This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011DC0922
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE COUNCIL AND THE EUROPEAN PARLIAMENT Report on Progress on the Strategy for the Evolution of the Customs Union
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Rapport dwar il-Progress dwar l-Istrateġija għall-Evoluzzjoni tal-Unjoni Doganali
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Rapport dwar il-Progress dwar l-Istrateġija għall-Evoluzzjoni tal-Unjoni Doganali
/* KUMM/2011/0922 finali */
/* KUMM/2011/0922 finali */ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Rapport dwar il-Progress dwar l-Istrateġija għall-Evoluzzjoni tal-Unjoni Doganali
WERREJ 1. Daħla 3 1.1. Strateġija għall-Evoluzzjoni tal-Unjoni Doganali għall-2008-2013 3 1.2. Il-kuntest tal-evoluzzjoni 4 2. L-iżviluppi mill-2008 5 2.1. L-iżvilupp tal-unjoni doganali f’ċifri 5 2.2. L-iżvilupp tal-unjoni doganali fl-IT 6 2.3. L-iżvilupp tal-unjoni doganali fil-Politika u l-Implimentazzjoni tagħha 7 2.3.1. Il-ħarsien tal-UE – l-implimentazzjoni tal-emenda tas-sigurtà 7 2.3.2. Iktar faċilitazzjoni tal-kummerċ – il-Kodiċi Doganali Modernizzata 8 2.3.3. Il-kuntest il-ġdid li jaffettwa l-politika minn Diċembru 2009 – it-Trattat ta’ Lisbona 8 2.3.4. L-unjoni doganali u l-kooperazzjoni 9 3. Il-progress fuq proġetti speċifiċi 9 3.1. Tieqa Unika 9 3.2. Approċċ Ibbażat fuq is-Sistemi 10 3.3. Il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija 11 3.4. L-abbiltà ta’ reazzjoni malajr għall-kriżijiet 11 3.5. Il-ġlieda kontra l-frodi u l-attivitajiet illegali relatati 12 4. Riflessjonijiet dwar il-mudell tal-operat tal-unjoni doganali 13 5. Il-prospettivi għall-ġejjieni: Kif tiġi rinfurzata l-prestazzjoni (l-uniformità, l-effikaċja u l-effiċjenza) tal-Unjoni Doganali 14 5.1. Id-diskussjonijiet strateġiċi dwar ir-rotot li għandhom jiġu segwiti 14 5.1.1. Ħidma iktar mill-qrib u flimkien bħala unjoni doganali 14 5.1.2. It-tiftix għas-sinerġiji ma’ oqsma oħra tal-politika 15 5.1.3. It-titjib fil-governanza u l-metodi ta’ ħidma 15 5.1.4. Il-kejl u t-titjib tal-kwalità tal-produzzjoni u r-riżultati 15 5.2. Inħarsu ’l quddiem 15 DAħLA Fil-bidu tas-Seklu 21, is-servizzi doganali mdwar id-dinja kienu qed iħabbtu wiċċhom ma' ambjent il-ħin kollu jinbidel:xejriet ta’ produzzjoni u konsum dejjem jevolvu, kummerċ internazzjonali jiżdied, theddid globali bħat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, id-degradazzjoni ambjentali u perikli ikbar mill-kummerċ fi prodotti perikolużi. Sabiex l-amministrazzjonijiet tal-unjoni doganali tal-Unjoni Ewropea (UE)[1] ikunu jistgħu jkomplu jissodisfaw il-ħafna responsabbiltajiet tagħhom f’dan l-ambjent ta’ sfida, ġiet imnedija riforma ambizzjuża. L-ewwel, ġiet implimentata l-Kodiċi Doganali Modernizzat[2]. It-tieni, id-'Deċiżjoni dwar id-Dwana Elettronika'[3] stabbilixxiet il-bażi għall-ħolqien ta’ ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ[4]. Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp komprensiv u koerenti fuq perjodu ta’ żmien itwal, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, wettqet reviżjoni ewlenija tar-rwol u l-ħidma tad-dwana tal-UE[5]. Ir-rapport, adottat mis-27 Direttur Ġenerali Doganali fl-2007[6], ipprovda l-bażi għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-2008 dwar l-Istrateġija għall-Evoluzzjoni tal-Unjoni Doganali[7] ('l-Istrateġija'). Hekk twieldet l-Inizjattiva Doganali tal-Ġejjieni ('FCI'). Strateġija għall-Evoluzzjoni tal-Unjoni Doganali għall-2008-2013 L-Istrateġija fiha l- għanijiet strateġiċi tal-unjoni doganali. Hija tipprovdi l-qafas ta’ politika li jidderieġi l-iżviluppi u l-inizjattivi l-ġodda b’konsistenza u koerenza. L-Istrateġija timmira li tikkomplimenta r-riforma msemmija hawn fuq tal-ambjenti legali u tal-IT, u tirreferi b’mod espliċitu għall-importanza tal-aspetti umani fl-iżvilupp tal-ġejjieni tal-unjoni doganali, inkluż ir-riżorsi u l-ħiliet. L-għanijiet strateġiċi tal-unjoni doganali huma (1) l-ħarsien tal-UE u (2) l-appoġġ għall-kompetittività tal-UE . Dawn l-għanijiet għandhom jiġu ssodisfati b’mod uniformi u effiċjenti, billi jiġi applikat kontrol l effiċjenti u effikaċi, u bil-kooperazzjoni mill-qrib fost l-amministrazzjonijiet doganali, mal-awtoritajiet l-oħra, man-negozju, kif ukoll mal-imsieħba internazzjonali. [pic] Sors: Illustrazzjoni bbażata fuq l-għanijiet espressi f’COM(169/2008) Fl-14 ta’ Mejju 2008, il-Kunsill tal-ECOFIN approva l-Istrateġija, l-għanijiet, u l-ħtieġa li jsir investiment fil-ħiliet, il-kompetenzi, ir-riżorsi u t-teknoloġiji. Fid-19 ta’ Ġunju 2008, il-Parlament Ewropew (PE) adotta Riżoluzzjoni[8], biex b’mod simili appoġġja l-Istrateġija u sejjaħ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni effikaċi tagħha. Barra minn hekk, intalab pjan ta’ implimentazzjoni komprensiv, li minn dak iż-żmien issa nħoloq f’konsultazzjoni mal-Istati Membri fil-Grupp tal-Politika Doganali (CPG)[9]. Il-Kunsill u l-PE enfasizzaw, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jiġu żviluppati s-servizzi ta’ Tieqa Unika u metodi ġodda ta’ kontroll (l-approċċ ibbażat fuq is-sistemi), sabiex tiġi rinfurzata l- ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-piraterija, il-kapaċità ta’ reazzjoni għall-kriżijiet, u l-ġlieda kontra l-frodi. Iż-żewġ istituzzjonijiet enfasizzaw ukoll b’mod ġenerali l-ħtieġa ta’ titjib fil-kooperazzjoni mal-partijiet interessati u l-awtoritajiet l-oħra. Il-Kunsill talab rapport dwar il-progress fl-2011, li jinsab fid-dokument attwali. Il-kuntest tal-evoluzzjoni Sa mill-adozzjoni tal-Istrateġija, saru żviluppi sinifikanti, mhux l-inqas il-kriżi finanzjarja u ekonomika, il-globalizzazzjoni tat-theddid terroristiku jew l-għadd ta’ diżastri naturali jew diżastri kkaġunati mill-bniedem. Daħal fis-seħħ Trattat ġdid u l-UE stabbilixxiet għaliha nnifisha aġenda politika ġdida sabiex tappoġġja t-tkabbir[10] u ttejjeb is-sigurtà[11]. Dawn l-iżviluppi qed jinfluwenzaw il-mod kif joperaw l-unjonijiet doganali. Dan ir-rapport dwar il-progress f’oqsma partikolari qiegħed għalhekk jiġi ssupplimentat bi spjegazzjoni usa’ tal-iżviluppi u l-kuntest riċenti u l-effetti li jirriżultaw minnhom fuq l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-unjoni doganali. Ir-rapport jirreferi wkoll għall-ħidma u r-riforma kontinwa fuq l-implimentazzjoni, il-pressjonijiet esterni u r-riżultati ta’ 'awtovalutazzjoni' riċenti tal-istrutturi tal-unjoni doganali u tad-diversi forom ta’ kollaborazzjoni, kooperazzjoni u integrazzjoni bejn it-28 amministrazzjoni li jimplimentawha (27 Stati Membri + il-Kummissjoni). Fid-dawl ta’ dan il-kuntest, ir-rapport għalhekk jipprovdi wkoll ħarsa ġenerali qasira lejn ir-restrizzjonijiet ewlenin u l-prospetti għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-Istrateġija fil-ġejjieni. L-IżVILUPPI MILL-2008 L-iżviluppi ewlenin tal-unjoni doganali tal-UE mill-2008 jistgħu jitqassru f’ċifri ewlenin (2.1), fl-iżvilupp tal-IT (2.2), u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika (2.3). L-iżvilupp tal-unjoni doganali f’ċifri L-evoluzzjoni tal-għadd totali ta’ dikjarazzjonijiet doganali sottomessi wriet xejra li qed tikber fuq perjodu ta’ żmien twil bejn l-2007 u l-2011 (minkejja l-kriżi). Figura 1: Evoluzzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali (normali+issimplifikati) sottomessi bejn 2007-2010 [pic] Sors: Dejta MoR L-impatt tal-kriżijiet finanzjarji/ekonomiċi kien madankollu rifless fl-għadd tad-dikjarazzjonijiet doganali sottomessi lid-dwana taħt proċeduri normali imma, b’mod kurjuż, mhux bi proċeduri ssimplifikati[12]. B’ċifri ewlenin oħra, grazzi għall-implimentazzjoni tad-dejtabejż il-ġdida Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI)[13], sar magħruf mill-2010 li l-unjoni doganali sservi kważi 3 miljun klijent. Barra minn hekk, sal-25 ta’ Ottubru 2011, l-unjoni doganali kienet irreġistrat 11.867 applikazzjoni għall-istatus fdat ta’ negozjant tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO), li minnhom 8.072 kienu ngħataw sal-25 ta’ Ottubru 2011. Filwaqt li l-volum tax-xogħol kien qed jikber u se jkompli jikber, ir-riżorsi naqsu b’mod sinifikanti. Bejn l-2007 u l-2010, l-għadd tal-persunal tad-dwana fl-UE (jiġifieri fl-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri) naqas bi 13%, u se jkompli jonqos. L-iżvilupp tal-unjoni doganali fl-IT Matul il-perjodu 2008-2011 żdiedet ir-rata tal-input elettroniku[14], l-iktar fil-każ tal-esportazzjoni, minħabba li ġiet varata s-Sistema tal-Kontroll tal-Esportazzjoni (ECS ) trans-Ewropea li kienet tinvolvi l-kompjuterizzazzjoni tal-esportazzjoni fl-Istati Membri kollha mill-bidu tal-2008[15]. Figura 2: L-iżvilupp tar-rata tal-input elettroniku – il-proċeduri normali u ssimplifikati flimkien (27 Stat Membru) [pic] Sors: Dejta MoR Matul l-istess perjodu, l-implimentazzjoni tal-‘emenda tas-sigurtà’ tal-Kodiċi Doganali (KD)[16] irrikjediet sforz sinifikanti mill-awtoritajiet doganali nazzjonali. Din kienet teħtieġ żvilupp ta’ sistemi tal-IT nazzjonali ġodda fjamanti, inkluż is-Sistema tal-Kontroll tal-Importazzjoni (ICS) sabiex tirċievi u tipproċessa d-dikjarazzjonijiet fil-qosor ġodda tad-dħul, kif ukoll it-titjib tas-Sistema l-Ġdida Kompjuterizzata tat-Transitu (NCTS) u l-ECS [17]. Barra minn hekk, l-emenda kienet teħtieġ l-iżvilupp jew it-titjib tas- sistemi nazzjonali tal-analiżi tar-riskju sabiex timplimenta l-Qafas Komuni tal-Ġestjoni tar-Riskju Doganali (CRMF), appoġġjata mis- Sistema Komuni tal-Ġestjoni tar-Riskju Doganali (CRMS) ċentrali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha tiżviluppa d-dejtabejż ċentrali ġdida tal-UE sabiex taqsam in-numri kollha tar-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi (EORI) sabiex tippermetti l-validazzjoni ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, u s-sistema l-ġdida li titratta t-talbiet tal-operaturi ekonomiċi awtorizzati u l-proċess tal-awtorizzazzjoni (AEO) . B’mod indipendenti mill-iżviluppi marbuta mal-implimentazzjoni tal-emenda tas-sigurtà, diversi sistemi oħra ġew ammeljorati wkoll matul l-2008-2011: it-TARIC sa t- TARIC3 , kif ukoll is-sistemi QUOTA u Surveillance 2 [18]. Dawn l-iżviluppi fl-IT kienu jirrappreżentaw ammont sinifikanti li ġie jiswa lill-Istati Membri tal-UE € 320 miljun f’investiment fl-IT matul l-2008, l-2009 u l-2010. L-iżvilupp tal-unjoni doganali fil-Politika u l-Implimentazzjoni tagħha L-iżviluppi ewlenin fil-politika matul il-perjodu 2008-2011 jirrelataw mal-implimentazzjoni tal- emenda tas-sigurtà bħala kontribuzzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-istabbiliment u r-reviżjoni tal- Kodiċi Doganali Modernizzata , u l-forom il-ġodda tal-kooperazzjoni bejn id-dwana u l- awtoritajiet l-oħra, in-negozju u l-imsieħba internazzjonali . Il-ħarsien tal-UE – l-implimentazzjoni tal-emenda tas-sigurtà L-emenda tas-sigurtà kienet pass sinifikanti f’termini ta’ ħarsien aħjar tas-sikurezza u s-sigurtà tal-UE mir-riskji fil-katina globali tal-provvista. Ġie introdott il-programm AEO li permezz tiegħu l-operaturi ekonomiċi jtejbu b’mod volontarju s-sigurtà tal-katini tal-provvista tagħhom u jieħdu lura l-benefiċċji addizzjonali mill-faċilitazzjoni tal-kummerċ. Ġew adottati u qed jiġu implimentati r-regoli dwar ir-riskju sabiex itejbu l-ħarsien tal-UE kontra r-riskji tas-sigurtà. Madankollu, il-proċess tal-implimentazzjoni nnifsu pprovda xi lezzjonijiet importanti għall-ġejjieni. Il-bidu bil-mod u d-diffikultajiet fis-sinkronizzazzjoni, minħabba l-fatt li l-emenda espandiet iż-żona doganali tradizzjonali, u inkludiet partijiet interessati ġodda fil-proċessi doganali, kienu jfissru li nkisbet l-implimentazzjoni sħiħa b’xi dewmien biss mill-1 ta’ Jannar 2011. B’mod partikolari, ir-realtà tal-implimentazzjoni żvelat li fl-era attwali ta’ 'unjoni doganali elettronika interkonnessa' , il-ħtieġa li jiġu maqbula l-għanijiet, definiti l-proċessi u definita l-metodoloġija u l-ippjanar għall-implimentazzjoni mal-partijiet interessati kollha qabel tiġi adottata l-leġislazzjoni hija assolutament primordjali. Minn dak iż-żmien ġie introdott l-immudellar sistematiku tal-proċess tan-negozju (BPM) sabiex jiġi evitat li fil-ġejjieni t-testi legali jiġu interpretati u implimentati b’mod differenti, u sabiex jiġi evitat li nispiċċaw bi proċessi li huma inkompatibbli mal-iżviluppi tal-IT – kif ukoll bi skadenzi li jkunu jistgħu jinkisbu biss bi spiża konsiderevoli żejda. Barra minn hekk, filwaqt li s-sistemi meħtieġa tal-IT issa qegħdin joperaw, l-inċident fis-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru fl-aħħar tal-2010 u l-inċident tar-radjazzjoni ġewwa Fukushima fl-2011 ippermettew li tiġi ttestjata s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju, b’enfasi fuq il-ħtieġa ta’ iktar titjib. Iktar faċilitazzjoni tal-kummerċ – il-Kodiċi Doganali Modernizzata L-adozzjoni tal-Kodiċi Doganali Modernizzata fl-2008 fetħet proġett ieħor kbir ferm. Meta jitqiesu l-lezzjonijiet meħuda mill-implimentazzjoni tal-emenda tas-sigurtà, kif ukoll id-diffikultajiet li jirriżultaw mill-kriżijiet finanzjarji/ekonomiċi kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-kummerċjanti biex jagħmlu investimenti dejjem ikbar (ferm iżjed milli sar għall-emenda tas-sigurtà), ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa li b’mod metikoluż jiġu deskritti u analizzati l-proċessi tan-negozju doganali kollha (u li tiġi proposta l-korrezzjoni/emenda tagħhom kull meta meħtieġ). Barra minn hekk, ġie mifhum li għandha tiġi ddefinita l-arkitettura l-ġdida tal-IT bil-ħsieb li tippermetti l-użu tat-teknoloġiji l-ġodda disponibbli li jistgħu jipprovdu ffrankar kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-kummerċjanti (pereżempju permezz tal-ekonomiji tal-kobor fil-livell tal-UE). Dan l-għarfien, kif ukoll il-konsegwenzi tat-Trattat ta’ Lisbona, wasslu għad-deċiżjoni li tiġi rriformulata l-Kodiċi Doganali Modernizzata. Ir-riformulazzjoni tar-regolament se tqis il-qafas istituzzjonali l-ġdid tal-UE u tintroduċi l-korrezzjonijiet meħtieġa, kif ukoll xi emendi li ġew żvelati bħala meħtieġa mill-analiżi tal-proċess tan-negozju li twettaq fl-abbozzar tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni. Sakemm tiġi implimentata l-Kodiċi Doganali Modernizzata, liema proċess se jiddewwem minħabba r-riformulazzjoni, ġew adottati miżuri bħall-ħolqien tal-awtorizzazzjoni unika għall-proċeduri ssimplifikati (SASP). Barra minn hekk, u b’mod partikolari b’referenza għar-rwol ċentrali li jwettqu l-awtoritajiet doganali fl-iżgurar tal-ġbir korrett u uniformi tar-riżorsi proprji tradizzjonali (TOR), għandhom jitqiesu wkoll[19] it-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport speċjali dwar il-proċeduri ssimplifikati tal-Qorti tal-Awdituri[20]. Il-kuntest il-ġdid li jaffettwa l-politika minn Diċembru 2009 – it-Trattat ta’ Lisbona It-Trattat ta’ Lisbona qed jimpatta l-unjoni doganali b’żewġ modi. L-ewwel, l-għajbien tal-pilastri jneħħi l-qasma formali bejn l-attivitajiet doganali fil-livell tal-UE u bħalissa tinsab għaddejja analiżi legali sabiex jintlaħaq intendiment ċar dwar il-konsegwenzi għall-unjoni doganali. It-tieni, ċertu dispożizzjonijiet istituzzjonali rigward l-implimentazzjoni u d-delegazzjoni tal-poteri, kif ukoll ir-regoli l-ġodda tal-komitoloġija li ġew adottati, ivarjaw b’mod sinifikanti mill-istatus quo tal-2008. L-unjoni doganali u l-kooperazzjoni Matul il-perjodu 2008- 2011, l-iżviluppi fil-mekkaniżmi u l-arranġamenti tal-kooperazzjoni tal-unjoni doganali ġew affettwati mill-enfasi dejjem tikber fuq il-miżuri ta’ sikurezza u sigurtà implimentati mid-dwana. Barra minn hekk, il-pressjoni politika sabiex jiġu razzjonalizzati u integrati l-miżuri tal-fruntiera pprovdiet impetu addizzjonali għall- aġenda ta’ kooperazzjoni tal-unjoni doganali. L-implimentazzjoni tal-miżuri dwar is-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent fuq il-fruntiera filwaqt li tiżdied l-effiċjenza kemm tal-awtoritajiet kif ukoll tan-negozju jitolbu għal kooperazzjoni, koordinament u kollaborazzjoni mill-qrib u aħjar bejn id-dwana u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra (eż. l-awtoritajiet veterinarji, fitosanitarji jew tas-sorveljanza tas-suq, il-gwardji tal-pulizija fuq il-fruntiera). Dawn l-ixpruni mmotivaw il-ħidma fuq it-Tieqa Unika għar-rilaxx tal-prodotti kif ukoll fuq sett ta’ azzjonijiet fil-kuntest tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna[21], sabiex isaħħu s-sigurtà permezz ta’ koordinament aħjar tal-ġestjoni tal-fruntiera, inkluż fil-livell nazzjonali. Ir-relazzjonijiet internazzjonali qed jiġu wkoll dejjem iżjed użati sabiex itejbu l-kisba effettiva tal-għanijiet tal-politika. Minn naħa waħda, il-ftehimiet internazzjonali qed jidħlu fis-seħħ pereżempju mal-imsieħba kummerċjali ewlenin inkluż il-ġirien tal-Lvant sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet kummerċjali, sabiex tkun possibbli l-assistenza amministrattiva reċiproka, sabiex tkompli l-ġlieda kontra l-frodi, il-ksur tal-IPR jew il-kummerċ fi prodotti perikolużi bħall-prekursuri tad-drogi. Pereżempju, mill-2008, l-UE daħħlet fis-seħħ 7 ftehimiet addizzjonali jew dispożizzjonijiet li jkopru 20 pajjiż rigward l-istrumenti għal iżjed assistenza amministrattiva reċiproka u iktar effiċjenti mal-pajjiżi terzi. Minn naħa l-oħra, il-ftehimiet tar-rikonoxximent reċiproku qed jiġu mfittxija sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ għall-kummerċjanti fdati tal-UE; ir-rikonoxximent reċiproku diġà nkiseb man-Norveġja u l-Isvizzera[22] kif ukoll mal-Ġappun. IL-PROGRESS FUQ PROġETTI SPEċIFIċI Il-Kunsill talab rapport tal-progress u speċifikament enfasizza l-importanza ta’ ħames żviluppi li kienu kkunsidrati ta’ importanza partikolari għall-għanijiet strateġiċi tal-unjoni doganali: il-proġett tat-Tieqa Unika, l-approċċ ibbażat fuq is-sistemi għall-kontroll doganali, il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, l-abbiltà ta’ reazzjoni malajr għall-kriżijiet, u l-ġlieda kontra l-frodi. Tieqa Unika Wara l-adozzjoni tal-Istrateġija, saru ħafna diskussjonijiet u dibattiti fost l-esperti doganali u mar-rappreżentanti kummerċjali dwar id-definizzjoni u l-iddisinjar tal-kunċett tat-Tieqa Unika. Fl-2010, il-Kummissjoni nediet grupp ta’ proġett bl-esperti mill-Istati Membri u mill-pajjiżi kandidati, kif ukoll rappreżentanti tal-awtoritajiet minn oqsma oħra tal-politika (veterinarja u agrikola) biex jiddefinixxu soluzzjoni li taħdem u aċċettabbli b’mod reċiproku. Meta jiġi kkunsidrat li d-definizzjoni internazzjonali ta’ 'Tieqa Unika' jista’ jkollha diversi interpretazzjonijiet u anke implimentazzjonijiet prattiċi (xi kultant xprunati mid-dwana u kultant le) f’pajjiżi differenti tal-UE u postijiet oħra, l-identifikazzjoni ta’ 'standard Ewropew’ u ta’ kunċett għal Tieqa Unika kien l-ewwel suċċess ewlieni. Dan il-kunċett jinvolvi standard maqbul għall-messaġġi possibbli li jistgħu jiġu skambjati bejn id-dwana u l-awtoritajiet l-oħra. Dan l-istandard jippermetti l-kompjuterizzazzjoni tal-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kollha bl-inqas spiża possibbli. Il-proposta għal Pjan Direzzjonali prammatiku għat-Tieqa Unika[23], li tipprevedi mod possibbli kif jiġu integrati r-rekwiżiti tal-politiki differenti l-oħra kollha, kienet appoġġjata mis-CPG bħala l-mod xieraq kif nimxu ’l quddiem. Approċċ Ibbażat fuq is-Sistemi Fl-2008, il-Kummissjoni nidiet il-ħidma fuq l-iżvilupp tal-approċċ ibbażat fuq is-sistemi (SBA) għall-kontroll doganali. L-approċċ ibbażat fuq is-sistemi jitlob li għal xi kummerċjanti vvalutati minn qabel, u ta’ kwalità żgurata, id-dwana tista’ timxi lil hinn mill-approċċ attwali bbażat fuq it-tranżazzjonijiet li permezz tiegħu tiġi kkontrollata kull konsenja, lejn mudell ta’ kontroll ibbażat fuq il-kwalità u s-solidità tal-kontrolli proprji tal-kummerċjant fuq il-prodotti u l-katina tal-provvista proprji tiegħu. Il-kunċett, l-implikazzjonijiet tiegħu u l-benefiċċji potenzjali għan-negozju u d-dwana ġew diskussi minn grupp ta’ proġett iddedikat ta’ esperti mill-Istati Membri fl-2008, u sussegwentement il-fażi ta’ ħidma fl-2009 ipprovdiet intendiment iktar profond tal-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-approċċ. It-tielet fażi tal-ħidma bejn l-2010-2011 se titlesta f’Diċembru 2011, u se tipproduċi fost l-oħrajn, il-pjan direzzjonali lejn l-implimentazzjoni tal-approċċ b’mod armonizzat fl-UE. Il-ħidma ta’ żvilupp kienet tinkludi kuntatt frekwenti u input espert mis-settur privat, b’mod partikolari rigward kemm huma mixtieqa l-benefiċċji potenzjali għall-kummerċjanti tal-kontroll doganali bbażat fuq is-sistemi fuq il-konformità tagħhom. Filwaqt li aktarx il-kontroll ibbażat fuq is-sistemi ma jkunx interessanti jew applikabbli għall-biċċa l-kbira tal-kummerċjanti[24], huwa mistenni li dan jipprovdi benefiċċji sinifikanti kemm għad-dwana kif ukoll għall-kummerċ meta jiġi applikat minn dawk in-negozji bl-ikbar volumi ta’ kummerċ. Jekk jiġi implimentat sew, il-kontroll ibbażat fuq is-sistemi għandu jirrappreżenta mudell ta’ kontroll modern ferm u jtejjeb kemm l-effikaċja kif ukoll l-effiċjenza tal-kontroll doganali kif ukoll jiffaċilita l-kummerċ – kemm għall-kumpaniji kkontrollati abbażi tas-sistemi kif ukoll dawk bil-kontroll tradizzjonali bbażat fuq it-tranżazzjonijiet fuq il-flussi kummerċjali tagħhom. Il-passi tal-implimentazzjoni fil-ġejjieni se jinkludu, fost l-oħrajn, l-azzjonijiet pilota mmirati biex jistabbilixxu u jittestjaw il-mekkaniżmi tar-rekwiżiti speċifiċi xierqa u l-metodi tal-ħidma (bħad-dettalji li għandhom jinstabu fil-kontijiet, fl-istandards tal-verifika, eċċ.). Il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija Id-dwana tinsab f’qagħda unika għaliex għandha ħarsa ġenerali kompleta tal-flussi kummerċjali fuq il-fruntiera tal-UE, u l-attività tal-infurzar tagħha tal-IPR kienet waħda impressjonanti. Mill-2008, kien hemm kemm talbiet iżjed għall-azzjoni kif ukoll inizjattivi ġodda fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR). Fl-2009 ġie adottat Pjan ta’ Azzjoni Ewropew fuq 4 snin sabiex isaħħaħ it-tweġiba doganali għat-traffikar tal-prodotti li jikser l-IPR[25]. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni jistabbilixxi l-qafas għall-isforzi konġunti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiġu infurzati aħjar l-IPR fuq il-fruntiera[26]. Matul il-perjodu 2008-2010, l-għadd ta’ każijiet ta’ detenzjoni żdied minn madwar 49.000 għal kważi 80.000. Dan jirrifletti kemm il-livell tal-attività doganali imma wkoll il-kobor tal-problema li jridu jindirizzaw. F’Mejju 2011, bħala parti mill-Istrateġija għal Suq Uniku tal-IPR, il-Kummissjoni ressqet proposta għal regolament ġdid dwar l-infurzar doganali tal-IPR, sabiex tkompli ssaħħaħ il-kapaċità tal-infurzar tad-dwana filwaqt li tqis l-interessi tal-operaturi leġittimi[27]. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u d-dwana nazzjonali qegħdin iwettqu attivitajiet sabiex jiżviluppaw il-kooperazzjoni man-negozju, iżidu l-għarfien tal-konsumaturi u l-kumpaniji, jiskambjaw l-aħjar prattiċi, eċċ[28]. Il-kooperazzjoni internazzjonali għandha rwol ewlieni wkoll fil-prevenzjoni li prodotti li jiksru l-IPR jsibu triqithom fis-suq tal-UE. L-UE taħdem f’kooperazzjoni mal-imsieħba kummerċjali ewlenin, bħall-Istati Uniti u l-Ġappun. Il-kooperazzjoni iżjed mill-qrib mad-dwana Ċiniża qed tiġi żviluppata, permezz ta’ pjan ta’ azzjoni ddedikat dwar l-infurzar tal-IPR, sabiex l-azzjoni tittieħed fis-sors tal-problema. Id-dwana għandha wkoll rwol prominenti f’inizjattivi internazzjonali oħra, notevolment il-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) li ġie konkluż riċentement. L-infurzar tal-IPR fuq il-fruntiera jidħol ukoll fin-negozjati kummerċjali bilaterali u fl-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ pajjiżi terzi. Għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat l-impatt ta’ dawn l-attivitajiet fuq ix-xejriet tat-traffikar, imma għandhom il-mertu li jinvolvu l-pajjiżi lejn sforzi konġunti għall-ħarsien ta’ ass essenzjali fl-ekonomiji moderni. L-abbiltà ta’ reazzjoni malajr għall-kriżijiet L-abbiltà tal-unjoni doganali li tirreaġixxi malajr għall-kriżijiet tirrelata mal-ġestjoni tar-riskji li jippreżentaw is-sitwazzjonijiet eċċezzjonali perikolużi jew ta’ sigurtà bħall-atti terroristiċi, l-inċidenti sanitarji, veterinarji u fitosanitarji jew l-inċidenti ambjentali. Fl-aħħar tal-2010 twaqqaf netwerk għall-ġestjoni tal-kriżijiet doganali fl-UE. Dan in-netwerk huwa magħmul minn punti ta’ kuntatt ċentrali fl-Istati Membri kollha u juża s-Sistema tal-Ġestjoni tar-Riskju Doganali (CRMS) bħala l-pjattaforma ewlenija għall-komunikazzjoni. In-netwerk intuża għall-ewwel darba f’Marzu 2011 fil-kuntest tal-kriżi ta’ Fukushima. Dan ġie ppruvat li huwa element essenzjali fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju u għodda ewlenija li jgħaqqad lill-Istati Membri f’sitwazzjoni ta’ kriżi. Wara dan l-ewwel eżerċizzju, se jsiru xi aġġustamenti fil-proċess tal-ġestjoni tal-kriżijiet doganali sabiex tissaħħaħ il-komunikazzjoni "live" matul il-kriżi. F’livell ’il fuq, se jkun meħtieġ li titjieb il-kapaċità tas-servizzi doganali tal-UE sabiex jirreaġixxu malajr għall-kriżijiet bl-istess mod. Dan jinvolvi t-titjib fl-aċċess għall-informazzjoni relatata ma’ dawk il-kriżijiet li jaffettwaw il-kummerċ internazzjonali, u għall-miżuri adottati mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jindirizzawhom. Il-miżuri ta’ kontroll għandhom ikunu kompatibbli mal-proċeduri doganali u l-metodi ta’ ħidma. Il-koordinament strutturat aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti differenti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali huwa indispensabbli. Il-ġlieda kontra l-frodi u l-attivitajiet illegali relatati L-assistenza amministrattiva reċiproka bejn l-awtoritajiet tad-Dwana hija element ewlieni għad-difiża tal-finanzi tal-UE u għall-ġlieda kontra l-frodi u l-frodisti. Sabiex titjieb din il-ġlieda kontra l-frodi, l-UE żviluppat attivitajiet leġislattivi, operattivi u strateġiċi sinifikanti sa mill-adozzjoni tal-Istrateġija 2008. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, l-emendar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997[29] dwar l-assistenza reċiproka[30], li estenda l-iskambju tal-informazzjoni rigward il-frodi ssuspettati għall-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni kummerċjali definita minn qabel, estenda l-ambitu tas-Sistema tal-Informazzjoni Doganali (CIS) għall-analiżi strateġika u operattiva kif ukoll għar-rappurtaġġ tal-qabdiet u stabbilixxa d-Dejtabejż għall-Identifikazzjoni ta’ Fajls Doganali (“FIDE”)[31]. Mill-2008, saret evoluzzjoni sinifikanti fl-għodda u fl-attivitajiet operattivi bħall-operazzjonijiet konġunti (li minnhom 9 ġew ikkoordinati mill-OLAF sa mill-2009). Fil-ġejjieni, għandha ssir iktar riflessjoni sabiex tiġi żviluppata struttura iktar permanenti f’relazzjonijiet mill-qrib mal-Istati Membri, l-OLAF u l-korpi kollha kkonċernati inkluż il-Europol u l-Interpol. F’termini tal-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, li għandu rwol ewlieni fit-titjib tal-effiċjenza fil-ġlieda kontra l-frodi, il-Kummissjoni żviluppat politika li tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni għall-awtoritajiet rilevanti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali. Mill-1 ta’ Jannar 2011 l-Unitajiet tal-Intelliġenza Finanzjarja tal-UE (l-awtoritajiet ta’ kontra l-ħasil tal-flus) huma konnessi mal-Portal AFIS għall-iskambju tal-informazzjoni rigward iċ-ċaqliq illegali stabbilit jew issuspettat tal-flus kontanti[32]. Sabiex jiġu ntraċċati xejriet anormali fiċ-ċaqliq ta’ transitu u fid-diverżjoni tad-destinazzjoni, ġie adottat Ftehim Amministrattiv dwar is- Sistema tal-Informazzjoni fi Transitu ta’ Kontra l-Frodi (ATIS) f'Lulju 2011 sabiex jiġi permess l-aċċess sħiħ lill-Kummissjoni għad-data fi transitu. L-OLAF ukoll żviluppat kompetenza konsiderevoli sabiex tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali fil-koordinament tal-investigazzjonijiet doganali relatati mal-kuntrabandu ta’ sigaretti ġenwini u ffalsifikati . Din il-kompetenza tkun utli b’mod partikolari fejn ikun hemm suspetti ta’ netwerks ta’ frodi internazzjonali wara l-kuntrabandu u fl-iffukar fuq prodotti ffalsifikati speċifiċi, notevolment il-prodotti perikolużi (eż. il-mediċina, il-fertilizzant, il-partijiet żejda tal-karozzi, it-tagħmir elettriku, eċċ.) Fl-2011, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-UE permezz tal-liġi kriminali u tal-investigazzjonijiet amministrattivi [33], kif ukoll ta’ Strateġija Kontra l-Frodi[34] ġdida sabiex taġġorna u timmodernizza l-politiki tagħha fil-ġlieda kontra l-frodi u l-kriminalità relatata, inkluż sett ta’ miżuri li jiżguraw li fil-livelli kollha u fis-setturi kollha l-aqwa għodda possibbli tkun disponibbli għall-prevenzjoni, l-intraċċar u l-ġlieda kontra l-frodi u l-attivitajiet illegali l-oħra li jaffettwaw il-baġit tal-UE. L-Istrateġija Kontra l-Frodi l-ġdida tkopri ċ-"ċiklu kontra l-frodi" kollu, jiġifieri mill-prevenzjoni u l-intraċċar tal-frodi fi stadju bikri għall-investigazzjonijiet, is-sanzjonar u l-irkupru tal-fondi użati ħażin. F’dan il-kuntest il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u l-alkoħol[35] matul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE jakkompanja l-istrateġija b’mod partikolari fl-implimentazzjoni mid-dwana tal-UE. Din l-inizjattiva tista’ tipprovdi passi ewlenin ’il quddiem fil-ġlieda kontra l-frodi, hekk kif inhu stmat li l-UE u l-Istati Membri tagħha jitilfu sa €10 biljun f’taxxi u dħul mid-dwana minħabba l-kuntrabandu tat-tabakk u l-alkoħol. Fuq kollox, tjiebu l-isforzi tal-unjoni doganali fil-ġlieda kontra l-frodi u ġie adottat approċċ iktar strateġiku fil-livell tal-UE. Madankollu, il-progress ewlieni għandu jsir fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid. RIFLESSJONIJIET DWAR IL-MUDELL TAL-OPERAT TAL-UNJONI DOGANALI L-ambjent jinbidel, l-esperjenzi reċenti (kemm pożittivi kif ukoll negattivi) tal-implimentazzjoni tal-emenda tas-sigurtà u ta’ proġetti oħra, ir-riflessjoni u l-ħidma preparatorja għall-implimentazzjoni fil-ġejjieni tal-Kodiċi Doganali Modernizzata kif ukoll il-ħtieġa li jiġu segwiti s-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri f’termini tal-kollezzjoni xierqa tat-TOR ikkontribwixxew għal għadd ta’ diskussjonijiet strateġiċi bejn il-kapijiet tas-servizzi tad-Dwana tal-UE rigward kif tista’ titjieb il-prestazzjoni tad-dwana tal-UE (f’termini tal- effikaċja u l-uniformità ), filwaqt li fl-istess ħin jippruvaw jekonomizzaw fuq ir-riżorsi, jillimitaw l-investimenti neċessarji u jaqtgħu l-ispejjeż operattivi (effiċjenza) . Fil-fatt, fid-dawl tat-theddid, ir-riskji għall-interessi finanzjarji tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, għall-funzjonament tas-Suq Intern kif ukoll, u b’mod partikolari, għas-sikurezza u s-sigurtà tal-UE li jistgħu jirriżultaw minn riżorsi nieqsa, inadegwati jew allokati ħażin għall-unjoni doganali biex twettaq il-kompiti tal-immaniġġjar tal-kummerċ filwaqt li tipproteġi lill-UE qed jitqajmu dejjem iżjed fil-pubbliku mill-midja. Dawn ir-riskji ġew rikonoxxuti wkoll fid-djalogi riċenti fil-Parlament Ewropew[36]. Ir-realtà ħarxa tal-modernizzazzjoni hija li s-sistemi meħtieġa tal-IT, kif ukoll il-kapaċità u l-ħiliet ġodda meħtieġa sabiex jiġu applikati l-proċeduri l-ġodda u l-analiżi mtejba ta-riskju xorta jeħtieġu investiment konsiderevoli kemm fil-kapital uman kif ukoll dak fiżiku. Min-naħa tal-UE, il-mekkaniżmu tal-appoġġ ewlieni huwa mmobilizzat permezz tal-ħidma tal-iżvilupp fid-DĠ TAXUD u permezz tal-Programm Doganali 2013[37]. Fil-ġejjieni, l-appoġġ tal-UE kemm fl-għodda kif ukoll fil-finanzjament għandu jissaħħaħ u jiġi żviluppat iżjed skont il-programm propost FISCUS[38] sabiex titjieb l-effiċjenza ġenerali tal-Unjoni Doganali. Jeħtieġ li jiġu indirizzati wkoll iktar kwistjonijiet strutturali. Sabiex issir l-analiżi kompleta u sistematika tal-mudell operattiv attwali, id-DĠ TAXUD ikkummissjona studju dwar l-Arkitettura tan-Negozju tal-Unjoni Doganali tal-UE[39] . Flimkien mal-analiżi tat-tip SWOT tal-istrutturi operattivi tal-unjoni doganali, li identifikat xi punti dgħajfa ewlenin li għandhom jiġu indirizzati, l-istudju evalwa wkoll għadd ta’ għażliet għat-titjib tal-funzjonament tal-unjoni doganali. Dawn l-għażliet u l-implimentazzjoni u s-segwitu potenzjali tagħhom kienu għall-eżaminazzjoni u d-diskussjoni fl-ewwel istanza fost il-partijiet interessati interni, il-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri. B’mod partikolari u flimkien mal-iżviluppi strutturali interni, ġie rikonoxxut b’mod wiesa’ fid-diskussjonijiet bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni li jeħtieġ li jiġu allokati anke iżjed sforzi, b’mod partikolari, għal iżjed żvilupp tal-ġestjoni tar-riskju tal-unjoni doganali u l-kunċetti u l-mekkaniżmi tal-ġestjoni tad-data , sabiex titjieb l-abbiltà u l-aġilità tar-reazzjoni għall-kriżijiet tal-unjoni doganali, kif ukoll sabiex tinbena kooperazzjoni aħjar mal-awtoritajiet l-oħra u l-imsieħba internazzjonali fil-ġejjieni. IL-PROSPETTIVI GħALL-ġEJJIENI: KIF TIġI RINFURZATA L-PRESTAZZJONI (L-UNIFORMITÀ, L-EFFIKAċJA U L-EFFIċJENZA) TAL-UNJONI DOGANALI Id-diskussjonijiet strateġiċi dwar ir-rotot li għandhom jiġu segwiti Meta jiġi kkunsidrat il-progress mill-2008, ir-riskji tal-ġejjieni, kif ukoll id-diffikultajiet kuntestwali u strutturali esperjenzati fl-implimentazzjoni prattika ta’ għadd ta’ miżuri, saru għadd ta’ diskussjonijiet strateġiċi bejn l-amministrazzjonijiet, li jduru madwar diversi rotot possibbli li jiżguraw implimentazzjoni aħjar fil-ġejjieni. Ġew diskussi dawn is-suġġetti li ġejjin: Ħidma iktar mill-qrib u flimkien bħala unjoni doganali Kif ikkonfermat minn diversi studji esterni u valutazzjonijiet[40] dwar l-istrutturi ta’ ħidma tal-unjoni doganali, l-atturi fl-unjoni doganali[41] għandhom jaħdmu flimkien iktar mill-qrib u jagħmlu innovazzjoni fejn jidħol il-mekkaniżmi ta’ appoġġ, b’mod partikolari fil-livell operattiv u fl-oqsma fejn ir-riżorsi huma partikolarment skarsi (is-sikurezza u s-sigurtà, il-ġestjoni tar-riskju). Ir-riżoluzzjoni ta’ xi wħud min-nuqqasijiet fir-riżorsi f’dawn l-oqsma, flimkien mal-appoġġ imtejjeb mill-UE u l-ippuljar tar-riżorsi speċjalizzati bejn l-Istati Membri, jista’ jippermetti mhux biss il-ħarsien iżjed effettiv imma l-firxa tal-metodi ta’ ħidma moderni u l-iżjed riċenti li jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis fil-piż amministrattiv u l-iffaċilitar tal-kummerċ għan-negozji leġittimi. Il-ħidma dejjem iżjed mill-qrib u flimkien hija fuq kollox xprunata mill-potenzjal tat-tnaqqis fl-ispejjeż operattivi u mit-titjib fl-effiċjenza fil-livell tal-UE (ekonomiji tal-kobor, speċjalment fl-IT). Il-kooperazzjoni iżjed mill-qrib fil-qasam tat-taħriġ għandha tiġi prijoritizzata speċjalment fl-oqsma ta’ prijorità, u fejn l-'input uman' huwa speċjalment importanti għar-riżultati uniformi fl-UE kollha. It-tiftix għas-sinerġiji ma’ oqsma oħra tal-politika Minħabba l-għadd dejjem jikber tal-oqsma tal-politika u l-awtoritajiet li jkollhom x’jaqsmu mal-ħidma doganali, jeħtieġ li jiġi adottat approċċ strateġiku sabiex jiżgura li r-rekwiżiti legali, il-metodi ta’ ħidma u l-proċessi tan-negozju joqogħdu flimkien u jipproduċu s-sinerġiji, filwaqt li fejn possibbli jiffrankaw l-ispejjeż għall-pubbliku u għall-partijiet interessati privati. Barra minn hekk, l-għodda u l-mekkaniżmi ta’ kollaborazzjoni simili kkunsidrati għall-kooperazzjoni bejn id-dwana jistgħu jintużaw sabiex itejbu l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra, inkluż, fost l-oħrajn, l-awtoritajiet tal-istatistika (għaliex id-data dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni mid-dwana hija s-sors primarju tad-data għall-istatistika kummerċjali Ewropea), l-awtoritajiet tas-sajd veterinarju, u tas-sorveljanza tas-suq, kif ukoll id-diversi awtoritajiet tat-trasport. It-titjib fil-governanza u l-metodi ta’ ħidma Fl-unjoni doganali dejjem iżjed kumplessa u komprensiva, il-mekkaniżmi tal-governanza jeħtieġ li jiġu aġġornati u mtejba b’mod ġenerali – il-ħidma ta’ reviżjoni għandha tiffoka fuq punti identifikati bħala dgħajfa fil-koordinament kumpless attwali u fl-istruttura tal-governanza, inkluż kemm fl-istituzzjonijiet kif ukoll bejniethom fil-livell tal-UE. It-titjib fil-governanza għandu jinkludi l-attivitajiet operattivi, fejn il-koordinament isofri mit-tixrid u l-ineffikaċja fl-ambjent istituzzjonali l-ġdid. It-titjib fil-governanza jista’ jieħu l-forma ta’ metodi ta’ ħidma ġodda 'f’livell ’il fuq' bħall-immudellar tal-proċess tan-negozju (BPM) u l-metodoloġija tal-każ tan-negozju sabiex titjieb il-valutazzjoni tal-impatt tad-deċiżjonijiet kemm strateġiċi kif ukoll dawk operattivi. F’livell iktar ’l isfel, il-ġestjoni tal-proċess u l-kejl tal-prestazzjoni tal-proċessi tal-unjoni doganali jistgħu jipprovdu bażi iżjed solida għall-iżvilupp fil-ġejjieni tal-inizjattivi, il-metodi ta’ ħidma u l-allokazzjoni tar-riżorsi. Il-kejl u t-titjib tal-kwalità tal-produzzjoni u r-riżultati It-titjib fil-kwalità tal-produzzjoni u r-riżultati fl-unjoni doganali tal-UE jitlob l-istabbiliment ta’ sistema li tkejjel, tivvaluta u tidentifika d-dgħufijiet u n-nuqqasijiet, u (fit-tieni stadju), il-ġestjoni tal-prestazzjoni tal-unjoni doganali. Id-DĠ TAXUD stabbilixxa grupp ta’ proġett bl-esperti mill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw sistema koerenti tal-ġestjoni tal-prestazzjoni fi ħdan l-unjoni doganali. Inħarsu ’l quddiem Fid-dawl tal-evoluzzjoni mill-2008, l-istudji riċenti u d-diskussjonijiet, il-konklużjonijiet li jħarsu ’l quddiem huma li: (1) L-għanijiet strateġiċi tal-unjoni doganali kif definiti fl-2008 għadhom validi u rilevanti. (2) Minbarra l-linji ta’ azzjoni li diġà twettqu fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-unjoni doganali, hemm ħtieġa kruċjali li l-unjoni doganali tevolvi fuq dawn il-linji li ġejjin: - Approċċ strateġiku usa’ għall-kooperazzjoni mal-aġenziji u l-imsieħba internazzjonali l-oħra fl-oqsma tas-sigurtà, is-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent. - It-titjib u l-aġġornament tal-governanza , kemm f’termini ta’ strutturi kif ukoll ta' metodi ta’ ħidma, notevolment billi tevolvi lejn approċċ orjentat iżjed lejn in-negozju fil-proċessi tal-unjoni doganali. Minbarra li tindirizza l-istrutturi tal-governanza u l-kwistjoni istituzzjonali, u s-simplifikazzjoni tat-tmexxija ta’ kuljum, dan għandu jinkludi l-adozzjoni tal-użu sistematiku tal-metodi ta’ ħidma robusti, standardizzati għal definizzjoni aħjar tal-każijiet tan-negozju u l-immudellar tal-proċess tan-negozju għall-inizjattivi kollha. Dan għandu jippermetti mhux biss intendiment aħjar minn qabel tal-implimentabbiltà potenzjali, l-effetti u r-riżultati tal-inizjattivi, imma jippemetti prijoritizzazzjoni aħjar tal-inizjattivi u l-utilizzazzjoni iżjed simplifikata tar-riżorsi skarsi. - Il-qsim u l-ippuljar tal-kapaċitajiet u l-abbiltajiet bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, sabiex titjieb l-effiċjenza, l-effikaċja u l-uniformità u jiġu realizzati l-ekonomiji tal-kobor. Dan jista’ jinkiseb permezz tat-tisħiħ u ż-żieda ta’ mekkaniżmi ġodda skont il-programm tal-ġejjieni FISCUS. - Id-definizzjoni ta’ bażi għall-kejl u l-ivvalutar tal-prestazzjoni (ir-riżultati kif ukoll il-produzzjoni) sabiex jiġi żgurat li l-unjoni doganali tkun qed tissodisfa l-għanijiet tagħha, u/jew tidentifika fejn qiegħda lura jew fejn hemm nuqqasijiet. Dan se jkun kompitu partikolarment ta’ sfida, għaliex jitlob l-identifikazzjoni jew il-ħolqien ta’ indikaturi li huma rilevanti fil-livell tal-unjoni doganali, u li jistgħu jkunu bbażati fuq id-data mis-sors li hija disponibbli u affidabbli. [pic] [1] B'Unjoni Doganali', dan ir-rapport jirreferi b’mod esklussiv għall-unjoni doganali tal-UE u t-territorju kif definit fil-Kapitolu 1 tat-TFUE, u jeskludi l-unjonijiet doganali mat-Turkija, l-Andorra u San Marino. [2] Ir-Regolament (KE) 450/2008 tat-23.04.2008, ĠU L 145 tal-4.6.2008. [3] Id-Deċiżjoni 70/2008/KE tal-15.01.2008, ĠU L 23 tas-26.01.2008, p. 21. [4] Magħrufa wkoll b’mod informali bħala l- 'Inizjattiva tad-Dwana Elettronika' , hija timmira li tibni katina robusta ta’ komunikazzjoni bejn l-uffiċċji doganali kollha fl-UE, bejn id-dwana u l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra involuti fil-kummerċ tal-prodotti, u bejn l-awtoritajiet doganali u l-kummerċjanti. [5] L-Irwol Doganali tal-Ġejjieni (FRoC) - proġett [6] TAXUD/1434/2007 [7] COM(2008) 169 finali [8] Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Ġunju 2008 fl-erbgħin anniversarju tal-Unjoni Doganali. ĠU C286 tas-27.11.2009 p.20 [9] Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni tal-FCI, TAXUD/379996/2009_rev2 [10] L-Istrateġija 2020 u l-Att dwar is-Suq Uniku [11] Il-Programm ta’ Stokkolma [12] L-impatt ġie rifless b’mod ċar fl-aħħar tal-2008 u fil-bidu tal-2009 fil-livell tal-proċeduri normali, imma mhux fil-livell tad-dikjarazzjonijiet issimplifikati (it-tnejn imkejla fil-livell tal-oġġett (prodott)). M’hemmx spjegazzjoni ċara relatata mad-dwana għal dan il-fenomenu, imma jista’ jkun il-każ li x-xejriet tal-kummerċ tal-kumpaniji l-kbar li jinnegozjaw b’mod regolari (dawk li japplikaw il-proċeduri ssimplifikati) kienu, fil-fatt, inqas affettwati mill-kriżi mill-medja tal-kummerċ. [13] Iktar dwar is-sistema hawn taħt. [14] Kemm għall-proċeduri normali kif ukoll issimplifikati. [15] It-tranżizzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni mill-karta għall-elettronika bdiet fl-2008. [16] Ir-Regolament ((EEC) 2913/92 ġie emendat bir-Regolament (KE) 648/2005, u r-Regolament (KEE) 2454/93 kien emendat bir-Regolament (KE) Nru 1875/2006 [17] Dawn is-sistemi tal-IT trans-Ewropej kollha, għalkemm ibbażati fuq u żviluppati fis-27 sistema nazzjonali, għandhom il-kapaċità li jaħdmu flimkien u bejn xulxin minħabba l-livell għoli tal-armonizzazzjoni kif ukoll minħabba r-regoli tal-interkonnessjoni inkorporati fis-sistemi. [18] Iktar żviluppi tal-IT tal-UE speċifikament għall-finijiet ta’ kontra l-frodi kif żviluppati mill-OLAF huma msemmija fit-taqsima 3.5 hawn taħt. [19] B’mod ġenerali, iż-żamma u t-titjib fejn meħtieġ tal-kontroll fuq il-ġbir tad-dħul proprju mid-dwana jibqgħu l-għan ewlieni li għandu jiġi indirizzat fl-implimentazzjoni kollha tal-ġejjieni tal-leġislazzjoni u l-inizjattivi, bħall-iżvilupp tal-ġestjoni tar-riskju u l-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq is-sistemi għall-kontroll doganali. [20] Ir-Rapport Speċjali 1/2010 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-effikaċja tal-kontrolli fuq il-proċeduri doganali ssimplifikati għall-importazzjoni. [21] COM(2010)673, inkluż fil-kuntest tal-Għan 4 Azzjoni 4: It-titjib fil-kooperazzjoni interaġenzjali fil-livell nazzjonali. [22] Fil-każ ta’ NO u CH, ir-rikonoxximent reċiproku tal-AEO huwa parti minn ftehim iżjed estensiv li jikkonċerna l-iktar il-miżuri tas-sigurtà doganali. [23] TAXUD/359494/2011 [24] L-interess mistenni tal-kummerċjanti mhux ibbażat fuq id-daqs jew il-ġeografija, imma iktar wieħed ibbażat fuq karatteristiċi relatati mal-kwalità (eż. il-kwalità tal-ġestjoni tal-katina tal-provvista u s-sistemi tal-kontabilità) u l-ħtiġijiet tas-servizz (eż. l-importanza relattiva tal-kummerċ internazzjonali fil-bejgħ tal-kumpaniji). L-SMEs b’ċertu profil (eż. b’livelli relattivament għolja ta’ dikjarazzjonijiet doganali) jistgħu jsibu l-kunċett interessanti daqs ċertu multinazzjonali kbar. [25] Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 2009 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Doganali tal-UE fil-ġlieda kontra l-ksur tal-IPR għas-snin 2009 sa 2012. [26] Filwaqt li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE se jiġi vvalutat is-sena d-dieħla, diġà huwa rikonoxxut bħala utli ħafna biex jixpruna l-iżviluppi konġunti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livelli nazzjonali. [27] COM(2011) 285. [28] Pereżempju, għadu kif inħoloq grupp ta’ esperti sabiex jindirizza l-isfida kbira li jippreżentaw il-konsenji żgħar ta’ prodotti li jiksru l-IPR mibgħuta bil-posta b’riżultat tal-bejgħ fuq internet. [29] ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1 [30] Ir-Regolament (UE) 766/2008, ĠU L 218 tat-13.8.2008, p. 48 [31] Il-FIDE jippermetti li l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mit-twettiq tal-investigazzjonijiet doganali sabiex jiġu identifikati l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra li qegħdin jinvestigaw jew diġà investigaw l-istess persuni jew negozji jikkoordinaw il-ħidma tagħhom. [32] Art. 6 tar-Regolament (KE) 1889/2005 (ĠU L 309 tal-25.11.2005, p. 9-12) [33] COM(2011) 293. [34] COM(2011) 376. [35] SEC(2011)791 [36] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar in-Nisa u x-Xjenza (2011/2083(INI)); P7_TA(2011)0546. [37] Id-Deċiżjoni 624/2007/KE tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fil-Komunità (Dwana 2013) [38] COM(2011) 706. [39] L-arkitettura tan-negozju għall-ġejjieni tal-Unjoni Doganali u l-mudell kooperattiv fil-qasam tat-tassazzjoni fl-Ewropa (Mejju 2011). TAXUD D(2010) 433216 [40] Studju dwar l-Arkitettura tan-Negozju tal-Unjoni Doganali (2011); Il-valutazzjoni fuq perjodu ta’ żmien medju tal-Programm Doganali 2003 (2011) [41] Jirreferu għall-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni