Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007AP0026

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda u testendi d-Deċiżjoni 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunita' (il-programm Hercule II) (COM(2006)0339 - C6-0216/2006 - 2006/0114(COD))

    ĠU C 287E, 29.11.2007, p. 104–104 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    52007AP0026

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda u testendi d-Deċiżjoni 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunita' (il-programm Hercule II) (COM(2006)0339 - C6-0216/2006 - 2006/0114(COD))

    Official Journal 287 E , 29/11/2007 P. 0104 - 0104


    P6_TA(2007)0026

    Programm ta' azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunita' (il-programm Hercule II) ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda u testendi d-Deċiżjoni 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 21 ta' April 2004, li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunita' (il-programm Hercule II) (COM(2006)0339 — C6-0216/2006 — 2006/0114(COD))

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    - wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006) 0339) [1],

    - wara li kkunsidra l-opinjoni Nru 6/2006 [2] tal-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea,

    - wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 280 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0216/2006),

    - wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    - wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0002/2007),

    1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

    2. Iqis li l-pakkett finanzjarju indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu ta' l-intestatura 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) il-ġdid u jirrimarka li l-ammont annwali se jiġi deċiż filproċedura baġitarja annwali skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 37 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda [3];

    3. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

    4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill- Kummissjoni.

    [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

    [2] ĠU C 302, 12.12.2006, p. 41.

    [3] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top