Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC0508(06)

    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

    ĠU C 103, 8.5.2007, p. 20–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 103/20


    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

    (2007/C 103/11)

    Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn din il-pubblikazzjoni.

    SINTEŻI

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) NRU 510/2006

    “PARDUBICKÝ PERNÍK”

    Nru tal-KE: CZ/PGI/005/0408/26.10.2004

    DPO ( ) IĠP ( X )

    Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

    1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

    Isem

    Úřad průmyslového vlastnictví

    Indirizz:

    Antonína Čermáka 2a

    CZ-160 68 Praha 6

    Tel.:

    (420) 220 383 111

    Feks:

    (420) 224 324 718

    Posta elettronika:

    posta@upv.cz

    2.   Grupp:

    Isem

    Sdružení Pardubický perník

    Indirizz:

    Rožkova 1009

    CZ-530 02 Pardubice

    Tel.:

    (420) 466 303 637

    Feks:

    (420) 466 303 637

    Posta elettronika:

    info@goldfein.cz

    Magħmula minn:

    produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

    3.   Tip tal-prodott:

    Klassi 2.4, ħobż imħawwar

    4.   Speċifikazzjoni:

    (sinteżi tar-rekwiżiti permezz ta' l-Artikolu 4(2)) fuq il-preżentazzjoni tal-provi imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    4.1.   Isem: “Pardubický perník”

    4.2.   Deskrizzjoni: Il-ħobż imħawwar ta' Pardubice huwa prodott tal-forn, moħmi, magħmul minn dqiq, zokkor, bajd sħiħ, għasel, konfettura, xaħmijiet veġetali, kawkaw, taħlita ta' ħwawar (kannella, kosbor, imsiemer tal-qronfol, ħlewwa, u bżar tal-Ġamajka...) u trab tal-ħami. Il-ħobż imħawwar ta' Pardubice jeżisti f'żewġ forom, kif deskritti hawn isfel.

    4.3.   Żona ġeografika: Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-ħobż imħawwar ta' Pardubice hija limitata għat-terriorju tal-belt ta' Pardubice, kif tidher fuq il-pjanta katastali, u tkopri t-territorju tal-komun ta' Spojil.

    4.4.   Prova ta' l-oriġini: Il-ħobż imħawwar ta' Pardubice jsir skond il-preskrizzjonijiet nazzjonali u Ewropej fis-seħħ u jiġi kkontrollat mill-ispettorat nazzjonali ta' l-agrikoltura u l-ikel u mill-mekkaniżmu tal-kontroll intern HACCP (analiżi tar-riskju u kontroll tal-punti kritiċi ). Skond il-leġiżlazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mat-traċċabbiltà, il-produtturi kollha jżommu reġistru tal-fornituri kollha tal-materja prima u tax-xerrejja tal-prodott lest. Il-ħobż imħawwar ma jidħolx fil-kategorija tal-prodotti tal-forn friski, għaliex għandu jgħaddi minn taħt idejn il-produttur u jkollu bħala minimu l-karatteristiċi indikati fuq, u b'mod partikolari l-isem, il-piż u l-kompożizzjoni tal-prodott kif ukoll l-identità tal-prodottur.

    4.5.   Metodu tal-produzzjoni: Il-ħobż imħawwar ta' Pardubice huwa prodott tal-forn, u l-produzzjoni tiegħu ma tbiddiltx wisq tul tliet sekli.

    Il-produzzjoni sseħħ f'żewġ fażijiet mifruda minn xulxin b'xi jiem.

    L-ewwel fażi hija ddedikata għall-għaġina ewlenija, li titħalla tistrieħ għal xi jiem qabel tingħaġen.

    It-tieni fażi tibda bit-taħlita ta' l-għaġina mal-bajd, il-konfettura, il-ħwawar u t-trab tal-ħami, sakemm issir massa elastika, li mbagħad tinħadem bil-lembuba, u tingħaġen:

    skond il-metodu msemmi fil-punt 4.2 a), biċċiet ta' għaġina ta' l-istess daqs jinqatgħu jew jinħadmu u, wara li jinħmew fil-forn, jinksew b'ġelu jew biċ-ċikkulata, qabel ma jiġu pakkjati fis-selofejn b'tikketti li juru l-indikazzjonijiet dwar il-prodott, jew

    skond il-metodu msemmi fil-punt 4.2. b): biċċiet ta' l-għaġina jinqatgħu jew jinħadmu skond forom partikolari (ara l-punt 4.2) jew sabiex il-biċċiet jinħadmu f'għamla tridimensjonali (ara l-punt 4.2) Wara jinħmew, u mbagħad jitħallew jiksħu; meta jinbiegħu hekk kif ikunu, spiss ikunu mikisja bil-ġelu jew biċ-ċikkulata. Il-prodotti miksuba b'dan il-mod huma mbagħad mżejna bl-idejn biz-zokkor, materjal xaħmi jew ċikkulata, qabel ma jiġu ppakkjati f'pakkett bl-indikazzjonijiet dwar il-prodott.

    Il-proċess tal-fabrikazzjoni, inkluż l-imballaġġ, isir kollu fil-post tal-produzzjoni, fi ħdan iż-żona definita. L-imballaġġ fuq il-post huwa ġġustifikat min-natura tal-prodott, minħabba li t-trasport tal-prodotti lesti mhux ippakkjati jissogra li jagħmel il-ħsara lill-kisi u t-tiżjin, u bl-istess mod il-liġi tipprevedi l-prodotti tal-forn li jistgħu jinżammu għal żmien twil għandhom jiġu ppakkjati għand il-produttur.

    4.6.   Rabta: F'Pardubice, l-istorja tal-produzzjoni tal-ħobż imħawwar ilha mis-seklu Sittax u d-dritt tal-bejgħ tal-prodott ġie stabbilit fl-1759 minn Marija Tereża. Il-produzzjoni bdiet l-espansjoni tagħha fis-seklu Għoxrin, fejn il-produzzjoni internazzjonali żdiedet mal-produzzjoni artiġjanali. Wieħed jista' jara l-fama eċċezzjonali li jgawdi l-ħobż imħawwar ta' Pardubice permezz ta' artikli fil-gazzetti (Noviny Pernštejn, Blesk eċċ.) u ritratti meħuda waqt iż-żjara ta' Václav Havel f'Pardubice, li dak iż-żmien kien il-President tar-Repubblika Ċeka, fuq il-lant tax-xogħol tal-kumpanija Goldfein CZ. Barra minn hekk, Pardubice kienet, għal żmien twil, post minn fejn telgħu artiġjani speċjalizzati li kisbu għarfien kbir tas-sengħa tal-produzzjoni tal-ħobż imħawwar u xandruh lill-ġenerazzjonijiet ta' wara. Il-mottivi karatteristiċi li jżejnu l-ħobż imħawwar ta' Pardubice huma wkoll wirt din l-epoka. Dawn l-istili u metodi ta' tiżjin, li mhuma mgħallma mkien ieħor, jinkisbu biss bil-prattika.

    4.7.   Organu ta' Spezzjoni:

    Isem

    Státní zemědělská a potravinářská inspekce, inspektorát v Hradci Králové

    Indirizz:

    Březhradská 182

    CZ-530 32 Hradec Králové

    Tel.:

    (420) 495 454 110

    Feks:

    (420) 495 532 518

    Posta elettronika:

    hradec@szpi.gov.cz

    4.8.   Tikkettar: —


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12


    Top