EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007IP0043

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar għajnuna baġitarja għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2006/2079(INI))

ĠU C 287E, 29.11.2007, p. 497–501 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

52007IP0043

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar għajnuna baġitarja għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2006/2079(INI))

Official Journal 287 E , 29/11/2007 P. 0497 - 0501


P6_TA(2007)0043

Għajnuna baġitarja għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar għajnuna baġitarja għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2006/2079(INI))

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-Artikolu 177 u l-Artikolu 180 tat-Trattat KE,

- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tat- 18 ta' Settembru 2000, li tistabbilixxi l- Objettivi ta' l-Iżvilupp tal-Millennju bħala objettivi stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-faqar,

- Wara li kkunsidra l-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp, li saret fil-Kajr fl-1994,

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu "Appoġġ tal-Komunità għall-programmi ta' riforma ekonomika u aġġustament strutturali: bilanċ u prospetti" (COM(2000)0058),

- wara li kkunsidra l-Gwida għall-Ipprogrammar u l-Implimentazzjoni ta' Appoġġ Baġitarju għall-Pajjiżi Terzi maħruġa mill-Uffiċċju għall-Koperazzjoni EuropeAid (AIDCO) u mid-Direttorati Ġenerali għall- Iżvilupp (DEV) u r-Relazzjonijiet Esterni (RELEX), ta' April 2003,

- wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) u l-Komunità Ewropea iffirmata f'Cotonou fit- 23 ta' Ġunju 2000 [1] (il-Ftehima ta' Sħubija ta' Cotonou),

- wara li kkunsidra l-Evalwazzjoni Konġunta ta' l-Appoġġ Baġitarju Ġenerali, Rapport Sintesi, ta' Mejju 2006, magħmul mid-Dipartiment għall-Iżvilupp Internazzjonali ta' l-Università ta' Birmingham u ddipartimenti assoċjati,

- wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 5/2001 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar fondi kontraparti minn appoġġ għall-aġġustament strutturali assenjati għall-għajnuna baġitarja (is-seba' u t-tmien EDF), flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni [2],

- wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 2/2005 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar għajnuna baġitarja EDF lill-pajjiżi ACP: il-ġestjoni tal-Kummissjoni ta' l-aspett tar-riforma tal-finanzi pubbliċi, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni [3],

- wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu "Koperazzjoni mal-pajjiżi ACP involuti f'kunflitti armati" (COM(1999)0240),

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas- 6 ta' April 2006 dwar l-effettività ta' l-għajnuna u l-korruzzjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw [4],

- wara li kkunsidra n-Nota, ta' Ġunju 2004, tad-Dipartiment tal-Politika tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Esterni tal-Parlament Ewropew, dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' l-appoġġ baġitarju bħala modalità għall-forniment ta' l-għajnuna,

- wara li kkunsidra l-laqgħa għolja tal-Kumitat għall-Assistenza għall-Iżvilupp (DAC) ta' l-OECD li saret f'Pariġi f'Marzu 2005,

- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effettività ta' l-Għajnuna, datata 2 ta' Marzu, 2005,

- wara li kkunsidra l-Qafas għall-Evalwazzjoni tar-Riżultati Miksuba (Performance Measurment Framework) tal-Programm għan-Nefqa Pubblika u r-Responsabbiltà Finanzjarja (PEFA) ta' Ġunju 2005,

- wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0005/ 2007),

A. billi għaddejjin diskussjonijiet dwar kif wieħed jikseb l-aktar riżultati effettivi mill-fondi għall-iżvilupp għall-benefiċċju ta' persuni fil-pajjiżi li qed jirċievu,

B. billi għandu jingħad li l-isforzi li saru matul diversi deċennji sabiex jiġu mtejba l-kundizzjonijiet tal-ħajja ta' kuljum tan-nies fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fallew f'ħafna partijiet tad-dinja, minħabba diversi raġunijiet u ċirkustanzi kumplessi, li uħud minnhom jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar bħala tmexxija ħażina, użu ħażin tal-fondi u korruzzjoni,

C. billi l-bżonn li jkun hemm involviment fil-koperazzjoni għall-iżvilupp jeħtieġ ġustifikazzjoni kontinwa mhux biss fir-rigward tal-pubbliku ġenerali iżda wkoll fil-kuntest ta' l-interazzjoni ma' oħrajn li għandhom interessi fil-qasam tan-nefqa pubblika,

D. billi l-appoġġ baġitarju huwa magħruf bħala strument essenzjali fil-koperazzjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-iżvilupp u billi madwar wieħed minn ħamsa ta' l-għajnuna mill-EDF huwa fil-forma ta' appoġġ baġitarju li jkollux mira,

E. billi l-importanza li jkun provdut appoġġ prevedibbli minn gvern għal gvern bl-użu, sa fejn hu possibbli, tas-sistemi tal-pajjiżi li qed jirċievu nnifishom, kienet rikonoxxuta waqt il-laqgħa għolja tad-DAC li saret f'Pariġi f'Marzu 2005,

F. billi l-appoġġ baġitarju jippermetti koordinazzjoni eqreb min-naħa tad-donaturi,

G. billi strutturi effettivi ta' l-istati li jirċievu, kemm f'termini ta' demokrazija li tiffunzjona u li tirrispetta llibertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem u l-pluraliżmu politiku kif ukoll f'termini ta' proċessi baġitarji, kompetenza fl-infiq u provvediment ta' servizzi li jkunu suġġetti għall-iskrutinju, huma kruċjali għall-effettività ta' l-appoġġ baġitarju,

H. billi appoġġ baġitarju jista' jagħti s-setgħa lil min qed jirċievi biex jiddetermina l-proċess ta' żvilupp tiegħu,

I. billi l-proċess ta' appoġġ baġitarju jseħħ f'qafas ta' sħubija, f'termini ta' l-ifissar u l-evalwazzjoni talprijoritajiet, permezz ta' djalogu kontinwu bejn min jagħti u min jirċievi dwar il-politika,

J. billi l-appoġġ baġitarju għandu jinkoraġġixxi wkoll it-tisħiħ tal-proċessi demokratiċi, u b'hekk jagħti spazju politiku lis-soċjetà ċivili, speċjalment permezz ta' involviment fit-tfassil ta' strateġija għat-tnaqqis tal-faqar u għall-iżvilupp, u l-promozzjoni ta' skrutinju parlamentari tal-politika ta' żvilupp u ta' l-infiq tal-baġit,

K. billi l-appoġġ baġitarju jista' jkun kemm appoġġ baġitarju ġenerali, li jkopri l-qafas makroekonomiku u baġitarju ġenerali, kif ukoll appoġġ baġitarju settorjali,

L. billi l-kunsiderazzjoniet ewlenin sabiex tiġi deċiża l-allokazzjoni ta' l-iffinanzjar ta' l-appoġġ baġitarju huma: "in-nuqqas ta' finanzjament estern", il-grad ta' faqar, it-tmexxija tajba, ir-riżultati miksuba flimgħoddi, l-impenn għall-iżvilupp u evalwazzjoni realistika tar-riżultati possibbli, f'termini tat-tnaqqis tal-faqar, tat-tkabbir u tar-riforma istituzzjonali,

M. billi l-fondi provduti bħala appoġġ baġitarju ġenerali huma totalment funġibbli, minħabba li t-trasferimenti jsiru direttament fil-kont tat-teżor ta' pajjiż, li effettivament ifisser li l-kontroll fuq l-użu ta' dawk il-fondi, is-sjieda tagħhom u r-responsabbiltà għalihom jibqgħu f'idejn min jirċievi,

N. billi l-Artikoli 61(2) u 67 tal-Ftehima ta' Sħubija ta' Cotonou jiddeterminaw b'mod ċar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-eliġibilità sabiex pajjiż li jirċievi jikkwalifika għal appoġġ baġitarju, u jiddikjaraw b'mod espliċitu l-bżonn ta' standards dwar l-amministrazzjoni tan-nefqa pubblika, il-politiki makroekonomiċi u settorjali u l-akkwist pubbliku u, barra minn hekk, jitolbu li min qed jagħti u min qed jirċievi jiżguraw li l-aġġustament ikun ekonomikament vijabbli u soċjalment u politikament prattiku,

O. billi demokrazija parlamentari li tiffunzjona u li tirrispetta l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet talbniedem, inkluż il-pluraliżmu politiku, u sistema effettiva ta' l-amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi huma prerekwiżiti għall-appoġġ baġitarju, u għandhom ikunu evalwati skond kemm il-pajjiż li qed jirċievi ikun karatterizzat minn tmexxija tajba, minn skrutinju minn parlament elett demokratikament, mill-istat tad-dritt, mir-responsabilità tal-Gvern, mill-kompetenza, u mill-politika makroekonomika, ta' żvilupp u settorjali definiti tajjeb kif ukoll skond il-grad ta' ftuħ u trasparenza ta' l-akkwist pubbliku tiegħu,

P. billi r-riskju għandu jkun ikkalkulat f'termini ta' l-abbiltà tal-korpi ta' l-istat ikkonċernati li jamministraw u jimplimentaw il-fondi, ta' tmexxija tajba, ta' impenn lejn il-prinċipji ta' l-iżvilupp, ta' inċidenza ta' korruzzjoni, ta' demokrazija u ta' drittijiet tal-bniedem,

Q. billi l-amministrazzjoni effettiva tal-finanzi pubbliċi u s-sistemi baġitarji mmirati biex joħolqu klima makroekonomika stabbli huma prekundizzjonijiet essenzjali għall-iżvilupp,

R. billi numru ta' pajjiżi sħab fl-appoġġ baġitarju, speċjalment fl-istati ACP, għandhom sistemi ta' amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi ħżiena ħafna,

S. billi s-sħubija bejn min qed jagħti u min qed jirċievi għandha bżonn tiżgura li ssir analiżi konġunta effettiva tar-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-politika ta' l-iżvilupp u r-riformi li huma kruċjali fl-evalwazzjoni tal-vijabilità ta' l-appoġġ baġitarju,

1. Jistieden lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri sabiex jużaw l-appoġġ baġitarju biss jekk wieħed ikun jista' juri l-benefiċċji netti ta' tali mekkaniżmu skond kriterji definiti b'mod ċar, u biss wara evalwazzjoni sħiħa tar-riskji involuti;

2. Jisħaq li l-appoġġ baġitarju bħala metodu ta' għajnuna jista' jirnexxi biss jekk iż-żewġ sħab jassumu għal kollox ir-reponsabilitajiet tagħhom fi spirtu ġenwin ta' sħubija u sjieda;

3. Jagħmel stedina biex l-appoġġ baġitarju jiffoka, safejn hu possibbli, fuq prijoritajiet ta' żvilupp għattnaqqis tal-faqar, sabiex dawn il-prijoritajiet jingħataw rwol ċentrali fid-djalogu dwar il-politika bejn min qed jagħti u min qed jirċievi u sabiex jiġi żgurat li jkun hemm skrutinju parlamentari fir-rigward kemm taddonatur kif ukoll tar-riċevitur;

4. Jisħaq dwar l-importanza tal-bini tal-kapaċità min-naħa tal-gvernijiet riċevituri, li għandhom jassumu rwol aktar qawwi ta' tmexxija fil-koordinazzjoni ta' l-assistenza għall-iżvilupp;

5. Jisħaq fuq l-importanza li tinħoloq kultura ta' kontabilità li tinvolvi b'mod sħiħ lill-parlamenti u lillistituzzjonijiet supremi tal-verifika; jagħraf li l-appoġġ baġitarju għandu jimxi id f'id mat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili;

6. Iqis l-applikazzjoni ġusta ta' kundizzjonijiet ċari, espliċiti u realistiċi, miftiehma bejn il-partijiet kollha u mehmuża mal-programm ta' appoġġ baġitarju, bħala essenzjali għall-istrument inkwistjoni u meħtieġa sabiex wieħed jikkontrabatti l-volatilità li ma tistax titbassar fl-għoti ta' l-għajnuna;

7. Ifaħħar il-kriterji għall-eliġibbiltà għall-użu ta' appoġġ baġitarju ma' l-istati ACP, kif imniżżla fl-Artikoli 61(2) u 67 tal-Ftehima ta' Sħubija ta' Cotonou,

8. Huwa mħasseb dwar id-deċiżjoni biex tintuża l-appoġġ baġitarju fil-Malawi, fejn kien hemm riskji magħrufa konsiderevoli, u fil-Kenja, li fir-rigward tagħha l-Istati Membri kollha ssospendew l-appoġġ baġitarju, u b'hekk qajmu mistoqsijiet dwar l-abbiltà tal-Kummissjoni li tuża dan l-istrument b'mod effettiv;

9. Huwa mħasseb bis-sejbiet tal-Qorti ta' l-Awdituri li, f'xi każijiet, ir-raġunijiet tal-Kummissjoni għallgħoti ta' appoġġ baġitarju lil pajjiżi b'sistemi ħżiena ta' amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi ma kinux biżżejjed, u li l-Artikoli 61(2) u 67 tal-Ftehima ta' Sħubija ta' Cotonou ġew ħafna drabi mogħtija interpretazzjoni wiesgħa u suġġettiva;

10. Huwa allarmat bil-fatt li l-Qorti ta' l-Awdituri sabet nuqqasijiet fil-koerenza ġenerali tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-istrument ta' appoġġ baġitarju u fil-kontrolli, il-monitoraġġ u l-appoġġ għall-mekkaniżmi ta' skrutinju baġitarju tal-pajjiżi li qed jirċievu nnifishom, jiġifieri l-parlamenti u l-istituzzjonijiet supremi talverifika tal-pajjiżi kkonċernati, u bil-fatt li l-għajnuna teknika mhux qed tintuża biżżejjed; meta wieħed iqis li dawn l-elementi huma lkoll indispensabbli għall-istrument;

11. Jirrikonoxxi li jista' jkun hemm programm ta' riforma makroekonomika wieħed biss f'pajjiż partikulari, li ġeneralment huwa mmexxi mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, iżda li fuqu l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ifittxu li jkollhom rwol attiv fi sforz biex jinfluwenzaw il-politika;

12. Ifakkar li r-riformi makroekonomiċi jista' jkollhom effett sostenibbli biss meta jħaddnu b'mod sħiħ ilmiri ta' l-iżvilupp uman u soċjali;

13. Jemmen li jkun xieraq li l-għajnuna baġitarja settorjali jew modi ta' kif isiru l-affarijiet li jqisu settur sħiħ jitqiesu bħala strumenti privileġġati biex wieħed jintervjeni fl-oqsma tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni;

14. Jafferma mill-ġdid li jkun xieraq li 20 % ta' l-impenji annwali kollha jiġu allokati għal attivitajiet floqsma ta' l-edukazzjoni bażika u sekondarja u tas-saħħa bażika (inkluża s-saħħa sesswali u riproduttiva);

15. Jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta u tapplika l-qafas internazzjonali ġdid sabiex tevalwa l-amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi ta' pajjiż, kif stabbilit mill-PEFA;

16. Jistieden lill-Kummissjoni tirreaġixxi b'mod koerenti u ugwali meta pajjiżi jieqfu jirrispettaw il-prinċipji tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem;

17. Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-prevalenza u r-riskji li ġġib magħha l-korruzzjoni, f'konformità ma' l-Artikoli 9(3) u 97 tal-Ftehima ta' Sħubija ta' Cotonou;

18. Jitlob lill-Kummissjoni biex tfittex il-koerenza fil-politika u fit-teħid ta' deċiżjonijiet fi sħubiji bejn donaturi ta' appoġġ baġitarju u jitlob li l-fondi tad-donaturi jkunu amministrati b'mod effettiv sabiex tiġi eliminata l-possibilità ta' volatilità li ma tistax titbassar fl-għoti ta' l-għajnuna, u huwa tal-fehma li l-Kummissjoni tinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex tiffaċilita l-koordinazzjoni tad-donaturi ta' l-UE;

19. Iqis li huwa kruċjali li l-iżburżar ta' fondi u l-proċess ta' evalwazzjoni jkunu allinjati ma' l-istrateġija għall-iżvilupp, mal-baġit u mal-proċessi ta' evalwazzjoni tar-riċevituri nfushom;

20. Jistieden lill-Kummissjoni biex tibqa' żżomm l-enfasi qawwi tagħha fuq is-sens ta' ġustizzja u t-tnaqqis tal-faqar, b'mod li tikkonċentra fuq dawk fis-soċjetà li huma l-aktar emarġinati u foqra;

21. Ifaħħar l-użu ta' għotjiet finanzjarji f'ammonti li jvarjaw, li joffru inċentivi bbażati fuq ir-riżultati, iżda jinnota li kwalunkwe differenzi fil-pagamenti għandhom ikunu prevedibbli, kemm jista' jkun, sabiex ma jħallux impatt negattiv fuq l-ippjanar baġitarju;

22. Huwa mħasseb dwar id-diffikultà inerenti fl-evalwazzjoni ta' l-ilħuq ta' l-indikaturi ta' riżultati u b'mod speċjali r-riżultati ta' l-impatt fuq il-faqar, u jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-iżvilupp talkapaċità fl-istatistika, fil-ġbir tad-dejta, fl-evalwazzjoni tal-kwalità u fl-analiżi;

23. Jistieden lill-Kummissjoni biex tivverifika b'mod regolari, b'kollaborazzjoni ma' dawk kollha li għandhom interess, li l-politiki ekonomiċi tal-pajjiżi li jirċievu l-għajnuna huma skond l-objettivi u l-prinċipji ta' lgħajnuna għall-iżvilupp u li jkunu qed jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tagħha;

24. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-pajjiżi li jibbenefikaw biex jipprovdu tagħrif regolari lill-pubbliku ġenerali f'dan il-qasam, sabiex iċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxi jaraw l-impatt ta' l-għajnuna baġitarja u sabiex jinħoloq għarfien dwar il-ħtieġa tal-koperazzjoni fl-iżvilupp b'mod ġenerali u dwar l-effetti ta' l-għajnuna baġitarja b'mod partikulari, sabiex ikunu missielta l-allegazzjonijiet ġenerali ta' użu ħażin talfondi u sabiex jingħata tagħrif dwar ir-rekwiżiti bażiċi għall-użu ta' appoġġ baġitarju u wkoll dwar il-każi fejn tali appoġġ kien ineffettiv; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-viżibilità ta' l-UE fir-rigward ta' lgħajnuna għall-iżvilupp u sabiex tiddokumenta u turi l-progress magħmul minn pajjiżi terzi benefiċjarji flamministrazzjoni indipendenti ta' l-għajnuna baġitarja;

25. Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa b'mod regolari l-effettività ta' l-għajnuna baġitarja fil-ġlieda kontra l-faqar mill-aspett tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-flus minfuqa, u biex turi l-progress magħmul minn pajjiżi terzi benefiċjarji fl-amministrazzjoni indipendenti ta' l-għajnuna baġitarja; waqt li tagħmel dan, għandha tiddistingwi bejn għajnuna baġitarja ġenerali u dik mogħtija għal setturi partikolari, sabiex laffarijiet ikunu aktar ċari fir-rigward tad-diversi strumenti ta' għajnuna biex jitnaqqas il-faqar; għandhom jiġu evalwati wkoll l-ispejjeż amministrattivi ta' l-għajnuna baġitarja u ta' l-għajnuna għal proġetti; l-għan għandu jkun li tkun f'qagħda li tagħti rendikont raġunat dwar meta għandu jintuża kull strument;

26. Jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza n-nuqqasijiet fil-kontroll u fis-superviżjoni billi ddaħħal kontroll estern għall-għajnuna baġitarja (per eżempju permezz tal-Qorti ta' l-Awdituri); ikun xieraq li l-Kummissjoni tkun inkuraġġuta tieħu l-inizjattiva li toħloq istitutuzzjoni konġunta għas-sorveljanza flimkien mad-donaturi finanzjarji l-kbar l-oħra;

27. Jinsisti li, sabiex wieħed jappoġġja l-mekkaniżmi ta' kontroll baġitarju tal-pajjiżi benefiċjarji nfushom, ikun xieraq li l-parlament ta' kwalunkwe pajjiż benefiċjarju partikulari jieħu sehem fl-adozzjoni tal-baġit, u jkun xieraq li l-leġiżlazzjoni tal-baġit tiġi ppubblikata; barra minn hekk, jinsisti li jkun xieraq li l-għajnuna baġitarja tiġi evalwata kull sena mill-parlament fir-rigward tal-progress magħmul;

28. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddikjara kif l-għajnuna baġitarja tista' tiġi limitata fiż-żmien; jinnota li l-għan aħħari ta' l-għajnuna baġitarja għandu jkun li tinbena l-awtosuffiċjenza tal-pajjiż benefiċjarju, u għaldaqstant ikun xieraq li l-Kummissjoni tiddikjara l-perjodu (raġonevoli) ta' żmien li matulu dan għandu jinkiseb;

29. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

[1] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehima kif emendeta mill-Ftehima li temenda l-ftehima ta' Sħubija tal- 25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4).

[2] ĠU C 257, 14.9.2001, p. 1.

[3] ĠU C 249, 7.10.2005, p 1.

[4] ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 316.

--------------------------------------------------

Top