Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0414

P7_TA(2012)0414 Miżuri temporanji speċjali għar-reklutaġġ ta' uffiċjali u ta' aġenti temporanji mal-Unjoni Ewropea ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi, fl-okkażjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja, miżuri temporanji speċjali għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali u ta' aġenti temporanji mal-Unjoni Ewropea (COM(2012)0377 – C7-0216/2012 – 2012/0224(COD) P7_TC1-COD(2012)0224 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi, fl-okkażjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, miżuri temporanji speċjali għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali u ta' aġenti temporanji tal-Unjoni

ĠU C 419, 16.12.2015, pp. 205–206 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/205


P7_TA(2012)0414

Miżuri temporanji speċjali għar-reklutaġġ ta' uffiċjali u ta' aġenti temporanji mal-Unjoni Ewropea ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi, fl-okkażjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja, miżuri temporanji speċjali għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali u ta' aġenti temporanji mal-Unjoni Ewropea (COM(2012)0377 – C7-0216/2012 – 2012/0224(COD)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2015/C 419/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0377),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0216/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Novembru 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-23 ta' Ottubru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tal-31 ta' Ottubru 2012 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0359/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P7_TC1-COD(2012)0224

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi, fl-okkażjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, miżuri temporanji speċjali għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali u ta' aġenti temporanji tal-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1216/2012.)


Top