This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0194
Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council laying down Community procedures for the establishment of residue limits of pharmacologically active substances in foodstuffs of animal origin, and repealing Regulation (EEC) No 2377/90 {SEC(2007)484} {SEC(2007)485}
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-iffissar ta' limiti ta' residwu ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġina mill-annimali, li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/90 {SEG(2007)484} {SEG(2007)485}
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-iffissar ta' limiti ta' residwu ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġina mill-annimali, li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/90 {SEG(2007)484} {SEG(2007)485}
/* KUMM/2007/0194 finali - COD 2007/0064 */
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-iffissar ta' limiti ta' residwu ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġina mill-annimali, li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/90 {SEG(2007)484} {SEG(2007)485} /* KUMM/2007/0194 finali - COD 2007/0064 */
Brussel 17.4.2007 KUMM(2007) 194 finali 2007/0064 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-iffissar ta' limiti ta' residwu ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġina mill-annimali, li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/90 {SEG(2007)484}{SEG(2007)485} (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA - Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha L-għan ġenerali tal-politika huwa li tkompli tillimita l-iskopertura tal-konsumatur għal sustanzi farmakoloġikament attivi intenzjonati li jintużaw fi prodotti mediċinali veterinarji għal annimali li jipproduċu l-ikel u residwi tagħhom f'oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali permezz ta' proċeduri tal-Komunità. Minkejja dan il-proposta għandha tiżgura li żżomm livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-konsumatur filwaqt li ma tikkompromettix id-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali veterinarji fil-Komunità. Fl-istess ħin, il-proposta għandha tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni billi ttejjeb iċ-ċarezza tar-Regolament b'konformità ma' strateġija ta' regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni. Sabiex jinkiseb l-għan li qed jiġi segwit, l-għanijiet speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati: - disponibbiltà imtejba tal-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel sabiex ikunu żgurati s-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali u jiġi evitat l-użu illegali tas-sostanzi; - simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti billi jitħaffef il-qari tad-dispożizzjonijiet dwar l-MRLs stabbiliti għall-utenti aħħarija (i.e. professjonisti tas-saħħa ta' l-annimali, awtoritajiet kompetenti tal-kontroll fl-Istati Membri u pajjiżi terzi); - provvediment ta' referenzi ċari għall-kontroll tar-residwi ta' sostanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti ta' l-ikel biex jittejjeb il-ħarsien tas-saħħa tal-konsumatur u l-funzjonament tas-Suq Uniku; - jiċċaraw il-proċeduri tal-Komunità sabiex jiġu stabbiliti l-Limiti Residwi Massimi (MRLs) billi tiġi żgurata l-konsistenza ma' l-istandards internazzjonali. - Il-kuntest ġenerali Il-qafas legali kurrenti għall-MRLs wassal għal problemi partikolari: 1. Id-disponibbiltà tal-mediċini veterinarji naqset sal-grad li nħolqu effetti negattivi għas-saħħa ta' l-annimali u tal-pubbliku u għall-benesseri ta' l-annimali. 2. Standards internazzjonali appoġġati mill-UE ma jistgħux jiġu inklużi fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità mingħajr valutazzjoni xjentifika ġdida mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini. 3. Servizzi tal-kotroll ta' l-Istati Membri m'għandhomx punti ta' referenza b'mod partikolari għal sostanzi misjuba fl-ikel minn pajjiżi terzi. 4. Il-leġiżlazzjoni kurrenti hija diffiċli biex tinftiehem. Fin-nuqqas ta' xi tibdil fil-leġiżlazzjoni eżistenti, aktar deterjorazzjoni tad-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali veterinarji tista' tiġi mistennija minħabba impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa ta' l-annimali u l-benesseri ta' l-annimali. Barra minn hekk, l-impatt negattiv fuq l-industrija tas-saħħa ta' l-annimali u l-industrija ta' l-ikel jiżdied fuq perjodu ta' żmien. - Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 Il-bidliet ewlenin proposti huma dawn li ġejjin: - evalwazzjoni tal-possibbiltajiet ta' ekstrapolazzjoni tal-parti obbligatorja ta' l-evalwazzjoni xjentifika ġenerali u toħloq bażi legali għall-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-prinċipji biex tapplika l-ekstrapolazzjoni. - introduzzjoni ta' obbligu biex il-leġiżlazzjoni tal-Komunità tiġi adatta biex tinkludi l-MRLs stabbiliti mill-Codex bl-appoġġ ta' l-UE. - bidla tal-qafas legali speċifiku biex jistabbilixxi limiti residwi massimi għal sustanzi attivi farmaloġikament mhux intenzjonati li jiġu awtorizzati bħala mediċini veterinarji b'mod partikolari għal skopijiet ta' kontroll u għal ikel importat; - Il-konsistenza ma’ l-istrateġiji politiċi oħra u ma’ l-għanijiet ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT - Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali tar-rispondenti Il-Kummissjoni ppubblikat Karta ta' Riflessjoni f'Diċembru 2003 li titlob kummenti dwar punti varji mqajma għal rikonsiderazzjoni u modifika tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità fir-rigward ta' ċertu residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji. Din il-karta analizzat ir-raġunijiet għad-diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u fittxet li tipproponi metodi alternattivi biex tikseb livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur flimkien ma' tkomplija ta' disponibbiltà u żvilupp tal-prodotti mediċinali veterinarji għas-suq Ewropew u funzjonar tajjeb tal-Kummerċ ġewwa u barra l-Komunità fl-ikel li joriġina mill-annimali. Il-Kummenti dwar għaxar mistoqsijiet ewlenin intalbu fil-Karta ta' Riflessjoni. Il-Karta ta' Riflessjoni ġiet ippubblikata fil-websajts tad-Direttorat Ġenerali għall-intrapriżi u l-Industrija u d-Direttorat Ġenerali għall-Ħarsien tas-Saħħa u l-Konsumatur tal-Kummissjoni Ewropea. Żewġ laqgħat ta' l-Istati Membri seħħu fit-13 ta' Diċemrbu 2004 u l-11 ta' Lulju 2005. Fil-laqgħa tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-insegwiment tal-Karta ta' Riflessjoni dwar ir-residwi fl-ikel ġew diskussi ideat kunċettwali għal emendi leġiżlattivi u sar qbil li titkompla d-diskussjoni f'sitt Gruppi ta' Ħidma matul ir-rebbiegħa ta' l-2005. Fil-laqgħa ma' l-Istati Membri tal-11 ta' Lulju 2005, il-proposti għat-tibdil fil-leġiżlazzjoni dwar ir-residwi ta' sustanzi attivi farmakoloġikament użati f'annimali li jipproduċu l-ikel, identifikati minn sitt Gruppi ta' Ħidma, kienu preżentati f'Karta ta' Diskussjoni għal diskussjoni ma' rappreżentanti ta' l-Istati Membri. Il-korpi Ewropej li bagħtu l-kummenti dwar il-Karta ta' Riflessjoni dwar ir-residwi fl-ikel ġew mistiedna għal laqgħa fit-18 ta' Lulju 2005. Attendew għal-laqgħa 21 organizzazzjoni Ewropea. Il-proposti għat-tibdil fil-leġiżlazzjoni dwar ir-residwi ta' sustanzi attivi farmakoloġikament użati f'annimali li jipproduċu l-ikel identifikati minn sitt esperti ta' Grupp ta' Ħidma ta' l-Istati Membri ġew preżentati fl-istess Karta ta' Diskussjoni bħal dik preżentata lir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri. Sabiex jiġi evalwat l-impatt ta' l-għażliet differenti possibbli, il-Kummissjoni ikkonsultat lill-partijiet interessati bi kwestjonarji. Dawn ġew mitluba li jimlew kwestjonarju speċifiku li jirrigwarda s-soluzzjonijiet differenti potenzjali identifikati mill-Gruppi ta' ħidma ta' sitt esperti. Il-kwestjonarju intbagħat lill-esperti tal-gruppi ta' ħidma u lir-rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet professjonali. Dawn ġew mitluba li jipprovdu l-evalwazzjoni tagħhom fl-oqsma ewlenin ta' interess. L-impatti ġew evalwati b'distinzjoni bejn impatt pożittiv u impatt negattiv. Ġiet provduta evalwazzjoni semi-kwantitattiva. Sinteżi tat-tweġibiet u kif ġew ikkunsidrati Konsultazzjoni pubblika dwar Karta ta' Riflessjoni magħluqa fit-tmiem ta' Marzu 2003. Il-kummenti li waslu minn aktar minn 40 sors inkluż 12-il Stat Membru, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, assoċjazzjoni waħda Ewropea għall-professjoni veterinarja, l-industrija farmaċewtika tas-saħħa ta' l-annimali u l-assoċjazzjoni Ewropea tagħha, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi primarji ta' l-ikel li joriġina mill-annimali, organizzazzjonijiet ġenerali li jikludu l-industrija Ewropea ta' ikel kif ukoll organizzazzjonijiet Ewropej għal tipi partikolari ta' produzzjoni ta' ikel (ħalib, laħam u zalzett, ħut, għasel, frott imnixxef, lewż u ħwawar), żewġ pajjiżi barra l-UE u xi persuni individwali. Il-laqgħat ma' l-esperti u l-partijiet interessati ta' l-Istati Membri dwar il-Karta ta' Diskussjoni rriżultaw fi gwida importanti għall-Kummissjoni dwar punti ewlenin. L-ideat ewlenin ta' din il-konsultazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni fl-abbozzar tal-proposta legali. Il-valutazzjoni semi-kwantitattiva bbażata fuq intervisti ma' partijiet interessati ġew użati għall-valutazzjoni ta' l-impatt. Saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-Internet mit-18/12/2003 sa l-20/03/2004. Il-Kummissjoni rċeviet 40 tweġiba. Ir-riżultati huma disponibbli fuq http://europa.eu.int/common/entreprise/pharmaceuticals/pharmacos/archives 2004.htm. - Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert Ma kien hemm l-ebda ħtieġa għal parir espert estern. - Il-valutazzjoni ta’ l-impatt - Għażla 1 – Li jinżamm il-qafas legali kurrenti. Li jinżamm il-qafas legali kurrenti jkun ifisser li problemi eżistenti ta' disponibbiltà jibqgħu ma jissolvewx. Il-prattika eżistenti ta' użu limitat biss ta' ekstrapolazzjoni b'limitu ta' residwu wieħed għal tessuti u speċi differenti tkompli. Konsistenza ma' l-istandards internazzjonali tista' tiġi promossa minħabba li l-leġiżlazzjoni kurrenti teħtieġ valutazzjoni xjentifika ġdida. Aktar minn hekk, in-nuqqas ta' armonizzazzjoni fil-qasam tal-kontroll jippersisti minħabba l-livelli ta' kontroll differenti ta' l-Istati Membri jekk ma jkunx hemm bażi xjentifika ċara. In-nuqqas ta' ċarezza fil-leġiżlazzjoni ma tissolviex u r-riskji ta' applikazzjoni żbaljata jibqgħu. - Għażla 2 - Li jiġi rivedut ir-regolament eżistenti billi jiġu inkorporati dispożizzjonijiet legali speċifiċi u emendati r-regoli eżistenti biex jiġu indirizzati għanijiet speċifiċi. Ir-reviżjoni tipprovdi l-opportunità biex jingħeleb in-nuqqas li jeżisti ta' mediċini veterinarji fuq medda ta' żmien medju u fit-tul billi tiġi stabbilita bażi legali ċara għal użu estiż ta' limitu wieħed ta' residwi għal tessuti u speċi oħra. L-istandards internazzjonali appoġġati mill-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu direttament inkorporati fil-leġiżlazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea. Aktar minn hekk, l-industrija ta' l-ikel u pajjiżi terzi jiġu provduti b'referenza, b'bażi xjentifika ċara ta' l-Unjoni Ewropea għal residwi ta' sostanzi mhux intenzjonati għall-użu fil-mediċini veterinarji fil-Komunità. Finalment, ċarezza mtejba tista' tinkiseb permezz tar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni, b'mod partikolari billi tinħoloq lista konsolidata ta' sostanzi bil-klassifikazzjonijiet differenti tagħhom. - Dan għandu jirriżulta f'titjib fil-konformità. B'mod ġenerali l-piż amministrattiv għandu jitnaqqas. - Għażla 3 – Li l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi sostitwita b'linjigwida. L-għażla li l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi sostitwita b'linjigwida toħloq riskji għas-saħħa pubblika, deregolazzjoni tas-suq intern u livelli differenti tas-sigurtà ta' l-ikel li jistgħu jwasslu għal kriżi fil-kunfidenza tal-konsumatur b'telf ekonomiku kbir. L-awto-regolazzjoni tirriżulta fi tnaqqis fil-piż amministrattiv, imma dan l-effett jintilef minħabba mekkaniżmi ta' infurzar li jkollhom jinħolqu taħt sistema simili. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA - Sommarju ta' l-azzjoni proposta Il-proposta legali tindirizza n-nuqqasijiet fis-sitwazzjoni kurrenti billi tagħmel emendi dwar is-sostanzi fil-qafas legali eżistenti għal limiti massimi ta' residwi filwaqt li tħalli sħiħa s-sistema ġenerali ta' stabbiliment ta' limiti massimi ta' residwi bbażata fuq valutazzjoni xjentifika. Il-bidliet ewlenin proposti huma dawn li ġejjin: - li l-evalwazzjoni tal-possibbiltajiet ta' ekstrapolazzjoni ssir parti obbligatorja ta' l-evalwazzjoni xjentifika ġenerali u tinħoloq bażi legali għall-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-prinċipji biex tapplika l-ekstrapolazzjoni. - introduzzjoni ta' obbligu biex il-leġiżlazzjoni tal-Komunità tiġi adatta biex tinkludi l-MRLs stabbiliti mill-Codex bl-appoġġ ta' l-UE. - bidla tal-qafas legali speċifiku biex jistabbilixxi limiti residwi massimi għal sustanzi attivi farmakoloġikament mhux intenzjonati li jiġu awtorizzati bħala mediċini veterinarji b'mod partikolari għal skopijiet ta' kontroll u għal ikel importat; - tirranġa mill-ġdid is-sekwenza ta' l-artikoli sabiex tinħoloq struttura loġika, li tiddiferenzja b'mod partikolari l-valutazzjoni tar-riskju u d-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju; - tintegra f'regolament separat tal-Kummissjoni ir-regoli (MRLs, kundizzjonijiet ta' l-użu, projbizzjonijiet) relatati ma' sostanzi individwali, li bħalissa qegħdin f'4 annessi ta' l-att bażiku kurrenti. - Il-bażi legali L-Artikolu 37, l-Artikolu 152 (4) (b) tat-Trattat329 - Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. - Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. L-istabbiliment ta' limiti ta' residwi hija parti integrali mis-sistema ta' awtorizzazzjonijiet tal-Komunità għal prodott mediċinali veterinarju u tal-kontrolli ta' l-ikel ta' l-UE. Filwaqt li l-kontrolli jitwettqu mill-Istati Membri, m'hemm ebda għażla ħlief li jiġu stabbiliti l-istess limiti ta' residwi għall-benefiċċji taċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' l-oġġetti fl-UE. L-għan huwa li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi meta mqabbel mal-piż ikkawżat mill-qafas legali eżistenti. Il-piż amministrattiv jitnaqqas minħabba tliet fatturi: - in-nuqqas ta' bżonn ta' valutazzjoni xjentifika separata ta' sostanzi attivi li ġew evalwati mill-Codex. It-tnaqqis jirriżulta min-naħa minħabba li ma jkunx hemm bżonn li jitwassal fajl sħiħ li jinkludi d- data mitluba u min-naħa l-oħra mill-fatt li l-proċess ta' awtorizzazzjoni ta' mediċina veterinarji in kwestjoni jiġi mgħaġġel. - it-tnaqqis tad- data xjentifika li trid tiġi provduta, jekk il-kumitat xjentifiku jestendi l-applikazzjoni ta' l-ekstrapolazzjoni. Fil-fatt, minħabba li r-regolament il-ġdid ikun jobbliga lill-kumitat li jikkunsidra l-ektrapolazzjoni u li jibbilanċjaw id-deċiżjoni tagħhom fuq l-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwi mal-bżonn li tkun żgurata d-disponibbiltà tal-mediċini, għandu jkun mistenni użu usa' ta' l-ekstrapolazzjoni. - L-armonizzazzjoni ta' l-istandards tal-kontroll għal ċertu residwi fl-ikel. Bħalissa l-industrija qed taffaċċja piż mhux ġustifikat minħabba punti ta' referenza diverġenti għall-kontroll, fl-Istati Membri differenti. Il-benefiċċji tas-suq komuni ma jistgħux jiġu realizzati b'mod sħiħ għal din ir-raġuni u wkoll l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jaffaċċjaw ostakoli mhux meħtieġa. Ir-rifjut ta' kunsinni jew anke l-qerda ta' l-oġġetti jikkawżaw konsegwenzi ekonomiċi drastiċi għall-produtturi u n-negozjanti, li prinċipalment jistgħu jiġu evitati permezz ta' punt ta' referenza uniku trasparenti applikat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha. - L-għażla ta’ l-istrumenti Strument propost: regolament. Mezzi oħra ma jkunux tajbin għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. L-awto-regolazzjoni tirriżulta f'deregolazzjoni totali tas-suq uniku u probabbilment diskrepanzi kbar fid-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali veterinarji kif ukoll diskrepani fil-livell ta' sigurtà ta' l-ikel li joriġina mill-annimali fi ħdan il-Komunità. Il-kunfidenza tal-konsumatur fil-laħam u l-prodotti tal-laħam bħalissa hija mibnija fuq sett ta' regoli uniċi armonizzati taħt superviżjoni stretta ta' l-awtoritajiet kompetenti. L-awto-regolazzjoni ma tistax tiżgura livell kumparabbli ta' armonizzazzjoni u infurzar. B'mod ċar, ir-riskji għas-saħħa tal-konsumatur jiżdiedu bħala riżultat ta' awto-regolazzjoni minħabba li ma jkunx hemm disponibbli mekkaniżmu kumparabbli ta' infurzar li jiżgura r-rispett ta' limiti adegwati ta' residwi. Direttiva ma tkunx adegwata, minħabba li l-limiti ta' residwi huma applikabbli b'mod dirett. Aktar minn hekk, proċeduri amministrattivi jew xjentifiċi uniformi għandhom japplikaw għall-applikazzjonijiet ta' stabbiliment ta' limiti ta' residwi li jsiru lill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA), l-evalwazzjonijiet xjentifiċi mill-EMEA u l-opinjonijiet xjentifiċi maħruġa mill-EMEA. L-IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT Il-proposta m'għandhiex implikazzjonijiet fuq il-baġit tal-Komunità. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI - Simplifikazzjoni Il-proposta tipprevedi s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Il-proposta għandha l-għan - li tirranġa mill-ġdid is-sekwenza ta' l-artikoli sabiex tinħoloq struttura loġika, li tiddiferenzja b'mod partikolari l-valutazzjoni tar-riskju u d-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju; - tintegra f'anness uniku ta' regolament separat tal-Kummissjoni ir-regoli (MRLs, kundizzjonijiet ta' l-użu, projbizzjonijiet) relatati ma' sostanzi individwali, li bħalissa qegħdin f'4 annessi differenti. - l-awtoritajiet pubbliċi japprofittaw minn aktar ċarezza meta tinqara l-leġiżlazzjoni dwar ir-residwi. B'mod partikolari l-konsolidazzjoni ta' regolament uniku wieħed għal-limiti kollha tar-residwi tagħmel ferm eħfef ix-xogħol ta' l-infurzar permezz tal-kontroll mill-awtoritajiet. - il-perjodu ta' żmien għall-immaniġġjar proċedurali jiġi stabbilit b'mod ċar għall-partijiet kollha involuti. L-istandards internazzjonali appoġġati mill-Komunità jiġu rikonoxxuti awtomatikament mingħajr il-bżonn li tiġi sottomessa applikazzjoni speċifika tal-livell tal-Komunità, u hekk tiġi evitata d-dupplikazzjoni tax-xogħol. Iż-żmien u l-ispejjeż ta' l-iżvilupp għall-prodotti l-ġodda għandhom jiġu għalhekk imnaqqsa. Is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali u s-saħħa tal-konsumatur għandhom jibbenefikaw b'mod sinifikanti billi jagħmlu l-leġiżlazzjoni aktar ċara u għalhekk potenzjalment itejbu l-konformità mal-kundizzjonijiet leġiżlattivi. - aktar minn hekk, ir-reviżjoni tar-Regolament ta' l-MRL jintroduċi wkoll aktar trasparenza għall-utenti finali kollha. Il-kompilazzjoni tas-sostanzi kollha u d-dispożizzjonijiet relatati ta' l-MRL tagħhom f'regolament wieħed tal-Kummissjoni li jissostitwixxi l-erba' annessi eżistenti ttejjeb il-qari u l-ftehim tat-test, b'mod partikolari jekk jiġi rranġat skond l-alfabett. Il-veterinarji għandu jkollhom aċċess għal dokument uniku li jiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa fuq is-sostanzi kollha evalwati minħabba li dawn jitħallew jintużaw fi prodotti għal ċirkostanzi eċċezzjonali għal speċi li tipproduċi l-ikel mingħajr awtorizzazzjoni espliċita ta' dan il-prodott (artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE). B'hekk is-simplifikazzjoni tgħin biex tittejjeb id-disponibbiltà tal-mediċina veterinarja għal ċertu speċi ta' annimali jew kundizzjonijiet. Ugwalment pajjiżi terzi li jesportaw oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali fil-Komunità jibbenefikaw minn dik is-simplifikazzjoni u kjarifika tal-kundizzjonijiet tal-Komunità minħabba li l-konformità tkun eħfef. •Il-proposta hija inkluża fil-programm li għaddej tal-Kummissjoni għall-aġġornament u s-simplifikazzjoni ta' l- acquis communautaire . - Ir-revoka ta' leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni tal-proposta se twassal għar-revoka ta' leġiżlazzjoni eżistenti. - It-tfassil mill-ġdid Il-proposta tinvolvi t-tfassil mill-ġdid. - Iż-Żona Ekonomika Ewropea Din il-proposta tolqot kwistjoni rilevanti għaż-ŻEE, u għalhekk għandha testendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea. 2007/0064 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-iffissar ta' limiti ta' residwu ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġina mill-annimali, li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/90 Test b’rilevanza għaż-ŻEE IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 u l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4], Billi: 5. Bħala riżultat tal-progress xjentifiku u tekniku huwa possibbli li tkun osservata l-preżenza ta' residwi ta' mediċini veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel f'livelli aktar baxxi. 6. Jeħtieġ li jkunu stabbiliti limiti massimi ta' residwi għal sustanzi farmakoloġikament attivi fir-rigward ta’ kull varjetà ta’ oġġetti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, inklużi laħam, ħut, ħalib, bajd u għasel. 7. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi l-proċedura Komunitarja għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali[5], introduċa proċeduri Komunitarji sabiex tkun evalwata s-sigurtà ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi skond ir-rekwiżiti tas-sigurtà fl-ikel għall-bniedem. Is-sustanza farmakoloġikament attiva tista' tintuża biss fl-annimali li jipproduċu l-ikel jekk tkun evalwata b'mod favorevoli.Il-limiti massimi ta' residwi huma stabbiliti għal din is-sustanza jekk dan ikun meqjus bħala neċessarju għall-protezzjoni tas-saħħa ta' l-annimali. 8. Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-Kodiċi Komunitarju li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali veterinarji[6] tistipula li l-prodotti mediċinali veterinarji jistgħu biss jiġu awtorizzati jew użati fl-annimali li jipproduċu l-ikel jekk is-sustanzi farmakoloġikament attivi li jinsabu fihom ikunu ġew evalwati bħala ta' ebda periklu skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90. Barra minn hekk, hi fiha regoli dwar id-dokumentazzjoni ta' l-użu, it-tfassil mill-ġdid ('użu bla tikketta'), il-preskrizzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu fl-annimali li jipproduċu l-ikel. 9. Fid-dawl tal-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni li saret fl-2004 u l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-esperjenza miksuba, irriżulta neċessarju li jiġu mmodifikati l-proċeduri għall-iffissar tal-limiti massimi ta' residwi filwaqt li tinżamm is-sistema globali għall-iffissar ta' dawn il-limiti. 10. Il-limiti massimi ta' residwi huma l-punti ta' referenza għall-iffissar, skond id-Direttiva 2001/82/KE, tal-perjodi ta' rtirar fl-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali veterinarji li għandhom jintużaw fl-annimali li jipproduċu l-ikel kif ukoll għall-kontroll ta' residwi fl-ikel ta' oriġini mill-annimali fl-Istati Membri u fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera. 11. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE li tikkonċerna l-projbizzjoni ta’ l-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/229/KEE[7], tipprojbixxi l-użu ta' ċerti sustanzi għal għanijiet speċifiċi fl-annimali li jipproduċu l-ikel. Dan ir-regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe leġizlazzjoni Komunitarja li tipprojbixxi l-użu ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika f'annimali li jipproduċu l-ikel. 12. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Frar 1993 li jippreskrivi l-proċeduri komunitarji għal aġenti kontaminanti fl-ikel[8], jippreskrivi regoli speċifiċi għal sustanzi li ma jirriżultawx minn amministrazzjoni intenzjonata. Dawk is-sustanzi m'għandhomx ikunu suġġetti għal-leġiżlazzjoni dwar il-limiti massimi ta' residwi. 13. Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jippreskrivi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel u li jippreskrivi l-proċeduri f'affarijiet ta' sigurtà fl-ikel[9], jippreskrivi l-qafas għal-leġiżlazzjoni ta' l-ikel fil-livell Komunitarju u jipprovdi għal definizzjonijiet f'dak il-qasam. Huwa xieraq li dawk id-definizzjonijiet għandhom japplikaw għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni dwar il-limiti massimi ta' residwi. 14. Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali li jsiru biex tiġi żgurata l-verifika ta' konformità mal-liġi ta' l-għalf u ta' l-ikel, ir-regoli tas-saħħa ta' l-annimali u tal-benessri ta l-annimali[10], jistabbilixxi regoli ġenerali għall-kontroll ta' l-ikel fil-Komunità Ewropea u jipprovdi għal definizzjonijiet f'dak il-qasam. Huwa xieraq li dawk id-definizzjonijiet għandhom japplikaw għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni dwar il-limiti massimi ta' residwi. 15. L-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u għall-użu veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini[11], jafda lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-kompitu li tagħti konsulenza dwar il-limiti massimi għal residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji li jistgħu jiġu aċċettati fl-ikel ta' oriġini mill-annimali. 16. Il-limiti massimi ta' residwi għandhom jiġu stabbiliti għal sustanzi farmakoloġikament attivi, użati jew maħsuba għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji mqiegħda fis-suq fil-Komunità. 17. Mill-konsultazzjoni pubblika u mill-fatt li numru żgħir biss ta' prodotti mediċinali veterinarji għal annimali li jipproduċu l-ikel ġie awtorizzat fl-aħħar snin, jidher li l-obbligu li tikkonforma mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 kien ifisser li dawn il-prodotti mediċinali kienu anqas disponibbli fil-pront. 18. Sabiex ikunu żgurati s-saħħa u l-benessri ta' l-annimali, jeħtieġ li l-prodotti mediċinali jkunu disponibbli biex jittrattaw kondizzjonijiet speċifiċi ta' mard. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti mediċinali veterinarji xierqa għal trattament speċifiku għal speċi partikolari jista' jikkontribwixxi għall-użu ħażin jew għall-użu illegali ta' sustanzi. 19. Is-sistema stabbilita mir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandha għalhekk tiġi mmodifikata bl-għan li tiżdied id-disponibbiltà ta' prodotti mediċinali veterinarji għal annimali li jipproduċu l-ikel. Sabiex jintlaħaq dak l-għan, għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex l-Aġenzija tkun tista' tqis b'mod sistematiku l-użu ta' limitu massimu ta' residwu stabbilit għal speċi waħda jew oġġett ta' l-ikel għal speċi oħra jew oġġett ta' l-ikel ieħor. 20. Sabiex tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, il-limiti massimi ta' residwi għandhom jiġu stabbiliti skond il-prinċipji rikonoxxuti b'mod ġenerali ta' l-evalwazzjoni ta' sigurtà, filwaqt li jitqiesu r-riskji tossikoloġiċi, it-tniġġis ta' l-ambjent, kif ukoll l-effetti mikrobijoloġiċi u farmakoloġiċi mhux mixtieqa ta' residwi. 21. Huwa magħruf li l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju waħidha ma tistax, f'xi każijiet, tipprovdi t-tagħrif kollu li fuqu d-deċiżjoni ta' l-immaniġġjar tar-riskju għandha tkun ibbażata, u li fatturi oħra rilevanti għall-kwistjoni taħt konsiderazzjoni għandhom jitqiesu b'mod leġittimu, inklużi l-aspetti teknoloġiċi tal-produzzjoni ta' l-ikel u l-possibbiltà ta' kontrolli; għalhekk l-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni dwar l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju u rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju għal residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi. 22. Hemm bżonn ta' regoli dettaljati dwar il-format u l-kontenut ta' l-applikazzjonijiet għall-iffissar ta' limiti massimi ta' residwi u dwar il-prinċipiji metodoloġiċi ta' l-evalwazzjoni tar-riskju u r-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju, sabiex il-qafas globali ta' limiti massimi ta' residwu jaħdem mingħajr xkiel. 23. Minbarra l-mediċini veterinarji, prodotti oħra li m'humiex suġġetti għal leġiżlazzjoni speċifika dwar ir-residwi, bħad-diżinfettanti, jintużaw fit-trobbija ta' l-annimali. Barra minn hekk, il-prodotti mediċinali veterinarji li m'għandhomx awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq fil-Komunità jistgħu jiġu awtorizzati f'pajjiżi barra mill-Komunità. Dan jista' jkun minħabba li f'reġjuni oħra hemm prevalenza ta' mard u ta' speċi fil-mira differenti jew minħabba li l-kumpaniji għażlu li ma jqiegħdux il-prodott fis-suq fil-Komunità. Il-fatt li prodott m'huwiex awtorizzat fil-Komunità mhux bilfors jindika li l'użu tiegħu huwa perikoluż. Il-Kummissjoni għandha titħalla tistabbilixxi limitu massimu ta' residwu għall-ikel, għal sustanzi farmakoloġikament attivi ta' dawn il-prodotti, wara l-opinjoni mogħtija mill-Aġenzija skond il-prinċipji stabbiliti għal sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji. 24. Il-Komunità tikkontribwixxi fil-kuntest tal- Codex Alimentarius għall-iżvilupp ta' standards internazzjonali fuq il-limiti massimi ta' residwu, filwaqt li tiżgura li l-livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem adottat fil-Komunità ma jonqosx. Għalhekk il-Komunità għandha tieħu f'idejha, mingħajr evalwazzjoni oħra tar-riskju, dawk il-limiti massimi ta' residwu fil-Codex li hi appoġġat matul il-laqgħa rilevanti organizzata mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius. Il-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali u l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-limiti ta' residwu fl-ikel permezz ta' hekk se tissaħħaħ aktar. 25. L-oġġetti ta' l-ikel huma suġġetti għal kontrolli ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004. Anke jekk il-limiti ta' residwu m'humiex stabbiliti għal dawn is-sustanzi skond dan ir-Regolament, jistgħu jifformaw residwi ta' dawn is-sustanzi minħabba t-tniġġis ta' l-ambjent jew l-okkorrenza ta' metabolit naturali fl-annimal. Il-metodi tal-laboratorju għandhom il-ħila li jsibu dawn ir-residwi f'livelli aktar baxxi. Dawn ir-residwi kkawżaw prattiċi ta' kontroll differenti fl-Istati Membri. 26. Għalhekk huwa xieraq li l-Komunità tipprovdi għal proċeduri sabiex ikunu stabbiliti punti ta' referenza għal azzjoni ta' kontroll f’konċentrazzjonijiet tar-residwi li għalihom il-parir xjentifiku jindika li l-espożizzjoni tal-konsumatur huwa negliġibbli u l-analiżi fil-laboratorju hija teknikament possibbli sabiex ikunu ffaċilitati l-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjonijiet. 27. Il-leġiżlazzjoni dwar il-limiti massimi ta' residwu għandha tiġi ssimplifikata billi jitqiegħdu flimkien f'Regolament tal-Kummissjoni wieħed id-deċiżjonijiet kollha li jikklassifikaw is-sustanzi farmakoloġikament attivi fir-rigward tar-residwi, u billijiġu stabbiliti punti ta' referenza għall-azzjoni. 28. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[12]. 29. Il-Kummissjoni, b'mod partikolari, għandha tingħata s-setgħa li tadotta regoli dwar il-kondizzjonijiet għall-estrapolazzjoni u dwar l-iffissar ta' punti ta' referenza għall-azzjoni. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u ġew imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, kif ukoll biex jissupplimentaw dan ir-Regolament biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju previst fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. 30. Billi l-għanijiet ta' l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem kif ukoll tas-saħħa ta' l-annimali, u li tkun żgurata d-disponibbiltà ta' prodotti mediċinali veterinarji, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. 31. Għal raġunijiet ta' ċarezza, huwa għalhekk meħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 2377/90 jiġi ssostitwit b'Regolament ġdid. 32. Għandu jkun previst perjodu ta' tranżizzjoni sabiex jippermetti lill-Kummissjoni tħejji u tadotta regolament li jkun fih id-deċiżjonijiet applikabbli kollha skond ir-Regolament 2377/90 u d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni għal dan ir-regolament ġdid, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 1Is-suġġett u l-ambitu 33. Dan ir-Regolament jippreskrivi regoli u proċeduri sabiex jistabbilixxi dawn li ġejjin: 34. il-konċentrazzjoni massima ta' residwu ta' sustanza farmakoloġikament attiva li tista' tkun permessa fl-ikel ta' oriġini mill-annimali ("il-limitu massimu ta' residwu"); 35. il-livell ta' tolleranza ta' residwu ta' sustanza farmakoloġikament attiva, li taħtu l-espożizzjoni tal-bniedem għal dak ir-residwu permezz ta' l-ikel li jkun fih is-sustanza huwa meqjus bħala negliġibbli ("il-punt ta' referenza għall-azzjoni"). 36. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal dawn li ġejjin: 37. il-prinċipji attivi ta' oriġini bijoloġika intiża li tipproduċi immunità attiva jew passiva jew biex jiġi djanjostikat stat ta' immunità, użat fi prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi; 38. is-sustanzi li jidħlufl-ambitu tar-Regolament (KEE) Nru 315/93; (3) Dan ir-regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe leġizlazzjoni Komunitarja li tipprojbixxi l-użu ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika f'annimali li jipproduċu l-ikel kif stipulat bid-Direttiva 96/22/KE Artikolu 2Definizzjonijiet Barra mid-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/82/KE, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal finijiet ta' dan ir-Regolament: (a) 'ir-residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi' jfissru s-sustanzi kollha farmakoloġikament attivi, espressi f'mg/kg jew μg/kg fuq bażi ta’ piż frisk, kemm jekk ikunu sustanzi attivi, eċipjenti jew prodotti ta’ degradazzjoni, u l-metaboliti tagħhom li jibqgħu fl-ikel miksub minn annimali; (b) "l-annimali li jipproduċu l-ikel":ifissru annimali mrobbija, imkabbra, miżmuma, maqtula jew miġbura speċifikament bl-iskop li jipproduċu l-ikel. TITOLU II LIMITI MASSIMI TA’ RESIDWU KAPITOLU 1 L-EVALWAZZJONI TAR-RISKJU U L-IMMANIĠĠJAR TAR-RISKJU Sezzjoni 1 Is-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji Artikolu 3Applikazzjoni għal opinjoni ta' l-Aġenzija Kwalunkwe sustanza farmakoloġikament attiva maħsuba għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji għall-amministrazzjoni fuq annimali li jipproduċu l-ikel għandha tkun suġġetta għal opinjoni ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ("l-Aġenzija") dwar il-limitu massimu ta' residwu, ifformulat mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju ('il-Kumitat'). Għal dak l-għan, id-detentur ta' awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali veterinarju li fih tintuża din is-sustanza, min qed japplika jew għandu l-intenzjoni li japplika għal din l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq, għandu jippreżenta applikazzjoni lill-Aġenzija. Artikolu 4L-opinjoni ta' l-Aġenzija 1. L-opinjoni ta' l-Aġenzija għandha tikkonsisti f'evalwazzjoni xjentifika tar-riskju u f'rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju. 2. L-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju u r-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju se jkollhom l-għan li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li jiżguraw ukoll li s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa ta' l-annimal u l-benessri ta' l-annimal ma jkunux affettwati b'mod negattiv minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti mediċinali veterinarji xierqa. Artikolu 5L-estrapolazzjoni Bl-għan li jiżgura d-disponibbiltà ta' prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati għall-kondizzjonijiet li jaffettwaw l-ispeċi li jipproduċu l-ikel, il-Kumitat, waqt it-twettiq ta' l-evalwazzjonijiet xjentifiċi tar-riskju u t-tħejjija ta’ rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju, għandu jikkunsidra l-użu ta' limiti massimi ta' residwu stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f'oġġett ta' l-ikel partikolari għal oġġett ta' l-ikel ieħor imnissel mill-istess speċi, jew f'waħda jew aktar speċi għal speċi oħra. Artikolu 6L-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju 1. L-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju għandha tqis il-metaboliżmu u t-tnaqqis ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fi speċi ta' annimali rilevanti u t-tip ta' residwi, u l-ammont tagħhom, li jistgħu jiġu inġeriti mill-bnedmin tul ħajjithom mingħajr ebda riskju apprezzabbli għas-saħħa espressi f'termini ta' Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (DAK). Jistgħu jintużaw metodi alternattivi għad-DAK, jekk dawn ġew stabbiliti mill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 12(1). 2. L-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju għandha tikkonċerna dan li ġej: 39. it-tip u l-ammont ta' residwu li m'humiex meqjusa ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem; 40. ir-riskju ta' effetti mikrobijoloġiċi u farmakoloġiċi mhux mixtieqa fil-bnedmin; 41. ir-residwi li jifformaw fl-ikel li joriġina mill-pjanti jew li ġejjin mill-ambjent. 3. Jekk il-metaboliżmu u t-tnaqqis tas-sustanzi ma jistgħux jiġu evalwati u l-użu tas-sustanza huwa maħsub li jippromwovi s-saħħa u l-benessri ta' l-annimal, l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju tista' tqis id- data ta' monitoraġġ jew id- data ta' espożizzjoni. Artikolu 7Ir-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju Ir-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju għandhom ikunu bbażati fuq l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju skond l-Artikolu 6 u għandhom jikkonsistu f'evalwazzjoni ta' dawn li ġejjin: 42. id-disponibbiltà ta' sustanzi alternattivi għat-trattament ta' l-ispeċi rilevanti jew il-ħtieġa tas-sustanza evalwata sabiex tkun evitata tbatija mhux meħtieġa lill-annimali jew tkun żgurata s-sigurtà ta' dawk li jittrattawhom; 43. fatturi leġittimi oħra bħall-aspetti teknoloġiċi tal-produzzjoni ta' l-ikel, il-possibbiltà ta' kontrolli, il-kondizzjonijiet ta' l-użu u l-applikazzjoni tas-sustanzi fi prodotti mediċinali veterinarji u l-probabbiltà ta' użu ħażin jew użu illegali; 44. jekk għandux jiġi stabbilit limitu massimu ta' residwu jew limitu massimu provviżorju ta' residwu għal sustanza farmakoloġikament attiva fi prodotti mediċinali veterinarji, li r-residwi tagħhom ġew misjuba f'oġġett ta' l-ikel partikolari ta' oriġini mill-annimali, il-livell ta' dak il-limitu massimu ta' residwu u, fejn xieraq, kwalunkwe kondizzjoni jew restrizzjoni għall-użu tas-sustanza kkonċernata; 45. jekk hux possibbli li jiġi stabbilit limitu massimu ta' residwu meta d- data pprovduta ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' limitu sigur, jew meta ma tistax tintlaħaq l-ebda konklużjoni aħħarija dwar is-saħħa tal-bniedem fir-rigward ta' residwi ta' sustanza, minħabba n-nuqqas ta' tagħrif xjentifiku. Artikolu 8Applikazzjonijet u proċeduri 1. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 għandha tikkonforma mal-format u l-kontenut stabbiliti mill-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu (12(1) u għandha tkun akkumpanjata mill-ħlas pagabbli lill-Aġenzija. 2. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-opinjoni tal-Kumitat tkun mogħtija fi żmien 210 ijiem wara li tirċievi applikazzjoni valida skond l-Artikolu 3 u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dan il-limitu ta' żmien għandu jkun sospiż meta l-Aġenzija titlob il-preżentazzjoni ta' tagħrif supplementari dwar is-sustanza partikolari f’perjodu ta’ żmien speċifikat, u għandu japplika mill-ġdid meta t-tagħrif supplementari mitlub ikun ġie pprovdut. 3. L-Aġenzija għandha tressaq l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 4 lill-applikant. Fi żmien 15-il jum wara li tasal l-opinjoni, l-applikant jista' jipprovdi avviż bil-miktub lill-Aġenzija li jixtieq jitlob eżami mill-ġdid ta' l-opinjoni. F'dak il-każ l-applikant għandu jressaq ir-raġunijiet dettaljati għat-talba tiegħu lill-Aġenzija fi żmien 60 jum minn mindu tkun waslet l-opinjoni. Fi żmien 60 jum mill-wasla tar-raġunijiet għat-talba, il-Kumitat għandu jqis jekk l-opinjoni għandhiex tiġi rriveduta. Ir-raġunijiet għall-konklużjoni li ntlaħqet dwar it-talba għandhom jiġu annessi ma' l-opinjoni aħħarija msemmija fil-paragrafu 4. 4. Fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni ta' l-opinjoni aħħarija, l-Aġenzija għandha tressaqha kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-applikant, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet għall-konklużjonijiet tagħha. Sezzjoni 2 Is-sustanzi farmakoloġikament attivi mhux maħsuba għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji Artikolu 9L-opinjoni ta' l-Aġenzija mitluba mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri 1. Għal sustanzi mhux maħsuba għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji li għandhom jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità u meta ma tkun saret l-ebda applikazzjoni għal dawn is-sustanzi skond l-Artikolu 3, il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jistgħu jressqu lill-Aġenzija t-talbiet għal opinjoni dwar il-limiti massimi ta' residwu. L-Artikoli 4 sa 8 għandhom japplikaw. 2. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-opinjoni tal-Kumitat tkun mogħtija fi żmien 210 ijiem mill-wasla tat-talba tal-Kummissjoni. Dan il-limitu ta' żmien għandu jkun sospiż meta l-Aġenzija titlob il-preżentazzjoni ta' tagħrif supplementari dwar is-sustanza partikolari f’perjodu ta’ żmien speċifikat, u dan iż-żmien japplika mill-ġdid meta t-tagħrif supplementari mitlub ikun ġie pprovdut. 3. Fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni ta' l-opinjoni aħħarija, l-Aġenzija għandha tressaqha lill-Kummissjoni u, kif jista' jkun il-każ, lill-Istat Membru jew lill-parti li tkun għamlet it-talba, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet għall-konklużjonijiet tagħha. Sezzjoni 3 Dispożizzjonijiet komuni Artikolu 10Eżami mill-ġdid ta' l-opinjoni Meta l-Kummissjoni, l-applikant skond l-Artikolu 3, jew Stat Membru skond l-Artikolu 9, bħala riżultat ta' tagħrif ġdid, tqis li eżami mill-ġdid ta' l-opinjoni huwa meħtieġ sabiex tkun protetta s-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimal, hi tista' titlob lill-Aġenzija toħroġ opinjoni ġdida dwar is-sustanzi fil-kwistjoni. Dik it-talba għandha tkun akkumpanjata minn tagħrif li jispjega l-kwistjoni li għandha tiġi indirizzata. L-Artikolu 8(2) u (4) jew l-Artikolu 9(2) u (3) rispettivament għandhom japplikaw għall-opinjoni l-ġdida. Artikolu 11Pubblikazzjoni ta' opinjonijiet L-Aġenzija għandha tippubblika l-opinjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 9 u 10, wara li tħassar kwalunkwe tagħrif kummerċjali ta' natura kunfidenzjali. Artikolu 12Miżuri ta’ Implimentazzjoni 1. Skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 20(2), il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni ma' l-Aġenzija, għandha tadotta dawn li ġejjin: 46. il-forma li fiha għandhom jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 9, u l-kontenut ta' dawn l-applikazzjonijiet; 47. il-prinċipji metodoloġiċi ta' l-evalwazzjoni tar-riskju u tar-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju msemmija fl-Artikoli 6 u 7, inklużi r-rekwiżiti tekniċi skond l-istandards miftiehma internazzjonalment. 2. Il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni ma' l-Aġenzija, għandha tadotta regoli dwar l-użu ta' livell massimu ta' residwu ta' oġġett ta' l-ikel partikolari għal oġġett ta' l-ikel ieħor ta' l-istess speċi, jew ta' waħda jew aktar speċi għal speċi oħra msemmija fl-Artikolu 5. Dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw kif u taħt liema ċirkostanzi d- data xjentifika dwar ir-residwi f'oġġett ta' l-ikel partikolari jew f'waħda jew aktar speċi jistgħu jintużaw biex jistabbilixxu limitu massimu ta' residwu f'oġġetti ta' l-ikel oħra, jew fi speċi oħra. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3). KAPITOLU II KLASSIFIKAZZJONI Artikolu 13Klassifikazzjoni ta' sustanzi farmakoloġikament attivi 1. Il-Kummissjoni għandha tikklassifika s-sustanzi farmakoloġikament attivi skond l-opinjoni ta' l-Aġenzija dwar il-limitu massimu ta' residwu skond l-Artikoli 4, 9 jew 10. 2. Il-klassifikazzjoni għandha tinkludi lista ta' sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassijiet terapewtiċi li għalihom jappartienu. Il-klassifikazzjoni għandha tinkludi wkoll l-iffissar, għal kull waħda minn dawn is-sustanzi, ta' waħda minn dawn l-għażliet li ġejjin: 48. limitu massimu ta' residwu 49. limitu massimu provviżorju ta' residwu; 50. in-nuqqas ta' limitu massimu ta' residwu; 51. projbizzjoni fuq l-amministrazzjoni ta' sustanza 3. Se jkun stabbilit limitu massimu ta' residwu fejn jidher li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem b'konformità ma' l-opinjoni ta' l-Aġenzija skond l-Artikoli 4, 9 jew 10 jew wara vot mill-Komunità favur l-istabbiliment ta' limitu massimu ta' residwu għal sustanza farmakoloġikament attiva maħsuba għall-użu fi prodott mediċinali veterinarju fil- Codex Alimentarius . Fil-każ ta' l-aħħar m'hijiex meħtieġa evalwazzjoni addizzjonali mill-Aġenzija. 4. Jista' jiġi stabbilit limitu massimu provviżorju ta' residwu għal sustanza farmakoloġikament attiva f'każijiet fejn id- data xjentifika m'hijiex kompluta, sakemm ma jkun hemm l-ebda raġuni għalfejn wieħed jissoponi li r-residwi tas-sustanza kkonċernata fil-livell propost jippreżentaw periklu għas-saħħa tal-bniedem. Il-limitu massimu provviżorju ta' residwu se japplika għal perjodu ta' żmien stabbilit, li m'għandux jaqbeż il-ħames snin. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż darba għal perjodu li ma jaqbiżx is-sentejn fejn jintwera li din l-estensjoni tkun tippermetti t-tlestija ta' l-istudji xjentifiċi li għadhom għaddejja. 5. L-ebda limitu massimu ta' residwu m' għandu jiġi stabbilit meta, b'konformità ma' opinjoni skond l-Artikoli 4, 9 jew 10, ma jkunx meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. 6. L-amministrazzjoni ta' sustanza lill-annimali li jipproduċu l-ikel m'hijiex se tkun permessa, b'konformità ma' opinjoni skond l-Artikoli 4, 9 jew 10, fiż-żewġ ċirkostanzi li ġejjin: 52. fejn kwalunkwe użu ta' sustanza farmakoloġikament attiva f'annimali li jipproduċu l-ikel huwa ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem; 53. fejn ma tista' tintlaħaq l-ebda konklużjoni aħħarija li għandha x'taqsam mas-saħħa tal-bniedem fir-rigward ta' residwi ta' sustanza. 7. Fejn jidher li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, il-klassifikazzjoni għandha tinkludi l-kondizzjonijiet u r-restrizzjonijiet għall-użu jew għall-applikazzjoni ta' sustanza farmakoloġikament attiva użata fi prodotti mediċinali veterinarji li hija suġġetta għal limitu massimu ta' residwu, jew li għaliha ma ġie stabbilit l-ebda limitu massimu ta' residwu. Artikolu 14Proċedura 1. Għall-għan tal-klassifikazzjoni prevista fl-Artikolu 13, il-Kummissjoni għandha tħejji abbozz tar-Regolament fi żmien 30 jum minn mindu tasal l-opinjoni ta' l-Aġenzija msemmija fl-Artikoli 4, 9(1) jew 10.Il-Kummissjoni għandha tħejji wkoll abozz ta' Regolament fi żmien 30 jum mill-wasla tar-riżultat tal-vot mill-Komunità favur l-iffissar ta' limitu massimu tar' residwu fil- Codex Alimentarius kif imsemmi fl-Artikolu 13(3). Fejn l-abbozz tar-Regolament m'huwiex skond l-opinjoni ta' l-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tipprovdi spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għad-differenzi. 2. Ir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni skond, u fi żmien 30 jum wara t-tmiem tal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 20(2). Artikolu 15Metodi analitiċi L-Aġenzija għandha tikkonsulta l-laboratorji ta' referenza tal-Komunità għall–analiżi fil-laboratorju ta' residwi magħżula mill-Kummissjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, dwar metodi analitiċi xierqa sabiex ikunu osservati r-residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi li għalihom ġew iddeterminati limiti massimi ta' residwu skond l-Artikolu 13. L-Aġenzija għandha tipprovdi dawn il-metodi lil-laboratorji ta' referenza tal-Komunità u lil-laboratorji ta' referenza nazzjonali magħżula skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004. Artikolu 16Ċirkolazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu jew jimpedixxu l-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ikel ta' oriġini mill-annimali minħabba raġunijiet marbuta ma' limiti massimi ta' residwu fejn id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu ġew imħarsa. TITOLU III PUNTI TA' REFERENZA GĦALL-AZZJONI Artikolu 17Stabbiliment u reviżjoni 1. Fejn huwa xieraq sabiex ikun żgurat it-tħaddim tal-kontrolli ta' ikel ta' oriġini mill-annimali importati jew imqiegħda fis-suq, skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi punti ta' referenza għal azzjoni marbuta ma' residwi minn sustanzi farmakoloġikament attivi li m'humiex suġġetti għal klassifikazzjoni skond l-Artikolu 13(2)(a), (b) jew (c). Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3). Il-punti ta' referenza għall-azzjoni għandhom jiġu rriveduti regolarment fid-dawl tal-progress teknoloġiku. Artikolu 18Metodi biex ikunu stabbiliti punti ta' referenza għall-azzjoni 1. Il-punti ta' referenza għall-azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-kontenut ta' analyte f'kampjun, li jista' jiġi osservat u kkonfermat minn laboratorji ta' kontroll ta' referenza magħżula skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 b'metodu analitiku vvalidat skond ir-rekwiżiti tal-Komunità. F'dan, il-Kummissjoni se tkun ikkonsultata mil-laboratorji ta' referenza rilevanti tal-Komunità dwar l-eżekuzzjoni tal-metodi analitiċi. 2. Il-Kummissjoni tista' tressaq talba lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għal evalwazzjoni tar-riskju dwar jekk il-punti ta' referenza għall-azzjoni humiex adegwati għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. F'dawk il-każijiet l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għandha tiżgura li l-opinjoni tkun mogħtija lill-Kummissjoni fi żmien 210 ijiem mill-wasla tat-talba. 3. L-evalwazzjoni tar-riskju għandha tqis ir-regoli li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni ma' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel. Dawk ir-regoli, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3). Artikolu 19Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-miżuri ta' appoġġ għal punti ta' referenza għall-azzjoni Jekk l-applikazzjoni ta' dan it-Titolu teħtieġ li l-Komunità tiffinanzja l-miżuri bħala appoġġ għall-iffissar u t-tħaddim tal-punti ta' referenza, l-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu japplika. TITOLU IVDISPOŻIZZJONIJIET FINALI Artikolu 20Il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji. 2. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Artikolu 21Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. 2. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Artikolu 22Klassifikazzjoni ta' sustanzi farmakoloġikament attivi skond ir-Regolament 2377/90(KEE) Fi żmien [60] jum wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 20(2), Regolament li fih is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward ta' limiti massimi ta' residwi skond l-Annessi I sa IV tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90. Artikolu 23Revoka 1. Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa rrevokat. L-Annessi I sa IV tar-Regolament irrevokat għandhom ikomplu japplikaw sakemm jidħol fis-seħħ ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 22. L-Anness V tar-Regolament irrevokat għandu jkompli japplika sakemm jidħlu fis-seħħ il-miżuri msemmija fl-Artikolu 12(1). Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 22. Artikolu 24Id-Dħul fis-Seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA Titolu ta' l-azzjoni: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-iffissar ta' limiti ta' residwu għal sustanzi farmakoloġikament attivi f'oġġetti ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali, filwaqt li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/90 Qasam/Oqsma ta’ Politika: Is-Suq Intern (Artikolu 95 TEC). Attivit(à/ajiet): Il-proposta tikkonċerna l-politiki li ġejjin: - Ir-reviżjoni ta' l-acquis farmaċewtiku Komunitarju fir-rigward tar-residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji - Is-saħħa pubblika - Is-suq intern 1. LINJA/I TAL-BAĠIT + INTESTATURA/I 02.030201 – Aġenzija Ewropea tal-Mediċini — Sussidju taħt it-Titoli 1 u 2 02.030202 – Aġenzija Ewropea tal-Mediċini — Sussidju taħt it-Titolu 3 2. ĊIFRI GLOBALI 2.1. Allokazzjoni totali għall-azzjoni (il-Parti B): 0€ miljun għall-impenn Dħul: L-impatt finanzjarju tar-regolament propost fuq id-dħul mhux ċert. Iż-żieda fl-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet ta' prodotti mediċinali veterinarji tista' twassal għal żieda fid-dħul mill-ħlasijiet għall-EMEA. Infiq: Ir-reviżjoni proposta m'hijiex se tibdel il-prinċipju, li s-sistema ta' limiti ta' residwu titħaddem mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA) u mill-Kummissjoni. Se jkunu meħtieġa valutazzjonijiet xjentifiċi addizzjonali għal limiti ta' residwu għal għanijiet ta' kontroll filwaqt li se jirriżultaw anqas valutazzjonijiet meta jittieħdu l-limiti stabbiliti mill-Codex alimentarius u jsiru r-rekwiżiti ta' estrapolazzjoni. F'termini ġenerali r-reviżjoni b'hekk għandu jkollha impatt limitat fuq ir-riżorsi li ma jistgħux jiġu kwantifikati. 2.2. Il-perjodu ta' l-applikazzjoni: Is-suppożizzjoni hi li r-regolament propost se japplika mill-aħħar ta' l-2009. 2.3. Stima multiannwali kumplessiva tan-nefqa: Spejjeż għall-Kummissjoni: Xejn. Spejjeż għall-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA): Negliġibbli jew xejn. 2.4. Kompatibbiltà ma' l-ipprogrammar finanzjarju u l-perspettiva finanzjarja [X] Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. 2.5. Impatt finanzjarju fuq id-dħul: [X] Il-proposta għandha impatt finanzjarju negliġibbli 3. KARATTERISTIĊI TAL-BAĠIT It-Tip ta' nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja | 4. BAŻI ĠURIDIKA - It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea - l-Artikoli 37, u 152 (4) (b) 5. DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET 5.1. Ħtieġa ta’ intervent mill-Komunità Il-ħtieġa tar-reviżjoni toħroġ mill-esperjenza tal-qafas legali eżistenti għal limiti ta' residwu li wassal għal dispożizzjonijiet legali kumplessi ħafna li huma diffiċli biex jinqraw u jinftiehmu u għal nuqqas ta' mediċini veterinarji għal annimali li jipproduċu l-ikel. Għaldaqstant dawn huma l-għanijiet speċifiċi tal-proposta: - It-titjib tad-disponibbiltà ta' prodotti mediċinali veterinarji għal annimali li jipproduċu l-ikel; - Is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti; - Li jiġu pprovduti referenzi ċari għall-kontroll ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-ikel; - Li tkun żgurata l-konsistenza ma' l-istandards internazzjonali. 5.2. L-azzjoni maħsuba u l-arranġamenti ta' l-intervent baġitarju Ir-riżultati mistennija b'implikazzjoni baġitarja jistgħu jitkejlu f'termini ta': - In-numru ta' awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali veterinarji. 5.3. Metodi ta' implimentazzjoni Ġestjoni Ċentralizzata, direttament mill-Kummissjoni u indirettament mid-delegazzjoni għal entità mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju (EMEA). Ir-regolament propost jikkonferma l-proċedura ta' żewġ stadji għall-iffissar tal-limiti ta' residwu: l-ewwel stadju (stadju ta' valutazzjoni xjentifika) immexxi mill-EMEA u t-tieni stadju (stadju fejn tittieħed deċiżjoni) immexxi mill-Kummissjoni. 6. IMPATT FINANZJARJU Ara s-sezzjoni 2. 7. IMPATT FUQ IN-NEFQA MARBUTA MA' L-ISTAFF U L-AMMINISTRAZZJONI Ara s-sezzjoni 2. 8. SEGWITU U EVALWAZZJONI 8.1. Arranġamenti għas-segwitu L-Artikoli 67 sa 70 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jistabbilixxu dispożizzjoniiet finanzjarji għat-tħejjija annwali, it-twettiq, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-baġit ta' l-EMEA, kif ukoll l-ispejjeż li jirriżultaw mill-evalwazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll wara l-awtorizzazzjoni tal-prodotti mediċinali. Għaldaqstant, id-data ta' monitoraġġ xierqa fir-rigward tad-dħul mill-ħlasijiet skond ir-regolament propost se tinġabar fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni ta' dawn l-Artikoli. 8.2. L-arranġamenti u l-iskeda għall-evalwazzjoni ppjanata Wara 4 snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-esperjenza miksuba fir-reviżjoni tas-sistema li tistabbilixxi l-limiti massimi ta' residwu, u għandha tinkludi d-dettalji stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha. 9. MIŻURI KONTRA L-FRODI L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għandha mekkaniżmi u proċeduri ta' kontroll baġitarju speċifiċi. Il-Bord ta' Tmexxija, li fih rappreżentanti ta' l-Istati Membri, tal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, jadotta l-baġit (l-Artikolu 66(f) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004), kif ukoll id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni (l-Artikolu 66(g)). Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri teżamina t-twettiq tal-baġit kull sena (l-Artikolu 68.3). Rigward il-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet oħra illegali, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF) japplikaw għall-EMEA mingħajr restrizzjonijiet. Barra minn hekk, diġà ġiet adottata deċiżjoni rigward il-kooperazzjoni ma' l-OLAF fl-1 ta' Ġunju 1999 (EMEA/D/15007/99). Fl-aħħar, is-Sistema ta' Tmexxija ta' Kwalità applikata mill-Aġenzija ssostni valutazzjoni kontinwa, li l-għan tagħha hu li tiżgura li jiġu segwiti l-proċeduri korretti u li dawn il-proċeduri u politiki jkunu pertinenti u effiċjenti. Bosta verifiki interni jittieħdu kull sena bħala parti ta' dan il-proċess. [1] ĠU C […], […], p. […]. [2] ĠU C […], […], p. […]. [3] ĠU C […], […], p. […]. [4] ĠU C […], […], p. […]. [5] ĠU L 224, 18.8.1990, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/2006 (ĠU L 354. 14.12.2006, p. 5). [6] ĠU L 311, 28. 11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58). [7] ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 17). [8] ĠU L 37, 13. 2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). [9] ĠU L 31, 1. 2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3). [10] ĠU L 165, 30.4.2004, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206). [11] ĠU L 136, 30.04.2006, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1) [12] ĠU L 184, 17. 7.1999, p .23. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).