EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XG1026(01)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006

ĠU C 289, 26.10.2010, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/7


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006

2010/C 289/06

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Annessi I sa IV għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddettermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi imsemmijin hawn fuq għadhom jissodisfaw il-kriterji li jinsabu fid-Deċiżjoni 2010/639/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus, u konsegwentement huma għandhom jibqgħu elenkati. Madankollu, il-Kunsill iddeċieda li r-restrizzjonijiet ta' vvjaġġar imposti fuq il-persuni li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK, bl-eċċezzjoni tas-Sinjura għandha Lydia Mihajlovna Yermoshina, u fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandhom ikomplu jiġu sospiżi sal-31 ta' Ottubru 2011.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti tal-internet fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.

(2)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


Top