This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008BP0622
Draft general budget 2009 as modified by the Council (all sections) European Parliament resolution of 18 December 2008 on the draft general budget of the European Union for the financial year 2009 as modified by the Council (all sections) (16257/2008 — C6-0457/2008 — 2008/2026(BUD)) and Letters of amendment Nos 1/2009 (SEC(2008)2435 — 13702/2008 — C6-0344/2008), 2/2009 (SEC(2008)2707 — 16259/2008 — C6-0458/2008) and 3/2009 (SEC(2008)2840 — 16260/2008 — C6-0459/2008) to the draft general budget of the European Union for the financial year 2009#ANNEX DECLARATIONS AGREED AT THE CONCILIATION MEETING of 21 November 2008 Joint declaration on the financing of a facility for rapid response to soaring food prices in developing countries
Abbozz tal-baġit ġenerali 2009 kif modifikat mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 kif modifikat mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha) (16257/2008 — C6-0457/2008 — 2008/2026(BUD)) u Ittri ta’ Emenda 1/2009 (SEC(2008)2435 — 13702/2008 — C6-0344/2008), 2/2009 (SEC(2008)2707 — 16259/2008 — C6-0458/2008) u 3/2009 (SEC(2008)2840 — 16260/2008 — C6-0459/2008) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009
ANNESS DIKJARAZZJONIJIET MIFTEHMA FIL-LAQGĦA TA’ KONĊILJAZZJONI tal- 21 ta’ Novembru 2008 Dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament ta’ faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew f’daqqa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw
Abbozz tal-baġit ġenerali 2009 kif modifikat mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 kif modifikat mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha) (16257/2008 — C6-0457/2008 — 2008/2026(BUD)) u Ittri ta’ Emenda 1/2009 (SEC(2008)2435 — 13702/2008 — C6-0344/2008), 2/2009 (SEC(2008)2707 — 16259/2008 — C6-0458/2008) u 3/2009 (SEC(2008)2840 — 16260/2008 — C6-0459/2008) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009
ANNESS DIKJARAZZJONIJIET MIFTEHMA FIL-LAQGĦA TA’ KONĊILJAZZJONI tal- 21 ta’ Novembru 2008 Dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament ta’ faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew f’daqqa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw
ĠU C 45E, 23.2.2010, p. 168–180
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 45/168 |
Abbozz tal-baġit ġenerali 2009 kif modifikat mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha)
P6_TA(2008)0622
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 kif modifikat mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha) (16257/2008 — C6-0457/2008 — 2008/2026(BUD)) u Ittri ta' Emenda 1/2009 (SEC(2008)2435 — 13702/2008 — C6-0344/2008), 2/2009 (SEC(2008)2707 — 16259/2008 — C6-0458/2008) u 3/2009 (SEC(2008)2840 — 16260/2008 — C6-0459/2008) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009
(2010/C 45 E/52)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tas-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-17 ta' Lulju 2008 (C6-0309/2008), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III — Kummissjoni (C6-0309/2008) u l-Ittra ta' emenda Nru 1/2009 ((SEC(2008)2435 — 13702/2008 — C6-0344/2008) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew, Taqsima II — Il-Kunsill, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (C6-0309/2008) (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Ittri ta' emenda Nru 2/2009 (SEC(2008)2707 — 16259/2008 — C6-0458/2008) u 3/2009 (SEC(2008)2840 — 16260/2008 — C6-0459/2008) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, |
— |
wara li kkunsidra l-emendi tiegħu u l-modifiki proposti tat-23 ta' Ottubru 2008 għall-abbozz tal-baġit ġenerali, |
— |
wara li kkunsidra l-modifiki tal-Kunsill għall-emendi u l-modifiki proposti adottati mill-Parlament għall-abbozz tal-baġit ġenerali (16257/2008 — C6-0457/2008), |
— |
wara li kkunsidra r-riżultati tal-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-baġit tal-21 ta' Novembru 2008, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kunsill dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tiegħu dwar l-emendi u l-modifiki proposti adottati mill-Parlament fl-abbozz tal-baġit ġenerali, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0486/2008), |
Kwistjonijiet ewlenin — ir-riżultat tal-konċiljazzjoni, figuri globali u ittri ta' emenda
1. Ifakkar fil-prijoritajiet politiċi tiegħu għall-Baġit 2009 kif kien stipulat fil-bidu fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-24 ta' April 2008 dwar l-Istrateġija Politika Annwali tal-Kummissjoni għall-2009 (6) u dwar il-qafas u l-prijoritajiet baġitarji għall-2009 (7) u mbagħad żviluppati b'mod ulterjuri fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-baġit 2009: L-ewwel riflessjonijiet dwar l-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2009 u l-mandat għall-konċiljazzjoni, Taqsima III — Kummissjoni (8); jisħaq li dawn il-prijoritajiet politiċi, kif finalment ġew espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III — Kummissjoni, kienu l-prinċipji ta' gwida għall-approċċ tiegħu għall-konċiljazzjoni baġitarja mal-Kunsill għall-Baġit 2009;
2. Jilqa' l-ftehima globali dwar il-Baġit 2009, milħuqa fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni baġitarja tradizzjonali mal-Kunsill fil-21 ta' Novembru 2008, speċjalment fir-rigward tal-iffinanzjar tal-Faċilità tal-Ikel; jinsab madankollu estremament imħasseb dwar l-effetti possibbli ta' reċessjoni fuq iċ-ċittadini Ewropej u jisgħobbih, għalhekk, li waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni, il-Kummissjoni sabitha bi tqila li tagħti kwalunkwe informazzjoni dwar l-impatt baġitarju possibbli tal-proposta tagħha li għad trid issir dwar il-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika;
3. Jieħu nota tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008 lill-Kunsill Ewropew bl-isem “Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku” (COM(2008)0800) u:
— |
jiġbed l-attenzjoni li jekk dan il-pjan jiġi approvat se jkollu impatt sinifikanti fuq il-Baġit 2009 u jitlob lill-Kummissjoni biex tiċċara iktar dan l-impatt billi tagħti lill-Parlament Ewropew, bħala wieħed mill-komponenti tal-awtorità baġitarja, iktar dettalji dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta tagħha u figuri konkreti dwar l-implimentazzjoni tagħha, b'mod partikulari fir-rigward tal-ipprogrammar finanzjarju; |
— |
jimpenja ruħu biex janalizza l-implikazzjonijiet baġitarji relatati u jtenni l-impenn tal-Parlament u tal-Kunsill, kif dikjarat fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni, li jirreaġixxu bil-mezzi finanzjarji xierqa għall-kriżi ekonomika kurrenti; |
— |
jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex iħejju rapporti b'mod regolari dwar l-attivitajiet tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika; |
4. Jesprimi r-rieda qawwija tiegħu sabiex jidħol f'negozjati mal-Kunsill fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF) 2007-2013 għal EUR 5 biljuni fil-qafas tal-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropej propost, jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2008 f'dan ir-rigward;
5. Jinsisti li l-kriżi kurrenti m'għandhiex tintuża bħala skuża biex tittardja l-orjentazzjoni mill-ġdid tant meħtieġa tal-infiq lejn investimenti ekoloġiċi, imma għandha tintuża bħala inċentiv supplimentari biex isir aktar progress b'din l-orjentazzjoni mill-ġdid;
6. Itenni f'dan il-kuntest l-importanza tar-reviżjoni baġitarja ppjanata għall-2009, li ma għandhiex tkun illimitata għall-viżjoni teoretika ta' kif il-baġit jista' jkun wara l-2013, iżda għandha tinkludi proposti ċari għall-bidla fl-ipprogrammar, fil-perjodu tar-reviżjoni intermedja, tal-programmi pluriennali biex jirreaġixxu għall-kriżi attwali, billi jiġu kkunsidrati l-isfidi maħluqa bil-bidla fil-klima;
7. Itenni li l-inizjattivi għall-iżvilipp sostenibbli, għall-iżvilupp fl-impjiegi u l-appoġġ għall-SMEs u għar-riċerka u l-innovazzjoni huma tal-akbar importanza fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti u jridu jkunu l-ogħla prijorità riflessa fil-baġit għall-2009 tal-Unjoni; ma' dan l-isfond, iqis li l-appoġġ għall-koeżjoni fost ir-reġjuni jrid jitqies bħala fattur ewlieni biex jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni kollha; iqis li hija essenzjali li d-determinazzjoni politika għall-progress fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u sabiex iċ-ċittadini jkollhom Ewropa aktar sikura, issir ukoll prijorità baġitarja, li barra minn dan għandha tkun viżibbli b'mod ċar fil-baġit tal-UE; jisħaq li, fl-2009 u fis-snin li ġejjin, l-Unjoni trid tkun f'pożizzjoni li tissodisfa l-irwol tagħha bħala attur globali speċjalment fl-isfidi reċenti bħal ma huma l-prezzijiet dejjem telgħin tal-ikel;
8. Jappoġġja l-Ittra ta' emenda Nru 1 għall-abbozz tal-baġit preliminari (PDB) tal-2009, b'mod partikolari minħabba li tidher li tagħti stampa iktar realistika tal-bżonnijiet fl-intestatura 4 mill-PDB; jieħu nota tal-Ittra ta' emenda Nru 2/2009 fl-aspetti tradizzjonali tagħha li taġġorna l-figuri bażiċi tal-istima tal-ispiża agrikola fil-PDB; jieħu nota tal-Ittra ta' emenda Nru 3/2009 li għandha l-għan li tkopri — fil-baġit tal-Kunsill — l-ispiża (EUR 1,06 miljun) tal-grupp ta' riflessjoni mwaqqaf mill-Kunsill Ewropew fil-15-16 ta' Ottubru 2008;
9. Fir-rigward tal-figuri globali, jiffissa l-livell finali tal-approprjazzjonijiet tal-impenn għal EUR 133 846 miljun ekwivalenti għal 1,03 %tal-GNI tal-UE; jiffissa l-livell globali tal-pagamenti għal EUR 116 096 miljun, ekwivalenti għal 0,89 % tal-GNI tal-UE; jinnota li dan iħalli marġinu sinifikanti ta' EUR 7 762 miljun taħt il-limitu tal-pagamenti tal-MFF għall-2009; jissottolinja l-impenn konġunt taż-żewġ komponenti prinċipali tal-awtorità tal-baġit għall-provvediment immedjat ta' approprjazzjonijiet addizzjonali tal-ħlas, b'mod partikolari fil-każ li l-politiki strutturali jiġu implimentati aktar malajr matul is-sena baġitarja;
10. Jista' jaċċetta l-livell ta' pagamenti miftiehem mal-Kunsill bħala parti mill-pakkett globali fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008, imma madankollu jtenni t-tħassib dejjem jikber tiegħu dwar il-pagamenti baxxi u d-disparità sussegwenti bejn il-livell ta' impenji u dak ta' pagamenti, li fl-2009 se tilħaq livell li qatt ma kien hemm bħalu; jinnota li hemm ċertu periklu li l-baġits fil-ġejjieni ma jibqgħux realistiċi jekk dan l-iżvilupp ma jitwaqqafx; ifakkar li l-impenji globali mhux imħallsa (reste à liquider — RAL) fl-2007 diġà laħqu l-ammont ta' EUR 139 000 miljun;
11. Jinnota li l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda (PDAB) 10/2008 (COM(2008)0693), adottat mill-Kummissjoni fil-31 ta' Ottubru 2008, inaqqas l-approprjazzjonijiet tal-pagamenti fil-linji baġitarji mill-intestaturi 1a, 1b, 2, 3b u 4, b'total ta' EUR 4 891,3 miljun; jinnota li fl-istess ħin, it-talba tal-Kummissjoni għat-trasferiment globali għall-2008 tammonta għal total ta' EUR 631 miljun għal pagamenti meta mqabbla ma' EUR 426 miljun fis-sena baġitarja 2007, u tikkonċerna 95 linja baġitarja fl-2008 meta mqabbla ma' 65 linja baġitarja fit-trasferiment globali għall-Baġit 2007; jinsab konvint li dawn il-manuvri b'konnessjoni mal-pagamenti fil-Baġit 2008 se jkollhom effett b'mod neċessarju fuq il-livell meħtieġ ta' pagamenti fil-Baġit 2009;
12. Għalhekk jagħti importanza kruċjali lid-disponibilità ta' approprjazzjonijiet ta' pagamenti ogħla permezz ta' baġits li jemendaw, jekk dawk li jkunu daħlu fil-Baġit 2009 ma jkunux biżżejjed, u jenfasizza l-impenji li saru fir-rigward ta' dan mit-tliet istituzzjonijiet fid-dikjarazzjoni konġunta relevanti kif miftiehem fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni;
13. Jenfasizza l-importanza essenzjali tal-implimentazzjoni effettiva tal-baġit u tat-tnaqqis ta' impenji mhux imħallsa fid-dawl ta' dan il-livell ta' pagamenti globali verament modest; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu ħilithom biex jimplimentaw, b'mod partikolari, il-linji fl-intestatura 1b tal-MFF għax din is-sottointestatura mhux biss tiffinanzja għadd ta' linji politiċi u attivitajiet importanti mmirati lejn il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, imma wkoll tappoġġja l-inizjattivi għall-iżvilupp tal-impjiegi li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku; jisħaq li t-titjib u l-miżuri ta' simplifikazzjoni huma meħtieġa sabiex l-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni tkun iżjed mgħaġġla u jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-qafas legali eżistenti, tipproċedi malajr bl-evalwazzjonijiet ta' konformità tagħha tas-sistemi tal-immaniġġjar u ta' kontroll tal-Istati Membri sabiex jiġi ffaċilitat il-bidu ta' proġetti ewlenin; jinnota bi tħassib kbir li l-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' evidenza, qieset xieraq li tnaqqas EUR 220 miljun mill-fondi għall-Bulgarija; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja lill-Bulgarija u lir-Rumanija fir-riformi tagħhom u biex kull tliet xhur tirrapporta lill-Parlament dwar il-problemi u l-irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea;
14. Jinsisti biex il-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa kemm fil-livell politiku kif ukoll f'dak amministrattiv biex tagħmel segwitu konkret tad-dikjarazzjoni konġunta dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni, kif adottata fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni fil-21 ta' Novembru 2008; jimpenja ruħu biex qabel l-aħħar ta' Marzu 2009 jevalwa jekk sarx biżżejjed progress;
15. Jilqa' l-ftehima dwar l-iffinanzjar ta' EUR 1 biljun fuq tliet snin għall-Faċilità tal-Ikel, milħuqa fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni; jinnota li parti mill-EUR 420 miljun se tkun iffinanzjata minn flus ġodda permezz tal-istrument tal-flessibilità, filwaqt li EUR 340 miljun se jiġu mir-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza, parzjalment permezz ta' emenda għall-Punt 25 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA); jirrikonoxxi li l-EUR 240 miljun li jibqa' se jiġu organizzati mill-ġdid taħt l-Intestatura 4 imma jistenna lill-Kummissjoni li tippreżenta programm finanzjarju rivedut biex tiġi żgurata progressjoni xierqa tal-ammonti ppjanati sal-2013 minkejja dan l-eżerċizzju ta' organizzazzjoni mill-ġdid u jfakkar fl-impenn tal-Kummissjoni biex tippreżenta lill-awtorità baġitarja evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fl-Intestatura 4, akkumpanjata, jekk ikun neċessarju, bil-proposti relevanti, matul l-2009, billi tiġi kkunsidrata l-evoluzzjoni politika kif ukoll l-attwazzjoni baġitarja;;
16. Itenni t-twemmin tiegħu li l-miżuri dwar il-bidla fil-klima għadhom mhumiex inklużi b'mod sodisfaċenti fil-baġit tal-UE u bi ħsiebu jappoġġja l-isforzi kollha biex jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji u biex dawn jikkonċentraw fuq it-tisħiħ tat-tmexxija Ewropea fit-trattament tal-konsegwenzi tal-bidla fil-klima; itenni l-istedina tiegħu fl-ewwel qari lill-Kummissjoni biex tippreżenta, sal-15 ta' Marzu 2009, pjan ambizzjuż biex tittejjeb il-kapaċità baġitarja fit-trattament tal-kwistjonijiet marbuta mal-bidla fil-klima; jixtieq jirrifletti b'mod serju dwar jekk l-Iskema tal-Kummerċ tal-Emissjonijiet (ETS) fil-ġejjieni tistax titqies bħala riżors potenzjali fil-livell tal-UE;
17. Jenfasizza li l-Baġit 2009 jsaħħaħ is-sikurezza u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE kemm permezz tat-tisħiħ tal-azzjonijiet u l-politika relatati li prinċipalment jikkonċernaw il-kompetittività, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (l-SMEs), it-trasport u s-sigurtà tal-enerġija kif ukoll permezz tas-sigurtà tal-fruntieri esterni;
18. Ħa nota tal-Ittra ta' Implimentabilità tal-Kummissjoni rigward l-emendi għall-abbozz tal-baġit adottat mill-Parlament fl-ewwel qari; iqis li mhijiex aċċettabbli li l-Kummissjoni ppreżentat dan id-dokument fi stadju tant tard fil-proċedura, b'hekk wasslet biex dan id-dokument ikun ferm inqas utli milli seta' kien; jinsisti li bosta kwistjonijiet politiċi importanti jeħtieġu viżibilità xierqa fil-baġit tal-Unjoni; jiddeċiedi li joħloq linji baġitarji ġodda dwar il-bidla fil-klima, dwar l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA), dwar l-istrument finanzjarju għall-adattament tal-flotta tas-sajd għall-konsegwenzi ekonomiċi tal-prezzijiet tal-fjuwil, dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Baħar Baltiku u dwar l-għajnuna għar-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni tal-Ġeorġja; iddeċieda li fit-tieni qari tal-baġit iqis ftit mill-kummenti tal-Kummissjoni; madankollu se jżomm mad-deċiżjonijiet tal-ewwel qari tiegħu speċjalment f'dawk il-każijiet li fihom għadda biżżejjed ħin u sar biżżejjed sforz fi stadju iktar bikri dwar l-evalwazzjoni ta' kif l-emendi tal-Parlament jistgħu jiġu implimentati bl-aħjar mod, kif kien il-każ bil-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji;
19. Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-preżentazzjoni tad-dokumenti tagħha għall-ipprogrammar finanzjarju u jixtieq jenfasizza għal darba oħra li, fil-ġejjieni, huwa jistenna li jara t-tibdiliet kollha li tkun għamlet il-Kummissjoni fl-ipprogrammar finanzjarju tagħha riflessi b'mod ċar fid-dokumenti tal-ipprogrammar li jridu jiġu ppreżentati bi qbil mal-Punt 46 tat-Taqsima IIA;
20. Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligi tagħhom fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet maniġerjali nazzjonali tagħhom skont il-Punt 44 tat-Taqsima IIA; ifakkar lill-Kummissjoni wkoll dwar ir-responsabilitajiet tagħha f'dak il-kuntest, speċjalment fir-rigward tal-appoġġ politiku tagħha li hija impenjat ruħha li tagħti għall-inizjattiva, iżda li s'issa għadu ma mmaterjalizzax ruħu;
21. Itenni li t-tnaqqis fil-linji ta' spiża amministrattiva ta' ċertu programmi pluriennali, li l-awtorità baġitarja ddeċidiet dwarhom għall-2009, ma jista taħt l-ebda ċirkustanza jwassal għal tnaqqis fil-pakketti globali deċiżi b'mod konġunt tal-programmi kkonċernati; iqis b'mod ċar li l-Kummissjoni għandha tikkumpensa għall-ammonti mnaqqsa fis-snin lejn l-aħħar tal-perjodu tal-programm, preferibilment dwar il-linji operattivi tal-programmi;
Kwistjonijiet speċifiċi
L-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija
22. Rigward l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), jikkonferma d-deċiżjoni tiegħu meħuda fil-Baġit 2008 li l-EIT jiġi inkluż fil-qasam tal-politika “Riċerka” u li l-istruttura li tmexxi, minħabba n-natura amministrattiva tagħha, tiġi ffinanzjata taħt l-Intestatura 5 tal-MFF; jiddeċiedi li jibdel in-nomenklatura kif ikun xieraq;
Skema għal frott fl-iskola
23. Jiddeplora l-fatt li, għat-tieni sena konsekuttiva, il-Kunsill irrifjuta l-proposta tal-Parlament għal emenda rigward il-ħolqien ta' linja ġdida 05 02 08 12 — Skema għal frott fl-iskola; jilqa' madankollu, il-ftehima politika tal-Kunsill dwar il-bażi legali għal programm bħal dan; jistenna li l-programm jibda hekk kif il-bażi legali tiġi adottata u f'biżżejjed żmien għas-sena skolastika 2009/2010, kif intalab mill-Parlament Ewropew u kif qabel il-Kunsill fil-qbil politiku tiegħu; għalhekk, jiddispjaċih li l-Kunsill m'aċċettax il-proposta tal-Kummissjoni biex jinħoloq partita simbolika (“p.m.”) fil-baġit;
Programm tal-ikel għall-persuni l-aktar neqsin mill-kumditajiet essenzjali fl-Unjoni Ewropea
24. Jilqa' b'sodisfazzjon il-finanzjament propost mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill biex jitjieb il-programm attwali tad-distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar neqsin mill-kumditajiet essenzjali fl-Unjoni permezz ta' żieda ta' żewġ terzi fil-baġit għal madwar EUR 500 miljun għall-2009 u permezz ta' żieda fil-firxa tal-prodotti li jistgħu jiġu pprovduti;
Il-Politika ta' Komunikazzjoni
25. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' konsistenza u koerenza evidenti b'mod regolari fil-miżuri ta' komunikazzjoni mill-Kummissjoni; jixtieq li jkun hemm livell adegwat ta' armonizzazzjoni fil-preżentazzjoni tal-politika ta' komunikazzjoni bil-għan li tiġi żviluppata marka kummerċjali rikonoxxibbli tal-UE biex tintuża fil-miżuri kollha ta' komunikazzjoni, irrelevanti mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni, j, li jiġu minnhom jilqa' f'dan il-kuntest id-dikjarazzjoni dwar il-karta Nikkomunikaw l-Ewropa Flimkien iffirmata fit-22 ta' Ottubru 2008 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni;
26. Jenfasizza li fil-kuntest ta' din id-dikjarazzjoni konġunta, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni identifikaw il-kampanja informattiva dwar l-Elezzjonijiet Ewropej tal-2009 bħala l-prijorità prinċipali ta' komunikazzjoni interistituzzjonali u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkopera bis-sħiħ fil-kampanja tal-Elezzjonijet Ewropej tal-2009, ukoll billi talloka r-riżorsi finanzjarji xierqa għal din il-prijorità interistituzzjonali;
Intestatura 4
27. Jesprimi d-dispjaċir tiegħu li, għal darba oħra, l-Intestatura 4 kienet taħt pressjoni kontinwa għax il-marġini disponibbli tagħha mhumiex biżżejjed biex jiffinanzjaw il-prijoritajiet li ħarġu matul is-sena mingħajr ma jkunu mhedda l-prijoritajiet tradizzjonali tagħha; itenni t-tħassib tiegħu li l-fondi disponibbli f'din l-intestatura, kif inhuma bħalissa, ma jippermettux lill-Unjoni tieħu l-irwol ta' attur globali minkejja d-dikjarazzjonijiet varji tagħha dwar din l-intenzjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex ma tużax l-Istrument ta' Flessibilità jew ir-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għall-attivitajiet previsti u programmabbli fuq firxa ta' żmien u jistenna li r-reviżjoni kontinwa intermedja tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali tipprovdi riżorsi addizzjonali għall-impenji dejjem jikbru taħt l-intestatura 4;jibża' li l-kredibilità tal-Unjoni f'pajjiżi terzi tista' tmur għall-agħar b'mod irrevokabbli jekk, sena wara l-oħra, l-awtorità baġitarja ma tkunx kapaċi tipprovdi l-iffinanzjar adegwat għall-impenji politiċi tagħha;
28. Jinnota bi tħassib li l-approprjazzjonijiet għal impenji għall-Palestina fl-2009 se jammontaw għal EUR 300 miljun, li jirrappreżentaw tnaqqis ta' 21 % meta mqabbla mal-livell ta' fondi immirati fl-2008 wara t-trasferimenti; għalhekk huwa konxju li probabilment il-Kummissjoni se tippreżenta talbiet għal trasferimenti matul l-2009 biex jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għall-Palestina, u jfakkar it-talba tiegħu għal proposti sodi u realistiċi matul il-proċeduri baġitarji sabiex kemm jista' jkun jiġu evitati t-trasferimenti bejn il-kapitoli;
29. Jinnota li l-approprjazzjonijiet għall-għajnuna lill-Kosovo huma biżżejjed bl-eżatt biex ilaħħqu mar-riformi u l-investiment; ifakkar l-impenji varji tiegħu għall-għajnuna tal-UE fil-Kosovo li tkun immaniġġjata u implimentata kif suppostu fl-istess ħin jenfasizza l-bżonn ta' amministrazzjoni pubblika li taħdem tajjeb u d-dmirijiet pubbliċi jgħaddu f'idejn il-gvern tal-Kosovo kif ukoll għall-immaniġġjar u l-implimentazzjoni kif xieraq ta' dawn l-impenji; jinsisti kemm dwar segwitu xieraq tal-konklużjonijiet tar-rapport finali mill-ITF (Investigation Task Force, li temmet l-operat tagħha fl-aħħar ta' Awwissu 2008), kif ukoll dwar il-ħolqien ta' organizzazzjoni suċċessur għall-ġllieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet finanzjarji;
30. Jilqa' l-fatt li l-Unjoni ddeċidiet li tikkontribwixxi għall-proċess ta' rikostruzzjoni fil-Ġeorġja u impenjat l-għajnuna finanzjarja tagħha għal dan l-għan b'allokazzjoni sa EUR 500 miljun fuq 3 snin, ibbażati fuq ċertu kundizzjonijiet politiċi; ifakkar l-intenzjoni tiegħu li jidentifika l-għajnuna tal-UE għall-Ġeorġja fl-Istrument Ewropew tas-Sħubija tal-Maġar (ENPI) fuq linja baġitarja separata u jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdilu b'mod regolari deskrizzjoni tal-fondi impenjati taħt strumenti varji bħala partijiet mill-allokazzjoni totali;
31. Jinnota b'sodisfazzjoni li l-Unjoni impenjat ruħha biex tiġġieled il-prezzijiet tal-ikel li telgħin f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u li fl-aħħar intlaħaq ftehim dwar l-iffinanzjar ta' faċilità tal-ikel u li ġew żgurati l-komplementarjetà mal-Fond ta' Żvilupp Ewropew u l-viżibilità tal-assistenza tal-UE; madankollu jiddispjaċih li għal darba oħra, minħabba l-marġini limitati fl-Intestatura 4, parti mill-approprjazzjonijiet għall-iffinanzjar tal-faċilità tal-ikel tista' tinsab biss permezz ta' organizzazzjoni mill-ġdid fl-intestatura;
32. Jinnota l-ammont dejjem ikbar ta' fondi tal-UE li qed jiġu mqassma permezz tal-organizzazzjonijiet internazzjonali; itenni t-talba tiegħu biex il-Kummissjoni tagħmel kull sforz biex tinkiseb kemm jista' jkun informazzjoni dwar il-verifiki esterni u interni tal-istituzzjonijiet u l-programmi li jirċievu fondi tal-UE;
33. Jiddeċiedi li jżomm il-pożizzjoni tal-ewwel qari tiegħu fir-rigward tat-tħeġġiġ tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Torka f'Ċipru; jilqa' b'sodisfazzjon l-appoġġ għall-eżumazzjoni, l-identifikazzjoni u r-ritorn tal-fdalijiet ta' persuni nieqsa f'Ċipru u jinpenja ruħu biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan;
Intestatura 5
34. Iddeċieda li jirriserva ammont imnaqqas tal-ispiża amministrattiva tal-Kummissjoni (intestatura 5), b'mod partikolari fl-oqsma tal-ispiża tal-istaff u tal-bini, sakemm jitwettqu l-kundizzjonijiet miftehma; jemmen li, billi jitqies ix-xogħol tajjeb tal-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni mitluba s'issa, il-volum globali ta' dawn ir-riżervi għandu jkun maniġġibbli mil-lat operattiv waqt li, fl-istess ħin, jiġi żgurat il-fokus politiku biex jintlaħqu r-riżultati meħtieġa;
35. Jerġa' jistabbilixxi għal kollox il-pożizzjoni tiegħu tal-ewwel qari fir-rigward tal-“istituzzjonijiet l-oħra”, inkluża d-deċiżjoni li jkun hemm it-tressiq 'il quddiem (frontloading) tal-ispiża tal-bini għall-2009; jenfasizza li dan l-approċċ, għalkemm iżid ċertu nefqiet (outlays) fil-futur qarib, huwa b'mod ċar aktar ekonomiku fuq tul ta' żmien twil għal min iħallas it-taxxi;
36. Se jkompli jimmonitorja mill-qrib l-effetti tal-ħolqien ta' aġenziji eżekuttivi u tal-estensjonijiet li għadhom għaddejjin ta' dmirijiethom fuq dawk id-Direttorati Ġenerali ta' referenza tagħhom li kienu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi rilevanti qabel mal-aġenziji eżekuttivi ħadu fuqhom din ir-responsabilità; ħa nota tal-fatt li l-livelli għall-mili tal-pożizzjonijiet tal-istaff tal-aġenziji eżekuttivi diġà jaqbżu l-1300 fl-2009 u jistenna li l-Kummissjoni tirrikambja billi żżomm mal-previżjonijiet tagħha rigward in-numru ta' pożizzjonijiet vojta fid-Direttorati Ġenerali relevanti fl-2009;
37. Jinnota bi tħassib is-sitwazzjoni ta' studenti attwali u futuri fl-iskejjel Ewropej fi Brussell li hi riżultat ta' dewmien fil-ftuħ tar-raba' skola f'Laeken u l-proċedura ta' reġistrazzjoni kurrenti li qed twassal għal ħinijiet ta' vjaġġar twal u inaċċettabbli għat-tfal; jistenna li l-Kummissjoni, f'koperazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-iskejjel Ewropej fi Brussell, ser tippreżenta proċedura ta' reġistrazzjoni riveduta sal-aħħar ta' Marzu 2009 bi kriterji objettivi u li jiftiehmu (inkluż ir-residenza prinċipali u aħwa li huma diġa reġistrati), li għandha tidħol fis-seħħ fil-perijodu ta' reġistrazzjoni li jmiss;
Ir-regolazzjoni tal-OLAF
38. Jisħaq fuq il-bżonn li tissaħħaħ l-effiċjenza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tippreżenta karta ta' ħidma li tikkonċerna l-kjarifika tal-qafas legali tal-missjoni tal-OLAF fil-bidu tal-2009; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jippreżenta kalendarju dwar in-negozjati mal-Parlament rigward il-proposti tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 rigward l-investigazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (9);
Proġetti piloti u azzjonijiet preparatorji
39. Dwar il-proġetti pilota (PP) u l-azzjonijiet preparatorji (PA), huwa jipproponi firxa ta' inizjattivi u proġetti innovattivi li jirrispondu għall-bżonnijiet reali taċ-ċittadini tal-Unjoni; iddeċieda jalloka l-ammont ta' EUR 124,4 miljun lil PP / PA għas-sena baġitarja 2009, li huwa taħt il-limitu globali ta' EUR 140 miljun għal proġetti/azzjonijiet bħal dawn, kif ġie miftiehem fit-Taqsima IIA;
40. Iqis li l-pakkett finali ta' PP/PA adottat għall-2009 huwa bbilanċjat tajjeb u komprensiv u jistenna li l-Kummissjoni timplimenta l-proġetti bl-akbar kura u dedikazzjoni; jistenna li ma jkollux jaffaċċja f'daqqa ostakoli għall-implimentazzjoni tal-PP/PA miftiehma, meta jitqies ix-xogħol preparatorju eċċellenti li diġà sar fil-Parlament u l-Kummissjoni, imma wkoll bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, sa mill-preżentazzjoni tal-PDB fir-Rebbiegħa tal-2008;
41. Jistenna li l-Kummissjoni tirrapporta wkoll dwar l-implimentazzjoni ta' dawk il-PP/PA proposti li ma ġewx inklużi fil-Baġit 2009, għax l-attivitajiet proposti huma meqjusa koperti minn bażi legali eżistenti; huwa lest jissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti u azzjonijiet taħt il-bażi legali rispettiva tagħhom waqt is-sena finanzjarja 2009;
Aġenziji deċentralizzati
42. Iżomm il-pożizzjoni tiegħu tal-ewwel qari fir-rigward l-ilħuq tal-ammonti proposti kif kienu qabel fil-PDB għall-aġenziji deċentralizzati; jinsisti li dawk l-aġenziji dipendenti fil-parti l-kbira fuq id-dħul iġġenerat mill-ħlas għandhom xorta waħda jkunu kapaċi jużaw l-istrument tad-dħul assenjat biex jagħtihom il-flessibilità baġitarja li għandhom bżonn u jiddeċiedi li jpoġġi mill-ġdid l-emendi tiegħu tal-ewwel qari għal dak il-għan;
43. Jiddeċiedi li jżomm iż-żieda fl-ammonti ta' spejjeż operattivi tal-FRONTEX, sabiex tkun kapaċi torganizza missjonijiet permanenti s-sena kollha; jiddeċiedi wkoll li jżomm iż-żieda fl-ammonti biex tiġi indirizzata l-immigrazzjoni illegali, kif ukoll sabiex jissaħħaħ il-Fond Ewropew għar-Refuġjati biex tiġi ffaċilitata s-solidarjetà bejn l-Istati Membri;
44. Minħabba t-tibdil mistenni fil-ħidmiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza ta' Galileo, jiddeċiedi jżomm fir-riżerva terz mill-ammonti għall-ispejjeż operattivi tagħha li jistennew l-adozzjoni tal-bażi legali riveduta, u biex jitnaqqas in-numru ta' postijiet tax-xogħol minn 50 għal 23, kif ġie miftiehem mal-Kummissjoni, u, b'konsegwenza, biex l-ammonti jiġu adattati għall-ispejjeż amministrattivi tagħha; jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta proposta riveduta sal-31 ta' Jannar 2009;
45. Jiddeċiedi jżomm fir-riżerva 10 % tal-ammonti għall-ispejjeż amministrattivi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel sakemm tkun infurmata dwar ir-riżultati tal-“Istħarriġ dwar is-Sodisfazzjon tal-Istaff” magħmul fl-2007 u dwar il-miżuri meħuda biex jiġu implimentati l-konklużjonijiet ta' dak l-istħarriġ, u sakemm il-kumitat responsabbli jkun ta sinjal ċar favur ir-rilaxx tar-riżervi;
46. Ħa nota tal-ammont żejjed — kważi EUR 300 miljun — tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fl-2008; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar kif għandha tittratta din is-sitwazzjoni u jekk huwiex xieraq li kwalunkwe dħul żejjed tal-Uffiċċju, li jkun konsegwenza diretta tas-Suq Intern, imurx lura fil-baġit tal-UE;
47. Ifakkar l-importanza li jkun osservat il-punt 47 tat-Taqsima IIA; jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem mal-awtorità baġitarja fuq id-definizzjoni ta' proċedura dettaljata xierqa għall-applikazzjoni tagħha;
48. Iqis essenzjali d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, inkluża fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Marzu 2008 dwar l-Aġenziji Ewropej — It-triq 'il quddiem (COM(2008)0135), li ma tipproponix aġenziji deċentralizzati ġodda sakemm ma jkunx konkluż il-proċess ta' evalwazzjoni attwali; jilqa' l-attitudni pożittiva tal-Kunsill fir-rigward tal-ħolqien ta' grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar il-futur ta' aġenziji deċentralizzati, kif propost mill-Kummissjoni, u jistenna li l-ewwel laqgħa ta' dan il-grupp issir kemm jista' jkun malajr;
*
* *
49. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-baġit ġie adottat b'mod aħħari u jaħseb għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
50. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u lill-korpi l-oħra kkonċernati.
(1) ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) Testi Adottati ta' dik id-data, P6_TA(2008)0515.
(5) Testi Adottati ta' dik id-data, P6_TA(2008)0516.
(6) Testi Adottati, P6_TA(2008)0174.
(7) Testi Adottati, P6_TA(2008)0175.
(8) Testi Adottati, P6_TA(2008)0335.
(9) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
ANNESS
DIKJARAZZJONIJIET MIFTEHMA FIL-LAQGĦA TA' KONĊILJAZZJONI
tal-21 ta' Novembru 2008
Dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament ta' faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew f'daqqa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:
— |
ħadu nota tal-proposta magħmula mill-Kummissjoni (1) biex tiġi stabbilita Faċiltà għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew f'daqqa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Faċilità tal-Ikel”) |
— |
ħadu nota tat-talba tal-Kummissjoni ta' EUR 1 biljun għall-Faċilità tal-Ikel; |
— |
qablu li jiffinanzjaw il-Faċilità tal-Ikel tul perijodu ta' tliet snin fl-intestatura 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali. |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu mal-finanzjament tal-Faċilità tal-Ikel bil-mod li ġej:
— |
L-ammont totali ta' EUR 1 biljun disponibbli f'impenji għall-Faċiltà tal-Ikel ser jiġi maqsum tul is-snin kif ġej: EUR 262 miljun fl-2008, EUR 568 miljun fl-2009 u EUR 170 miljun fl-2010. * * * |
— |
EUR 240 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn ser jiġu riallokati fl-intestatura 4 mill-Istrument għall-Istabbiltà (baġit Artikolu 19 06 01 01) li minnhom 70 miljun fl-2009. Rigward ir-riallokazzjonijiet għall-2010, il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta pprogrammar finanzjarju rivedut sabiex tiġi żgurata progressjoni ordinata tal-ammonti ppjanati tul il-perijodu 2010-2013, filwaqt li żżomm il-livell annwali tal-marġini bla mittiefes. Il-kriżi fil-prezzijiet tal-ikel hija ċirkostanza ġdida u oġġettiva taħt it-termini tal-Punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) li tiġġustifika r-riallokazzjoni minn strument għall-kriżijiet mhux ipprogrammat. |
— |
EUR 420 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn ser ikunu disponibbli permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-baġit tal-2009. |
— |
EUR 340 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn ser ikunu disponibbli permezz tar-Riżerva ta' Għajnuna għall-Emerġenżi bil-mod li ġej:
* * * |
— |
Il-Kummissjoni se tipproponi emenda fil-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxipplina baġitjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 f'dak li jirrigwarda l-Punt 25 biex tipprovdi aktar fondi li huma meħtieġa għall-Faċilità tal-Ikel proposta. Iż-żieda ta' darba fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għas-sena 2008 se ssir formali permezz ta' deċiżjoni konġunta tat-tliet istituzzjonijiet li temenda l-Ftehima IIA tas-17 ta' Mejju 2006. |
— |
L-awtorità baġitarja ser tintegra l-emendi meħtieġa fil-baġits tal-2008 u l-2009. Għall-2008, se jiddaħħal fil-baġit ammont addizzjonali ta' EUR 240 miljun f'impenji għar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza u ser tiddaħħal il-linja tal-baġit għall-Faċilità tal-Ikel. Għall-2009, se jiddaħħlu fil-baġit ammont ta' EUR 490 miljun f'impenji u EUR 450 miljun f'pagamenti, għall-Faċilità tal-Ikel. Il-linja tal-baġit għall-Istrument ta' Stabbiltà (linja tal-baġit 19 06 01 01) ser titnaqqas b'EUR 70 miljun f'impenji għall-2009 u se ssir EUR 134 769 miljun. |
— |
Il-Kummissjoni ser tippreżenta t-talbiet korrispondenti għal trasferimenti mir-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza fl-2008 u fl-2009. |
— |
Ir-riallokazzjonijiet maqbulin għall-2010 fl-intestatura 4 ser jiġu integrati mill-Kummissjoni fl-ipprogrammar finanzjarju 2010-2013 li għandu jiġi ppreżentat f'Jannar 2009 skont il-Punt 46 tal-Ftehima IIA. |
— |
L-iskeda tal-ħlas għall-Faċilità tal-Ikel hi mistennija tkun ta' EUR 450 miljun fl-2009, EUR 350 miljun fl-2010 u EUR 200 miljun fl-2011 u s-snin ta' wara, soġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-awtorità baġitarja f'kull proċedura baġitarja annwali. |
*
* *
F'dan il-każ eċċezzjonali u għas-sena 2008 biss, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jemendaw il-Punt 25 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex iżidu l-ammont tar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għal EUR 479 218 000 għall-2008. Huma jiddikjaraw li din l-emenda selettiva tal-Punt 25 tal-Ftehima IIA ma għandha bl-ebda mod tistabbilixxi preċedent.
*
* *
It-tliet istituzzjonijiet jaqblu li l-emenda tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) għar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza se tikkonsisti fiż-żieda tas-sentenza li ġejja fl-aħħar tal-ewwel subparagrafu tal-Punt 25 tal-Ftehima IIA:
“B'eċċezzjoni, dan l-ammont għandu jiżdied għal EUR 479 218 000 għas-sena 2008 fi prezzijiet attwali.”
*
* *
Il-ftehim li jinsab f'din id-dikjarazzjoni konġunta ser jiġi tradott fir-Regolament dwar il-Faċilità tal-Ikel tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'emenda tat-taqsimiet rilevanti li jirreferu għall-implikazzjonijiet baġitarji, bil-ħsieb li t-test jiġi ffinalizzat fl-ewwel qari. Il-Kummissjoni ser tipprovdi l-assistenza teknika xierqa.
(1) COM(2008)0450 tat-18 ta' Lulju 2008.
Dikjarazzjonijiet
1. Koordinazzjoni tal-assistenza Komunitarja (Faċilità tal-Ikel u l-FEŻ)
“Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw mill-ġdid l-importanza ta' koerenza u konsistenza fil-qasam tal-assistenza għall-iżvilupp, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-fondi.
Jekk jitqies li l-pajjiżi AKP jistgħu jibbenefikaw mill-assistenza tal-UE kemm mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, it-tliet istituzzjonijiet jiddikjaraw li, fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għal reazzjoni malajr għall-prezzijiet li qed jogħlew f'daqqa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (minn issa 'l quddiem ‘il-Faċilità tal-Ikel’), għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-koordinazzjoni tal-għajnuna li tkun ġejja minn dawn id-diversi għejun sabiex ikunu massimizzati s-sinerġija u r-riżultati possibbli.
F'dan il-kuntest, il-pajjiżi kkonċernati sħab tal-AKP għandhom ukoll jiġu inkoraġġuti biex jadattaw, jekk meħtieġ, l-objettivi u l-prijoritajiet tal-iprogrammar tagħhom fir-rigward ta' kooperazzjoni ġejjienija taħt il-FEŻ, waqt li jiġu żgurati l-konsistenza u l-kumplimentarjetà mal-objettivi kif previsti mill-Faċilità tal-Ikel.
Il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta lista ta' programmi ffinanzjati mill-FEŻ li jistgħu jinkludu elementi relatati mas-sikurezza tal-ikel.”
2. Titjib tal-viżibbiltà tal-assistenza Komunitarja
“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jisħqu dwar il-fatt li l-viżibbiltà tal-assistenza Komunitarja f'pajjiżi terzi hija ta' interess leġittimu għall-Unjoni Ewropea u għandha titqies kompletament għall-għoti ta' assistenza f'kuntest pluriennali. Bil-ħsieb li jinżamm l-appoġġ politiku u pubbliku għall-azzjoni esterna tal-UE, huwa jappellaw lill-Kummissjoni biex tippreżenta flimkien mal-ABE rapport għall-2010 b'lista ta' inizjattivi meħudin biex titjieb il-viżibbiltà tal-għajnuna esterna tal-UE, mingħajr ma jiġu affettwati l-effiċjenza u l-effettività tagħha, speċjalment meta implimentati permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.”
3. Implimentazzjoni tal-politika ta' Koeżjoni
“Mingħajr ma jiġu preġudikati l-proposti ġejjienin mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-tnaqqis fl-attività ekonomika, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni:
— |
Jirrikonoxxu li, bil-ħsieb tal-isfidi li t-tnaqqis fl-attività ekonomika attwali jirrapreżenta, l-ekonomija tista' tibbenefika mill-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali li fuqu kien hemm qbil għall-2007-2013; |
— |
Jirrikonoxxu li, taħt il-qafas ta' kontroll stabbilit, il-pagamenti interim ma jistgħux isiru sakemm is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri jkunu ġew iġġudikati bħala konformi mar-rekwiżiti u, fir-rigward tal-proġetti prinċipali, sakemm proġetti bħal dawn ikunu ġew adottati mill-Kummissjoni; |
— |
Iħeġġu lill-Istati Membri biex jippreżentaw deskrizzjoni tas-sistemi tagħhom ta' ġestjoni u ta' kontroll u l-evalwazzjonijiet ta' konformità mill-aktar fis possibbli sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tibda l-analiżi tagħhom malajr. |
F'dan il-qafas, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:
— |
Jistiednu lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa, fil-qafas legali eżistenti, biex tivvaluta malajr l-aktar aspetti kritiċi tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll (MCS — management and control systems), biex ikunu jistgħu jinbdew il-pagamenti interim; |
— |
Jistiednu lill-Kummissjoni taċċellera l-analiżi tal-applikazzjonijiet għal proġetti ewlenin sabiex tiffaċilita l-bidu tagħhom u l-pagamenti interim relatati; |
— |
Jistiednu lill-Kummissjoni tikkopera mill-qrib mal-Istati Membri sabiex ikun hemm ftehim rapidu dwar l-aspetti kollha ta' konformità tal-MCS; |
— |
Jilqgħu l-informazzjoni regolari mill-Kummissjoni lill-awtorità tal-baġit permezz ta' tabelli rikapitulattivi dwar l-MCS u l-proġetti prinċipali; |
— |
Jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta rapport ta' kull xahar lill-awtorità tal-baġit dwar l-approvazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u l-proġetti ewlenin kif ukoll il-livell ta' eżekuzzjoni tal-pagamenti interim għal kull Stat Membru; |
— |
Jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni flimkien mal-ABE għall-fini tal-proċeduri baġitarji u ta' approvazzjoni; |
— |
Jistiednu lill-Qorti tal-Awdituri u lill-awtorità ta' approvazzjoni biex waqt il-valutazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE iqisu din il-kwistjoni, kif ukoll in-natura pluriennali tal-attività ta' kontroll tal-Kummissjoni. |
Il-Parlament Ewropew jirrikonoxxi li huma meħtieġa titjib strutturali u miżuri ta' simplifikazzjoni biex tiġi evitata sottoimplimentazzjoni rikorrenti u biex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiżviluppaw b'mod ordinat b'paragun mal-approprjazzjonijiet ta' impenn, kif imfakkar mir-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri.”
4. Aġenziji
“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħolqien ta' Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji u talbu biex l-ewwel laqgħa ssir mill-aktar fis possibbli.”
5. Approprjazzjonijiet ta' pagament
“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta baġit ta' emenda jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-2009 jirriżultaw li ma humiex biżżejjed biex ikopru n-nefqa taħt is-sottointestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi), is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi), minħabba li dan jista' jkun iġġustifikat fil-qafas legali attwali fid-dawl ta' aċċelerazzjoni possibbli tal-implimentazzjoni tal-linji ta' politika strutturali, l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali) u l-intestatura 4 (L-UE bħala sieħba globali).
F'dak il-kuntest, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser iqisu l-finanzjament adegwat ta' kwalunkwe proposta possibbli li l-Kummissjoni tista' tagħmel fir-rigward ta' inizjattivi ġodda, b'mod partikolari rigward il-kriżi ekonomika.”
DIKJARAZZJONIJIET UNILATERALI
A. Dikjarazzjonijiet tal-Parlament Ewropew
1. Evalwazzjoni tal-intestatura 4
“Il-Parlament Ewropew jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tar-reviżjoni baġitarja, tippreżenta evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-intestatura 4, sabiex jiġi eżaminat u rivedut l-irwol tal-UE bħala sieħba globali f'kuntest pluriennali.”
2. Ħlasijiet u implimentazzjoni tal-politika ta' Koeżjoni
“Il-Parlament Ewropew jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-livell baxx ħafna ta' ħlasijiet, ferm aktar baxxi mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF), li ma jikkorispondix mal-isfidi reali tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjoni ta' kriżi ekonomika.
B'mod partikolari, huwa jesprimi tħassib serju dwar il-livell baxx u inaċċettabbli tal-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-politika ta' Koeżjoni, għalkemm din tikkostitwixxi waħda mill-linji ta' politika fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Jappella lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dawn l-approprjazzjonijiet, biex jadottaw il-miżuri kollha possibbli biex jiżguraw l-implimentazzjoni adegwata tagħha.”
B. Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
Evalwazzjoni tal-intestatura 4
“Minħabba n-nuqqas ta' kwalunkwe marġinu taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 4 fl-2009, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-fatt li l-kapaċità biex tirrispondi għall-kriżijiet mhux previsti hija pjuttost ristretta u għalhekk timpenja ruħha li tippreżenta lill-awtorità baġitarja evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fil-qafas tal-intestatura 4, flimkien, jekk meħtieġ, ma' proposti rilevanti, matul l-2009, billi tqis l-evoluzzjoni politika kif ukoll l-implimentazzjoni baġitarja.”
Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-ittra ta' emenda Nru 2/2009
“Il-Kunsill jiddikjara li l-qbil tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni rigward il-programmi favur il-persuni l-aktar neqsin mill-kumditajiet essenzjali, li jidhru fl-ittra emendatorja Nru 2/2009, ma jippreġudikax ir-riżultat tal-eżami tal-bażi legali li qed tiġi diskussa bħalissa.
It-tneħħija tal-linja dwar l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel hija konformi mal-pożizzjoni tradizzjonali tal-Kunsill li ma tinħoloqx linja baġitarja ġdida qabel ma tiġi adottata l-bażi legali pertinenti. Dan ma jippreġudikax ir-riżultat tal-eżami tal-bażi legali li qed tiġi diskussa fil-preżent.”
Dikjarazzjoni unilaterali tal-Greċja, l-Italja, Spanja, u l-Portugall dwar il-multilingwiżmu
“Filwaqt li jaffermaw mill-ġdid l-importanza li jagħtu lill-prinċipji tal-multilingwiżmu u t-trattament ugwali tal-lingwi kollha, il-Greċja, l-Italja, Spanja u l-Portugall, jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-mod li bih il-Kummissjoni tmexxi s-salvagwardja tad-diversità lingwistika u jenfasizzaw li l-Kummissjoni u l-Istituzzjonijiet u l-organi kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom jiżguraw li jiġu ddedikati mezzi biżżejjed għall-applikazzjoni sħiħa ta' dawn il-prinċipji.”