This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AP0249
International carriage of passengers by coach and bus (recast) ***I European Parliament legislative resolution of 5 June 2008 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on common rules for access to the market for coach and bus services (recast) (COM(2007)0264 — C6-0147/2007 — 2007/0097(COD))#P6_TC1-COD(2007)0097 Position of the European Parliament adopted at first reading on 5 June 2008 with a view to the adoption of Regulation (EC) No …/2008 of the European Parliament and of the Council on common rules for access to the market for coach and bus services and amending Regulation (EC) No 561/2006 (recast)
It-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0264 — C6-0147/2007 — 2007/0097(COD))
P6_TC1-COD(2007)0097 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil- 5 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (tfassil mill-ġdid)
It-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0264 — C6-0147/2007 — 2007/0097(COD))
P6_TC1-COD(2007)0097 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil- 5 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (tfassil mill-ġdid)
ĠU C 285E, 26.11.2009, pp. 98–122
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
26.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 285/98 |
Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
It-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) ***I
P6_TA(2008)0249
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0264 — C6-0147/2007 — 2007/0097(COD))
2009/C 285 E/19
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0264),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikolu 71 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0147/2007),
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-28 ta' Novembru 2001 għal użu iktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid tal-atti ġuridiċi (1),
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ta' l-20 ta' Novembru 2007, skond l-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0037/2008),
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata hawn taħt u kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008
P6_TC1-COD(2007)0097
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta’ Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (tfassil mill-ġdid)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilta fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1) |
Għadd sostanzjali ta’ bidliet għandhom isiru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta’ Marzu 1992 dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (4) u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12/98 tal-11 ta’ Diċembru 1997 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi Stat Membru (5). Dawk ir-Regolamenti għandhom jinkitbu mill-ġdid f’regolament waħdieni fl-interess taċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni. |
|
(2) |
L-istabbiliment ta’ politika komuni ta’ trasport jinkludi, inter alia, li jiġu stabbiliti regoli komuni applikabbli għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bit-triq kif ukoll il- kundizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali ta’ trasport fi Stat Membru. |
|
(3) |
Biex jiġi żgurat qafas koerenti għat-trasport internazzjonali tal-passiġġiera bil-kowċ u x-xarabank madwar il-Komunità dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport internazzjonali kollu fit-territorju tal-Komunità. It-trasport mill-Istati Membri lejn pajjiżi terzi għadu xorta waħda fil-biċċa l-kbira kopert minn ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u dawk il-pajjiżi terzi. Għaldaqstant, dan ir-Regolament m’għandhiex tapplika dik il-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta’ l-Istat Membru minn fejn irikkbu jew iniżżlu sakemm l-ftehimiet neċessarji bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi kkonċernati ma jkunux ġew konklużi. Madankollu, għandu jkun applikabbli għat-territorju ta’ Stat Membru ta’ tranżitu. |
|
(4) |
Il-libertà biex jiġu pprovduti servizzi tikkostitwixxi prinċipju bażiku tal-politika komuni ta’ trasport u teħtieġ li trasportaturi mill-Istati Membri kollha jkunu garantiti aċċess għas-swieq ta’ trasport internazzjonali mingħajr diskriminazzjoni fuq bażijiet ta’ ċittadinanza jew post ta’ stabbiliment. |
|
(5) |
It-trasport internazzjonali tal-passiġġiera bil-kowċ u x-xarabank jista’ jsir bil-kundizzjoni tal-pussess ta’ liċenzja Komunitarja. It-trasportaturi huma meħtieġa li jżommu kopja awtentikata tal-liċenzja Komunitarja abbord ta’ kull vettura tagħhom sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli effettivi mill-korpi ta’ l-infurzar, speċjalment f’dawk barra l-Istati Membri fejn it-trasportatur ikun stabbilit. Għandhom jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kwistjonijiet tal-liċenzji Komunitarji, il-perjodi ta’ validità u r-regoli dettaljati għall-użu tagħhom. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tad-disinn u l-elementi l-oħra tal-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati. |
|
(6) |
Għandu jkun hemm dispożizzjoni għal arranġamenti flessibbli soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet għal servizzi regolari speċjali u ċerti servizzi okkażjonali, sabiex tkun sodisfatta d-domanda tas-suq. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament ma għandux japplika la għat-trasportaturi li għandhom aċċess biss għas-suq nazzjonali tagħhom tas-servizzi tat-trasport bil-kowċ u x-xarabank u lanqas għal-liċenzji maħruġa għal dawk it-trasportaturi mill-Istati Membri tal-istabbiliment. |
|
(8) |
Filwaqt li jinżammu arranġamenti ta’ awtorizzazzjoni għal servizzi regolari ċerti regoli għandhom jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward ta’ proċeduri ta’ awtorizzazzjoni. |
|
(9) |
L-awtorizzazzjoni tas-servizzi regolari għandha għalhekk tinħareġ sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ċari u speċifiċi għar-rifjut marbuta mal-applikant. Għandu jibqa’ raġuni waħda biss għar-rifjut marbuta mas-suq rilevanti, dik li s-servizz li għalih saret l-applikazzjoni jeffettwa serjament l-vijabbiltà ta’ servizz kumparabbli mħaddem taħt obbligu ta’ servizz pubbliku fit-taqsimiet diretti kkonċernati. |
|
(10) |
Trasportaturi mhux residenti għandhom jitħallew joperaw ċerti servizzi nazzjonali bit-triq tal-passiġġiera, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull forma ta’ servizz. |
|
(11) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 riġward id-dħul ta’ ħaddiema fil-qafas tal-provvista ta’ servizzi (6) japplikaw fil-każi fejn, għall-provvista ta’ servizzi regolari speċjali, it-trasportaturi, il-ħaddiema postali, li għandhom kull relazzjoni ta’ impjegati ma’ dawk it-trasportaturi, mill-Istati Membri fejn dawn normalment jaħdmu. |
|
(12) |
Fejn jidħlu s-servizzi regolari, huma biss is-servizzi regolari provduti bħala parti minn kull servizzi regolari internazzjonali, minbarra s-servizzi urbani u suburbani, li għandhom ikunu kondizzjonati għal trasportaturi mhux residenti, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet, u b’mod partikolari għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru li jospita. |
|
(13) |
Hu mixtieq li l-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin assistenza reċiproka oħra bil-għan li jiġi applikat kif xieraq dan ir-Regolament. |
|
(14) |
Formalitajiet amministrattivi għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun mingħajr l-abbandun tal-kontrolli u l-pieni li jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta u infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament. Għal dan il-għan ir-regoli eżistenti dwar l-irtirar tal-liċenzja Komunitarja għandhom jiġu ċċarati u msaħħa. Ir-regoli attwali għandhom jiġu adattati biex jippermettu s-sanzjonar effettiv ta’ ksur serju ▐ imwettaq fi Stati Membri li ma jkunx l-Istat Membru tal-istabbilment. Il-pieni m’għandhomx ikunu diskriminatorji u għandhom ikunu fi proporzjon tal-gravità tal-ksur. Għandu jkun hemm il-possibiltà li jsir appell fir-rigward ta’ kwalunkwe piena imposta. |
|
(15) |
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fir-reġistru nazzjonali tagħhom ta’ l-impriżi tat-trasport bit-triq kull ksur serju ▐ mwettaq mit-trasportaturi u li wasslu għall-impożizzjoni ta’ pieni. |
|
(16) |
Sabiex jissahhah u jigi facilitat l-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri ghandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt imwaqqfa skond ir-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta’ operatur tat-trasport bit-triq (7). |
|
(17) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8). |
|
(18) |
B’mod partikolari il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabilixxi l-format ta’ ċerti dokumenti li għandhom jintużaw biex jiġi applikat dan ir-Regolament u biex l-Anness I jiġi aġġornat mal-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba li jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jżidu miegħu elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(19) |
Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-limiti ta’ żmien normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jiġu limitati għall-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri. |
|
(20) |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jimplimentaw dan ir-Regolament, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-pieni effettivi, proporzjonati u diswassivi. |
|
(21) |
Billi l-għanijiet ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għandhekk jistgħu, minħabba raġuni ta’ l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hin milli hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
|
(22) |
Sabiex jiġu inkoraġġiti l-ġiti bil-kowċis speċifikament għal turisti bi dħul baxx u jiġi promoss it-turiżmu fir-reġjuni, jeħtieġ li terġa’ tiddaħħal ir-regola ta’ 12-il ġurnata għal vjaġġi bir-ritorn bil-kowċ kif innutat mill-Parlament Ewropew fil-paragrafu 78 tar-Riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar Politika mġedda ta’ l-UE dwar it-Turiżmu: Lejn sħubija aktar b’saħħitha għat-Turiżmu Ewropew (9) Għal din ir-raġuni ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (10), għandha tiġi estiża kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Skop
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank ġewwa t-territorju tal-Komunità minn trasportaturi għall-kiri jew għall-ħlas jew trasportaturi indipendenti stabbiliti fi Stat Membru skond il-liġi tiegħu, bl-użu ta’ vetturi li huma rreġistrati f’dak l-Istat Membru u huma adegwati, permezz tal-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, biex jittrasportaw aktar minn disa’ persuni, inkluż ix-xufier, u huma hekk intiżi, u għall-moviment ta’ dawn il-vetturi vojta in konnessjoni ma’ dan it-trasport.
Il-bdil ta’ vettura jew interruzzjoni ta’ trasport biex ikun possibbli li parti mill-vjaġġ li għandu jsir b’mezz ieħor ta’ trasport ma jaffettwax l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2. Fil-każ ta’ trasport minn Stat Membru lejn pajjiż mhux membru u viċi versa, dan ir-Regolament għandu japplika għal l-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta’ l-Istati Membri ta’ tranżitu li jgħaddi minnhom. Mhux applikabbli għal dik il-parti mill-vjaġġ fit-territorju tal-Istat Membru li jiġbor jew iniżżel, sakemm il-ftehim neċessarju bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ġie konkluż.
3. Fl-istennija tal-konklużjoni tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 2 bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi kkonċernati, dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa dispożizzjonijiet li jirrelataw mat-trasport minn Stat Membru ta’ pajjiż terz u viċeversa kontenut fil-ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri ma’ dawk il-pajjiżi terzi. Madanakollu, l-Istati Membri għandhom jadattaw dak il-ftehim biex jiżguraw konformità mal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn trasportaturi Komunitarji.
4. Dan ir-regolament għandu japplika għas-servizzi nazzjonali bit-triq tal-passiġġiera bil-kiri jew b’kumpens fuq bażi temporanja minn trasportatur mhux residenti kif ipprovdut fil-Kapitolu V.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
a) |
“servizzi regolari” tfisser servizzi li jipprovdu għall-ġarr tal-passiġġieri f’intervalli speċifikati f’rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f’punti ta’ waqfien predeterminati; |
|
b) |
“servizzi regolari speċjali” tfisser servizzi regolari, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta’ kategoriji speċifikati ta’ passiġġieri bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħrajn; |
|
c) |
“servizzi okkażjonali” tfisser servizzi li ma jaqgħux fl-ambitu tad-definizzjoni ta’ servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali u li l-karatteristika ewlenija tagħhom hija li dawn iġorru gruppi ta’ passiġġieri maħluqa fuq l-inizjattiva tal-klijent jew tat-trasportatur innifsu; |
|
d) |
“operazzjonijiet tat-trasportgħal rashom” tfisser operazzjonijiet li jsiru għal skopijiet mhux kummerċjali u mhux bi qligħ minn persuna fiżika jew ġuridika fejn
|
|
e) |
“operazzjonijiet ta’ kabotaġġ” tfisser servizzi nazzjonali bit-triq tal-passiġġiera għall-kiri u kumpens imwettqa fuq bażi temporanja minn trasportatur fi Stat Membru ospitanti; |
|
f) |
“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru ieħor fejn l-operatur ikun jopera barra dan l-Istat Membru fejn it-trasportatur ikun stabbilit; |
|
g) |
“ksur serju ▐ tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq” tfisser ksur li, wara li jkunu nġiebu quddiem qorti, jista’ jwasslu ghat-telf tal-kondotta tajba skond l-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta’ operatur tat-trasport bit-triq]. |
Artikolu 3
Il-libertà li jiġu provduti servizzi
1. Kull trasportatur għal kiri jew għal ħlas imsemmi fl-Artikou 1 għandu skond dan ir-Regolament jitħalla jagħti servizzi regolari inkluż servizzi regolari speċjali u servizzi okkażjonali bil-kowċ jew xarabank mingħajr diskriminazzjoni dwar ċittadinanza jew post ta’ stabbiliment jekk:
|
a) |
ikun awtorizzat fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit biex jidħol għat-trasport permezz ta’ servizzi regolari inklużi servizzi regolari speċjali jew servizzi okkażjonali bil-kowċ u x-xarabank skond il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
|
b) |
jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti skond ir-regoli Komunitarji dwar dħul għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport ta’ passiġġieri tat-triq f’operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali u internazzjonali; |
|
c) |
jissodisfa l-ħtiġiet legali rigward l-istandards għal xufiera u vetturi kif stipulat, partikolarment fid-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (11), id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (12), u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri (13). |
2. Kull trasportatur għal rasu msemmi fl-Artikolu 1 għandu jitħalla jagħti s-servizzi ta’ trasport definiti fl-Artikolu 5(5) mingħajr diskriminazzjoni għaċ-ċittadinanza jew għall-post ta’ stabbiliment jekk ikun:
|
a) |
awtorizzat fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit jieħu fuqu t-trasport bil-kowċ u bix-xarabank skond il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
|
b) |
jissodisfa r-rekwiżiti legali rigward l-istandards għal xufiera u vetturi kif stipulat, partikolarment fid-Direttivi 92/6/KEE, 96/53/KE u 2003/59/KE. |
Kapitolu II
Il-liċenzja Komunitarja u l-aċċess għas-suq
Artikolu 4
Il-liċenzja Komunitarja
1. It-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank, għandu jsir skond il-liċenzja Komunitarja maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom joħorġu lid-detentur l-oriġinali tal-liċenzja Komunitarja, li għandha tinżamm mit-trasportatur, u għandhom joħorġu wkoll l-għadd ta’ kopji awtentikati li jikkorrispondu mal-għadd tal-vetturi wżati għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri għad-dispożizzjoni tad-detentur tal-liċenzja Komunitarja, jew f’pussess assolut, jew f’forma oħra, b’mod speċjali bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ xiri bin-nifs, kuntratt ta’ kiri jew kuntratt twellija.
Il-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati għandhom ikunu fil-format stipulat fl-Anness I.
Dawn għandhom juru timbru jew siġill mill-awtorità tal-ħruġ kif ukoll firma u numru tas-serje. In-numri tas-serje tal-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru elettroniku nazzjonali ta’ l-impriżi tat-trasport bit-triq previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta operatur tat-trasport bit-triq] bħala parti mill-ġabra tad-dejta tat-trasportatur.
Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness I għall-progress tekniku. Billi dawn il-miżuri huma mafassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).
3. Il-liċenzja Komunitarja għandha tiġi stabbilita f’isem it-trasportatur u ma tistax tiġi trasferita. Kopja awtentika tal-liċenzja Komunitarja għandha tinżamm fuq il-vettura u għandha tiġi ppreżentata malli tintalab minn uffiċjal tal-ispettorat awtorizzat.
4. Il-liċenzja Komunitarja għandha tinħareġ għal perjodu ta’ ħames snin li jistgħu jiġġeddu.
Liċenzji Komunitarji u kopji ċertifikatiawtentiċi maħruġa qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sa dak inhar li jiskadu.
5. Meta tiġi mressqa applikazzjoni għal liċenzja, u ta’ lanqas kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jivverifikaw jekk it-trasportatur ikunx konformi u jibqax ikun konformi mal-kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 3(1).
6. Meta l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) ma jiġux osservati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jirrifutjaw li joħorġu jew iġeddu jew għandhom jirtiraw liċenzja Komunitarja permezz ta’ deċiżjoni b’raġunijiet.
7. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu d-dritt tal-applikant, jew tad-detentur, tal-liċenzja Komunitarja għall-appell kontra d-deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment li jirrifjuta jew jirtira l-liċenzja.
8. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-liċenzja Komunitarja għandha tkun valida wkoll għal operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali.
Artikolu 5
L-aċċess għas-suq
1. Is-servizzi regolari jkunu miftuħin għal kulħadd, soġġetti, meta jkun il-każ, għal prenotazzjoni ta’ bilfors.
Għandu jkollhom bżonn awtorizzazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III.
In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kundizzjonijiet operattivi tas-servizz.
L-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji, li jservu l-istess pubbliku bħas-servizzi regolari eżistenti, l-użu ta’ vetturi addizzjonali u intervalli iqsar, in-non-serving ta’ ċerti waqfiet u s-servizz ta’ waqfiet addizzjonali fuq is- servizzi regolari eżistenti għandhom ikunu rregolati mill-istess regoli bħal għas-servizzi regolari eżistenti.
2. Servizzi regolari speċjali għandhom jitħaddmu skond il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1. Huma għandhom jinkludu:
|
a) |
it-trasport ta’ ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol, |
|
b) |
it-trasport lejn u mill-istituzzjoni edukattiva għal tfal tal-iskola u studenti. |
Il-fatt li servizz speċjali jista’ jiġi mibdul skond il-ħtiġiet tal-utenti m’għandux jaffettwa l-klassifika tiegħu bħala servizz regolari.
Is-servizzi regolari speċjali m’għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni jekk dawn ikunu koperti b’kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur.
3. Is-servizzi okkażjonali ma għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni.
Madankollu, l-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma’ servizzi regolari eżistenti u li jaqdu lil l-istess pubbliku bħal dawn tal-aħħar għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skond il-proċedura stabbilita Kapitolu III.
Is-servizzi okkażjonali m’għandhomx jieqfu milli jibqgħu servizzi okkażjonali biss minħabba li jkunu provduti f’ċerti intervalli.
Servizzi okkażjonali jistgħu jingħataw minn grupp ta’ trasportaturi li jaġixxi għan-nom tal-istess kuntrattur, u dawk li jivvjaġġaw jistgħu jaqbdu konnessjoni fi triqithom, ma’ trasportatur differenti tal-istess grupp, fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri għat-trażmissjoni tal-ismijiet ta’ dawn it-trasportaturi u l-punti ta’ kuntatt en route lejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).
4. Il-vjaġġi battala minn vetturi b’konessjoni mal-operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, u fil-paragrafu 3 bl-istess mod m’għandhomx bżonn tal-awtorizzazzjoni.
5. Operazzjonijiet ta’ trasport għalrashom għandhom ikunu eżentati minn kull sistema ta’ awtorizzazzjoni iżda għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati fl-Artikolu 2(d).
Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill- awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata u għandhom ikunu validi għall-vjaġġ kollu inkluż it-tranżitu.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format taċ-ċertifikati. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).
Kapitolu III
Servizzi regolari soġġetti għall-awtorizzazzjoni
Artikolu 6
In-natura tal-awtorizzazzjoni
1. Awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu f’isem it-trasportatur. Dawn ma għandhomx jiġu trasferiti minn din tal-aħħar lil partijiet terzi. Madanakollu, trasportatur li jkun irċieva awtorizzazzjoni jista’, bil-kunsens tal-awtorità msemmija fl-Artikolu 7(1), jopera s-servizz permezz ta’ subkuntrattur. F’dan il-każ, l-isem tal-intrapriża tal-aħħar u r-rwol tagħha bħala sub-kuntrattur għandhom jiġu ndikati fl-awtorizzazzjoni. Is-subkuntrattur għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1).
Fil-każ ta’ impriżi assoċjati bl-iskop li jiġi operat servizz regolari, l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ f’isem l-impriżi kollha. Din għandha tingħata lill-impriża li timmaniġġa l-operazzjoni u kopji għandhom jingħataw lill-oħrajn. L-awtorizzazzjoni għandha tagħti l-ismijiet tal-operaturi kollha.
2. Il-perjodu tal-validità ta’ awtorizzazzjoni ma għandux jiskorri l-ħames snin. Dan jista’ jiġi stabbilit jew fuq talba tal-applikant jew permezz ta’ kunsens reċiproku tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jinġabru jew jitniżżlu.
3. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jispeċifikaw dan li ġej:
|
a) |
it-tip ta’ servizz; |
|
b) |
ir-rotta tas-servizz, fejn jingħata b’mod partikolari il-post ta’ tluq u l-post ta’ destinazzjoni; |
|
c) |
il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni; |
|
d) |
il-waqfiet u l-iskeda tal-ħinijiet. |
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-awtorizzazzjonijiet. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).
5. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jintitolaw lid-detentur(i) biex joperaw servizzi regolari fit-territorji tal-Istati Membri kollha li minnhom jgħaddu r-rotot tas-servizz.
6. L-operatur ta’ servizz regolari jista’ juża vetturi addizzjonali biex ilaħħaq ma’ sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali. Huwa għandu jinforma lill-Istat Membru li minnu jkun se jsir it-tluq, bir-raġunijiet għal din is-sitwazzjoni temporanja u eċċezzjonali.
F’dan il-każ, it-trasportatur għandu jiżgura li d-dokumenti li ġejjin ikunu fil-vettura:
|
a) |
kopja tal-awtorizzazzjoni tas-servizz regolari; |
|
b) |
kopja tal-kuntratt bejn l-operatur tas-servizz regolari u l-impriża li tkun tipprovdi l-vetturi addizzjonali jew dokumnet ekwivalenti; |
|
c) |
kopja tawtentikata tal-liċenzja Komunitarja maħruġa lill-operatur tas-servizz regolari. |
7. L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, għass-servizzi regolari transkonfinali li ma jmorrux lil hinn minn 50 km mill-fruntiera. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni kif ukoll lill-pajjiżi ġirien.
Artikolu 7
Is-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni
1. L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-servizzi regolari għandhom jiġu mressqa lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun jinsab il-post tat-tluq.
2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-applikazzjonijiet. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).
3. Il-persuni li japplikaw għall-awtorizzazzjoni għandhom jipprovdu kull informazzjoni oħra li jikkunsidraw li tista’ tkun relevanti jew li tkun ġiet mitluba mill-awtorità awtorizzanti, b’mod partikolari skeda tas-sewqan biex tagħmilha possibli li tiġi monitorjata l-konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ u kopja tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-toroq għal kiri jew kumpens kif provdut fl-Artikolu 4.
Artikolu 8
Proċedura ta’ awtorizzazzjoni
1. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu bi ftehim mal-awtoritajiet tal-Istati Membri kolllha li fit-territorju tagħhom jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri. L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat lil dawn l-awtoritajiet, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr ma l-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu, kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma’ kopji ta’ xi dokumenti relevanti oħra, u l-valutazzjoni tagħha.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li l-qbil tagħhom ikun ġie mitlub, għandhom jgħarrfu lill-awtorità awtorizzanti dwar id-deċiżjoni tagħhom rigward l-applikazzjoni fi żmien xahrejn. Dan iż-żmien stipulat għandu jiġi kkalkulat mid-data tal-wasla tat-talba għal ftehim kif tkun tidher fl-ittra li tirrikonoxxi li waslet. Jekk l-awtorità awtorizzanti ma tirċievi ebda tweġiba fi żmien xahrejn l-awtoritajiet ikkonsultati għandhom jitqiesu li jkun taw il-kunsens tagħhom u l-awtorità awtorizzanti tista’ toħroġ l-awtorizzazzjoni.
3. L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni mit-trasportatur.
4. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata sakemm:
|
a) |
l-applikant ikun inkapaċi li jipprovdi s-servizz li jkun is-suġġett tal-applikazzjoni b’tagħmir li jkollu direttament għad-dispożizzjoni tiegħu; |
|
b) |
fl-imgħoddi l-applikant ma jkunx qagħad għall-leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali dwar it-trasport bit-toroq u b’mod partikolari għall-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi stradali internazzjonali tal-passiġġieri ▐ b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli għal vetturi kif ukoll għal sewqan u perijodi ta’ mistrieħ tax-xufiera, liema ksur wassal għal telf tar-reputazzjoni tajba fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq]; |
|
c) |
fil-każ ta’ applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni, il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ma jkunux ġew osservati; |
|
d) |
l-Istat Membru jiddeċiedi fuq il-bażi ta’ analiżi dettaljat li is-servizz ikkonċernat se jaffettwa serjament il-vijabilità tas-servizz komparabbli, imħaddem b’kuntratt pubbliku li jistipula obbligu ta’ servizz pubbliku, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 ║ dwar is-servizz tat-trasport pubbliku tal-passiġġiera bil-ferrovija u bit-triq ║ (14) fuq is-sezzjonijiet diretti kkonċernati. |
▐
Il-fatt li trasportatur joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn trasportatur bit-triq oħra jew il-fatt li r-rotta f’dak il-każ tkun diġa mħaddma minn trasportaturi bit-triq oħra ma għandux minnu nnifisu jikkostitwixxi ġustifikazzjoni biex tiġi miċħuda l-applikazzjoni.
5. L-awtorità awtorizzanti u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha nvoluti fil-proċedura biex jintlaħaq il-qbil provdut fil-paragrafu 1 jistgħu jiċħdu l-appikazzjonijiet biss fuq il-bażi tar-raġunijiet previsti f’dan ir-Regolament.
6. Wara li tkun temmet il-proċedura stabbilità f’dan il-paragrafi 1 sa 5, l-awtorità awtorizzanti għandha jagħti l-awtorizzazzjoni jew ir-rifjut formali ta’ l-applikazzjoni.
Id-deċiżjonijiet li jirrifjutaw applikazzjoni għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriżi tat-trasport jingħataw l-opportunità li jagħmlu rappreżentazzjonijiet fl-eventwalità li l-applikazzjoni tagħhom tiġi rifjutata.
L-awtorità awtorizzanti għandha tinforma lill-awtoritaitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 dwar id-deċiżjoni tagħha, filwaqt li tibgħatilhom kopja ta’ xi awtorizzazzjoni.
7. Jekk il-proċedura biex jintlaħaq il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 ma tagħmilhiex possibli li l-awtorità awtorizzanti tiddeċiedi dwar applikazzjoni, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-Kummissjoni fiż-żmien stipulat ta’ xahar ikkalkulat mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni negattiva minn Stat Membru wieħed jew aktar ikkonsultata skond il-paragrafu 1.
8. Wara li tkun ikkonsultat l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni għandha fi żmien għaxar ġimgħat minn meta tirċievi l-komunikazzjoni mill-awtorità awtorizzanti tieħu deċiżjoni li tidħol fis-seħħ wara tletin jum min-notifika lill- Istat Membru kkonċernat.
9. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tibqa’ fis-seħħ sa dak iż-żmien meta jintlaħaq qbil bejn l-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 9
It-tiġdid u l-modifika tal-awtorizzazzjoni
L-Artikolu 8 għandu japplika, mutatis mutandis, għal applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet jew għall-alterazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu s-servizzi soġġetti għal awtorizzazzjoni.
Fil-każ ta’ alterazzjoni minuri għall-kundizzjonijiet tal-operazzjoni, b’mod partikolari aġġustament 1 ta’ intervalli ta’ tariffi u orarji, l-awtorità li tagħti awtorizzazzjoni teħtieġ biss li tagħti lill-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati informazzjoni marbuta mal-alterazzjoni.
L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiftiehmu li l-awtorità awtorizzanti weħidha tiddeċiedi dwar l-alterazzjonijiet għall-kundizzjonijiet li taħthom huwa rregolat servizz.
Artikolu 10
Skadenza ta’ awtorizzazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ║, awtorizzazzjoni għal servizz regolari għandha tiskadi fl-aħħar tal-perjodu ta’ validità tagħha jew tlett xhur wara li l-awtorità awtorizzanti tirċievi mid-detentur tagħha notifika tal-intenzjoni tiegħu li jirtira s-servizz. Din in-notifika għandu jkollha dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet.
2. Meta d-domanda għal servizz tieqaf teżisti, il-perjodu ta’ notifika previst fil-paragrafu 1 għandu jkun għal xahar.
3. L-awtorità li tagħti awtorizzazzjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati li l-awtorizzazzjoni tkun skadiet.
4. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lil utenti tas-servizz ikkonċernati bl-irtirar tiegħu xahar qabel permezz ta’ pubbliċità xierqa.
Artikolu 11
Obbligi tat-trasportaturi
1. Ħlief fil-każ ta’ force majeure, l-operatur ta’ servizz regolari għandu, sakemm tiskadi l-awtorizzazzjoni, jieħu l-miżuri kollha biex jiggarantixxi servizz ta’ trasport li jissodisfa l-istandards ta’ kontinwità, regolarità u kapaċità u jikkonforma ma’ kundizzjonijiet oħrajn stabbiliti mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 6(3).
2. It-trasportatur għandu juri r-rotta tas-servizz, il-bus stops, l-orarju, it-tariffi u l-kundizzjonijiet tat-trasport b’mod li jiġi żgurat li din l-informazzjoni tkun disponibbli malajr għall-utenti kollha.
3. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ║, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri kkonċernati, permezz ta’ ftehim komuni u bi ftehim mid-detentur tal-awtorizzazzjoni, li jsiru tibdiliet għall-kundizzjonijiet tal-operazzjoni li jirregolaw servizz regolari.
Kapitolu IV
Servizzi okkażjonali u servizzi oħra eżenti mill-awtorizzazzjoni
Artikolu 12
Dokumenti tal-kontroll
1. Is-servizzi okkażjonali għandhom ikunu koperti minn formola tal-vjaġġ bl-eċċezzjoni tas-servizzi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(3).
2. Trasportatur li jkun jopera s-servizzi okkażjonali għandu jimla formola tal-vjaġġ qabel kull vjaġġ.
3. Il-formola tal-vjaġġ għandu jkun hemm fiha tal-anqas din l-informazzjoni:
|
a) |
it-tip ta’ servizz; |
|
b) |
l-itinerarju prinċipali; |
|
c) |
it-trasportatur(i) involuti. |
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-formola tal-vjaġġ u l-mod kif ser tintuża. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-formola tal-vjaġġ liema dispożizzjonijiet joriġinaw minn ftehimiet oħra ma’ pajjiżi terzi isiru konformi, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010, mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
5. Il-kotba tal-formoli tal-vjaġġi għandhom jiġu pprovduti b’mod effiċjenti u li jintużaw faċilment mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta l-impriża tat-trasport tkun stabbilita jew minn korpi maħtura minn dawk l-awtoritajiet.
6. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-ktieb tal-formoli tal-vjaġġ u l-mod kif ser jintuża. Ladarba l-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).
7. Fil-każ tas-servizzi regolari speċjali koperti bit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2), il-kuntratt jew kopja tiegħu awtentikata għandhom iservi bħala dokument ta’ kontroll.
Artikolu 13
Ħarġiet lokali
Fil-qafas ta’ servizz okkażjonali internazzjonali, trasportatur jista’ jwettaq servizzi okkażjonali (ħarġiet lokali) fi Stat Membru minbarra f’dak li fih ikun stabbilit.
Dawn is-servizzi għandhom ikunu ntiżi għal passiġġieri ▐ li qabel kienu ttrasportati mill-istess trasportatur fuq waħda mis-servizzi internazzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu u għandhom jitwettqu bl-istess vettura jew vettura oħra bl-istess trasportatur jew grupp ta’ trasportaturi.
Kapitolu V
Kabotaġġ
Artikolu 14
Prinċipju
1. Kull trasportatur li jopera servizzi tal-ġarr tal-passiġġieri fit-toroq b’kiri jew kumpens u li jkollu liċenzja tal-Komunità, għandu jitħalla, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu u bla diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità jew il-post fejn ikun stabbilit it-trasportatur, jopera l-kabotaġġ kif speċifikat fl-Artikolu 15.
2. Kopja awtentikata tal-liċenzja Komunitarja għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata meta tintalab minn uffiċjal awtorizzat tal-ispettorat.
Artikolu 15
Operazzjonijiet ta’ kabotaġġ awtorizzati
L-operazzjonijiet tal-kabotaġġ għandhom jiġu awtorizzati għal dawn is-servizzi:
|
a) |
is-servizzi regolari speċjali kemm-il darba jkunu koperti b’kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur; |
|
b) |
is-servizzi okkażjonali; |
|
c) |
is-servizzi regolari, imwettqa minn kull trasportatur mhux residenti fl-Istat Membru ospitanti fil-kors ta’ kull servizz internazzjonali regolari b’konformità ma’ dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tas-servizzi tat-trasport li jaqdu l-ħtiġijiet taċ-ċentru urban jew konurban, jew ħtiġijiet tat-trasport dawn ta’ l-aħħar u l-inħawi tal-madwar. L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ma għandhomx isiru indipendentement minn servizz internazzjonali bħal dan. |
Artikolu 16
Regoli applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ
1. It-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fit-trasport li għaliħ saret referenza fl-Artikolu 15 għandhom ikunu soġġetti, kemm-il darba ma jkunx provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti kif relatati ma’ dawn l-oqsma li ġejjin:
|
a) |
il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratt tat-trasport; |
|
b) |
il-piżijiet u l-qisien tal-vetturi tat-triq; |
|
c) |
ir-rekwiżiti relatati mat-trasport ta’ ċerti kategoriji ta’ passiġġieri, jiġifieri t-tfal tal-iskola, tfal u l-persuni b’nuqqas ta’ mobilità; |
|
d) |
▐ ħin tas- sewqan u perjodi tal-mistrieħ; |
|
e) |
il-VAT (it-taxxa fuq il-valur miżjud) fuq is-servizzi tat-trasport; |
|
f) |
fil-każ tal-impjieg tal-ħaddiema kif stabbilit fid-Direttiva 96/71/KE . |
Il-piżijiet u l-qisien imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subinċiż jistgħu, meta jkun xieraq, jeċċedu dawk applikabbli fl-Istat Membru tal-istabbiliment, iżda dawn ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanzi jeċċedu l-limiti stipulati mill-Istat Membru ospitanti għat-traffiku nazzjonali jew il-karatteristiċi tekniċi msemmija fil-provi msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/53/KE.
2. Minbarra kif provdut mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja, l-operazzjonijiet tal kabotaġġ fit-trasport li jifformaw parti mis-servizzi tat-trasport kif provdut fl-Artikolu 15(c) għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru ospiti rigward l awtorizzazzjonijiet, il-proċeduri tal-offerti, ir-rotot li għandhom jiġu operati, ir-regolarità, il-kontinwità u l-frekwenza tas-servizzi kif ukoll l-itinerarji.
3. L-istandards tekniċi dwar il-kostruzzjoni u t-tagħmir li jridu jintlaħqu fil-vetturi li jintużaw biex iwettqu ħidmiet ta’ kabotaġġ fit-trasport għandhom ikunu dawk stabbiliti għal vetturi li jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni fit-trasport internazzjonali.
4. Id-dispożizzjonijiet amministrattivi, liġijiet u regolamenti nazzjonali li għalihom saret referenza fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri fuq it-trasportaturi mhux residenti taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk imposti fuq dawk tal-istess nazzjonalità tagħhom, biex jevitaw b’mod effettiv kull diskriminazzjoni miftuħa jew moħbija minħabba nazzjonalità jew post fejn ikunu stabbiliti.
Artikolu 17
Dokumenti ta’ kontroll għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ
1. L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ tat-trasport fil-forma ta’ servizzi okkażjonali għandha ssir billi waqt li tkun koperta b’ formola tal-vjaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 12 li għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata meta tintalab minn uffiċjal awtorizzat tal-ispettorat.
2. L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-formola tal-vjaġġ:
|
a) |
il-punti tat-tluq u l-wasla tas-servizz; |
|
b) |
id-data tat-tluq u d-data li fiha jintemm is-servizz. |
3. Il-formoli tal-vjaġġ għandhom jiġu provduti f’kotba kif imsemmi fl-Artikolu 12 ċertifikati minn awtorità jew aġenzija kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun hemm l-istabbiliment.
4. Fil-każ ta’ servizzi regolari speċjali, il-kuntratt konkluż bejn it-trasportatur u l-organizzatur tat-trasport, jew kull kopja awtentikat tal-kuntratt, għandha sservi bħala dokument ta’ kontroll.
Madankollu, formola tal-vjaġġ għandha timtela bħala dikjarazzjoni ta’ kull xahar.
5. Il-formoli tal-vjaġġ użati għandhom jiġu ritornati lill-awtorità jew lill-aġenzija kompetenti fl-Istat Membru tal-istabbiliment b’ mod konformi ma’ proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dik l-awtorità jew l-aġenzija.
Artikolu 18
Miżuri ta’ salvagwardja
1. Fl-eventwalità ta’ tfixkil serju tas-suq tat-trasport nazzjonali f’zona ġeografika partikolari minħabba kabotaġġ jew aggravata minnu, kull Stat Membru jista’ jirreferi l-każ lill-Kummissjoni bil-għan li jiġu adottati miżuri ta’ salvagwardja, u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa u jinnotifikaha bil-miżuri li jkun beħsiebu jieħu fir-rigward tat-trasportaturi residenti.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1:
|
— |
“tfixkil serju tas-suq tat-trasport nazzjonali f’zona ġeografika partikolari” tfisser l-eżistenza fis-suq ta’ problemi speċifiċi għalih, b’mod li jkun hemm eċċess serju, u potenzjalment persistenti, ta’ provvista aktar mid-domanda li timplika theddida għall-istabilità finanzjarja u għas-sopravivenza ta’ numru sinifikanti ta’ impriżi li jwettqu servizzi ta’ trasport ta’ ġarr tal-passiġġieri; |
|
— |
“zona ġeografika” tfisser zona li tkopri t-territorju kollu ta’ Stat Membru, jew ta’ parti minnu, jew li testendi lejn it-territorju kollu ta’ Stati Membri oħra, jew parti minnu. |
3. Il-Kumissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni u, wara li tikkonsulta l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27, tiddeċiedi fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba relevanti tal-Istat Membru jekk il-miżuri ta’ ħarsien ikunux meħtieġa jew le u għandha tadottahom jekk dawn ikunu meħtieġa. Il-miżuri introdotti b’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur, u li jiġġedded darba biss. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Istati Membri u lill-Kunsill dwar kull deċiżjoni li tkun ittieħdet kif previst minn dan il-paragrafu.
4. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tieħu miżuri ta’ salvagwardja rigward Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jridu jieħdu miżuri ta’ applikazzjoni ekwivalenti fir-rigward ta’ trasportaturi residenti u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawn. Dawn il-miżuri għandhom ikunu applikati mhux aktar tard mill-istess data tal-miżuri ta’ salvagwardja li tkun iddeċidiet dwarhom il-Kummissjoni.
5. Kull Stat Membru jista’ jressaq deċiżjoni tal-Kummissjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 lill-Kunsill fi żmien 30 jum min-notifika tagħha. Il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata fi żmien 30 jum minn meta ssir ir-referenza minn Stat Membru jew minn meta ssir l-ewwel referenza, f’każ li jkun hemm sottomissjonijiet minn diversi Stati Membri, jista’ jieħu deċiżjoni differenti.
Il-limitu ta’ żmien imniżżel fil-paragrafu 3 għandu japplika għad-deċiżjoni tal-Kunsill. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom ikunu mitluba li jieħdu miżuri b’applikazzjoni ekwivalenti fir-rigward ta’ trasportaturi residenti u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jieħu l-ebda deċiżjoni fil-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha ssir finali.
6. Meta l-Kummissjoni tqis li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 jeħtieġ li jiġu mtawla, hija għandha tissottometti proposta lill-Kunsill, li għandu jieħu deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata.
Kapitolu VI
Ispezzjonijiet u Pieni
Artikolu 19
Biljetti tat-trasport
1. Trasportaturi li joperaw servizz regolari, eskluzi s-servizzi regolari speċjali, għandhom joħorġu biljetti tat-trasport, jew individwalment jew kollettivament, li juru:
|
a) |
il-punti ta’ tluq u destinazzjoni u, meta applikabbli, il-vjaġġ ta’ ritorn; |
|
b) |
il-perjodu ta’ validità tal-biljett; |
|
c) |
il-prezz tat-trasport. |
2. Il-biljett tat-trasport ipprovdut fil-paragrafu 1 għandu jkun ippreżentat meta mitlub minn kull uffiċjal awtorizzat tal-ispezzjoni.
Artikolu 20
Spezzjonijiet matul it-triq u fl-impriżi
1. Id-dokument ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ kontroll għandu jinġarr fuq il-vettura u għandu jiġi ppreżentat fuq it-talba ta’ kull uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.
2. It-trasportaturi li joperaw il-kowċis u x-xarabanks fit-trasport internazzjonali tal-passiġġieri għandhom jippermettu l-ispezzjonijiet kollha maħsuba biex jiżguraw li l-operazzjonijiet jitwettqu sew, b’mod partikolari dwar is-sewqan u l-perjodi ta’ mistrieħ. Fil-kuntest tal- implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, uffiċjali awtorizzati li jispezzjonaw għandhom ikollhom l-awtorità li:
|
a) |
jikkontrollaw il-kotba u dokumentazzjoni oħra li tirreferi għall-operazzjoni ta’ impriża ta’ trasport; |
|
b) |
jagħmlu kopji ta’, jew jieħdu estratti minn, kotba u dokumentazzjoni li jinsabu fil-post; |
|
c) |
ikollhom aċċess għall-postijiet kollha tal-impriża ta’ trasport, siti u vetturi; |
|
d) |
jeħtieġu li jingħataw kull informazzjoni li tinsab fil-kotba, dokumentazzjoni jew databases. |
Artikolu 21
Assistenza reċiproka
L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt imwaqqfa skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq].
Artikolu 22
Irtirar tal-liċenzja Komunitarja u l-awtorizzazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn it-trasportatur ikun stabbilit għandhom jirtiraw il-liċenzja Komunitarja kif ipprovdut fl-Artikolu 4 meta d-detentur:
|
a) |
m’għadux jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1); |
|
b) |
ikun ta informazzjoni skorretta rigward id-data li kienet meħtieġa għall-ħruġ tal-liċenzja Komunitarja. |
2. L-awtorità awtorizzanti għandha tirtira l-awtorizzazzjoni jekk id-detentur m’għadux jikkonforma mal-kundizzjonijiet li fuqhom tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta l-Istat Membru li fih ikun stabbilit it-trasportatur ikun qiegħed hekk jesiġi. L-awtorità għandha immedjatament tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċcernat.
Artikolu 23
Sanzjonar tal-ksur mill-Istat Membru ta’ l-istabbiliment
1. Fil-każ ta’ ksur serju ▐ tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, imwettqa jew aċċertati minn kwalunkwe Stat Membru, b’mod partikolari għar-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi, il-ħin tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ tas-sewwieqa u l-provvista mingħajr awtorizzazzjoni ta’ servizz parallel jew temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) fir-raba’ subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur għandu joħroġlu twissija u jista’, inter alia, jimponi l-pieni amministrattivi li ġejjin:
|
a) |
jirtira temporanjament jew permantament il-kopji awtentikati kollha jew parti minnhom, tal-liċenzja Komunitarja; |
|
b) |
jirtira temporanjament jew permanentament il-liċenzja Komunitarja; |
|
c) |
multi. |
Dawn il-pieni għandhom jiġu determinati billi titqies il-gravità tal-ksur li tiegħu jkun ħati d-detentur tal-liċenzja Komunitarja u billi jitqiesu l-għadd ta’ kopji awtentikati li jkollu fir-rigward tas-servizzi internazzjonali tiegħu tat-trasport.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lit-trasportatur milli jopera servizz internazzjonali tal-passiġġieri skond dan ir-Regolament jekk huwa jkun ikkommetta ksur serju tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, u meta tkun ingħatat deċiżjoni finali wara li jkunu eżawriti l-possibilitajiet legali kollha li jistgħu jkunu riveduti u li huma miftuħa għat-trasportatur, b’mod partikolari għar-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi u l-ħin tas-sewqan u tal-mistrieħ tax-xufiera. L-awtorità għandha immedjatament tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
3. Meta jkun aċċertat ksur gravi , fil-każ imsemmi fl-Artikolu 24(1) hawn taħt, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment għandhom jiddeċiedu liema tip ta’ piena għandhiex tiġi imposta fuq it-trasportatur ikkonċernat. Huma għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu ġew ivverifikati l-ksur minnufih u mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta jkunu mgħarrfa dwar il-ksur li għalihom ġew imposti l-pieni previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Fil-każ li ma kienx possibli li jiġu imposti tali pieni, dawn għandhom jagħtu r-raġunijiet.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kwalunkwe piena diġà imposta fl-Istat Membru fejn ġie aċċertat il-ksur u jiżguraw li l-pieni imposti fuq it-trasportatur ikkonċernat jkunu, fit-totalità tagħhom, proporzjonali għall-ksur jew il-ksur li jkunu wasslu għal dawk il-pieni.
Il-pieni imposti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 24(1) hawn taħt, tista’ tinkludi l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq.
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment tat-trasportatur jistgħu wkoll, skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom, iressqu lit-trasportatur ikkonċernat quddiem qorti kompetenti jew tribunal nazzjonali. Huma għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu f’dan ir-rigward.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi jkollhom id-dritt li jappellaw kontra kull piena amministrattiva imposta fuqhom skond dan l-Artikolu.
Artikolu 24
Sanzjonar tal-ksur mill-Istat Membru ospitanti
1. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu jafu dwar ksur gravi ▐ ta’ dan ir-Regolament jew tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq marbuta ma’ trasportatur li mhux residenti, l-Istat Membru fit-territorju fejn ġiet ivverifikata l-ksur għandu jittrażmetti l-informazzjoni sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment minnufih imma mhux aktar tard minn xhar wara li jkun mgħarraf dwar il-ksur:
|
a) |
deskrizzjoni tal-ksur u l-jum u l-ħin meta twettqet; |
|
b) |
il-kategorija, it-tip u l-gravità tal-ksur; |
|
c) |
il-pieni imposti u l-pieni eżegwiti. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment tat-trasportatur biex jimponi pieni amministrattivi skond l-Artikolu 23.
2. Mingħajr preġudizzju għal prosekuzzjoni kriminali, l-Istat Membru ospitanti jista’ jimponi pieni fuq it-trasportaturi mhux residenti li jkunu kkommettew ksur ta’ dan ir-Regolament jew tal-Komunità jew regolementi nazzjonali jew tal-Komunità tat-trasport fit-territorju tiegħu waqt ħidmiet tat-trasport bil-kabotaġġ. Il-pieni għandhom jiġu imposti fuq bażi mhux diskriminatorja u jistgħu, inter alia, jikkonsistu fi twissija, u/ jew, fil-każ ta’ ksur serju ▐ f’impediment temporanju fuq trasport b’kabotaġġ ġewwa t-territorju tal-Istat Membru li jospita fejn ikun seħħ il-ksur, u/jew l-impożizzjoni ta’ multa .
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi jkollhom id-dritt jappellaw kontra kull piena amministrattiva imposta fuqhom skond dan l-Artikolu.
Artikolu 25
Entrati fir-reġistru nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jiżġuraw, permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt, li ksur serju ▐ tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, imwettqa minn trasportaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom, li wasslu għall-impożizzjoni ta’ piena kif ikoll il-pieni imposti għandhom jiġu rreġistrati fir-registru nazzjonali tal-imprizi tat-trasport bit-triq kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru …/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta’ operatur tat-trasport bit-triq]. Dawk l-entraturi fir-reġistru li jikkonċernaw irtirar temporanju jew permanenti tal-liċenzja Komunitarja għandhom jibqgħu fid-database għal ta’ lanqas sentejn.
Kapitolu VII
Implimentazzjoni
Artikolu 26
Ftehimiet bejn Stati Membri
1. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim bilaterali u multilaterali dwar aktar liberalizzazzjoni tas-servizzi koperti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni u s-simplifikazzjoni jew abolizzjoni ta’ dokumenti ta’ kontroll.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull ftehim konkluż skond il-paragrafu 1.
Artikolu 27
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna mill-kumitat stabbilit fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (15).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
L-iskadenzi stipulati fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u ║(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xhar.
Artikolu 28
Pieni
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jassiguraw li jigu implimentati l-pieni hekk ipprovduti ser ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri ghandhom jinnotifikaw dawn id-dispozizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn … (16) u jinnotifikaw mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
Huma għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri kollha jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni għaċ-ċittadinanza jew għall-post ta’ stabbiliment tat-trasportatur.
Artikolu 29
Rappurtaġġ
1. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari maħruġa s-sena ta’ qabel u l-għadd totali ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari validi fit-tmiem ta’ dan il-perjodu tar-rappurtaġġ. Din l-informazzjoni għandha tingħata separatament għal kull pajjiż destinatarju tas-servizz regolari. L-Istati Membri għandhom ukoll jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dejta dwar l-operazzjonijiet tat-trasport bil-kabotaġġ, fil-forma ta’ servizz regolari speċjali u servizzi okkażjonali, imwettqa tul il-perjodu ta’ rrappurtaġġ minn trasportaturi residenti.
2. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ospitanti għandhom jibagħtu lill-Kumissjoni l-istatistiċi dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa għal operazzjonijiet tat-trasport bil-kabotaġġ fil-forma ta’ servizzi regolari msemmija fl-Artikolu 15(c).
3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tat-tabella li ser tintuża għat-trażmissjoni tal-istatistika msemmija fil-paragrafu 2. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).
4. L-Istat Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena dwar l-għadd ta’ trasportaturi li jkollhom liċenzja Komunitarja sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel u dwar l-għadd tal-kopji awtentikati li jkunu jikkorrispondu ma’ l-għadd ta’ vetturi fiċ-ċirkolazzjoni f’dik id-data.
Artikolu 30
Emenda għar-Reglament (KE) Nru 561/2006
Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006:
“ 6a. B’deroga mill-paragrafu 6 u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin, sewwieq ingaġġjat f’servizz ta’ trasport okkażjonali internazzjonali kif definit fir-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… [regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank] (17), jista’ jipposponi l-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa sa tnax-il perjodu konsekuttiv ta’ 24 siegħa wara perjodu ta’ mistrieħ preċedenti regolari ta’ kull ġimgħa, kemm-il darba:
|
— |
is-servizz ta’ trasport okkażjonali internazzjonali għandu jinkludi għallinqas 24 siegħa fi Stat Membru jew pajjiż terz barra minn dak il-pajjiż fejn beda s-servizz, u |
|
— |
il-perijodu ta’ mistrieħ kull ġimgħa wara l-użu tad-deroga għandu dejjem ikun mhux inqas minn perijodu regolari ta’ mistrieħ kull ġimgħa ta’ 45 siegħa; perjodu ta’ mistrieħ ta’ kumpens ta’ 24 siegħa għandu jittieħed f’daqqa qabel ma tintemm it-tielet ġimgħa wara l-applikazzjoni tad-deroga; il-modalitajiet u t-termini biex jittieħed dan il-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kumpens għandhom jiġu stabbiliti kif inhu xieraq fil-livell nazzjonali minn dawk interessati, u |
|
— |
fil-każ ta’ sewqan li jsir tul il-perjodu sħiħ bejn l-22:00 u s-06:00, il-vettura għandha titmexxa minn żewġ persuni l-ħin kollu jew il-perjodu ta’ sewqan li jirreferi għalih l-Artikolu 7 għandu jinżel għal tliet sigħat, u |
|
— |
mill-1 ta’ Jannar 2014 ’l quddiem, l-applikazzjoni ta’ din id-deroga tkun possibbli biss meta jintużaw vetturi attrezzati b’tagħmir li jirrekordja b’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85. |
Kapitolu VIII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 31
Tħassir
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 684/92, u (KE) Nru 12/98 huma revokati.
Ir-referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II.
Artikolu 32
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jkun japplika mill- 1 ta’ Jannar 2009 .
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ║
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 10, 15.1.2008, p. 44 .
(2) GU C ….
(3) Pożizzjoni tal-Parlment Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008.
(4) ĠU L 74, 20.3.1992, p. 1. ║.
(7) GU L ….
(8) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.
(9) Testi Adottati, P6_TA(2007)0575.
(10) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.
(11) ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27.
(12) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59.
(13) ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.
(14) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1 .
(15) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.
(16) 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(17) ĠU L … ”
Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
ANNESS I
IL-KOMUNITÀ EWROPEA
(a)
(Ikħal, format DIN A4 karta sintetika, 150 g/m2 jew aktar)
(L-ewwel paġna tal-liċenzja)
(It-test bil-lingwa(i) uffiċjali jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri li qed joħorġu l-liċenzja)
|
IS-SIMBOLU DISTINTIV TAL-ISTAT MEMBRU (1) LI QED JOĦROĠ IL-LIĊENZJA |
NOMINA TAL-AWTORITAJIET JEW KORP KOMPETENTI |
LICENZJA Nru …
KOPJA VERA AWTENTIKATA Nru …
għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ jew bix-xarabank b'kera jew b'kumpens u għal attivitajiet ta' trasport bil-kabutaġġ
Id-detentur ta' din il-liċenzja (2) …
…
…
huwa awtorizzat biex jopera trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ jew bix-xarabank fuq it-toroq b'kiri jew b'kumpens fit-territorju tal-Komunità skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-… [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank] (3) u b'konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' din il-liċenzja.
Kummenti: …
…
Din il-liċenzja hija valida minn … sa …
Maħruġa fi … nhar … (4)
Dispożizzjonijiet ġenerali
|
1. |
Din il-licenzja qed tinhareg b'konformità mar-Regolament (KE) Nru …/2008 ║ dwar regoli komuni dwar l-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabankaccess to the market for coach and bus services. |
|
2. |
Din il-liċenzja qed tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tat-trasportatur għall-kiri jew kumpens li:
|
|
3. |
Il-liċenzja tippermetti it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank għall-kiri jew kumpens fuq ir-rotot kollha għal vjaġġi li jsiru fit-territorju tal-Komunità:
u vjaggi battala b'konnessjoni ma' operazzjonijiet ta' trasport skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank]. Fil-każ ta' operazzjoni tat-trasport minn Stat Membru għal pajjiż terz u viċiversa, ir-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank], huwa applikabbli, għall-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta' Stati Membri li wieħed jgħaddi minnhom fit-tranżitu. Mhux applikabbli għal dik il-parti tal- vjaġġ li jsir fit-territorju tal-Istat Membru mnejn isir l-irkib u l-inżul, sakemm il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ġie konkluż. |
|
4. |
Din il-liċenzja hija personali u mhux trasferibbli. |
|
5. |
Il-liċenzja tista' tiġi rtirata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Menmbru li ħariġha partikolarment meta t-trasportatur:
Dawn il-pieni għandhom jiġu deċiżi skond is-serjetà tal-ksur li tiegħu jkun ħati d-detentur tal-liċenzja Komunitarja u skond l-għadd ta' kopji awtentikati li jkollu rigward is-servizzi internazzjonali tat-trasport tiegħu. |
|
6. |
Il-kopja oriġinali tal-liċenzja għandha tinżamm mit-trasportatur. Il-kopja aawtentikata tal-liċenzja għandha tinżamm fuq il-vettura li biha tkun titwettaq operazzjoni ta' trasport internazzjonali. |
|
7. |
Din il-liċenzja għandha tiġi murija malli tintalab minn uffiċjali tal-ispettorat. |
|
8. |
Id-detentur għandu, fit-territorju ta' kull Stat Membru, jikkonforma mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi fis-seħħ f'dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-traffiku. |
|
9. |
“Servizzi regolari” tfisser servizzi li jipprovdu għat-trasport tal-passiġġieri f'intervalli speċifikati f'rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati, u li huma miftuħa għal kulħadd, bla ħsara, fejn ikun xieraq, għal prenotazzjoni obbligatorja. In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kundizzjonijiet operattivi tas-servizz. Is-servizzi regolari jeħtieġu l-awtorizzazzjoni. “Servizzi regolari speċjali” tfisser servizzi regolari li jipprovdu għat-trasport ta' kategoriji speċifiċi ta' passiġġieri, bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, f'intervalli speċifiċi, matul rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati. Servizzi regolari speċjali għandhom jinkludu:
Il-fatt li servizz speċjali jista' jiġi mibdul skond il-ħtiġiet tal-utenti m'għandux jaffettwa l-klassifika tiegħu bħala servizz regolari. Is-servizzi regolari speċjali m'għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni jekk dawn ikunu koperti b'kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur. L-organizzazzjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji, li jaqdu lill-istess pubbliku bħal servizzi regolari eżistenti, jeħtieġu l-awtorizzazzjoni. “Servizzi okkażjonali” tfisser servizzi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali, u li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun li dawn jġorru gruppi kostitwiti bl-inizjattiva ta' klijent jew tat- trasportatur innifsu. L-organizzazjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma' servizzi regolari ezistenti u li jaqdu lill-istess pubbliku bhal tal-ahhar ghandhom ikunu soggetti ghall-awtorizzazzjoni skond il-procedura stabbilita fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank]. Dawn is-servizzi ma jispiċċawx minn servizzi okkażjonali biss minħabba li dawn jiġu provduti f'ċerti intervalli. Is-servizzi okkażjonali ma jeħtieġux awtorizzazzjoni. |
(1) Il-marki distintivi tal-Istat Membri huma: (A) l-Awstrija, (B) il-Belġju, ║ (BG) il-Bulgarija, ║ (CZ) ir-Repubblika Ċeka, (CY) Ċipru, (DK) id-Danimarka, (D) il-Ġermanja, ║ (EST) l-Estonja, (GR) il-Greċja, (E) Spanja, (F) Franza, (FIN) il-Finlandja, ║ (H) l-Ungerija, (IRL) l-Irlanda, (I) l-Italja, (L) il-Lussemburgu, ║ (LT) il-Litwanja, (LV) it-Latvja, (M) Malta, (NL) l-Olanda, (P) il-Portugall, ║ (PL) il-Polonja, ║ (RO) ir-Rumanija, (SLO) is-Slovenja (SK) l-Islovakkja (S) l-Iżvezja, (UK) ir-Renju Unit.
(2) L-isem sħiħ jew l-isem tad-ditta u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.
(3) ĠU L
(4) Il-firma u t-timbru tal-awtorità jew il-korp kompetenti li qed joħroġ il-liċenzja.
Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008
ANNESS II
TABELLA TAL-KORRELAZZJONI
|
Regolament (KEE) Nru 684/92 |
Regolament (KE) Nru 12/98 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 1(1) emendat |
|
- |
|
Artikolu 1(4) ġdid |
|
Artikolu 2, punt 1.1 |
|
Artikolu 2(a), Artikolu 5(1) |
|
Artikolu 2, punt 1.2 |
|
Artikolu 2(b), Artikolu 5(2) |
|
Artikolu 2, punt 1.3 |
|
Artikolu 5(3) |
|
Artikolu 2, punt 3.1 |
|
Artikolu 2(c), Artikolu 5(3) |
|
Artikolu 2, punt 3.3 |
|
Artikolu 5(3) |
|
Artikolu 2, punt 3.4 |
|
Artikolu 5(3) |
|
Artikolu 2, punt 4 |
|
Artikolu 2(d), Artikolu 5(5) |
|
- |
|
Artikolu 2 (e), (f), (g). ġdid, punt 4, ġdid |
|
Artikolu 3 |
|
Artikolu 3 emendat, Artikolu 29 |
|
Artikolu 3a |
|
Artikolu 4 |
|
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 emendat |
|
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6 |
|
Artikolu 6 |
|
Artikolu 7 |
|
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8 emendat |
|
Artikolu 8 |
|
Artikolu 9 |
|
Artikolu 9 |
|
Artikolu 10 emendat |
|
Artikolu 10 |
|
Artikolu 11 |
|
Artikolu 11 |
|
Artikolu 12 |
|
Artikolu 12 |
|
Artikolu 13 |
|
Artikolu 13 |
|
Artikolu 5(5) emendat |
|
|
Artikolu 1 |
Artikolu 14 emendat |
|
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2, Artikolu 5 |
|
|
Artikolu 3 |
Artikolu 15 |
|
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 16(1) emendat |
|
|
Artikolu 4(2) |
Artikolu 16(2) |
|
|
Artikolu 4(3) |
Artikolu 16(3) |
|
|
Artikolu 4(4) |
Artikolu 16(4) |
|
|
Artikolu 4(5) |
- |
|
|
Artikolu 5 |
Artikolu 4(3) |
|
|
Artikolu 6 |
Artikolu 17 |
|
|
Artikolu 7 |
Artikolu 29(3) emendat |
|
|
Artikolu 8 |
Artikolu 27 emendat |
|
|
Artikolu 9 |
- |
|
|
Artikolu 10 |
Artikolu 27 emendat |
|
- |
- |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 14 |
|
Artikolu 19 emendat |
|
Artikolu 15 |
|
Artikolu 12, Artikolu 20 |
|
|
Artikolu 11(1) |
Artikolu 21 emendat |
|
Artikolu 16(1) |
|
Artikolu 22(1) |
|
Artikolu 16(2) |
|
Artikolu 22(2) |
|
Artikolu 16(3) |
|
Artikolu 23(1) emendat |
|
Artikolu 16(4) |
|
Artikolu 23(2) emendat |
|
Artikolu 16(5) |
|
Artikolu 25 |
|
|
|
Artikolu 24(1) ġdid |
|
|
Artikolu 11(2) |
Artikolu 24(2) |
|
|
Artikolu 11(3) |
Artikolu 24(2) |
|
|
Artikolu 11(4) |
- |
|
|
Artikolu 12 |
Artikolu 23, Artikolu 24 |
|
|
Artikolu 13 |
- |
|
Artikolu 16a |
|
- |
|
Artikolu 17 |
|
- |
|
Artikolu 18 |
|
Artikolu 26 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 14 |
Artikolu 28 |
|
- |
- |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 21 |
|
Artikolu 31 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 15 |
Artikolu 32 |
|
Anness I |
|
Anness I |
|
|
|
Anness II ġdid |