This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XC0414(03)
Information notice — Public consultation — Geographical indications from Croatia
Avviż ta' informazzjoni – Konsultazzjoni pubblika – Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Kroazja
Avviż ta' informazzjoni – Konsultazzjoni pubblika – Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Kroazja
ĠU C 116, 14.4.2011, p. 12–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/12 |
AVVIŻ TA' INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Kroazja
2011/C 116/07
Bħalissa jinsabu għaddejjin in-negozjati ta’ adeżjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja inklużi dwar il-Protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-inbejjed, tal-inbejjed aromatizzati u tax-xorb alkoħoliku. F’dan il-kuntest, qed tiġi kkunsidrata l-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea, bħala indikazzjonijiet ġeografiċi, għall-ismijiet imniżżlin hawn taħt.
Ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet mitluba mill-Kroazja fit-Trattat tal-Adeżjoni tista’ ssir biss wara li tkun saret proċedura ta’ eżami u oġġezzjoni. Għal dawn l-ismijiet il-protezzjoni tingħata fid-data tal-adeżjoni, u limitata għal perjodu tranżizzjonali li fih il-Kroazja għandha tressaq il-fajls kompluti.
Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew lil kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, biex toġġezzjona għal din il-protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata b'mod xieraq.
Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz tal-posta elettronika: AGRI-B2@ec.europa.eu
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni se jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk ikunu juru li l-protezzjoni tal-isem propost tkun:
(1) |
kompletament jew parzjalment omonima ma’ isem diġà protett fl-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (1) li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid (2) u r-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż (xorb alkoħoliku); jew stipulat fil-ftehimiet li l-Unjoni Ewropea kkonkludiet ma' wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
|
(2) |
minħabba r-reputazzjoni u l-fama tat-trejdmark u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, jista’ jagħti l-każ li hija tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott; |
Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati skont it-territorju tal-Unjoni Ewropea, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferu biss għat-territorju jew it-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni eventwali ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea tiddependi fuq il-konklużjoni b’suċċess ta’ dawn in-negozjati u fuq l-att legali sussegwenti.
Lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbejjed, l-inbejjed aromatizzati u x-xorb alkoħoliku (17)
Il-kategorija tal-prodott |
L-isem kif irreġistrat fil-Kroazja |
Nbid |
Dalmatinska zagora |
Nbid |
Dingač |
Nbid |
Hrvatsko primorje |
Nbid |
Istočna kontinentalna Hrvatska |
Nbid |
Hrvatska Istra |
Nbid |
Moslavina |
Nbid |
Plešivica |
Nbid |
Podunavlje |
Nbid |
Pokuplje |
Nbid |
Prigorje-Bilogora |
Nbid |
Primorska Hrvatska |
Nbid |
Sjeverna Dalmacija |
Nbid |
Slavonija |
Nbid |
Srednja i Južna Dalmacija |
Nbid |
Zagorje – Međimurje |
Nbid |
Zapadna kontinentalna Hrvatska |
Nbid aromatizzat |
Samoborski Bermet |
Xorb alkoħoliku |
Hrvatska loza |
Xorb alkoħoliku |
Hrvatska travarica |
Xorb alkoħoliku |
Hrvatska stara šljivovica |
Xorb alkoħoliku |
Slavonska šljivovica |
Xorb alkoħoliku |
Pelinkovac |
Xorb alkoħoliku |
Zadarski maraschino |
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.
(3) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.
(6) ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10.
(8) ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1.
(9) ĠU L 342, 27.12.2001, p. 6.
(10) ĠU L 152, 11.6.1997, p. 15.
(11) ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1.
(12) ĠU L 28, 30.1.2010, p. 1.
(13) ĠU L 28, 30.1.2002, p. 3.
(14) ĠU L 28, 30.1.2002, p. 112.
(15) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.
(16) ĠU L 87, 24.3.2006, p. 1.
(17) Il-lista kif inhi stabbilita mill-Awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kroazja Abbażi tal-Ordinanza dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbejjed ippubblikati fil-OG 141/10 u fil-OG 31/11, tal-inbejjed aromatizzati fil-OG 14/11 u tax-xorb alkolħoliku fil-OG 61/09 u 141/09.