EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0209

L-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (test kodifikat) (COM(2010)0507 – C7-0287/2010 – 2010/0260(COD))
P7_TC1-COD(2010)0260 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil- 11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (test kodifikat) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ANNESS I
ANNESS II
ANNESS III

ĠU C 377E, 7.12.2012, p. 217–228 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 377/217


L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
L-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl ***I

P7_TA(2011)0209

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (test kodifikat) (COM(2010)0507 – C7-0287/2010 – 2010/0260(COD))

2012/C 377 E/36

Proċedura leġislattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0507),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0287/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2010 (1)

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 – Fuq metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0089/2011),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif mniżżla hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 31.

(2)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0260

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (test kodifikat)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

L-unitajiet ta’ kejl huma essenzjali fl-użu ta’ l-istrumenti kollha ta’ kejl, sabiex jesprimu kejl jew kull indikazzjoni ta’ kwantità. L-unitajiet ta’ kejl huma użati f'bosta oqsma ta’ l-attività umana. Hemm bżonn li tiġi żgurata l-akbar ċarezza possibbli fl-użu tagħhom. Hemm bżonn li jsiru regoli għall-użu tagħhom fi ħdan l-Unjoni għal skopijiet ekonomiċi, ta’ saħħa pubblika, ta’ sigurtà pubblika, jew amministrattivi.

(3)

L-unitajiet ta’ kejl huma soġġetti għar-riżoluzzjonijiet internazzjonali adottati mill-Konferenza Ġenerali dwar il-Piżijiet u l-Kejl (CGPM) stabbilita mill-Konvenzjoni tal-Metru hekk kif iffirmata f'Pariġi nhar l-20 ta’ Mejju 1875, li għaliha jaderixxu l-Istati Membri kollha. L-«International System of Units» (SI) ġiet stabbilita b'riżultat ta’ dawn ir-riżoluzzjonijiet.

(4)

Jeżistu konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri. Dawn il-konvenzjonijiet u l-ftehim għandhom jiġu rispettati.

(5)

Fid-dawl tal-karattru lokali ta’ ċerti eżenzjonijiet li għadhom applikati fir-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-unitajiet ta’ kejl u n-numru limitat ta’ prodotti kkonċernati, iż-żamma ta’ dawn l-eżenzjonijiet ma tirriżultax f'ostaklu non-tariffarju għall-kummerċ u, bħala konsegwenza, m'hemmx il-ħtieġa li dawk l-eżenzjonijiet jintemmu.

(6)

Xi pajjiżi terzi ma jaċċettawx fis-swieq tagħhom prodotti mmarkati biss bl-unitajiet ta’ kejl legali stabbiliti f'din id-Direttiva; kumpanniji li jesportaw il-prodotti tagħhom f'dawn il-pajjiżi sejrin ikunu żvantaġġati jekk ma jkunux permessi indikazzjonijiet supplimentari; indikazzjonijiet supplimentari f'unitajiet ta’ kejl mhux legali għandhom għalhekk jiġu awtorizzati.

(7)

De telles indications supplémentaires pourraient en outre permettre l'introduction progressive et en douceur des nouvelles unités métriques susceptibles d'être établies au niveau international.

(8)

Madankollu, l-adozzjoni sistematika tal-utilizzazzjoni ta’ indikazzjonijiet supplementary għall-istrumenti kollha ta’ kejl, inklużi strumenti mediċi, mhux neċessarjament mixtieqa. l-Istati Membri għandhom għaldaqstant ikunu jistgħu jeħtieġu, illi fuq it-territorju tagħhom, l-istrumenti ta’ kejl ikollhom indikazzjonijiet tal-kwantità f'unità legali ta’ kejl waħdanija. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu, illi fuq it-territorju tagħhom, l-istrumenti ta’ kejl ikollhom indikazzjonijiet tal-kwantità f'unità legali ta’ kejl waħdanija.

(9)

Billi din id-Direttiva ma taffettwax it-tkomplija ta'manifattura ta’ prodotti li jinsabu fuq is-suq qabel id-data ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 80/181/KEE. Madankollu, hi taffetwa t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti u tagħmir li fihom indikazzjonijiet ta’ kwantità f'unitajiet ta’ kejl li ma għadhomx unitajiet legali ta’ kejl, meta prodotti u tagħmir bħal dawn huma neċċessarji sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet ta’ prodotti, tagħmir, u strumenti bħal dawn li jkunu diġà fis-suq; billi huwa għalhekk neċessarju għall-Istati Membri sabiex jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ tali prodotti u tagħmir sabiex ilestu u jissostitwixxu komponenti, anke fejn ikun fihom indikazzjonijiet ta’ kwantità f'unitajiet ta’ kejl li ma jkunux għadhom unitajiet legali ta’ kejl, sabiex prodotti, tagħmir u strumenti diġà fis-suq ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw.

(10)

Din id-Direttiva tappoġġa l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern permezz tal-livell ta’ armonizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ kejl li hija tippreskrivi. F'dan il-kuntest, huwa xieraq li l-Kummissjoni timmonitorja l-iżviluppi tas-suq fir-rigward ta’ din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha, notevolment fir-rigward tal-possibbiltà ta’ ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u armonizzazzjoni oħra meħtieġa sabiex jintegħlbu dawk l-ostakli.

(11)

Huwa xieraq li l-Kummissjoni tkompli ssegwi bil-qawwa, fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma’ pajjiżi terzi inkluż il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku, l-aċċettazzjoni, fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, ta’ prodotti ttikettati biss b'unitajiet SI.

(12)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-unitajiet legali ta’ kejl fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva li għandhom jintużaw sabiex jesprimu l-kwantitajiet għandhom ikunu:

(a)

dawk li jinsabu fil-Kapitolu I ta’ l-Anness I;

(b)

dawk li jinsabu fil-Kapitolu II ta’ l-Anness I biss f’dawk l-Istati Membri fejn kienu awtorizzati fil-21 ta’ April 1973 u sa data li għad trid tiġi stabbilita minn dawk l-Istati Membri.

Artikolu 2

1.   L-obbligi taħt l-Artikolu 1 għandhom x'jasqsmu ma’ l-istrumenti ta’ kejl użati, kejl meħud u indikazzjonijiet tal-kwantità espressi f'unitajiet ta’ kejl.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffetwa l-użu ta’ l-unitajiet ta’ kejl fil-qasam tat-trasport bl-arja u bil-baħar u traffiku fuq il-linji tal-ferroviji, għajr dawk magħmula obbligatorji bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, li ġew stabbiliti fil-konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri.

Artikolu 3

1.   Għall-fini ta’ din id-Direttiva «indikazzjoni supplementari» tfisser indikazzjoni waħda jew aktar ta’ kwantità espressa f'unitajiet ta’ kejl li ma jinsabux fil-Kapitolu I ta’ l-Anness I li jakkumpanjaw l-indikazzjoni ta’ kwantità espressa f'unità ta’ kejl li tinsab f'dak il-Kapitolu.

2.   L-użu ta’ indikazzjonijiet supplimentari għandu jiġi awtorizzat.

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-istrumenti ta’ kejl ikun fihom indikazzjonijiet ta’ kwantità f'unità legali ta’ kejl waħda.

3.   L-indikazzjoni espressa f'unità ta’ kejl li tinsab fil-Kapitolu I tal-Anness I għandha tippredomina. B'mod partikolari, l-indikazzjonijiet espressi f'unitajiet ta’ kejl li ma jinsabux f'dak il-Kapitolu 1 għandhom jiġu espressi f'karattri mhux ikbar minn dawk ta’ l-indikazzjoni korrispondenti f'unitajiet ta’ kejl li jinsabu fil-Kapitolu I tal-Anness I.

Artikolu 4

L-użu ta’ unitajiet ta’ kejl li mhumiex jew li ma għadhomx aktar legali għandu jiġi awtorizzat għal:

(a)

prodotti u tagħmir diġà fis-suq u/jew li qiegħed fis-servizz fl-20 ta’ Diċembru 1979;

(b)

komponenti u partijiet ta’ prodotti u ta’ tagħmir meħtieġa sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet tal-prodotti u tat-tagħmir imsemmija fil-punt (a).

Madanakollu, l-użu ta’ unitajiet legali ta’ kejl jista’ jkun meħtieġ għal indikaturi ta’ strumenti ta’ kejl.

Artikolu 5

Il-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u, b'mod partikolari, il-każ ta’ indikazzjonijiet supplimentari għandhom jiġu eżaminati aktar, u jekk meħtieġ jittieħdu l-miżuri adottati bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/34/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku (5).

Artikolu 6

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi tas-suq relatati ma’ din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha fir-rigward tal-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u tal-kummerċ internazzjonali u għandha tippreżenta rapport dwar dawk l-iżviluppi, akkumpanjat minn proposti fejn ikun il-każ, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2019.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-Kummissjoni tkun infurmata, f'ħin tajjeb li jippermettilha illi tissottometti l-kummenti tagħha, bi kwalunkwe abbozz ta’ liġi, regolament u dispożizzjoni amministrattiva li huma jkollhom il-ħsieb li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 8

Id-Direttiva 80/181/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 9

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 31.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011.

(3)  ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40.

(4)  Ara l-Anness II, Parti A.

(5)  ĠU L 106, 28.4.2009, p. 7.

L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
ANNESS I

KAPITOLU I

UNITAJIET LEGALI TA' KEJL LI SARET REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1(a)

1.   UNITAJIET SI U L-MULTIPLI U S-SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM

1.1.   unitajiet SI bażi

Kwantità

Unità

Isem

Simbolu

Tul

metru

m

Piż

kilogramm

kg

Ħin

sekonda

s

Kurrent Elettriku

ampere

A

Temperatura termodinamika

kelvin

K

Ammont ta' sustanza

mole

mol

Intensità ta' luminosità

candela

cd

Definizzjonijiet ta' l-unitajiet SI bażi:

Unità ta’ tul

Metru huwa t-tul tal-mogħdija tad-dawl f’vakwu matul 1/299 792 458 sekondi.

(Is-sbatax –il CGPM - (1983) - l-1 Riżoluzzjoni).

Unità tal-massa

Il-kilogramm hija l-unità tal-massa; huwa ugwali għall-massa tal-prototip internazzjonali tal-kilogramm.

(It-Tielet CGPM - 1901 - paġna 70 tar-rapport tal-konferenza).

Unità tal-ħin

Is-sekonda hija t-tul ta' żmien ta' 9 192 631 770 perjodi tar-radjazzjoni li tikkorrispondi għat-transizzjoni bejn żewġ livelli iperfini u l-ground state ta' l-atomu ta' caesium-133.

(It-Tlettax-il CGPM - 1967 - riżoluzzjoni 1).

L-Unità tal-kurrent ta' l-elettriku

L-ampere huwa dak il-kurrent kostanti li jekk miżmum f'żewġ tulijiet dritti paralleli infiniti, ta' sezzjoni trasversali tonda negliġibbli u mpoġġija metru 'l bogħod mill-ieħor f'vakwu, jipproduċi bejn iż-żewġ materjali kondutturi forza ugwali għal 2 × 10-7 newton għal kull metru ta' tul.

(Kumitat Internazzjonali għall-Piż u l-Kejl (CIPM) - 1946 - Riżoluzzjoni 2 - approvata mid-disa' CGPM - 1948).

L-Unità tat-temperatura termodinamika

Il-kelvin, unità ta' temperatura termodinamika, hija l-frazzjoni ta' 1/273,16 tat-temperatura termodinamika tat-triple point ta' l-ilma.

Din id-definizzjoni tirreferi għal ilma li għandu l-kompożizzjoni isotopika ddefinita mir-relazzjoni bejn l-ammonti ta' sustanza li ġejjin: 0,00015576 mole ta' 2H kull mole ta' 1H, 0,0003799 mole ta' 17O kull mole ta' 16O u 0,0020052 mole ta' 18O kull mole ta' 16O.

(It-Tlettax-il CGPM - 1967 - Riżoluzzjoni 4 u tlieta u għoxrin CGPM - 2007 - Riżoluzzjoni 10).

L-Unità ta' ammont ta' sustanza

Il-mole hija l-ammont ta' sustanza ta' sistema li fiha entitajiet elementari daqs kemm hemm atomi f'0,012 kg ta' carbon 12.

Meta l-mole hija użata, l-entitajiet elementari għandhom jiġu speċifikati u jistgħu jkunu atomi, molekuli, jonji, elettroni, jew partikuli oħra jew gruppi speċifiċi ta' tali partikuli.

(L-Erbatax-il CGPM - 1971 - riżoluzzjoni 3)

L-Unità ta' intensità tal-luminosità

Il-candela hija l-intensità tal-luminosità, f'direzzjoni partikolari, ta' sors li jemetti raġġi monokromatiċi bi frekwenza ta' 540 × 1012 hertz u li l-intensità ta' radjanti f'dik id-direzzjoni hija ta' (1/683) watt per steradian.

(Is-Sittax -il CGPM - 1979 - riżoluzzjoni 3).

1.1.1.   Isem speċjali jew simbolu ta' l-unità ta' temperatura mnissla SI biex tkun espressa t-temperatura f'Celsius

Kwantità

Unità

Isem

Simbolu

Temperatura f'Celsius

Grad Celsius

°C

Temperatura Celsius t hija definita bħala d-differenza t = TT0 bejn iż-żewġ temperaturi termodinamiċi T u T0 fejn T0 = 273,15 K. Intervall jew differenza ta' temperatura jista' jiġi espress jew f'kelvins jew fi gradi Celsius. L-unità «grad Celsius» hija ugwali għall-unità "kelvin".

1.2.   Unitajiet imnisslin SI

1.2.1.   Regola ġenerali għal unitajiet SI imnisslin

Unitajiet imnisslin b'mod koerenti mill-unitajiet bażi SI u unitajiet SI supplimentari huma mogħtija bħala espressjonijiet alġebrajiċi fil-forma ta' prodotti ta' powers tal-unitajiet bażi SI u/jew unitajiet SI supplimentari b'fattur numeriku ugwali għal 1.

1.2.2.   Unitajiet SI imnisslin b' ismijiet u simboli speċjali

Kwantità

Unità

Espressjoni

Isem

Simbolu

F'unitajiet SI oħra

F'termini ta' l-unitajiet SI bażi jew supplimentari

Angolu pjan

radjan

rad

 

m · m–1

Angolu solidu

steradjan

sr

 

m2 · m–2

Frekwenza

hertz

Hz

 

s-1

Forza

newton

N

 

m · kg · s-2

Pressjoni, stress

pascal

Pa

N · m-2

m-1 · kg · s-2

Energija, work; kwantità ta' sħana

joule

J

N · m

m2 · kg · s-2

Saħħa (1), fluss radjanti

watt

W

J · s-1

m2 · kg · s-3

Kwantità ta' elettriku, karg ta' l-elettriku

coulomb

C

 

s · A

Potenzjal ta' l-elettriku, differenza fil-potenzjal, forza elettromotiva

volt

V

W · A-1

m2 · kg · s-3 · A-1

Reżistenza ta' l-elettriku

ohm

Ω

V · A-1

m2 · kg · s-3 · A-2

Konduttività

siemens

S

A · V-1

m-2 · kg-1 · s3 · A2

Kapaċitanza

farad

F

C · V-1

m-2 · kg-1 · s4 · A2

Fluss Manjetiku

weber

Wb

V · s

m2 · kg · s-2 · A-1

Densità tal-fluss manjetiku

tesla

T

Wb · m-2

kg · s-2 · A-1

Inductance

henry

H

Wb · A-1

m2 · kg · s-2 · A-2

Fluss luminuż

lumen

lm

cd · sr

cd

Illuminanza

lux

lx

lm · m-2

m-2 · cd

Attività (ta' radionuclide)

becquerel

Bq

 

s-1

Doża assorbita, energija specifika mqassma, kerma, indici tad-doża assorbita

gray

Gy

J · kg-1

m2 · s-2

Doża ekwivalenti

sievert

Sv

J · kg-1

m2 · s-2

Attivita' katalitika

katal

kat

 

mol s-1

Unitajiet imnisslin mill-unitajiet SI bażi jistgħu jiġu espressi f'termini ta' unitajiet elenkati fil-Kapitolu I.

B'mod partikolari unitajiet SI imnisslin jistgħu jiġu espressi permezz ta' ismijiet speċjali u simboli mogħtija fit-tabella ta' hawn fuq; per eżempju l-unità SI tal-viskożità dinamika tista' tiġi mfissra bħala m-1 · kg · s-1 jew N · s · m-2 jew Pa · s.

1.3.   Prefissi u s-simboli tagħhom użati sabiex jingħataw ċerti multipli u submultipli deċimali

Il-Fattur

Il-Prefiss

Is-Sinjal

1024

yotta

Y

1021

zetta

Z

1018

exa

E

1015

peta

P

1012

tera

T

109

giga

G

106

mega

M

103

kilo

k

102

hekto

h

101

deka

da

10-1

deci

d

10-2

centi

c

10-3

milli

m

10-6

mikro

μ

10-9

nano

n

10-12

piko

p

10-15

femto

a

10-18

atto

f

10-21

zepto

z

10-24

yocto

y

L-ismijiet u s-simboli tal-multipli u s-submultipli deċimali ta' l-unità tal-massa huma iffurmati billi jiġu mehmuża prefissi mal-kelma "gramm" u s-simboli tagħhom mas-simbolu "g".

Fejn unità imnissla hija espressa bħala frazzjoni, il-multipli u s-submultipli deċimali tagħha jistgħu jingħataw billi jiġi mehmuż il-prefiss ma' l-unitajiet fin-numeratur jew fid-denominatur, jew f'dawn iż-żewġ partijiet.

Prefissi komposti, jew aħjar prefissi ffurmati mit-tqegħid ħdejn xulxin ta' diversi prefissi imsemmija hawn fuq, ma jistgħux jintużaw.

1.4.   Ismijiet speċjali awtorizzati u simboli tal-multipli u submultipli deċimali tal-Unitajiet SI

Kwantità

Unità

Isem

Simbolu

Valur

Volum

litri

1 jew L (2)

1 l = 1 dm3 = 10-3 m3

Massa

tunnellati metriċi

t

1 t = 1 Mg = 103 kg

Pressjoni, stress

bar

Bar (3)

1 bar = 105 Pa

Nota:

Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' unitajiet u simboli li jinsabu fit-Tabella 1.4.

2.   UNITAJIET LI HUMA DEFINITI FUQ IL-BAŻI TA' L-UNITAJIET SI IŻDA LI MHUMIEX MULTIPLI JEW SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM

Kwantità

Unità

Isem

Simbolu

Valur

Angolu plan

rivoluzzjoni (*) (4)  (5)

 

1 rivoluzzjoni = 2 π rad

grad (*) jew gon (*)

gon (*)

1 gon = π/200 rad

grad

°

1° = π/180 rad

minuta tal-angolu

1′ = π/10 800 rad

sekonda ta' l-angolu

1″ = π/648 000 rad

Ħin

minuta

min

1 min = 60 s

siegħa

h

1 h = 3 600 s

ġurnata

d

1 d = 86 400 s

Nota:

Il-prefissi elenkati fi 1.3 jistgħu jiġu użati biss flimkien ma' l-ismijiet "grad" jew "gon" u s-simbolu "gon".

3.   UNITAJIET UŻATI MA' L-SI, LI L-VALUR TAGĦHOM HUWA MIKSUB B'MOD SPERIMENTALI

Kwantità

Unità

Isem

Simbolu

Definizzjoni

Enerġija

volt elettroniku

eV

Il-volt elettroniku huwa l-enerġija kinetika miksuba minn elettron li jgħaddi minn differenza potenzjali ta' 1 V f'vakwu

Piż

unità ta' piż atomiku sħiħ

u

L-unità tal-piż atomiku sħiħ hija ugwali għall-1/12 tal-piż ta' atomu tan-nuklide 12C.

Nota:

Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati fil-lista 1.3 jistgħu jiġu wżati ma' dawn iż-żewġ unitajiet u mas-simboli tagħhom.

4.   UNITAJIET U ISMIJIET TA' L-UNITAJIET PERMESSI F'OQSMA SPEĊJALIZZATI BISS

Kwantità

Unità

Isem

Simbolu

Valur

Vergency ta' sistemi ottikali

dioptre (*)

 

1 dioptre = 1 m-1

Massa tal-ħagar prezzjuż

karat metriku

 

1 karat metriku = 2 × 10-4 kg

Area ta' l-art agrikola u art għall-bini

are

a

1 a = 102 m2

Massa għal kull unità ta' tul tal-yarn u l-ħjut tat-tessili

tex (*)

tex (*)

1 tex = 10-6 kg m-1

Pressjoni tad-demm u ta’ fluidi oħra tal-ġisem

millimetru ta’ merkurju

mm Hg (*)

1 mm Hg = 133,322 Pa

Cross-sectional area effettiva

barn

b

1 b = 10-28 m2

Nota:

Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f’1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma’ l-unitajiet u s-simboli ta’ hawn fuq, bl-eċċezzjoni tal-millimetru ta’ merkurju u s-simbolu tiegħu. Iżda l-multiplu ta’ 102 a huwa msejjaħ "ettaru".

5.   UNITAJIET KOMPOSTI

Kombinazzjonijiet ta' l-unitajiet elenkati fil-Kapitolu I jiffurmaw unitajiet komposti.

IL-KAPITOLU II

L-UNITAJIET LEGALI TA’ KEJL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(b), AWTORIZZATI GĦAL UŻU SPEĊIFIKU BISS

Settur ta’ applikazzjoni

Unità

Isem

Valur approssimat

Simbolu

Sinjali tat-traffiku, kejl ta’ distanza u veloċità

mil

1 mil = 1 609 m

mil

jarda

1 jarda = 0,9144 m

jarda

pied

1 pied = 0,3048 m

pied

pulzier

1 pulzier = 2,54 × 10-2 m

pulzier

Tqassim ta’ birra draught u ċidru; ħalib f’reċipjenti li jingħataw lura

pinta

1 pinta = 0,5683 × 10-3 m3

pinta

Transazzjoni f’metalli prezzjużi

uqija troj

1 uqija troj = 31,10 × 10-3 kg

uqija troj

L-unitajiet elenkati f’dan il-Kapitolu jistgħu jiġu kkombinati ma’ xulxin jew ma’ dawk fil-Kapitolu I sabiex jiffurmaw unitajiet komposti.


(1)  Ismijiet speċjali għal unità ta' power; l-isem volt-ampere (simbolu ‘VA’) meta użat sabiex ifisser s-saħħa apparenti ta' kurrent ta' l-elettriku li jalterna, u var (simbolu ‘var’) meta huwa żat sabiex ifisser is-saħħa elettrika reattiva. Il-‘var’ mhux inkluż fir-riżoluzzjonijiet tal- CPGM.

(2)  Iż-żewġ simboli "l" u «"L" jistgħu jintużaw għall-unità tal-litru. (Is-Sittax-il CGPM (1979), riżoluzzjoni 5).

(3)  Unità imniżżla fil-ktejjeb tal-Bureau Internazzjonali tal-Piżijiet u Kejl bħala fost l-unitajiet li għandhom jiġu permessi b'mod temporanju.

Nota:

Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' unitajiet u simboli li jinsabu fit-Tabella 1.4.

(4)  Il-karattru (*) wara l-isem jew is-simbolu ta' l-unità jindika li ma jidhirx fil-listi mħejjija mill-CGPM, CIPM jew BIPM. Dan japplika għall-Anness kollu

(5)  Ma jeżisti l-ebda simbolu internazzjonali.

Nota:

Il-prefissi elenkati fi 1.3 jistgħu jiġu użati biss flimkien ma' l-ismijiet "grad" jew "gon" u s-simbolu "gon".

L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
ANNESS II

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 8)

Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE

(ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40)

 

Direttiva tal-Kunsill 85/1/KEE

(ĠU L 2, 3.1.1985, p. 11)

 

Direttiva tal-Kunsill 89/617/KEE

(ĠU L 357, 7.12.1989, p. 28)

 

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/103/KE

(ĠU L 34, 9.2.2000, p. 17)

 

Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2009/3/KE

(ĠU L 114, 7.5.2009, p. 10)

 

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 8)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

80/181/KEE

30 ta’ Ġunju 1981

1 ta’ Ottubru 1981

85/1/KEE

1 ta’ Lulju 1985

89/617/KEE

30 ta’ Novembru 1991

1999/103/KE

8 ta’ Frar 2001

2009/3/KE

31 Diċembru 2009

1 Jannar 2010

L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 80/181/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(a) u (b)

Artikolu 1(a) u (b)

Artikolu 1(ċ) u (d)

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3 (1)

Artikolu 3 (1)

Artikolu 3 (2)

Artikolu 3 (2), l-ewwel paragrafu

Artikolu 3 (3)

Artikolu3 (2), it-tieni paragrafu

Artikolu 3 (4)

Artikolu 3 (3)

Artikolu 4 l-ewwel paragrafu sentenza ta’ introduzzjoni

Artikolu 4 l-ewwel paragrafu sentenza ta’ introduzzjoni

Artikolu 4 l-ewwel paragrafu l-ewwel inċiż

Artikolu 4 l-ewwel paragrafu, punt (a)

Artikolu 4 l-ewwel paragrafu it-tieni indent

Artikolu 4 l-ewwel paragrafu, punt (b)

Artikolu 4 it-tieni paragrafu

Artikolu 4 it-tieni paragrafu

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6a

Artikolu 5

Artikolu 6b

Artikolu 6

Artikolu 7(a)

Artikolu 7(b)

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10

Anness, Kapitolu I, pt. 1.-1.2

Anness I, Kapitolu 1, pt.1.-1.2

Anness, Kapitolu I, pt.1.2.2

Anness I, Kapitolu I, pt.1.2.1

Anness, Kapitolu I, pt.1.2.3

Anness I, Kapitolu I, pt.1.2.2

Anness, Kapitolu I, pt.1.3 - 5

Anness I, Kapitolu I, pt.1.3 - 5

Anness, Kapitolu II

Anness I, Kapitolu II

Anness, Kapitoli III u IV

Anness II

Anness III


Top