Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 52012AP0283
System of financing by the European Agricultural Guarantee Fund ***I European Parliament legislative resolution of 4 July 2012 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Council Regulation (EC) No 485/2008 on scrutiny by Member States of transactions forming part of the system of financing by the European Agricultural Guarantee Fund (COM(2010)0761 – C7-0002/2011 – 2010/0366(COD))#P7_TC1-COD(2010)0366 Position of the European Parliament adopted at first reading on 4 July 2012 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2012 of the European Parliament and of the Council amending Council Regulation (EC) No 485/2008 on scrutiny by Member States of transactions forming part of the system of financing by the European Agricultural Guarantee Fund
Is-sistema ta' finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (COM(2010)0761 – C7-0002/2011 – 2010/0366(COD))
P7_TC1-COD(2010)0366 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija
Is-sistema ta' finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (COM(2010)0761 – C7-0002/2011 – 2010/0366(COD))
P7_TC1-COD(2010)0366 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija
ĠU C 349E, 29.11.2013г., стр. 545—549
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
29.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 349/545 |
L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
Is-sistema ta' finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija ***I
P7_TA(2012)0283
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (COM(2010)0761 – C7-0002/2011 – 2010/0366(COD))
2013/C 349 E/28
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0761), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0002/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2011 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0204/2011), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 126.
L-Erbgħa 4 ta' Lulju 2012
P7_TC1-COD(2010)0366
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 (3) jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 485/2008 għandhom jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta Bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tar-reġim stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 485/2008, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 485/2008. L-elementi li għalihom tista’ tkun eżerċitata dik is-setgħa għandhom ikunu definiti, flimkien mal-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun suġġetta dik id-delega dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi ddelegat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ miżuri, li min-natura tagħhom ma humiex adattati għall-kontroll ex-post permezz tal-iskrutinju ta' dokumenti kummerċjali, li dan ir-Regolament ma għandux japplika għalih . Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill . [Em. 1] |
|
(4) |
Sabiex tiggarantixxi applikazzjoni jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 485/2008 fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. B'mod partikolari l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta regoli uniformi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni bl-għajnuna tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli stabbilit permezz tal-Artikolu 41d(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (4) f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar …[għandu jitlesta wara l-adozzjoni tar-regolament dwar il-mekkaniżmi tal-kontroll, kif jissemma fl-Artikolu 291(3) tat-TFUE, li fil-preżent huwa s-suġġett ta' diskussjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill] , is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (5) . [Em. 2] |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 485/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 485/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl- L- Artikolu 1, paragrafu 2, it-tieni sentenza tinbidel jinbidel b'dan li ġej: " 2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-miżuri koperti mis-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll li taqa’ taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad- 19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa (6). „Sabiex jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dawk il-miżuri li min-natura tagħhom mhumiex adattati għall-kontroll ex-post permezz ta' skrutinju ta' dokumenti kummerċjali, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti delegati f'konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli Artikolu 13a, 13b u 13c ta' dan ir-Regolament, tistabbilixxi lista ta' miżuri oħrajn li għalihom dan ir-Regolament ma japplikax. [Em. 3]. |
|
(2) |
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 13 għandu jitħassar. |
|
(4) |
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: "Artikolu 13a 1. Is-setgħat Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinit suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu . 2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn … (7). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, kemm-il darba l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak li fih tiġi ppubblikata d-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà huma fis-seħħ. 4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament u l-anqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li huma m’humiex se jġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 4] Artikolu 13b Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 13a tista’ tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna għal deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi rrevokata d-delega ta’ setgħa, għandha tagħmel li tista’ biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 5] Artikolu 13c Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat f’perjodu ta’ żmien ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jkun estiż b’xahar. Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu sabu oġġezzjoni għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li ssib oġġezzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat. [Em. 6] Artikolu 13d Il-Kummissjoni, għandha, fejn meħtieġ, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tadotta d-dispożizzjonijiet li jimmiraw għal kisba ta' applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni, b'mod partikolari tadotta d-dispożizzjonijiet speċifiċi f'rabta ma' dan li ġej:
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13e(2). [Em. 7] Artikolu 13e 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għall-Fondi Agrikoli stabbilit mill-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (8). Dak il-kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 8]. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 126.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012.
(4) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1 .
(6) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16. "
|
+ |
Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |