EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AE1721

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ simplifikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti u ma’ ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja” COM(2009) 384 – 2009/0107 (AVC)

ĠU C 128, 18.5.2010, p. 95–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/95


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ simplifikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti u ma’ ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja”

COM(2009) 384 – 2009/0107 (AVC)

(2010/C 128/17)

Relatur ġenerali: is-Sur CEDRONE

Nhar il-11 ta’ Settembru 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ simplifikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti u ma’ ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja

COM(2009) 384 – 2009/0107 (AVC).

Nhar id-29 ta’ Settembru 2009, il-Bureau tal-Kumitat inkariga lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali sabiex tipprepara l-ħidma tiegħu dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-457 Sessjoni Plenarja tiegħu tal-4 u l-5 ta’ Novembru 2009 (seduta tal-5 ta’ Novembru 2009) li jaħtar lis-Sur Cedrone bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’82 voti favur u 1 astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.   Il-KESE jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq.

1.2.   Il-Kumitat b’mod ġenerali jilqa’ din il-proposta sakemm jitqiesu l-kummenti mressqa hawn taħt.

2.   Ġustifikazzjoni

2.1.   Is-semplifikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet

2.1.1.   L-istess bħall-Parlament Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, għal bosta snin il-KESE ilu jitlob li d-dokumenti tal-Kummissjoni jiġu ssemplifikati u adattati biex jirriflettu l-ħtiġijiet reali (1). Il-KESE jaċċetta għalkollox l-emendi mmirati lejn is-semplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet, kif proposti mill-Kummissjoni fl-Artikolu 39, l-Artikolu 41(1) u (2), l-Artikolu 44, l-Artikolu 48(3), l-Artikolu 55(3) u (4), l-Artikolu 65(3), l-Artikolu 57(1) u (5), l-Artikolu 67(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

2.1.2.   Madankollu, il-Kumitat jixtieq isemmi li dawn il-bidliet m’għandhomx jitħallew joħolqu l-inċertezza amministrattiva għall-korpi u l-individwi kkonċernati, li ħafna drabi jaraw ir-regoli fis-seħħ jinbidlu matul l-istess perijodu ta’ programmazzjoni.

2.1.3.   Il-KESE huwa tal-fehma li dawn il-proposti jirrappreżentaw il-minimu assolut meħtieġ biex tissolva l-kriżi tal-ekonomija u tal-qgħad li l-Ewropa għaddejja minnha bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja.

2.1.4.   Għaldaqstant, il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni sabiex tkun iktar ambizzjuża hija u tiżviluppa l-proċess ta’ semplifikazzjoni li diġa għaddej. Il-livell li jmiss għandu jintlaħaq b’regolament emendat b’mod radikali, biex jiġi żgurat li l-proċeduri jkunu iktar sempliċi, ċari u preċiżi.

2.2.   Dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni finanzjarja

2.2.1.   Il-KESE jilqa’ l-bidliet proposti mill-Kummissjoni rigward l-Artikolu 77, l-Artikolu 78, l-Artikolu 78, l-Artikolu 88(3) u l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

2.2.2.   Il-Kumitat jirrakkomanda bil-qawwa li l-Istati Membri ma jopponux il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-kofinanzjament.

2.2.3.   Madankollu, il-KESE jqis li l-bidliet proposti għall-Artikolu 77 m’għandhomx jiġu applikati b’mod ġenerali, iżda għandhom ikunu ristretti għal proġetti speċjali, bħall-innovazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli, eċċ., iktar milli għal proġetti li huma rilevanti b’mod partikolari għar-riżoluzzjoni tal-kriżi.

Brussell, 5 ta’ Novembru 2009

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji u l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013”, ĠU C 228/141, 22.9.2009, u l-opinjoni dwar “il-proposti li ġejjin il-Proposta ta’ Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja”, ĠU C 218/107, 11.9.2009.


Top