Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0430

    L-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0858 — C6-0005/2008 — 2007/0292(COD))
    P6_TC1-COD(2007)0292 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (tfassil mill-ġdid)

    ĠU C 8E, 14.1.2010, p. 128–128 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 8/128


    It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
    L-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (tfassil mill-ġdid) ***I

    P6_TA(2008)0430

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0858 — C6-0005/2008 — 2007/0292(COD))

    2010/C 8 E/30

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni — tfassil mill-ġdid)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0858),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0005/2008),

    wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill bl-ittra tas-17 ta' Settembru 2008 biex tiġi adottata l-proposta hekk kif emendata, skont l-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,

    wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għall-atti legali (1),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0298/2008),

    A.

    billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta li qed tkun eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta' atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni diretta ta' testi eżistenti, mingħajr l-ebda bidla fil-kontenut tagħhom,

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex għal darb’oħra tirreferi din il-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew tissostitwixxiha b'test ieħor;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  1 ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


    It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
    P6_TC1-COD(2007)0292

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (tfassil mill-ġdid)

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva …/KE.)


    Top