This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010IP0191
Contribution of the Cohesion policy to the achievement of Lisbon and the EU2020 objectives European Parliament resolution of 20 May 2010 on the contribution of the Cohesion policy to the achievement of Lisbon and the EU2020 objectives (2009/2235(INI))
Il-kontribut tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta’ Lisbona Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l- 20 ta’ Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta’ Lisbona (2009/2235(INI))
Il-kontribut tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta’ Lisbona Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l- 20 ta’ Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta’ Lisbona (2009/2235(INI))
ĠU C 161E, 31.5.2011, pp. 120–126
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
31.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 161/120 |
Il-Ħamis 20 ta’ Mejju 2010
Il-kontribut tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta’ Lisbona
P7_TA(2010)0191
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-20 ta’ Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta’ Lisbona (2009/2235(INI))
2011/C 161 E/18
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 174 sa 178 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (1),
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar il-Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji dwar il-Koeżjoni (2),
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar “l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Fondi Strutturali 2007-2013: ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji ta’ koeżjoni u l-programmi operazzjonali” (3),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Awwissu 2007 dwar “Reġjuni Ewropej kompetittivi permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni - Kontribuzzjoni lejn aktar tkabbir u impjiegi aktar u itjeb” (COM(2007)0474),
wara li kkunsidra d-dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2007 dwar “Reġjuni li jwasslu l-innovazzjoni permezz tal-politika ta’ koeżjoni” (SEC(2007)1547),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Naħdmu flimkien għat-tkabbir ekonomiku u għall-impjiegi. Bidu ġdid għall-Istrateġija ta’ Liżbona” (COM(2005)0024),
wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni “Dokument ta’ evalwazzjoni tal-Istrateġija ta’ Lisbona” (SEC(2010)0114),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2007 dwar “It-twassil mill-Istati Membri u r-Reġjuni tal-Istrateġija ta’ Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi permezz tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, 2007-2013” (COM(2007)0798),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Mejju 2008 dwar “Ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji u l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013” (COM(2008)0301),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2009 dwar l-20 rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali (2008) (COM (2009)0617),
wara li kkunsidra l-evalwazzjonijiet ex post tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006,
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2009 dwar Konsultazzjoni dwar l-Istrateġija Futura “EU2020” (COM(2009)0647),
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew Informali tal-11 ta’ Frar 2010,
wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika mnedija mill-Kummissjoni dwar l-UE 2020 u r-riżultat tagħha (SEC2010)0116),
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010“Ewropa 2020. Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),
wara li kkunsidra r-Rapport Strateġiku tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 2010 li jħeġġeġ dibattitu tal-UE dwar il-koeżjoni,
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7–0129/2010),
|
A. |
billi, wieħed iżomm f’moħħu li l-għan finali tal-politika ta’ koeżjoni huwa li jitnaqqas id-distakk bejn il-livelli ta’ żvilupp tad-diversi reġjuni u l-limitu sa fejn ir-reġjuni l-inqas favoriti u l-gżejjer (inklużi ż-żoni rurali) qed jaqgħu lura, mill-2007 r-regolamenti tal-Fondi Strutturali jinkludu l-għoti obbligatorju ta’ flus għall-objettivi ta’ Lisbona għall-UE15 u mekkaniżmu simili għall-għoti mhux obbligatorju ġie applikat b'mod volontarju mill-UE12, b’tali mod li r-riżorsi tal-politika ta’ koeżjoni jappellaw għall-Istati Membri u r-reġjuni, it-tkabbir u l-impjiegi, |
|
B. |
billi - b’mod partikolari matul ir-reċessjoni attwali - il-politika ta’ koeżjoni hija waħda mill-istrumenti ewlenin biex jitrawmu t-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi fl-UE minħabba, fost affarijiet oħra, l-ammont stabbli tagħha ta’ fondi għal programmi u politiki ta’ żvilupp fuq tul ta’ żmien twil, is-sistema ta’ mmaniġġjar deċentralizzata applikata u l-inklużjoni ta’ prijoritajiet ta’ żvilupp sostenibbli Komunitarji fost l-objettivi fundamentali tagħha, |
|
C. |
billi żewġ terzi tal-investiment tas-settur pubbliku madwar l-UE ġej mil-livelli reġjonali u lokali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali spiss jikkonċentraw kompetenzi sostanzjali tal-politika u huma atturi ewlenin fit-twassil kemm tal-Istrateġija attwali ta’ Lisbona kif ukoll tal-Istrateġija futura tal-UE2020, |
|
D. |
billi l-politika ta’ koeżjoni u l-Istrateġija UE 2020 għandhom jiġu integrati minħabba li l-politika ta’ koeżjoni hija inkluża fit-Trattat ta’ Lisbona sabiex jitrawmu t-tkabbir, il-kompetittività u l-impjieg, li huma l-objettivi ewlenin tal-Istrateġija, |
|
E. |
billi l-istrateġija proposta UE2020, simili għall-Istrateġija ta’ Lisbona, ma tirriflettix b’mod suffiċjenti l-livelli ta’ żvilupp differenti ta’ reġjuni u Stati Membri u għalhekk ma tenfasizzax biżżejjed il-koeżjoni ekonomika fl-UE mkabbra, |
Il-Politika ta’ Koeżjoni u l-Istrateġija ta’ Lisbona
|
1. |
Josserva li fl-allokazzjonijiet tal-programm għall-2007-2013 madwar €228 biljun ġew assenjati matul il-perjodu ta’ 7 snin għall-prijoritajiet ta’ Lisbona; jindika li l-allokazzjonijiet inġenerali, fl-UE12 ukoll, marru ’l bogħod mill-persentaġġi suġġeriti; |
|
2. |
Jinnota li l-allokazzjonijiet ivarjaw ħafna madwar l-Istati Membri u fost l-Objettivi; jenfasizza li m’hemmx politika waħda li tgħodd għall-oqsma kollha u li tentattiv bħal dan iwassal għal nuqqas ta’ sjieda u identifikazzjoni bi kwalunkwe strateġija għat-tkabbir u jirriżulta fl-implimentazzjoni fqira tagħha; |
|
3. |
Ifakkar li diġà fil-perjodu 2000-2006, minkejja l-assenza ta’ mekkaniżmu ta’ assenjazzjoni, ir-rabta bejn il-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni u l-Istrateġija ta’ Lisbona kienet b’saħħitha b’€10.2 biljuni investiti fir-riċerka u l-innovazzjoni; |
|
4. |
Huwa tal-fehma li l-Istrateġija ta’ Lisbona oriġinali, ibbażata biss fuq il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, strutturalment ma kienx possibbli li jinkisbu l-miri msemmija u li kien biss meta kienet marbuta mal-Politika ta’ Koeżjoni li ntlaħqu riżultati veri; jisħaq li dan l-iżball għandu jiġi evitat fl-istrateġija proposta UE 2020; |
|
5. |
Jiddispjaċih li minħabba d-dewmien għall-bidu tal-programmi u n-nuqqas sussegwenti ta’ data dwar l-infiq, il-korrispondenza bejn l-allokazzjonijiet tal-programm u n-nefqa proprja ma tistax tiġi verifikata f’dan l-istadju, u lanqas hu possibbli li jiġi evalwat jekk l-investimenti ta’ Lisbona humiex affidabbli, b’mod partikolari fir-rigward ta’ programmar f’pajjiżi inqas avvanzati; jilqa' l-pubblikazzjoni tar-rapport strateġiku tal-Kummissjoni u jitlob li dibattitu interistituzzjonali ta’ livell għoli jsir fuq din il-bażi biex janalizza l-kontribuzzjoni tal-politika ta’ koeżjoni għall-objettivi ta’ Lisbona u biex jevalwa interrelazzjonijiet futuri; |
|
6. |
Jikkritika n-nuqqas ta’ evalwazzjoni ġenerali tal-impatt tan-nefqa ta’ koeżjoni dwar l-iżvilupp reġjonali; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-impatt territorjali tal-assenjazzjoni ta’ Fondi Strutturali għall-Istrateġija ta’ Lisbona u biex tevalwa jekk din is-sistema hijiex verament qiegħda tikkontribwixxi għal żvilupp reġjonali bilanċjat u koerenti; |
|
7. |
Jirrikonoxxi li evalwazzjoni effettiva għandha tkun ibbażata fuq indikaturi li jippermettu t-tqabbil tad-data u l-aggregazzjoni fost ir-reġjuni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħejji proposta għall-indikaturi tal-evalwazzjoni qabel l-2012 sabiex tipprovdi l-mezzi biex tkejjel ir-riżultat tal-impatt kif ukoll fir-rigward tal-kwantità u l-kwalità u biex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss; |
|
8. |
Jiddispjaċih li, filwaqt li l-objettivi ewlenin tal-Aġenda ta’ Lisbona inizjalment inkludew it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-koeżjoni soċjali, it-tnedija mill-ġdid tal-Istrateġija fl-2005 ppreżentat programm anqas ambizzjuż; |
|
9. |
Jikkunsidra l-governanza dgħajfa f’ħafna livelli bħala waħda mil-limiti ewlenin tal-Istrateġija ta’ Lisbona, bl-involviment insuffiċjenti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u s-soċjetà ċivili fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-komunikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-istrateġija; jirrakkomanda l-integrazzjoni qawwija tagħhom fil-futur fl-istadji kollha; |
|
10. |
Jenfasizza li meta l-prinċipju ta’ sħubija ġie applikat fl-Istrateġija ta’ Lisbona, żied is-sens ta’ approprjazzjoni tal-objettivi mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll mill-partijiet ekonomiċi u soċjali interessati, u sostenibilità ogħla żgurata tal-intervenzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni timmoniterja l-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija fl-Istati Membri b’mod aktar effikaċi; |
|
11. |
Jinnota li r-reġjuni u l-ibliet tal-Ewropa jiżvolġu rwol fundamentali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Lisbona, minħabba li huma atturi ewlenin fil-qasam tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-politika ta’ edukazzjoni; jindika li huma jimplimentaw aktar minn terz tal-investiment pubbliku kollu fl-UE u kulma jmur qed jiffikuaw aktar l-infiq tal-Fond Strutturali fuq it-tkabbir – u l-objettivi relatati mal-impjiegi; |
|
12. |
Jindika li l-livell reġjonali u b’mod partikolari dak lokali għandu rwol kruċjali x’jilgħab bħala l-magna biex tilħaq atturi ekonomiċi u soċjali numerużi li jgħixu u jipproduċu fl-Ewropa, partikolarment l-SMEs, u dawk li jrawmu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp; |
|
13. |
Jiddispjaċih dwar is-sinerġiji dgħajfin li jeżistu bejn l-Oqsfa ta’ Referenza Strateġika Nazzjonali u l-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma skont l-istrateġija; jirrakkomanda djalogu aktar b'saħħtu u regolari fil-livelli kollha, inkluż il-livell Komunitarju, bejn amministrazzjonijiet responsabbli mill-politika ta’ koeżjoni u l-Istrateġiji ta’ Lisbona/UE2020 u l-isħab relevanti mill-kumitat tal-monitoraġġ; |
|
14. |
Japprezza li r-riżultati li saru sa issa permezz tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja u l-koperazzjoni mal-BEI fit-trawwim tal-innovazzjoni u r-riċerka permezz ta’ forom rinnovabbli ta’ finanzjament u jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu r-rabtiet bejn l-istrument ta’ finanzjament tal-UE u l-istrumenti ta’ finanzjament tal-BEI; jirrikonoxxi l-potenzjal għall-ingranaġġ għal investimenti u jitlob għat-tisħiħ tagħhom b’mod speċjali fir-rigward ta’ JEREMIE u JESSICA biex jiżguraw appoġġ aħjar għan-negozji u l-SMEs; jirrakkomanda li r-regoli li jiggvernaw dawn l-istrumenti ikunu simplifikati biex jippermettu użu akbar mill-benefiċjarji; |
Il-Politika ta’ Koeżjoni u l-UE2020
|
15. |
Jilqa’ d-dibattitu dwar l-istrateġija UE2020; jenfasizza n-natura ta’ din l-istrateġija fuq medda twila ta’ żmien li għandha l-għan li toħloq kundizzjonijiet qafas għal tkabbir stabbli u ħolqien ta’ impjiegi fl-Ewropa u tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli, u jaqbel mal-prijoritajiet definiti; jisħaq fuq il-bżonn li jiġi żviluppat b'mod sussegwenti approċċ ta’ governanza fuq ħafna livelli għall-koeżjoni territorjali li tant hemm bżonnha fl-Ewropa; |
|
16. |
Jiddispjaċih li din l-istrateġija ġiet proposta qabel it-tlestija tar-reviżjoni tal-Istrateġija ta’ Lisbona attwali; Jirrakkomanda bis-sħiħ lill-Kummissjoni biex tipprepara evalwazzjoni onesta tan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Lisbona; Jenfasizza li r-rakkomandazzjonijiet ta’ dan ir-rapport parlamentari għandhom jiġu inklużi fil-verżjoni finali tal-istrateġija l-ġdida; |
|
17. |
Jitlob għall-bżonn li tiġi żgurata infrastruttura effiċjenti u estensiva billi jiġu mmodernizzati s-sistemi ta’ trasport, jiġu introdotti arranġamenti ta’ trasport li ma jħammġux, li jitjieb b’mod kwalitattiv l-aċċess għall-ilma u d-dranaġġ u s-sistemi ta’ mmaniġġjar tal-iskart, billi jiġi introdott immaniġġjar ambjentali effettiv, u billi jiġi żgurat l-użu sostenibbli ta’ riżorsi naturali u enerġiji rinnovabbli, bil-għan li jkun hemm żvilupp ekonomiku u koeżjoni soċjali mtejba; |
|
18. |
Iħeġġeġ lill-UE tadotta dispożizzjonijiet speċfiċi u tieħu azzjoni xierqa biex tilħaq il-ħtiġijiet speċjali ta’ reġjuni kkaratterizzati minn nuqqasijiet naturali jew demografiċi ta’ natura serja u permanenti, bħal ma huma reġjuni kostali, gżejjer, reġjuni muntanjużi u reġjuni transkonfinali u l-aktar imbiegħda, fid-dawl tal-bażi legali għall-koeżjoni territorjali li jipprovdi t-Trattat ta’ Lisbona l-ġdid; |
|
19. |
Japprezza li d-dimensjoni soċjali hija kkunsidrata fil-proposta, iżda jenfasizza li l-pilastru ekonomiku għandu r-rwol ċentrali f’termini ta’ ħolqien tax-xogħol u għalhekk huwa importanti li jitlesta s-Suq Intern ħieles, miftuħ u funzjonali li jippermetti lin-negozji jirreaġixxu mal-flessibilità ta’ tendenzi makroekonomiċi; jenfasizza li l-kriżi riċenti wriet li l-ebda strateġija għat-tkabbir ma tista’ tittraskura l-objettivi tal-protezzjoni soċjali, l-aċċess għas-servizzi, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-ħolqien ta’ xogħlijiet ta’ kwalità; |
|
20. |
Jilqa’ t-talba għal impjiegi aktar sostenibbli u intelliġenti, iżda jagħraf li mudell ġdid ekonomiku jista’ jwassal għal distribuzzjoni mhux ugwali tal-ispejjeż u l-benefiċċji fost Stati Membri u reġjuni individwali, u għalhekk biex jipprevjeni dan milli jseħħ, jitlob lill-Unjoni tieħu r-responsabilità u tidentifika oqsma ewlenin tal-azzjoni fejn skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà l-intervent fil-livell Ewropew huwa l-aktar xieraq biex jinkisbu l-aqwa riżultati għal kulħadd; |
|
21. |
Jenfasizza li r-riċerka u l-innovazzjoni huma strumenti ewlenin għall-iżvilupp tal-UE u biex ikunu jistgħu jagħmluha aktar kompetittiva quddiem sfidi globali; huwa tal-opinjoni li għandu jkun hemm investiment regolari f’dawn l-oqsma kif ukoll evalwazzjoni regolari tal-progress li sar fuq bażi tar-riżultati li nkisbu; f’dan ir-rigward jappella għal koordinazzjoni aħjar tal-Fondi Strutturali u l-Programm ta’ Qafas biex ikabbru l-benefiċċji tal-fondi għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-futur u għall-iżvilupp ta’ gruppi innovattivi reġjonali fl-Istati Membri u bejniethom; |
|
22. |
Jinsab konvint li l-edukazzjoni u t-taħriġ huma prekundizzjonijiet fundamentali għall-iżvilupp tal-UE u biex ikunu jistgħu jagħmluha aktar kompetittiva quddiem sfidi globali; jemmen li l-investiment irid jiġi żgurat f'dan il-qasam b'mod regolari u li l-progress tal-objettivi jrid jiġi valutat regolarment; |
|
23. |
Jirrikonoxxi li l-istruttura stabbilita ta’ oġġetti fil-politiki strutturali taw prova li kien hemm suċċess waqt l-ewwel snin tagħha; jappella f’ġieħ l-affidabilità tal-ippjanar għall-kontinwazzjoni ta’ din l-istruttura kif ukoll għall-kontinwazzjoni tal-prinċipju ta’ mmaniġġjar maqsum; jirrikonoxxi li jista’ jkun hemm il-ħtieġa ta’ aġġustament tal-kontenut oġġettiv għal adattament għall-miri tal-2020; |
|
24. |
Jinnota li n-nuqqasijiet infrastrutturali, partikolarment f'reġjuni rurali, xorta jvarjaw b’mod konsiderevoli madwar l-Ewropa li jibblokkjaw it-tkabbir potenzjali tagħha u l-funzjonament bla xkiel tas-Suq Intern; jenfasizza l-importanza ta’ koperazzjoni transkonfinali f’dan ir-rigward u jemmen li jeħtieġ li tinħoloq sitwazzjoni verament bl-istess kondizzjonijiet fit-trasport, l-enerġija, it-telekomunikazzjonijiet u l-infrastruttura tal-IT, u għandha tiġi inkluża fl-istrateġija u tkompli tkun parti essenzjali tal-politika ta’ koeżjoni; |
|
25. |
Jirrikonoxxi li l-Baġit tal-UE għandu jilgħab rwol ċentrali biex jinkisbu l-miri tal-UE 2020; jikkunsidra li l-politika ta’ koeżjoni, minħabba l-fokus strateġiku tagħha, il-kundizzjonalità b’saħħitha u li torbot, l-interventi magħmula bil-qies, u l-monitoraġġ u l-għajnuna teknika, hija mekkaniżmu effiċjenti u effettiv għat-twassil tal-istrateġija UE2020; |
|
26. |
Jinnota li, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għal broadband, jeżistu defiċits kbar f’żoni rurali, li għandhom jingħelbu skont l-objettiv imsemmi fl-Aġenda Diġitali, biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli ta’ dawn ir-reġjuni; |
|
27. |
Jilqa’ r-rikonoxximent tar-rwol tal-Fondi Strutturali fit-twassil tal-miri UE2020; madankollu jenfasizza, li l-politika ta’ koeżjoni mhijiex sempliċiment is-sors ta’ allokazzjonijiet finanzjarji stabbli, iżda hi strument qawwi għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni kollha tal-Ewropa. Il-miri ewlenin tagħha – li jegħlbu n-nuqqas ta’ qbil bejn ir-reġjuni u jintroduċu koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali reali fl-Ewropa, u prinċipji - approċċ integrat, governanza fuq ħafna livelli u sħubija reali - huma l-elementi prinċipali kumplimentari għas-suċċess tal-istrateġija u għandhom ikunu kkoordinati magħha; |
|
28. |
Jenfasizza li politika ta’ koeżjoni b’saħħitha u ffinanzjata sew, li tiġbor fiha r-reġjuni Ewropej kollha, għandha tkun element ewlieni għall-Istrateġija UE2020; jemmen li din il-politika, bl-approċċ orizzontali tagħha, hija prekundizzjoni fundamentali għat-twassil b’suċċess tal-miri UE2020, kif ukoll għal ksib ta’ koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali fl-UE; jirrifjuta kull tentattiv biex din il-politika ta’ koeżjoni tiġi nazzjonalizzata mill-ġdid u jitlob għad-dimensjoni reġjonali biex tkun appoġġjata bis-sħiħ fir-reviżjoni tal-baġit tal-UE; |
|
29. |
Jenfasizza li d-definizzjoni fil-ħin ta’ mekkaniżmi ta’ twassil hija ta’ importanza kbira għas-suċċess tal-Istrateġija UE 2020; |
|
30. |
Jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni mhijiex subordinata għall-Istrateġija UE2020; jenfasizza li filwaqt li l-prijoritajiet tal-politika ta’ koeżjoni għandhom ikunu konformi mal-objettivi tal-UE2020, għandha tkun permessa biżżejjed flessibilità biex takkomoda l-ispeċifiċitajiet reġjonali u tappoġġja r-reġjuni anqas b’saħħithom u l-aktar li għandhom bżonn biex jegħlbu d-diffikultajiet soċjoekonomiċi tagħhom, nuqqasijiet naturali u jnaqqsu n-nuqqas ta’ qbil; |
|
31. |
Jitlob għal sistema ta’ governanza mtejba fl-Istrateġija UE2020 meta mqabbla mal-Istrateġija ta’ Lisbona; jirrakkomanda t-tfassil u l-implimentazzjoni, filwaqt li jintużaw il-fondi ta’ Koeżjoni u dawk strutturali, skont il-prinċipju ta’ governanza fuq ħafna livelli sabiex jiżgura involviment akbar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili; jenfasizza li dan l-involviment jaf jinkludi l-adozzjoni ta’ ftehimiet ta’ governanza fuq ħafna livelli; |
|
32. |
Jikkunsidra li l-istrateġija tal-UE2020 għandha tkun parti integrali fil-ksib tal-mira ta’ koeżjoni territorjali, inkluża bħala objettiv ġdid fit-Trattat ta’ Lisbona; jemmen li l-inizjattivi lokali għal koperazzjoni transkonfinali joffru potenzjal għal koeżjoni territorjali li għadha ma ġietx sfruttata biżżejjed; jistieden lill-Kummissjoni biex fil-proposti tagħha tistabbilixxi r-rwol tal-istrateġiji tal-makroreġjuni f’aktar dettall għall-arranġamenti ta’ koperazzjoni territorjali futuri; |
|
33. |
Jindika li dimensjoni territorjali aktar b’saħħitha tal-istrateġija, li tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet u l-livelli differenti tal-iżvilupp tar-reġjuni Ewropej, bl-involviment dirett tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-imsieħba kif imsemmija fir-Regolament dwar il-Fondi Strutturali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-programmi relevanti, twassal għal sens akbar ta’ approprijazzjoni tal-miri tiegħu fil-livelli kollha u tiżgura għarfien aħjar tal-objettivi u r-riżultati fir-realtà; jemmen, barra minn hekk, li r-reġjuni jeħtieġu jiġu appoġġjati kontinwament billi jiġu żviluppati strumenti finanzjarji innovattivi biex b’hekk jinżamm ir-rwol tagħhom biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija ta’ Lisbona; |
|
34. |
Jenfasizza l-importanza ta’ għarfien bażiku, kemm lokalment u b’mod reġjonali, għall-objettivi tal-IstrateġijaUE2020; minn dan il-lat, iqis li huwa essenzjali li tiġi żgurata d-dispożizzjoni ta’ statistiċi konġunti, kif ukoll titkejjel il-kapaċià fir-rigward tal-indikaturi, kemm fil-livell reġjonali u lokali; |
|
35. |
Jindika li r-rwol prinċipali tal-ibliet fil-ksib tal-miri UE2020; iħeġġeġ li l-esperjenza u l-kontribuzzjoni tagħhom jiġu kkunsidrati fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet UE2020, b’mod partikolari fir-rigward ta’ tibdil fil-klima, fl-integrazzjoni soċjali u fid-demografija u investimenti fl-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, fl-enerġija, fit-trasport, fil-ġestjoni tal-ilma, fil-kura tas-saħħa, fis-sigurtà pubblika eċċ; jaqbel mal-konklużjonijiet abbozzati tal-Kunsill li r-reġjuni għandhom ikunu involuti fl-istrateġiji tal-impjiegi u tat-tkabbir fil-futur; jissuġġerixxi li, minħabba li kull strateġija f’dan il-qasam għandha tiġi eżegwita f’koperazzjoni mar-reġjuni u l-ibliet, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom iqisu l-parir tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija UE 2020; |
|
36. |
Jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta proposti konkreti għall-ħolqien ta’ sinerġiji bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-politiki settorali eżistenti skont approċċ integrat; jirrakkomanda razzjonalizzazzjoni tal-objettivi, strumenti u proċeduri amministrattivi tal-programmi u allinjament tat-tul ta’ żmien tal-programm ta’ dawn il-politiki; |
|
37. |
Jemmen, madankollu, li l-Unjoni għandha tkompli tuża bħala l-mekkaniżmi ta’ finanzjament ewlenin, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-fondi struturali, li għandhom metodi ta’ twassil operazzjonali stabbiliti ħafna; iqis li m’hemmx bżonn jinħolqu fondi tematiċi separati ġodda biex jiġu indirizzati l-miri UE2020 u minflok jaħseb li għandhom jiġu inklużi fil-politika ta’ koeżjoni u dik ta’ żvilupp rurali; |
|
38. |
Jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ approċċ simplifikat għall-użu tal-Fondi Strutturali fil-qafas regolatorju tal-futur; jenfasizza li l-armonizzazzjoni tar-regoli u proċeduri kif ukoll l-attenzjoni mogħtija lill-mudelli tal-aħjar prattika jistgħu jwasslu għal sistemi simplifikati ta’ twassil u jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni minn benefatturi potenzjali fi programmi kofinanzjati tal-UE; |
|
39. |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni twettaq reviżjoni annwali tal-prijoritajiet tal-Istrateġija UE-2020, fuq bażi tar-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni tagħha u tqis kwalunkwe tibdil fil-kundizzjonijiet kif previsti mill-bidu u l-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet ġodda bħala dawk marbuta mill-qrib ma’ bidliet ta’ natura permanenti fil-livell lokali, reġjonali u globali; |
|
40. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament, kemm jista’ jkun malajr, programm ta’ ħidma strutturat għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija u, fil-futur, evalwazzjonijiet ta’ implimentazzjonijiet ċari; barra minn hekk jappella għal dokument ta’ ħidma ċar li jistabbilixxi r-relazzjoni bejn il-politika tal-Istrateġija u tal-Koeżjoni; |
|
41. |
Jikkunsidra li l-Kumitat tar-Reġjuni, permezz tal-Pjattaforma ta’ Monitoraġġ ta’ Lisbona, għandha tkompli timmoniterja l-progress fuq bażi tal-istrateġija futura UE2020 u li l-Istati Membri għandhom jintalbu jirrappurtaw kull sena, f’manjiera strutturata, fuq il-progress li sar; |
*
* *
|
42. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(2) ĠU L 291, 21.10.2006, p. 11.
(3) Testi adottati, P6_TA(2009)0165.