Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007DC0045

Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill Dwar l-applikazzjoni ta’ l-Anness X għar-Regolament tal-Persunal - (regolament tal-Kunsill Nru 3019/1987 tal-5 ta’ Ottubru 1987) - Sena 2005

/* KUMM/2007/0045 finali */

52007DC0045

Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill Dwar l-applikazzjoni ta’ l-Anness X għar-Regolament tal-Persunal - (regolament tal-Kunsill Nru 3019/1987 tal-5 ta’ Ottubru 1987) - Sena 2005 /* KUMM/2007/0045 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 6.2.2007

KUMM(2007) 45 finali

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Dwar l-applikazzjoni ta’ l-Anness X għar-Regolament tal-Persunal (Regolament tal-Kunsill Nru 3019/1987 tal-5 ta’ Ottubru 1987) Sena 2005

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Dwar l-applikazzjoni ta’ l-Anness X għar-Regolament tal-Persunal (Regolament tal-Kunsill Nru 3019/1987 tal-5 ta’ Ottubru 1987) Sena 2005

INTRODUZZJONI

Skond l-Artikolu 101a tar-Regolament tal-Persunal, l-Anness X jiddetermina, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament tal-Persunal, id-dispożizzjonijiet partikolari u li jikkostitwixxu eċċezzjoni, applikabbli għall-uffiċjali li jaħdmu f’pajjiż terz.

Skond it-termini ta’ l-Artikolu 14 ta’ l-Anness X, “Kull sena, il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-anness u, b’mod partikolari, dwar l-istipulazzjoni tar-rata ta’ l-allowance għall-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien skond l-Artikolu 10”.

Mill-1 ta’ Jannar 1988, il-Kummissjoni ħarġet 15-il rapport. Dawn jittrattaw il-perjodi Ottubru 1987-Diċembru 1988, 1989, 1990-1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997-1998, 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004.

KAPITOLU 1: ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 1: REKLUTAġġ

Il-postijiet ta’ Uffiċjali/Aġenti temporanji mibgħuta f’delegazzjoni[1] kienu 1,021 sal-31 ta’ Diċembru 2005 (1,008 sal-31.12.2004). F'din l-istess data, kienu nħolqu 26 post ta' aġenti kuntrattwali.

Matul is-sena 2005, dawn in-numri ġew miżjuda bi:

- 3 postijiet biex jiġu allokati fl-2005; 8 postijiet supplimentari tpoġġew għad-dispożizzjoni minn DĠ oħra.

Sal-31 ta’ Diċembru 2005, 966 minn dawn il-postijiet kienu okkupati fid-delegazzjonijiet. Il-55 post battal jirrappreżentaw il-5.5% tan-numru totali meta mqabbla mal-11.11% (112-il post battal) fl-2004.

Artikolu 2: MOBILITÀ

L-Eżerċizzju ta’ rotazzjoni

L-eżerċizzju ta’ rotazzjoni 2005 kopra 170 uffiċjal (196 fl-2004) imniżżla fil-lista ta’ rotazzjoni u rriżulta f’:

- 54 moviment minn delegazzjoni għall-oħra (60 fl-2004),

- 89 moviment mid-delegazzjonijiet lejn il-kwartieri ġenerali (89 fl-2004).

- 12-il terminazzjoni tas-servizz (15 fl-2004),

- 19-il uffiċjal inżammu fil-karigi tagħhom (32 fl-2004).

Il-prinċipju ta’ l-alternanza fil-karigi bejn id-delegazzjonijiet u l-kwartieri ġenerali ta lok għal:

- 89 moviment mid-delegazzjonijiet lejn il-kwartieri ġenerali (89 fl-2004).

- 82 moviment mid-delegazzjonijiet lejn il-kwartieri ġenerali (94 fl-2004).

Għaldaqstant b’kollox kien hemm 237 moviment (meta mqabbla ma' 258 fl-2004) fil-qafas ta’ l-eżerċizzju ta’ rotazzjoni ta’ l-2005.

L-Eżerċizzju ta’ reallokazzjoni tal-persunal

Ġew reallokati 8 postijiet:

- Post wieħed A: mill-Indja għas-Sri Lanka (tkabbir tad-delegazzjoni)

- Post wieħed A: mir-Russja għall-Moldova.

- Post wieħed B: mir-Russja għall-Moldova.

- Post wieħed C: mill-Ġappun għas-Sri Lanka.

- Post wieħed C: mill-Gana għall-Etjopja.

- Post wieħed A: min-Nikaragwa għall-Ħonduras.

- Post wieħed A: min-Nikaragwa għall-El Salvador.

- Post wieħed A: mill-Mawritanja għall-Kenja (mibgħut speċjali għas-Somalja).

Artikolu 3: ROTAZZJONI

Fl-2005, ittieħdu deċiżjonijiet ta’ rotazzjoni għal 58 uffiċjal tas-Servizz Estern li ntalbu jmorru lura fil-kwartieri ġenerali f’wieħed mid-Direttorati Ġenerali tal-familja tar-Relazzjonijiet Esterni fil-qafas tal-politika ta’ rotazzjoni.

KAPITOLU 2: OBBLIGAZZJONIJIET

ARTIKOLU 4: TWETTIQ TAL-FUNZJONIJIET FIL-POST TA’ L-IMPJIEG

M’hemmx kummenti xi jsiru dwar dan l-artikolu.

ARTIKOLU 5: RESIDENZA

Fl-aħħar ta' l-2005, id-DĠ Relazzjonijiet Esterni temm il-ħidma tiegħu dwar in-normi dwar ir-residenza applikabbli fil-pajjiżi terzi. Minn dak iż-żmien 'l hawn id-delegazzjonijiet kollha għandhom regolamenti dwar il-kiri ta’ residenzi fil-pajjiż li jospitahom. Fl-istess ħin, ir-responsabbiltà amministrattiva kienet trasferita lejn id-delegazzjonijiet.

KAPITOLU 3: KUNDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL

ARTIKOLI 6, 7 U 9: LEAVE ANNWALI

L-uffiċjali fil-post fil-pajjiżi terzi għadhom qed jagħmlu sforz biex jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom u jnaqqsu milli jittrasferixxu numru sinifikanti ta’ ġranet ta’ leave biex b’hekk isegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali. Jeħtieġ, madankollu, li jitqies li d-deċentralizzazzjoni amministrattiva, filwaqt li kienet akkumpanjata minn żieda fin-numru ta’ ħaddiema, wasslet biex ikun hemm piż ta’ xogħol addizzjonali li sa ċertu punt ma ppermettiex lill-uffiċjali li jieħdu n-numru ta’ jiem ta’ leave li kienu jixtiequ.

It-tabella ta' hawn taħt turi li minn 912-il uffiċjal u aġent kuntrattwali, il-maġġoranza (54.84%) jieħdu anqas minn 14-il ġurnata ta' leave f'sena. Il- leave trasferit 'il quddiem ta' aktar minn 14-il ġurnata naqas bħala perċentwal meta mqabbel ma' l-eżerċizzju preċedenti (45.16% mqabbel ma' 47.12%). Dak ta' bejn 36 u 50 jum kellu żieda żgħira (5.92% mqabbel ma' 5.89%). Fir-rigward ta’ leave trasferit 'il quddiem ta’ bejn 50 u 70 ġurnata, kienet innutata żieda wkoll: 2.3% fl-2005 mqabbla ma' 3.44% fl-2004.

Sitwazzjoni fil-leave annwali li ġie trasferit ’il quddiem |

Numru ta’ uffiċjali | Leave li ġie trasferit ’il quddiem 2003/2004 | Leave li ġie trasferit ’il quddiem 2005/2006 |

Anqas minn 14-il ġurnata | 431 | 500 |

52,88% | 54,84% |

Aktar minn 14-il ġurnata | 384 | 412 |

47,12% | 45,16% |

Bejn 14 u 35 ġurnata | 298 | 323 |

36,56% | 35,42% |

Bejn 36 u 49 ġurnata | 48 | 54 |

5,89% | 5,92% |

Bejn 50 u 70 ġurnata | 28 | 21 |

3,44% | 2,3% |

Aktar minn 70 ġurnata | 10 | 14 |

1,23% | 1,53% |

Total ta' uffiċjali u aġenti kuntrattwali | 815 | 912 |

ARTIKOLI 8 U 9 § 2: ALLOKAZZJONI EċċEZZJONALI TA’ LEAVE TA’ MISTRIEħ

Il-Kummissjoni ddeċidiet, fit-28 ta' April 2004, li tittrasferixxi l-eżerċizzju tal-poteri devoluti mir-Regolament tal-Persunal għand l-awtorità li ġġorr il-poter li tinnomina u mill-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' l-Impjegati l-Oħra lill-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta' ingaġġ (id-Direttur Ġenerali tad-DĠ RELEX).

Mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid tal-Persunal, b'effett mill-1 ta' Mejju 2004, l-għoti eċċezzjonali ta' leave ta' mistrieħ japplika bl-istess mod għall-aġenti kuntrattwali affettwati fil-pajjiżi terzi.

Fil-qafas ta’ l-eżerċizzju annwali normali, il-Kummissjoni ddeċidiet, fit-8 ta' April 2005, li tagħti, b’mod eċċezzjonali, leave ta’ mistrieħ għas-sena 2005 biss għal dawk il-postijiet tax-xogħol fejn il-kundizzjonijiet ta’ l-għaxjien kienu meqjusa bħala “partikolarment diffiċli”, fuq il-bażi tal-parametri annwali użati biex tkun stipulata kull sena l- allowance għall-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien, u għall-postijiet li ġew iddikjarati li qegħdin fi stat ta’ kriżi.

L-applikazzjoni bir-reqqa tal-kundizzjonijiet ifformulati fl-Artikolu 8 ta’ l-Anness X wasslet biex dan id-dritt ingħata lil 32 post fl-2005 (ara l-Anness I) meta mqabbel ma' 30 fl-2004. Għall-postijiet fi kriżi, id-dritt ingħata pro rata skond it-tul effettiv tal-kriżi.

KAPITOLU 4: IR-REMUNERAZZJONIJIETU L-BENEFIĊĊJI SOĊJALI

TAQSIMA 1: IS-SISTEMA FINANZJARJA U L- ALLOWANCES TAL-FAMILJA

ARTIKOLU 10 §1: ALLOWANCE GħALL-KUNDIZZJONIJIET TA' L-GħAJXIEN

Il-Kummissjoni ddeċidiet, fit-28 ta' April 2004, li tittrasferixxi l-eżerċizzju tal-poteri devoluti mir-Regolament tal-Persunal għand l-awtorità li tinnomina u mill-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' l-Impjegati l-Oħra lill-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta' ingaġġ (id-Direttur Ġenerali tad-DĠ RELEX).

Mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid tal-Persunal, b'effett mill-1 ta' Mejju 2004, l- allowance għall-kundizzjonijiet ta' l-għajxien tapplika bl-istess mod għall-aġenti kuntrattwali assenjati fil-pajjiżi terzi.

L-awtorità li tinnomina ddeċidiet, fl-20 ta' Diċembru 2004, ir-rata ta’ l- allowance għall-kundizzjonijiet ta' l-għajxien għall-eżerċizzju ta’ l-2005 hekk kif jidhru fit-tabella fl-Anness II:

- żieda waħda (minn 15 għal 20%): Il-Ġamajka.

- 2 żidiet (minn 30 għal 35%): Il-Laos u l-Pakistan.

- tnaqqis wieħed (minn 20 għal 15%): Ir-Rumanija.

- tnaqqis wieħed (minn 30 għal 25%): Il-Kap Verde;

- 2 tnaqqisiet (minn 35 għal 30%): L-Alġerija u Serbja u Montenegro (Kosovo).

Twettaq ukoll e¿erċizzju ta' nofs il-mandat bi dħul fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2005 (deċiżjoni ta’ l-awtorità li tinnomina tal-21 ta’ Settembru 2005), għal dawn il-postijiet tax-xogħol li ġejjin:

- żieda waħda (minn 15 għal 20%): L-Afrika ta’ Isfel.

- tnaqqis wieħed (minn 20 għal 15%): Il-Bulgarija.

- 3 tneħħijiet (minn 10 għal 0%): L-Awstralja, il-Kroazja u New Zealand (ladarba s-servizzi jikkunsidraw il-kundizzjonijiet ta' l-għajxien f'dawn il-pajjiżi bħala ekwivalenti għal dawk li huma normali fil-Komunità ta' 25 membru (ara Artikolu 10, paragrafu 1, it-tieni inċiż, ta' l-Anness X tar-Regolament).

ARTIKOLU 10 §2: ALLOWANCE ADDIZZJONALI

Il-Kummissjoni ddeċidiet, fit-28 ta' April 2004, li tittrasferixxi l-eżerċizzju tal-poteri devoluti mir-Regolament tal-Persunal għand l-awtorità li tinnomina u mill-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' l-Impjegati l-Oħra għand l-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta' ingaġġ (id-Direttur Ġenerali tad-DĠ RELEX).

Mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid tal-Persunal, b'effett mill-1 ta' Mejju 2004, l- allowance addizzjonali tapplika wkoll għall-aġenti kuntrattwali assenjati fil-pajjiżi terzi.

Fl-2005, ma ngħatat l-ebda allowance addizzjonali. Għal dawn il-postijiet tax-xogħol li ġejjin, l- allowance addizzjonali ġiet imnaqqsa:

Delegazzjoni | Data tad-Dħul fis-Seħħ | Allowance(%) | Numru ta' uffiċjali involuti |

Il-Kosta ta’ l-Avorju (Abidjan) | Is-7.11.2004 Mit-8.11.2004 Mill-1.6.2005 | 5 10 5 | 8 |

ARTIKOLI 11 U 12: MODALITAJIET TAL-ħLAS TAS-SALARJI

Fir-rigward tal-munita tal-ħlas tas-salarji fl-2005, il-medji perċentwali fir-rigward ta’ l-uffiċjali u l-aġenti kuntrattwali kkonċernati huma dawn li ġejjin:

- 72% għażlu li s-salarju tagħhom jitħallas f’Euro b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 11 ta’ l-Anness X għar-Regolament tal-Persunal.

- 25% talbu li parti mis-salarju tagħhom jitħallas fil-munita lokali. Fost dawn, 48% talbu r-rata massima stipulata mid-direttivi interni marbuta ma’ l-Artikolu 12 ta’ l-Anness X għar-Regolament tal-Persunal (80%) u l-oħrajn għażlu perċentwali bejn 7 u 78%.

- Fl-aħħar nett, 14% talbu, għal raġunijiet xierqa, li parti mis-salarju tagħhom jitħallas f’munita differenti minn dik tal-post tax-xogħol b’applikazzjoni tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 12 ta’ l-Anness X għar-Regolament tal-Persunal (l-Angola, il-Ġeorġja, il-Każakastan, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-Ukrajna).

ARTIKOLU 13: KOEFFIċJENTI KORRETTIVI

Minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament il-ġdid tal-Persunal, b'effett mill-1 ta' Mejju 2004:

- il-koeffiċjenti ta' korrezzjoni japplikaw bl-istess mod għall-aġenti kuntrattwali affettwati fil-pajjiżi terzi.

- f'konformità ma' l-Artikolu 13 ta' l-Anness X tar-Regolament il-ġdid imsemmi aktar 'il fuq, il-Kunsill huwa mitlub li jistabbilixxi darba fis-sena l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni applikabbli fil-pajjiżi terzi.

L-Artikolu 33(4) tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-għaxar Stati Membri l-ġodda ħoloq bażi ġuridika li tawtorizza li jittawwal il-perjodu ta' applikazzjoni ta' l-Anness X tar-Regolament tal-Persunal (is-sistema ta' barra l-Komunità) għall-uffiċjali li jibqgħu fil-post fl-Istati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta' ħmistax-il xahar wara s-sħubija. Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit għal dawn l-Istati Membri l-ġodda mhux biss koeffiċjenti ta' korrezzjoni stabbiliti skond l-Anness XI tar-Regolament tal-Persunal iżda wkoll koeffiċjenti ta' korrezzjoni skond l-Anness X.

Il-Kunsill adotta, fis-27 ta' Frar 2006, ir-Regolament Nru 351/2006[2] li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni applikabbli mill-1 ta' Lulju 2005 għar-remunerazzjonijiet ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropew affettwati fil-pajjiżi terzi.

Barra minn dan, fit-18 ta' Lulju 2005[3], il-Kummissjoni approvat id-deċiżjoni dwar l-aġġustament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli mill-1 ta’ Awwissu, l-1 ta’ Settembru, l-1 ta’ Ottubru, l-1 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2004 u, mis-16 ta' Jannar 2006[4], u d-deċiżjoni dwar l-aġġustament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli mill-1 ta’ Frar, l-1 ta’ Marzu, l-1 ta’ April, l-1 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju 2005 għar-remunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej allokati f’pajjiżi terzi.

Fl-2005, saret l-ewwel analiżi fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma ta' l-Art. 64 tar-Regolament tal-Persunal dwar il-possibilità ta' koordinazzjoni akbar bejn l-organi pubbliċi prinċipali attivi f'dan il-qasam, fl-ispirtu ta' titjib akbar tal-kwalità statistika tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni u konverġenza tar-riżultati ta' dawn l-organi.

ARTIKOLU 15: ALLOWANCES GħALL-EDUKAZZJONI

L-ammont totali mħallas bħala allowances għall-edukazzjoni żdied għal 3.818.180,64 Euro għas-sena 2004/2005. Is-sistema ta’ għoti ta’ ħlas bil-quddiem għall-allokazzjonijiet għall-edukazzjoni nżammet għal dawk l-uffiċjali bi spejjeż ta' l-edukazzjoni partikolarment għolja. Dawn il-ħlasijiet bil-quddiem fis-sena skolastika 2004/2005 kienu regolarizzati fil-limiti ta’ żmien previsti.

Iż-żieda ġenerali fl-ispejjeż għall-edukazzjoni f’ċertu delegazzjonijiet wasslet lill-Kummissjoni biex tawtorizza li tinqabeż ir-rata massima, partikolarment għall-Ġappun, Washington u New York.

Madankollu, dan il-qbiż tar-rata kien awtorizzat b’mod eċċezzjonali biss għat-tfal li jirċievu l-edukazzjoni tagħhom fil-post tax-xogħol, f’xi skola internazzjonali li tipprovdi diplomi Ewropej jew internazzjonali u bl-għan li tkun assigurata l-kontinwità edukattiva tagħhom. Barra minn hekk, u dejjem minħabba l-prinċipju ta’ kontinwità fil-livell ta’ l-istudji, 17-il uffiċjal li ġew trasferiti internament, koperti mill-anness X, ibbenefikaw ukoll minn żieda akbar mir-rata massima għas-sena skolastika 2004/2005. L-ammont totali mħallas aktar mill-ammont massimu għas-sena skolastika 2004/2005 laħaq il-181,987.43 euro.

Fl-2004/2005, il-Kummissjoni varat ukoll l-ewwel eżerċizzju ta' allowance għall-edukazzjoni tat-tip A. Din l- allowance , li tirrigwarda tfal ta' età ta' anqas minn 8 snin u li ma jattendux l-ewwel sena ta' l-iskola primarja, ġiet stabbilita skond ir-riforma amministrattiva fl-1 ta' Mejju 2004. B'applikazzjoni ta' l-Artikolu 15 ta' l-Anness X, il-Kummissjoni setgħet tintervjeni parzjalment fl-ispejjeż preskolastiċi ta' l-uffiċjali affettwati f'pajjiżi terzi. 35 qbiż tal-limitu ġew mogħtija għal ammont totali ta' 79,900 Euro. Ġiet rimbursata 65 talba fil-limiti stabbiliti għal ammont totali ta' 27,042.64 Euro.

ARTIKOLU 16: L- ALLOWANCES TA’ ISTALLAZZJONI U ISTALLAZZJONI MILL-ġDID

L-ammont globali mħallas bħala allowances ta’ istallazzjoni (li jikkonċernaw l-uffiċjali li jintbagħtu mill-Kwartieri Ġenerali lejn delegazzjoni jew minn delegazzjoni għal oħra) u ta’ istallazzjoni mill-ġdid (li jikkonċernaw l-uffiċjali f'delegazzjoni li jtemmu b’mod definittiv il-funzjonijiet tagħhom) laħaq, fl-2005, 3,176,424.63 Euro (meta mqabbel ma' 2,440,382.86 Euro fl-2004).

Dan l-ammont kien imqassam b’dan il-mod:

- Allowances ta’ istallazzjoni

- 2,544,183.03 Euro għall-ħlasijiet magħmulin fil-Belġju, direttament mill-PAIE.

- 346,645.77 Euro b'ordnijiet ta' ħlas separati fil-munita lokali fil-post tax-xogħol ta’ l-uffiċjali b’applikazzjoni tal-parità ekonomika (bil-koeffiċjent ta’ korrezzjoni u r-rata tal-kambju relatata).

- Allowances ta’ istallazzjoni mill-ġdid

- 55,206.19 Euro għall-istallazzjonijiet mill-ġdid fil-Belġju.

- 230,389.64 Euro għall-ħlasijiet fil-munita lokali fil-pajjiż ta’ istallazzjoni mill-ġdid ta’ l-uffiċjali bl-applikazzjoni tal-parità ekonomika.

TAQSIMA 2: REGOLI MARBUTA MAR-RIMBORSI TA’ L-ISPEJJEŻ

ARTIKOLU 17: RIMBORS TA’ L-ISPEJJEż MAGħMULA GħALL-ġARR TA’ L-GħAMARA U SPEJJEż MARBUTA MA’ L-ISTALLAZZJONI GħALL-UFFIċJALI LI FL-ISTESS POST TAX-XOGħOL M’GħANDHOMX POST BL-GħAMARA PPROVDUT LILHOM MILL-ISTITUZZJONI

Dan l-artikolu ma kienx applikat fl-2005.

ARTIKOLU 18: RESIDENZI TEMPORANJI

164 [5] deċiżjoni li jawtorizzaw ir-residenza temporanja ttieħdu fl-2005 (187 fl-1998, 163 fl-1999, 195 fl-2000, 184 fl-2001, 318 fl-2002, 270 fl-2003, 284 fl-2004).

ARTIKOLU 19: VETTURI TAS-SERVIZZ/ALLOKAZZJONI KILOMETRIKA

Dan l-artikolu ma kienx applikat fl-2005.

ARTIKOLU 20: SPEJJEż TA’ L-IVVJAġġAR MARBUTA MAL- LEAVE TA’ MISTRIEħ

L-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar marbuta mal- leave tal-mistrieħ kienu mħallsa għad-distanza inkluża bejn il-post tax-xogħol u l-post ta’ mistrieħ kif determinata mill-Kummissjoni. F’każ ta’ deroga għall-post tal-mistrieħ, ir-rimbors kien imħallas sal-limitu ta’ din l-ispiża. L-ispejjeż li saru fl-2005 kienu ta’ 700,000 Euro.

ARTIKOLU 21: RIMBORS TA’ L-ISPEJJEż TA’ TRASPORT TA’ AFFARIJIET PERSONALI, ġARR U ħAżNA TA’ L-GħAMARA

Kien hemm 324 każ ta’ ġarr fl-2004 (266 fl-1998, 237 fl-1999, 278 fl-2000, 324 fl-2001 u 358 fl-2002, 331 fl-2003, 415 fl-2004) skond ir-regoli dwar il-ġarr ta’ l-affarijiet personali aġġornati fl-1997 u applikabbli mill-1998.

ARTIKOLU 23: RIMBORS TAL-KERA META L-UFFIċJAL MA JKUNX JIBBENEFIKA MINN RESIDENZA MOGħTIJA LILU MILL-ISTITUZZJONI

Fl-2005[6], ġew trattati 134 każ ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 23 , li minnhom 48 kienu għal uffiċjali u 86 għal aġenti kuntrattwali (10 fl-1999, 8 fl-2000, 7 fl-2001 u 31 fl-2002, 40 fl-2003, 31 fl-2004).

TAQSIMA 3: IS-SIGURTÀ SOĊJALI

ARTIKOLU 24 §3: RIPATRIJAZZJONI URġENTI JEW ESTREMAMENT URġENTI MINħABBA RAġUNIJIET TA’ SAħħA

Fl-2005, kienu awtorizzat mis-Servizz Mediku 77 ripatrijazzjoni minħabba raġunijiet ta’ saħħa, li minnhom 58 kienu urġenti (it-total ta’ evakwazzjonijiet ta’ urġenza hu ta’ 75 għaliex ċertu persuni li kellhom bżonn ta’ attenzjoni partikolari kienu evakwati diversi drabi) u 2 estremament urġenti.

L-ispiża annwali SOS Air Ambulance laħqet is-16,905 Euro għas-sena 2005.

ARTIKOLU 25: KOPERTURA TA’ L-“INċIDENTI” TA’ DAWK LI JIBBENEFIKAW MID-DRITTIJIET MOGħTIJA LIL UFFIċJALI

Fl-2005, infetħu 5 fajls dwar “inċidenti” fil-qafas ta’ l-assigurazzjoni li tkopri lil dawk li jibbenefikaw mid-drittijiet mogħtija lill-uffiċjali.

ANNESS I

KALKOLU TAD-DRITTIJIET GĦAL- LEAVE TA’ MISTRIEĦ (Artikolu 8 ta’ l-Anness X) Data tad-dħul fis-seħħ: 1 ta’ Jannar 2005

MOGĦTIJA BĦALA ALLOWANCES GĦALL-KUNDIZZJONIJIET TAL-ĦAJJA |

Numru ta' ġranet u ta' perjodi | Post tax-xogħol | Post tal-mistrieħ |

9-ijiem ta' xogħol f’massimu ta’ 3 perjodi (Allowance għall-kundizzjonijiet ta' l-għajxien 12-il punt jew aktar) | L-Afganistan | Brussell (il-Belġju) |

Il-Bangladexx | Phuket (it-Tajlandja) |

Il-Liberja | Dakar (is-Senegal) |

Il-Papwa-Ginea Ġdida | Darwin (l-Awstralja) |

Ir-Rep. ta' l-Afrika Ċentrali | Libreville (il-Gabon) |

Is-Sierra Leone | Dakar (is-Senegal) |

Is-Sudan | Mombasa (il-Kenja) |

Iċ-Ċad | Dakar (is-Senegal) |

6-ijiem ta' xogħol f’massimu ta’ 2 perjodi (Allowance għall-kundizzjonijiet ta' l-għajxien = 11 punti) | L-Angola | Windhoek (in-Namibja) |

L-Armenja | Vjenna (l-Awstrija) |

Il-Burundi | Mombasa (il-Kenja) |

Il-Kongo | Libreville (il-Gabon) |

Il-Ġeorġja | Vjenna (l-Awstrija) |

Il-Ginea | Dakar (is-Senegal) |

Il-Mawritanja | Casablanca (il-Marokk) |

In-Niġer | Libreville (il-Gabon) |

Il-Pakistan | Delhi (l-Indja) |

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo | Libreville (il-Gabon) |

3-ijiem ta' xogħol f’massimu ta’ 2 perjodi (Allowance għall-kundizzjonijiet ta' l-għajxien = 10 punti) | Il-Kamerun | Mombasa (il-Kenja) |

Il-Kosta ta’ l-Avorju | Dakar (is-Senegal) |

Il-Ginea-Bissaw | Dakar (is-Senegal) |

Il-Gujana | Cayenne (Guyana Franċiża) |

Il-Ħaiti | S. Domingo (Rep. Dominikana) |

Il-Gżejjer Solomon | Brisbane (l-Awstralja) |

Il-Każakastan | Frankfurt (il-Ġermanja) |

Il-Kirgiżtan | Frankfurt (il-Ġermanja) |

Il-Laos | Phuket (it-Tajlandja) |

In-Niġerja | Libreville (il-Gabon) |

Ir-Rwanda | Mombasa (il-Kenja) |

It-Taġikistan | Frankfurt (il-Ġermanja) |

It-Togo | Libreville (il-Gabon) |

Il-Jemen | Dubai (l-Emirati Għarab Magħquda) |

MOGĦTIJA F’KAŻ TA’ KRIŻI 2004 |

Numru ta' ġranetu ta' perjodi | Post tax-xogħol | Post tal-mistrieħ |

9-ijiem ta' xogħol f’massimu ta’ 3 perjodi | Is-Serbja u Montenegro (Pristina) (Kundizzjonijiet ta' l-għajxien = 8 punti, Kriżi = 12-il xahar fl- 2004) | Vjenna (l-Awstrija) |

3-ijiem ta' xogħol f’massimu ta’ 2 perjodi | L-Għarabja Sawdija (Kundizzjonijiet ta' l-għajxien = 7 punti, Kriżi = 5,5 xhur fl- 2004) | Dubai (l-Emirati Għarab Magħquda) |

L-ANNESS II

LISTA TAL-POSTIJIET TAX-XOGĦOLU TAL-PERĊENTWALI TA' ALLOWANCE GĦALL-KUNDIZZJONIJIET TA' L-GĦAJXIEN (Artikolu 10 ta’ l-Anness X) Data tad-dħul fis-seħħ: 1 ta’ Jannar 2005

40% | 35% | 30% | 25% | 20% | 15% | 10% | L-ebda allokazzjoni |

L-Afganistan | L-Angola | L-Albanija | L-Għarabja Sawdita | l-ex-Rep. Jugożlava tal-Maċedonja | L-Afrika ta’ Isfel | L-Awstralja | Il-Kanada |

Il-Bangladexx | L-Armenja | L-Alġerija | Il-Benin | Il-Bożnia u Ħerżegovina | L-Arġentina | Il-Barbados | L-Istati Uniti (New York) |

Il-Liberja | Il-Burundi | Il-Burkina Faso | Il-Bolivja | Il-Bulgarija | Il-Botswana | Il-Brażil | L-Istati Uniti (Washington) |

Il-Papwa-Ginea Ġdida | Il-Kamerun | Il-Kamboġja | Il-Kap Verde | Il-Korea ta’ Isfel | Iċ-Ċilì | Il-Kroazja | In-Norveġja |

Ir-Rep. ta' l-Afrika Ċentrali | Il-Kongo | Il-Ġibuti | Iċ-Ċina (Beijing) | Kuba | Iċ-Ċina (Ħong Kong) | Il-Marokk | L-Iżvizzera |

Is-Sierra Leone | Il-Kosta ta’ l-Avorju | L-Etjopja | Ix-Xatt tal-Punent – il-Medda ta’ Gaza | Il-Gabon | Il-Kosta Rica | Il-Mawrizju |

Is-Sudan | Il-Ġeorġja | L-Indja | Il-Kolombja | L-Iżrael | El Salvador | In-Namibja |

Iċ-Ċad | Il-Ginea | L-Indoneżja | L-Eġittu | Il-Ġamajka | Il-Ħonduras | New Zealand |

Il-Ginea-Bissaw | Il-Mali | L-Ekwador | Il-Lesoto | Il-Ġappun (Tokjo) | Ir-Repubblika Dominikana |

Il-Gujana | Il-Możambik | L-Eritrea | Il-Malażja | Il-Ġordan | Trinidad u Tobago |

Il-Ħaiti | Il-Nepal | Il-Gambja | Il-Messiku | Il-Libanu | It-Tuniżija |

Il-Gżejjer Solomon | Is-Serbja u l-Montengro (Pristina) | Il-Gana | Is-Serbja u l-Montengro (Belgrad) | New Caledonia | L-Urugwaj |

Il-Każakastan | Is-Sri Lanka | Il-Gwatemala | Is-Sważiland | Il-Paragwaj |

Il-Kirgiżtan | It-Tanzanja | Il-Gżejjer Fiġi | Is-Sirja | Ir-Rumanija |

Il-Laos | Il-Vjetnam | Il-Ġappun (Naka) | It-Tajlandja | Is-Senegal |

Il-Mawritanja | Iż-Żambja | Il-Kenja | Il-Vanwatu | Singapor |

In-Niġer | Il-Madagaskar | Żimbabwe | It-Tajwan |

In-Niġerja | Il-Malawi | It-Turkija |

Il-Pakistan | In-Nikaragwa |

Ir-Rep. Dem. tal-Kongo | L-Uganda |

Ir-Rwanda | Il-Perù |

Taġikistan | Il-Filippini |

It-Togo | Ir-Russja |

Il-Jemen | Is-Surinam |

L-Ukrajna |

Il-Veneżwela |

ANNESS III

LISTA TAL-POSTIJIET TAX-XOGĦOL U TAL-PERĊENTWALI TA' ALLOWANCE GĦALL-KUNDIZZJONIJIET TA' L-GĦAJXIEN (Artikolu 10 ta’ l-Anness X) Data tad-dħul fis-seħħ: 1 ta’ Lulju 2005

40% | 35% | 30% | 25% | 20% | 15% | 10% | L-ebda allokazzjoni |

L-Afganistan | L-Angola | L-Alġerija | L-Għarabja Sawdija | L-Afrika ta’ Isfel * | L-Arġentina | Il-Barbados | L-Awstralja * |

Il-Bangladexx | L-Armenja | L-Albanija | Il-Benin | l-ex-Rep. Jugożlava tal-Maċedonja | Il-Botswana | Il-Brażil | Il-Kanada |

Il-Liberja | Il-Burundi | Il-Burkina Faso | Il-Bolivja | Il-Bożnja u l-Ħerżegovina | Il-Bulgarija * | Il-Marokk | Il-Kroazja * |

Il-Papwa-Ginea Ġdida | Il-Kamerun | Il-Kamboġja | Il-Kap Verde | Il-Korea ta’ Isfel | Iċ-Ċilì | Il-Mawrizju | L-Istati Uniti (New York) |

Ir-Rep. ta' l-Afrika Ċentrali | Il-Kongo | Il-Ġibuti | Iċ-Ċina (Beijing) | Kuba | Iċ-Ċina (Ħong Kong) | In-Namibja | L-Istati Uniti (Washington) |

Is-Sierra Leone | Il-Kosta ta’ l-Avorju | L-Etjopja | Ix-Xatt tal-Punent – il-Medda ta’ Gaza | Il-Gabon | Il-Kosta Rica | Ir-Repubblika Dominikana | In-Norveġja |

Is-Sudan | Il-Ġeorġja | L-Indja | Il-Kolombja | L-Iżrael | El Salvador | Trinidad u Tobago | New Zealand * |

Iċ-Ċad | Il-Ginea | L-Indoneżja | L-Eġittu | Il-Ġamajka | Il-Ħonduras | It-Tuniżija | L-Iżvizzera |

Il-Ginea-Bissaw | Il-Mali | L-Ekwador | Il-Lesoto | Il-Ġappun (Tokjo) | L-Urugwaj |

Il-Gujana | Il-Możambik | L-Eritrea | Il-Malażja | Il-Ġordan |

Il-Ħaiti | Il-Nepal | Il-Gambja | Il-Messiku | Il-Libanu |

Il-Gżejjer Solomon | Is-Serbja u l-Montengro (Pristina) | Il-Gana | Is-Serbja u l-Montengro (Belgrad) | New Caledonia |

Il-Każakstan (Almaty) | Is-Sri Lanka | Il-Gwatemala | Is-Sważiland | Il-Paragwaj |

Il-Kirgiżtan | It-Tanzanja | Il-Gżejjer Fiġi | Is-Sirja | Ir-Rumanija |

Il-Laos | Il-Vjetnam | Il-Ġappun (Naka) | It-Tajlandja | Is-Senegal |

Il-Mawritanja | Iż-Żambja | Il-Kenja | Il-Vanwatu | Singapor |

In-Niġer | Il-Madagaskar | Żimbabwe | It-Tajwan |

In-Niġerja | Il-Malawi | It-Turkija |

Il-Pakistan | In-Nikaragwa |

Ir-Rep. Dem. tal-Kongo | L-Uganda |

Ir-Rwanda | Il-Perù |

Taġikistan | Il-Filippini |

It-Togo | Ir-Russja |

Il-Jemen | Is-Surinam |

L-Ukrajna |

Il-Veneżwela |

* Xi uffiċjali li baqgħu fil-post fl-Istati Membri l-ġodda jgawdu mill - allowance għall-kundizzjonijiet ta' l-għajxien stipulata qabel is-sħubija għal perjodu ta’ tranżizzjoni massimu ta’ 15-il xahar li jibda mill-1 ta’ Mejju 2004.

[1] Il-postijiet ta' Uffiċjali/Aġenti temporanji f'delegazzjonijet jinqasmu hekk: a) l-allokazzjoni formali għas-Servizz Estern (984 post fil-31.12.2005); b) is-self għal azzjonijiet speċifiċi u ad hoc; c) il-postijiet ipprovduti mid-Direttorati Ġenerali li ma jaqgħux taħt RELEX. Dawn il-postijiet jibqgħu inklużi fit-tabella skond id-DĠ tagħhom iżda huma ffinanzjati fit-totalità tagħhom jew parzjalment mill-baġit tas-Servizz Estern.

[2] ĠU L 59 1.3.2006, p. 1.

[3] ĠU L 190 22.7.2005, p. 29.

[4] ĠU L 21 25.1.2006, p. 17.

[5] Fuq bażi ta’ 121 tweġiba li kienu rċevuti mid-delegazzjonijiet.

[6] Fuq bażi ta’ 121 tweġiba li kienu rċevuti mid-delegazzjonijiet.

Top