tiġi rispettata minħabba diffikultajiet tekniċi pendenti relatati mal-proċess ta' migrazzjoni, huwa għandu jiskadi f'data li trid tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi konformement mal-Artikolu 71 (2) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI u f'kull każ sat-30 ta' Ġunju 2013 .


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17.

(3)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


Top