EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0418

Il-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej li għalihom japplikaw d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (COM(2008)0305 — C6-0214/2008 — 2008/0102(CNS))

ĠU C 8E, 14.1.2010, p. 123–123 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 8/123


It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Il-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej li għalihom japplikaw d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet *

P6_TA(2008)0418

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (COM(2008)0305 — C6-0214/2008 — 2008/0102(CNS))

2010/C 8 E/25

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0305),

wara li kkunsidra l-Artikolu 291 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0214/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0339/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Top