EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0697

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEWskont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropeadwar il-pożizzjoni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona ta’ Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran)

/* KUMM/2011/0697 finali - 2009/0129 (COD) */

52011DC0697

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEWskont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropeadwar il-pożizzjoni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona ta’ Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran) /* KUMM/2011/0697 finali - 2009/0129 (COD) */


2009/0129 (COD)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar

il-pożizzjoni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona ta’ Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran)

1. SFOND

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (id-dokument COM(2009) 477 finali – 2009/0129 COD): | 16.09.2009. |

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 17.03.2010. |

Id-data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 08.03.2011. |

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | 29.03.2011. |

Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: | 20.10.2011. |

2. GħAN TAL-PROPOSTA MILL-KUMMISSJONI

L-għan tal-proposta huwa li fil-liġi tal-UE jiġu trasposti rakkomandazzjonijiet adottati fil-qafas tal-Ftehim għat-twaqqif tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) u li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1967/2006. Dawn il-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u ġestjoni diġà jinsabu fis-seħħ u jorbtu lill-UE u lill-Istati Membri. Madanakollu, it-traspożizzjoni hija meħtieġa sabiex dawn il-miżuri internazzjonali jkunu applikabbli għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi fil-livell tal-UE u biex jiżguraw iċ-ċertezza legali għal dik il-fini.

3. KUMMENTI DWAR IL-POżIZZJONI TAL-KUNSILL

3.1. Kummenti ġenerali dwar il-Pożizzjoni tal-Kunsill:

Il-Kummissjoni taqbel li t-traspożizzjoni tar-rakkomandazzjonijiet il-ġodda tal-GFCM għandha tkun soġġetta għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja iżda dejjem ħadet il-pożizzjoni li l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħat iddelegati biex tittrasponi fil-liġi tal-UE tal-anqas l-emendi għall-miżuri kollha eżistenti. Il-pożizzjoni tal-Kunsill hija pass sinifikanti lejn il-pożizzjoni oriġinali tal-Kummissjoni, għalkemm ma tikkorrispondix bis-sħiħ ma’ din il-pożizzjoni. Sabiex jiġi evitat dewmien ulterjuri fit-traspożizzjoni tal-miżuri li jorbtu tal-GFCM fil-liġi tal-UE li għandha tirriżulta mit-tieni qari fit-tul, tista’ tiġi appoġġjata l-pożizzjoni tal-Kunsill.

3.2. Emendi magħmula mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari:

– integrati fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwwel qari: 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 40, 45, 46, 50, 51 u 52.

– mhux integrati fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwwel qari: 41, 42, 43 u 44 relatati mad-delega; 26 relatata mal-ewwel skadenza għat-trażmissjoni tal-lista ta’ bastimenti tat-tkarkir demersali fil-Baħar l-Iswed; 47 u 13 relatati mal-premessi dwar l-atti ta’ implimentazzjoni u l-atti ddelegati rispettivament; 48 u 49 relati mal-atti ta’ implimentazzjoni.

Fit-tħejjija tal-Pożizzjoni Komuni tiegħu, il-Kunsill adotta dawk l-emendi kollha tal-Parlament li ma kienx hemm problemi dwarhom u għamel it-tibdiliet addizzjonali biex jirriflettu l-eżitu tat-trilogu tal-21 ta’ Ġunju 2011. Is-servizzi legali u l-ġuristi lingwisti taż-żewġ istituzzjonijiet ingħataw il-mandat li jagħmlu l-aġġustamenti kollha rilevanti għat-test. Għaldaqstant, id-dokument finali jirrappreżenta l-proposta modifikata tal-Kummissjoni wara qbil dwar emendi mal-Parlament u l-integrazzjoni tal-eżitu tat-trilogu dwar dawk il-kwistjonijiet sensittivi.

3.3. Dispożizzjonijiet ġodda introdotti mill-pożizzjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni f’dan ir-rigward:

Wara t-talba tal-Presidenza, il-Kummissjoni identifikat lista ta’ Artikoli xierqa għall-atti ta’ implimentazzjoni: l-Artikolu 9 (l-informazzjoni – rapport dwar l-attivitajiet tas-sajd), l-Artikolu 12(4) u (6) (dwar l-istaġuni magħluqa), l-Artikolu 14 (il-ġbir tad-dejta), l-Artikolu 15(3) (dwar id-daqs minimu tal-malji fil-Baħar l-Iswed), l-Artikolu 23 (il-kooperazzjoni u l-informazzjoni) u l-Artikolu 24(4) (matriċi statistiċi). Din il-lista kienet ikkomunikata matul il-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2011. Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal din il-lista matul it-tielet trilogu informali tal-21 ta’ Ġunju 2011.

Fil-pożizzjoni attwali tiegħu, il-Kunsill introduċa dawk l-ispeċifikazzjonijiet li dwarhom il-Kummissjoni ma sabet l-ebda oġġezzjoni.

Tibdiliet żgħar oħrajn huma r-riżultat tal-fatt li t-test ġie rivedut mill-esperti lingwistiċi legali u ġie allinjat mal-bidliet introdotti fit-Trattat ta’ Lisbona, għall-kliem standard ibbażat fuq ir-Regolament il-ġdid dwar il-Komitoloġija (UE) Nru 182/2011 u l-Ftehim Komuni dwar l-Atti Ddelegati. Il-premessi huma adattati għall-kontenuti finali tad-dispożizzjonijiet operattivi tal-Proposta.

Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda oġġezzjoni għal dawn it-tibdiliet.

3.4. Problemi li nqalgħu fl-adozzjoni tal-pożizzjoni fl-ewwel qari u l-pożizzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward:

Il-proposta tal-Kummissjoni kienet ippreparata u ppreżentata qabel daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet dwar il-komitoloġija kellhom jiġu adattati għat-Trattat ta’ Lisbona billi kienu previsti l-atti ta’ implimentazzjoni u dwak iddelegati skont l-Artikoli 291 u 290 tat-TFUE. Dan wassal għal diskussjonijiet twal. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward dejjem kienet li s-setgħat iddelegati għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għall-finijiet tat-traspożizzjoni fil-liġi tal-UE tal-inqas tal-emendi tal-miżuri kollha eżistenti.

4. KONKLUżJONI

Il-Kummissjoni tista’ taqbel mal-pożizzjoni tal-Kunsill li hija r-riżultat tad-diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew, bil-għan li r-Regolament ikun adattat kmieni. Madanakollu, il-Kummissjoni hija mħassba li s-setgħat iddelegati limitati mogħtija lilha mill-koleġiżlaturi jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tal-UE li fil-futur tiżgura traspożizzjoni f’waqtha fil-liġi tal-UE tal-miżuri stabbiliti mill-GFCM li jirrevedu u jaġġornaw il-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u ġestjoni ta’ din l-organizzazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni qed tagħmel id-dikjarazzjoni li ġejja:

Il-Kummissjoni qed tesprimi t-tħassib tagħha li s-setgħat iddelegati limitati mogħtija lilha mill-koleġiżlaturi jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tal-UE li fil-futur tiżgura t-traspożizzjoni f’waqtha fil-liġi tal-UE tal-miżuri stabbiliti mill-GFCM li jirrevedu u jaġġornaw il-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u ġestjoni ta’ din l-organizzazzjoni.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’ tipproponi emendi lir-Regolament li jżidu l-għadd ta' miżuri li għandhom jiġu adottati b'atti ddelegati fil-każ li t-traspożizzjoni permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja twassal għal dewmien li jaf jimmina l-kapaċità tal-UE li twettaq l-obbligi internazzjonali tagħha.

Top