EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC1105(02)

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

ĠU C 263, 5.11.2009, p. 6–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/6


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 263/04

Għajnuna Nru: XA 304/08

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Ir-Reġjun ta' Sardinja

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aiuti all’avviamento delle Organizzazioni di Produttori (OP), delle loro unioni (OC) non ortofrutta e dei Consorzi di tutela delle produzioni con marchio di origine.

Bażi legali: Legge Regionale n. 3 del 5 marzo 2008, art. 7 comma 15.

Delibera della Giunta Regionale n. 39/37 del 15.7.2008.

Delibera della Giunta Regionale n. 48/2 del 9.9.2008.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 2 060 000

Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna tipprevedi l-finanzjament ta' programmi ta' ħames snin b'somma massima totali ta' EUR 400 000 bl-intensitajiet li ġejjin:

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna għall-SMEs permezz tal-finanzjament tat-twaqqif ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta’ assoċjazzjonijiet tagħhom (PO), sabiex il-provvista tiġi kkonċentrata fuq il-ħtiġijiet tas-suq u l-produzzjoni adattata għalihom, u permezz tal-finanzjament tat-twaqqif tal-konsorzji għall-ħarsien tal-prodotti tad-DPO/IĠP/ DOK/DOKG, li huma l-entitajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-użu tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-marki tal-kwalità.

Il-bażi legali tinsab fl-Artikolu 9 tar-Regoalment (KE) Nru 1857/2006 “Għajnuna għal gruppi produtturi”

L-ispejjeż eliġibbli huma:

il-kera ta' postijiet adattati (f’każ li l-postijiet jinxtraw l-ispejjeż eliġibbli huma llimitati għall-ispiża tal-kera bil-prezzijiet tas-suq),

ix-xiri ta' apparat għall-uffiċċju, inkluż il-materjal tal-kompjuter (il-ħardwer u s-softwer),

l-ispejjeż amministrattivi tal-personal,

l-ispejjeż ġenerali u l-miżati legali u amministrattivi.

Settur jew setturi benefiċjarji: Għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi, is-setturi kollha għajr dawk tal-ħxejjex u tal-frott u tal-ħawħ (għall-organizzazzjonijet tal-produtturi tal-ħawħ se jkun hemm sistema oħra ta' eżenzjoni) filwaqt li, għall-konsorzji għall-ħarsien, is-setturi kollha huma koperti.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Assessorato dell’Agricoltura e Riforma Agropastorale

Via Pessagno 4

09100 Cagliari CA

ITALIA

Indirizz tal-Internet: http://www.regione.sardegna.it/j/v/80?s=75087&v=2&c=4426&t=1

http://www.regione.sardegna.it/j/v/66?v=9&c=27&c1=&n=10&s=1&mese=200809&giorno=9

http://www.regione.sardegna.it/j/v/66?v=9&c=27&c1=&n=10&s=1&mese=200807&giorno=15

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 311/08

Stati Membri: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Il-muniċipalità ta’ Miren-Kostanjevica

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Dodeljevanje pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Miren-Kostanjevica

Bażi legali: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Miren-Kostanjevica

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Fl-2008 – EUR 22 000

Fl-2009 – EUR 23 100

Fl-2010 – EUR 24 300

Fl-2011 – EUR 25 500

Fl-2012 – EUR 31 800

Fl-2013 – EUR 33 400

Intensità massima tal-għajnuna:

(1)

Investiment f’azjendi agrikoli tal-produzzjoni primarja

sa 50 % tal-ispejjeż eliġibbli f’żoni żvantaġġati,

sa 40 % tal-ispejjeż eliġibbli f’żoni oħra.

L-għan tal-għajnuna huwa li jkun hemm investiment fir-rinnovazzjoni u t-titjib tal-bini tal-azjendi agrikoli, biex jinxtara tagħmir li jintuża fil-produzzjoni agrikola, għall-investiment f’uċuħ permanenti u għat-titjib tal-mergħat.

(2)

Għajnuna għall-ħlas tal-primjums tal-assigurazzjoni

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta’ kofinanzjament tal-primjums tal-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u l-limitu tas-sussidju (sa 50 %) tal-ispejjeż eliġibbli tal-primjums tal-assigurazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, tal-frott u kontra l-mard fost il-bhejjem.

(3)

Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli legali u amministrattivi.

(4)

L-għoti ta’ għajnuna teknika fis-settur agrikolu

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni tal-bdiewa u tal-ħaddiema tal-farm, għal servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi, għall-organizzazzjoni ta’ fora għall-iskambju tal-għarfien, għall-kompetizzjonijiet, għall-wirjiet u l-fieri, u għal pubblikazzjonijiet bħalma huma l-katalgi u s-siti tal-internet. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta’ servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta’ flus lill-produtturi.

Data tal-implimentazzjoni: Awwissu 2008 (l-għajnuna mhix ser tingħata qabel ma jiġi ppubblikat sommarju fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni Ewropea).

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs.

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: L-abbozz tal-“Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Miren-Kostanjevica” jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Investiment fi proprjetajiet agrikoli [azjendi agrikoli],

l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni,

l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art,

l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Miren-Kostanjevica

Miren 129

SI-5291 Miren

SLOVENIJA

Indirizz tal-Internet: http://www.uradni-list.si/1/objava.jsp?urlid=200868&objava=3001

Informazzjoni oħra: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ tar-raba’ u l-frott tinkludi dawn l-avvenimenti klimatiċi ħżiena li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: il-ġlata tar-rebbiegħa, is-silġ, is-sajjetti, in-nirien ikkawżati mis-sajjetti, il-maltempati u l-għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (il-proċedura ta' qabel l-għoti tal-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u l-monitoraġġ tal-għajnuna).

Župan

Občine Miren-Kostanjevica

Zlatko-Martin MARUŠIČ

Għajnuna Nru: XA 312/08

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Galicia

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas a asociaciones e entidades sin animo de lucro de criadores de la raza de Caballo de Pura Raza Gallega.

Bażi legali: Ayudas para asistencia técnica y para promover prácticas imnovadoras en el ámbito de la cría de los animales basadas en programas de reproducción de caballos de Pura Raza Gallega, entre ejemplares de diferentes criadores se convocan para el año 2008.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 215 000,00

Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tal-investiment eliġibbli għall-għajnuna għall-appoġġ tekniku.

40 % tal-investiment eliġibbli għall-promozzjoni ta’ programmi tat-tgħammir ta’ bhejjem minn irziezet differenti.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2008

Għan tal-għajnuna: L-għanijiet ta’ din l-iskema ta’ għajnuna huma:

Settur jew setturi benefiċjarji: It-trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna: Xunta de Galicia. Consellería de Medio Rural

Dirección Xeral de Produción, Industrias e Calidade Agroalimentaria

Indirizz tal-Internet: http://mediorural.xunta.es/

http://mediorural.xunta.es/externos/fomento_cprg_2008.pdf

Informazzjoni oħra: Indirizzi tal-posta elettronika:

dxpica.mrural@xunta.es

gerardo.rivero.cuesta@xunta.es

Santiago de Compostela, l-4 ta’ Awwissu 2008.

Għajnuna Nru: XA 313/08

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Navarra

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas a las Agrupaciones de Defensa Sanitaria por la realización de programas sanitarios de prevención, lucha y erradicación de enfermedades en vacuno, ovino, caballar y conejos, en al año 2008.

Bażi legali: Orden Foral de la Consejera de Desarrollo Rural y Medio Ambiente, por la que se aprueban la convocatoria y las bases reguladoras para la concesión de subvenciones a las Agrupaciones de Defensa Sanitaria por la realización de programas sanitarios de prevención, lucha y erradicación de enfermedades en vacuno, ovino, caballar y conejos, en el año 2008.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 150 000

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 50 % tal-ispejjeż imġarrba mill-Agrupación de Defensa Sanitaria [Grupp għall-Ħarsien tas-Saħħa tal-Annimali], għall-ħlas ta' servizzi veterinarji għall-prevenzjoni, il-fejqan u l-qerda tal-mard tal-annimali.

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema tidħol fis-seħħ mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal eżenzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-2008 sal-31 ta' Diċembru 2008.

Għan tal-għajnuna: L-għan ewlieni huwa li tingħata għajnuna prattika lill-produtturi, permezz ta’ servizzi sussidjati biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-prevenzjoni u l-qerda tal-mard tal-annimali. L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: Għajnuna kontra l-mard tal-annimali.

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-produzzjoni u s-saħħa tal-annimali.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Gobierno de Navarra

Departamento de Desarrollo Rural y Medio Ambiente

C/ Tudela, 20

31003 Pamplona

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www.cfnavarra.es/agricultura/COYUNTURA/AyudasEstado/pdfs/STNO08072%20OF.pdf

Informazzjoni oħra:

Gobierno de Navarra

Dirección General de Agricultura y Ganadería

C/ Tudela, 20

31003 Pamplona

ESPAÑA

Tel. +34 848422933

E-mail: izabalzv@cfnavarra.es

Pamplona, l-24 ta' Lulju 2008.

Għajnuna Nru: XA 314/08

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Navarra

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas a la organización de certámenes ganaderos en la Comunidad Foral de Navarra en el año 2008.

Bażi legali: Orden Foral de la Consejera de Desarrollo Rural y Medio Ambiente, por la que se modifica la Orden Foral 18/2004, de 9 de febrero, que regula los certámenes ganaderos, se establecen las ayudas a la organización de certámenes ganaderos en la Comunidad Foral de Navarra, y se aprueba la convocatoria para el año 2008.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 60 000

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tal-ispejjeż.

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema tal-għajnuna se tidħol fis-seħħ mid-data meta n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għall-eżenzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 jiġi ppubblikat fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-2008 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: L-għan ewlieni huwa li jingħata appoġġ għall-organizzazzjoni ta’ wirjiet tal-bhejjem sabiex wieħed jinkuraġġixxi t-trobbija tal-bhejjem u lil dawk li jrabbuhom, sabiex l-għażla u t-trobbija tal-bhejjem isiru b’suċċess, u sabiex ikun hemm għarfien ikbar, flimkien ma’ iktar promozzjoni, tar-razez differenti tal-bhejjem. L-Artikolu 15(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: L-għoti ta’ appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur li qed jibbenefika minn din l-iskema huwa dak tat-trobbija tal-annimali.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Gobierno de Navarra

Departamento de Desarrollo Rural y Medio Ambiente

C/ Tudela, 20

31003 Pamplona

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www.cfnavarra.es/agricultura/COYUNTURA/AyudasEstado/pdfs/STNO08050%20OF.pdf

Informazzjoni oħra:

Gobierno de Navarra

Dirección General de Agricultura y Ganadería

C/ Tudela, 20

31003 Pamplona

ESPAÑA

Tel. +34 848422933

Indirizz tal-posta elettronika: izabalzv@cfnavarra.es

Pamplona, l-24 ta’ Lulju 2008.


Top