Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0390

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, id-direttivi partikulari tagħha kif ukoll id-Direttivi tal-Kunsill 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, għas-simplifikazzjoni u għar-razzjonalizzazzjoni tar-rapporti relatati ma’ l-implimentazzjoni prattika

/* KUMM/2006/0390 finali - COD 2006/0127 */

52006PC0390




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 14.07.2006

KUMM(2006) 390 finali

2006/0127 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, id-direttivi partikulari tagħha kif ukoll id-Direttivi tal-Kunsill 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, għas-simplifikazzjoni u għar-razzjonalizzazzjoni tar-rapporti relatati ma’ l-implimentazzjoni prattika

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Il-proposta preżenti timmira li tissimplifika u li tirrazzjonalizza d-dispożizzjonijiet tad-direttivi Komunitarji dwar il-ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, li jistipulaw l-obbligu għall-Istati Membri u l-Kummissjoni li jfasslu rapporti dwar l-implimentazzjoni prattika tagħhom. Attwalment, it-tfassil mill-Istati Membri ta’ rapport ta’ implimentazzjoni prattika, li jikkostitwixxi waħda mill-bażijiet għar-rapport dettaljat mill-Kummissjoni, huwa stipulat mid-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol l[1] kif ukoll mid-Direttivi partikulari skond l-Artikolu 16(1) tagħha, jiġifieri d-Direttivi: 89/654/KEE tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 1989, dwar il-ħtiġijiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa fuq il-post tax-xogħol[2], 89/655/KEE tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 1989, li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol [3], 89/656/KEE tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 1989, dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol [4], 90/269/KEE, tal-Kunsill, tad-29 ta’ Mejju 1990, dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija fejn hemm riskju partikolarment ta' korriment tad-dahar għall-ħaddiema [5], 90/270/KEE tal-Kunsill, tad-29 ta’ Mejju 1990, dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà għax-xogħol b'tagħmir li għandu display screen [6], 92/57/KEE tal-Kunsill, ta’ l-24 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħtiġijiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli [7], 92/58/KEE tal-Kunsill, ta’ l-24 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta' sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol [8], 92/85/KEE tal-Kunsill, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu [9], 92/91/KEE tal-Kunsill, tat-3 ta’ Novembru 1992, li tikkonċerna l-ħtiġijiet minimi għat-titjib tal-ħarsien tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir[10], 92/104/KEE tal-Kunsill, tat-3 ta’ Diċembru 1992, dwar il-ħtiġijiet minimi biex tittejjeb is-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa ta' ħaddiema ta' l-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali kemm fuq, kif ukoll taħt l-art [11], id-Direttiva 93/103/KE tal-Kunsill, tat-23 ta’ Novembru 1993, li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa għax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd[12], 98/24/KE tal-Kunsill tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma’ l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol[13], 99/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1999, dwar il-ħtiġijiet minimi għat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema potenzjalment fir-riskju mill-atmosferi splussivi [14], 02/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (il-vibrazzjonijiet)[15], 03/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 2003 dwar il-ħtiġijiet minimi ta’ saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss)[16], 04/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward ta’ l-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) [17], 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, relatata mal-ħtiġijiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa relatati ma’ l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji dovuti għall-aġenti fiżiċi (radjazzjonijiet ottiċi artifiċjali)[18]. Tliet Direttivi f’dan il-qasam ma jistipulawx it-tfassil ta’ rapporti ta’ implimentazzjoni prattika, jiġifieri: id-Direttiva 83/477/KEE tal-Kunsill, tad-19 ta’ Settembru 1983, dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi ma' l-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol [19], id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)[20], kif ukoll id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) [21]. Rapport ta’ implimentazzjoni huwa stipulat ukoll mid-Direttivi tal-Kunsill 91/383/KEE, tal-25 ta’ Ġunju 1991, li tissupplimenta l-miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol tal-ħaddiema li għandhom relazzjoni ta' impjieg b'dewmien fiss jew ta' impjieg temporanju[22], 92/29/KEE, tal-31 ta’ Marzu 1992, dwar ħtiġijiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti[23] u 94/33/KE, tat-22 ta’ Ġunju 1994, dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol[24]. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet eżistenti jipprevedu perjodiċitajiet differenti għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tar-rapporti nazzjonali ta’ implimentazzjoni prattika (erba’ jew ħames snin). Dawn id-differenzi se jkunu armonizzati bil-proposta preżenti li timmira fl-istess ħin li ttejjeb u tirrazzjonalizza l-qafas eżistenti, billi tagħmel provvediment għal rapport uniku dwar l-implimentazzjoni prattika, li jkun jinkludi parti ġenerali mal-prinċipji ġenerali u l-aspetti komuni applikabbli għad-Direttivi kollha, flimkien ma’ kapitoli speċifiċi li jittrattaw aspetti li huma partikulari għal kull Direttiva. Fil-qafas preżenti, minħabba d-diskrepanzi temporali imposti mid-Direttivi differenti, dawn l-eżerċizzji ta’ valutazzjoni jsiru b’mod kważi kontinwu, li jwasslu għal spejjeż amministrattivi sproporzjonati. |

120 | Kuntest ġenerali Numru importanti ta’ direttivi Komunitarji fil-qasam tal-ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol jipprevedu l-obbligu għall-Istati Membri li jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni, f’intervalli regolari, dwar l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet stipulati mid-Direttivi, fejn għandhom jindikaw l-opinjonijiet ta’ l-imsieħba soċjali. Dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu perjodiċità differenti għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tar-rapporti nazzjonali, jew kull ħames snin (id-Direttivi 89/391/KEE, 89/654/KEE, 89/655/KEE, 89/656/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE, 92/58/KEE, 92/85/KEE, 92/91/KEE, 92/104/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE, 99/92/KE, 02/44/KE, 03/10/KE u 04/40/KE) jew kull erba’ snin (id-Direttivi 90/269/KEE, 90/270/KEE, 92/57/KEE u 93/103/KEE). Barra minn hekk, huwa stipulat f’ċerti Direttivi li l-Kummissjoni tittrażmetti perjodikament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi kkonċernati filwaqt li jiġu kkunsidrati, fost ħwejjeġ oħra, ir-rapporti nazzjonali. L-esperjenza miksuba matul is-snin ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet turi mhux biss varjazzjonijiet importanti fil-perjodiċità ta’ trażmissjoni tar-rapporti nazzjonali lill-Kummissjoni iżda wkoll rabtiet amministrattivi fejn l-eżerċizzju jsir aktar kumpless u aktar burokratiku. It-tfassil ta’ rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni prattika tad-Direttivi fil-qasam tal-ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema tikkostitwixxi strument importanti biex jinħoloq bilanċ li jippermetti li tiġi valuatata l-effikaċja tal-miżuri adottati u l-impatt tagħhom fuq il-kwalità tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea. Fil-Komunikazzjoni “Addattament għat-tibdil fix-xogħol u fis-soċjetà: strateġija Komunitarja ġdida ta’ saħħa u ta’ sigurtà 2002-2006”[25], il-Kummissjoni tindika, fil-Kapitolu 3.3.1. tagħha “Addattament tal-qafas ġuridiku u istituzzjonali”, li “l-eżistenza ta’ qafas leġiżlattiv Komunitarju sħiħ, koerenti u solidu, huwa għodda indispensabbli fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà, fejn normi u prinċipji huma meħtieġa għall-prevenzjoni ta’ perikli u għall-ħarsien tal-ħaddiema”, u li hija “fi ħsiebha ssegwi f’dan il-qasam mixja ekwilibrata, fejn tistrieħ fuq l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tat-testi, skond diversi assi paralleli”, fost affarijiet oħra s-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-qafas ġuridiku li jeżisti notevolment “bil-preparazzjoni ta’ rapport uniku ta’ implimentazzjoni, minflok rapporti speċifiċi kif stipulati mid-Direttivi differenti. Il-Kunsill, fir-Riżoluzzjoni tiegħu[26] dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija l-ġdida ta’ saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol 2002-2006, jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tissottometti proposti leġiżlattivi biex tirrazzjonalizza r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi Komunitarji u jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżentalu, fil-qafas tad-dritt ta’ inizjattiva tagħha, il-proposti meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-istrateġija l-ġdida, b’mod partikulari, għall-effetti tar-razzjonalizzazzjoni tal-qafas ġuridiku eżistenti. Min-naħa tiegħu, il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu[27] dwar l-istess Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, jikkunsidra li “l-proposta għall-istandardizzazzjoni u s-simplifikazzjoni (minflok it-tneħħija ta’ regolamenti) tal-leġiżlazzjoni Komunitarja preżenti tmur sew mal-proġett vast maħsub biex jissimplifika u jtejjeb l-Acquis Komunitarju b’mod ġenerali hekk kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Simplifikazzjoni u titjib ta’ l-ambjent regolatorju”[28], kif ukoll fil-pjan ta’ azzjoni tiegħu[29], u “jitlob li s-saħħa u s-sigurtà, sakemm huwa qasam tal-liġi Komunitarja stabbilit u ċċentrat fuq iċ-ċittadini, jikkostitwixxi settur prijoritarju tal-programm ta’ simplifikazzjoni leġiżlattiva li jrid jiġi definit b’mod konġunt mill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament.” Il-Parlament jirrikonoxxi f’dan ir-rigward li l-enfażi qiegħda fuq ir-reviżjoni ta’ l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja attwali, u tal-proposta relatata ma’ rapport uniku ta’ implimentazzjoni li jkopri d-Direttivi msemmija kollha. Aktar reċentement, fir-rapport tiegħu dwar il-promozzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-Parlament Ewropew sostna l-proposta tal-Kummissjoni li jkun ippreżentat rapport uniku li jkopri l-implimentazzjoni prattika tad-Direttivi kollha fil-25 Stat Membru. Fil-kuntest ta’ l-inizjattiva għat-titjib tal-leġiżlazzjoni intitolata “Tfassil aħjar ta’ liġijiet” ta’ Ġunju 2002, il-Kummissjoni pproponiet, fi Frar 2003, strateġija maħsuba biex “taġġorna u tissimplifika l-Acquis Komunitarju”, bil-għan li tiggarantixxi organu ta’ liġi Komunitarja magħmula ċara, li tinftiehem, aġġornata u faċli biex tintuża fl-interess taċ-ċittadini, ta’ l-operaturi ekonomiċi, ta’ l-amministrazzjonijiet pubbliċi, eċċ. Biex tikseb dan il-għan, il-Kummissjoni tintervjeni fuq sitt livelli, jiġifieri s-simplifikazzjoni, il-konsolidazzjoni, il-kodifikazzjoni, ir-revoka, il-preskrizzjoni u l-organizzazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ l-Acquis. Fuq il-bażi ta’ l-indikaturi proposti fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ Frar 2003, il-Kummissjoni identifikat 19-il settur strateġiku li jista’ jkun suġġett għal simplifikazzjoni, fosthom is-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol. Il-kwistjoni ġiet ukoll identifikata fil-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill “Kompetittività”, waqt is-sessjoni tiegħu tal-25 u s-26 ta’ Novembru 2004, bħala waħda mill-prijoritajiet tiegħu għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Fuq analiżi, jidher li l-informazzjoni stipulata f’ċerti direttivi dwar is-saħħa u s-sigurtà jimponu piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri u bħala soluzzjoni possibbli ġie indikat it-tnaqqis għall-minimu ta’ l-informazzjoni mitluba, l-armonizzazzjoni tagħha u l-komunikazzjoni tagħha f’forma ta’ rapport sħiħ għall-miżuri kollha. |

130 | Dispożizzjonijiet li hemm fis-seħħ fil-qasam tal-proposta L-Artikolu 3 tal-proposta jinkludi lista tad-dispożizzjonijiet li hemm fis-seħħ li se jkunu rrevokati mill-proposta preżenti. Dawn huma d-dispożizzjonijiet finali tad-Direttivi indikati fiha li jinkludu referenzi għar-rapporti dwar l-implimentazzjoni prattika tad-Direttivi. Dawn id-dispożizzjonijiet kollha għalhekk se jkunu rrevokati mill-proposta preżenti. Madankollu, il-proposta preżenti, permezz ta’ l-inklużjoni ta’ l-Artikolu 17 bis fid-Direttiva 89/391/KEE u ta’ l-Artikolu relatat mar-rapport ta’ implimentazzjoni fid-Direttivi 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, iżżomm l-obbligu għall-Istati Membri biex ifasslu u biex jittrażmettu rapport dwar l-implimentazzjoni prattika tad-Direttivi “saħħa u sigurtà”, waqt li tkun armonizzata l-perjodiċità tat-trażmissjoni tagħhom għal ħames snin u waqt li jkun irrazzjonalizzat l-eżerċizzju bit-tfassil ta’ rapport uniku. Il-proposta preżenti testendi dan l-obbligu għad-Direttivi li ma jipprevedux rapport ta’ implimentazzjoni, jiġifieri, id-Direttivi 83/477/KEE, 2000/54/KE u 2004/37/KE. Barra minn hekk, il-proposta tipprevedi li l-istruttura ta’ dan ir-rapport tkun definita mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol. |

140 | Koerenza mal-politiki l-oħrajn u l-għanijiet ta’ l-Unjoni Din il-proposta hija koerenti ma’ l-għanijiet tal-politiki l-oħrajn ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mat-titjib tal-qafas regolatorju li jimmira biex iżid il-kompetittività ta’ l-intrapriżi. Fil-fatt, din il-proposta, permezz ta’ rapport uniku, se tippermetti valutazzjoni aħjar ta’ l-effetti ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam ta’ saħħa u ta’ sigurtà fuq ix-xogħol f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis ta’ inċidenti fuq ix-xogħol u ta’ mard relatat max-xogħol u, għaldaqstant, tevalwa aħjar il-benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw minn dan għall-intrapriżi u għas-soċjetà b’mod ġenerali. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U ANALIżI TA’ IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Metodi użati għal konsultazzjoni, is-setturi prinċipali mmirati u profil ġenerali ta’ min qiegħed iwieġeb Il-Kummissjoni, f’konformità ma’ l-Artikolu 138 tat-Trattat KE, ikkonsultat, f’żewġ fażijiet, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ l-imsieħba soċjali fuq il-livell Ewropew indikati fl-Anness 5 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija għat-tibdil f’Ewropa akbar – It-tisħiħ tal-kontribut tad-djalogu soċjali Ewropew”[30]. Konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 relatata mal-ħolqien ta’ kumitat konsultattiv dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol li ta opinjoni favorevoli. |

212 | Sinteżi tat-tweġibiet li waslu u l-mod kif dawn ġew ikkunsidrati L-imsieħba soċjali kollha enfażizzaw l-importanza li huma jagħtu għal inizjattiva li timmira biex tissimplifika u tirrazzjonalizza d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi Komunitarji li jimponu obbligi fil-qasam ta’ rapporti ta’ implimentazzjoni prattika. Ġew ikkunsidrati s-suġġerimenti tagħhom li jkun armonizzat il-perjodu ta’ trażmissjoni għal ħames snin kif ukoll għall-estensjoni ta’ l-impatt ta’ l-inizjattiva għad-Direttivi eżistenti kollha f’dan il-qasam. Ir-rappreżentanti ta’ l-imsieħba soċjali tal-25 Stat Membru tal-Kumitat Konsultattiv reġgħu kkonfermaw il-pożizzjoni espressa minn qabel mill-imsieħba soċjali fuq il-livell Ewropew waqt il-konsultazzjoni skond l-Artikolu 138 tat-Trattat. Ir-rappreżentanti tal-gvern fi ħdan dan l-istess Kumitat ukoll esprimew l-appoġġ tagħhom għal inizjattiva li timmira biex tnaqqas il-piżijiet amministrattivi minħabba multipliċità ta’ rapporti. |

Kisba u użu ta’ għarfien espert |

229 | Ma hemmx bżonn ta’ użu ta’ għarfien espert estern. |

230 | Analiżi ta’ impatt Għażla 1: Ma jsir xejn f’dan l-istadju. Din l-għażla tħalli qafas ġuridiku li jinkludi obbligi multipli (wieħed għal kull Direttiva) li jsir rapport lill-Kummissjoni f’perjodi differenti. Din is-sitwazzjoni tobbliga lill-amministrazzjonijiet nazzjonali u lill-imsieħba soċjali fuq il-livell nazzjonali biex jagħmlu eżerċizzji kontinwi ta’ valutazzjoni mingħajr ebda valur miżjud. Għażla 2: L-emenda tal-qafas ġuridiku bil-ħsieb li jingħaqdu l-obbligi differenti biex isir rapport wieħed biss tippermetti fl-istess ħin li tinkiseb valutazzjoni sħiħa f’intervalli regolari u li tissimplifika l-eżerċizzji ta’ valutazzjoni ta’ l-amministrazzjonijiet nazzjonali u ta’ l-imsieħba soċjali fuq il-livell nazzjonali, kif ukoll li jinkiseb tnaqqis sostanzjali ta’ l-ispejjeż. L-emenda proposta tolqot biss l-obbligi ta’ l-Istati membri biex jagħmlu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni prattika tad-Direttivi “saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol”. Ma timponix obbligi addizzjonali fuq l-intrapriżi. Din il-proposta, permezz ta’ rapport uniku, tippermetti valutazzjoni aħjar ta’ l-effetti tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam ta’ saħħa u ta’ sigurtà fuq ix-xogħol f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis ta’ inċidenti tax-xogħol u tal-mard relatat max-xogħol u, għaldaqstant, li ssir valutazzjoni aħjar tal-benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw minnha għall-intrapriżi u s-soċjetà b’mod ġenerali. Din il-proposta ma kenitx suġġetta għal analiżi ta’ impatt minħabba n-natura tagħha. Dikjarazzjoni finanzjarja kompluta hija annessa mal-proposta preżenti. |

ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Rendikont qasir tal-miżuri proposti Ġie miżjud l-Artikolu l-ġdid 17a intitolat “Rapporti ta’ implimentazzjoni” mad-Direttiva 89/391/KEE ; dan jipprevedi li kull ħames snin, l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni, , rapport uniku dwar l-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva 89/391/KEE u tad-Direttivi partikulari, fejn jindikaw l-opinjonijiet ta’ l-imsieħba soċjali. Hemm stipulati dispożizzjonijiet dwar il-kontenut u l-proċedura għall-formulazzjoni u t-trażmissjoni tar-rapporti, kif ukoll dwar il-valutazzjoni sħiħa ta’ l-implimentazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet, barra minn hekk, jippermettu li tkun inkluża f’dan l-eżerċizzju ta’ rapport ta’ implimentazzjoni kull Direttiva partikulari futura skond l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE. L-Artikolu 2 tal-proposta jipprevedi l-inklużjoni ta’ artikolu ġdid dwar ir-rapport ta’ implimentazzjoni fid-direttivi li m’humiex direttivi partikulari skond l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE, jiġifieri d-Direttivi 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE li jipprevedu li l-Istati Membri se jittrażmettu r-rapporti ta’ implimentazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni taħt il-forma ta’ kapitolu speċifiku tar-rapport uniku stipulat fl-Artikolu 17 a(1), tad-Direttiva 89/391/KEE u li se jservi wkoll ta’ bażi għall-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ l-istess Artikolu 17 a. L-Artikolu 3 tal-proposta jirrevoka d-dispożizzjonijiet tad-direttivi li hemm attwalment fis-seħħ li jittrattaw ir-rapporti ta’ implimentazzjoni. |

310 | Bażi ġuridika L-Artikolu 137(2), tat-Trattat KE. |

320 | Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta tikkonċerna qasam, il-ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, li ma jaqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti bl-azzjoni ta’ l-Istati Membri għar-raġunijiet mogħtija aktar ’il quddiem. |

323 | L-emenda u r-revoka tad-dispożizzjonijiet tad-direttivi ma jistgħux isiru fuq il-livell nazzjonali. |

L-għanijiet tal-proposta jistgħu jinkisbu aħjar minn azzjoni tal-Komunità għar-raġunijiet mogħtija aktar ’il quddiem. |

324 | Din il-proposta temenda att ta’ liġi Komunitarja li hemm fis-seħħ u tirrevoka ċerti dispożizzjonijiet ta’ diversi direttivi f’dan il-qasam. Dan ma jistax jitwettaq mill-Istati Membri nnifishom. Min-naħa l-oħra, dan ifisser l-armonizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-proċedura ta’ tfassil u ta’ trażmissjoni tar-rapporti nazzjonali dwar l-implimentazzjoni prattika tad-direttivi, kif ukoll tar-rapport magħmul mill-Kummissjoni. |

325 | Il-proposta se ttejjeb is-sistema ta’ valutazzjoni tad-direttivi tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. |

326 | Hija tippermetti tnaqqis sostanzjali fil-piżijiet amministrattivi li kienu riżultat ta’ l-obbligi multipli stipulati f’kull direttiva. |

327 | Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà huwa rrispettat sakemm il-proposta temenda l-miżuri Komunitarji li diġà jeżistu biex ittejjeb u tissimplifika l-applikazzjoni tagħhom. |

Il-proposta għalhekk hija konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. |

Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet mogħtija aktar ’il quddiem. |

331 | Il-proposta ma teċċedix dak li hemm bżonn biex jinkiseb l-għan ta’ simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni tal-qafas ġuridiku eżistenti għall-formulazzjoni ta’ rapport uniku ta’ implimentazzjoni prattika. |

332 | Huwa previst li l-piż amministrattiv li jistrieħ fuq il-Kummissjoni, fuq l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll fuq l-imsieħba soċjali se jitnaqqas sostanzjalment. |

Għażla ta’ strumenti |

341 | Strument(i) propost(i): direttiva. |

342 | Strumenti oħrajn ma kinux ikunu addattati għar-raġunijiet mogħtija aktar ’il quddiem. Billi din hija emenda ta’ direttiva u ta’ revoka tad-dispożizzjonijiet ta’ diversi direttivi, l-uniku mod addattat huwa l-adozzjoni ta’ direttiva. |

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

409 | Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Komunità. |

INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI |

510 | Simplifikazzjoni |

511 | Il-proposta tintroduċi simplifikazzjoni tal-qafas leġiżlattiv, simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi li japplikaw għall-awtoritajiet pubbliċi (nazzjonali jew Ewropej), simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi li japplikaw għall-entitajiet u l-persuni privati. |

512 | Bħalissa, il-parti l-kbira tad-direttivi eżistenti fil-qasam tal-ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol teħtieġ min-naħa ta’ l-Istati Membri t-tfassil u t-trażmissjoni lill-Kummissjoni, b’perjodiċitajiet differenti, rapporti nazzjonali ta’ implimentazzjoni prattika li jindikaw l-opinjonijiet ta’ l-imsieħba soċjali, u t-tfassil mill-Kummissjoni tar-rapport tagħha proprju dwar l-implimentazzjoni tad-direttivi. Din il-proposta tissimplifika u tirrazzjonalizza l-eżerċizzju billi tarmonizza l-perjodiċità tat-trażmissjoni tar-rapporti nazzjonali lill-Kummissjoni, u tipprevedi rapport wieħed biss ta’ implimentazzjoni prattika, li jkun jinkludi parti ġenerali u kapitoli speċifiċi dwar l-aspetti li huma partikulari għal kull direttiva. |

513 | Kull ħames snin l-awtoritajiet nazzjonali ikollhom ifasslu u jittrażmettu rapport wieħed biss ta’ implimentazzjoni tad-direttivi. Il-Kummissjoni wkoll se tara l-ħidmiet tagħha ssimplifikati b’mod sinifikanti peress li kull ħames snin, hija se tirċievi u tittratta rapport wieħed biss ta’ kull Stat Membru minflok rapporti multipli għal kull wieħed minnhom. |

514 | L-imsieħba soċjali wkoll se jkollhom il-ħidmiet tagħhom issimplifikati billi l-kontribuzzjonijiet tagħhom se jkunu limitati, kull ħames snin, għal rapport wieħed biss ta’ implimentazzjoni prattika. |

516 | Il-proposta titkompla fil-programm tal-Kummissjoni dwar l-aġġornament u s-simplifikazzjoni ta’ l-Acquis Komunitarju. |

520 | Tneħħija ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi li hemm fis-seħħ L-adozzjoni tal-proposta twassal għat-tneħħija ta’ ċerti dispożizzjonijiet leġiżlattivi. |

560 | Żona Ekonomika Ewropea Dan il-proġett jaqa’ taħt qasam kopert mill-Ftehim ŻEE u għalhekk jista’ jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta, għal kull kapitolu jew għal kull artikolu Din il-proposta preżenti tissimplifika l-obbligi imposti rispettivament lill-Istati Membri biex jagħmlu rapport dwar l-implimentazzjoni prattika tad-direttivi, u lill-Kummissjoni biex tagħmel rapport fuq bażi tar-rapporti nazzjonali, sakemm hija tarmonizza l-perjodiċità tat-tfassil tar-rapporti u tat-trażmissjoni tagħhom lill-Kummissjoni, u tipprevedi rapport wieħed biss ta’ implimentazzjoni prattika, li jkun jinkludi parti ġenerali u kapitoli li huma speċifiċi għal kull direttiva kkonċernata (l-Artikoli 1 u 2). L-Artikolu 1 tal-proposta għalhekk iżid l-Artikolu 17 a ġdid mad-Direttiva 89/391/KEE. Dan jipprevedi li l-Istati Membri jissottomettu rapport uniku lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ l-istess Direttiva, kif ukoll tad-Direttivi partikulari skond l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE (l-Artikolu 17 a(1), tad-Direttiva 89/391/KEE). Sabiex tiżgura l-koerenza u tiffaċilita l-isfruttament tar-rapporti nazzjonali, din il-proposta tipprevedi wkoll fl-Artikolu 1 tagħha (l-Artikolu 17 a(2), tad-Direttiva 89/391/KEE) li l-istruttura tar-rapport tkun definita mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol. Din l-istruttura, li jkollha kwestjonarju miżjud magħha li jagħti d-dettalji tal-kontenut tagħha, tkun indirizzata lill-Istati Membri sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu kopert mir-rapport. L-Istati Membri jridu jittrażmettu r-rapporti tagħhom lill-Kummissjoni fid-disa’ xhur ta’ wara l-perjodu ta’ ħames snin li huwa jkopri (ara l-Artikolu 1 tal-proposta – l-Artikolu 17 a(3), tad-Direttiva 89/391/KEE). Il-proposta tipprevedi wkoll fl-Artikolu 1 tagħha (l-Artikolu 17 a(4), tad-Direttiva 89/391/KEE) li, fuq il-bażi tar-rapporti nazzjonali, il-Kummissjoni tipproċedi għal valutazzjoni sħiħa ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttivi kkonċernati kif ukoll ta’ l-iżviluppi li seħħew u tinforma lill-istituzzjonijiet l-oħrajn bir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, b’kull inizjattiva li kienet meħtieġa. L-Artikolu 2 tal-proposta jipprevedi l-inklużjoni ta’ artikolu ġdid dwar ir-rapport ta’ implimentazzjoni fid-direttivi li m’humiex direttivi partikulari skond l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE, jiġifieri d-Direttivi 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE li jipprevedu li l-Istati Membri jittrażmettu r-rapporti tagħhom ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni taħt il-forma ta’ kapitolu speċifiku tar-rapport uniku stipulat fl-Artikolu 17 a(1) sa (3), tad-Direttiva 89/391/KEE u li jservi wkoll ta’ bażi għall-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ l-istess Artikolu 17 a. L-Artikolu 3 tal-proposta jirrevoka d-dispożizzjonijiet relatati mar-rapporti ta’ implimentazzjoni prattika msemmija fid-Direttivi msemmija. Il-proposta tipprevedi li l-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mar-regoli ġodda (l-Artikolu 4). Din il-konformità ma tfissirx neċessarjament l-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi fuq il-livell ta’ l-Istati Membri. |

F-11835 |

1. 2006/0127 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, id-direttivi partikulari tagħha kif ukoll id-Direttivi tal-Kunsill 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, għas-simplifikazzjoni u għar-razzjonalizzazzjoni tar-rapporti relatati ma’ l-implimentazzjoni prattika (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 137(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[31], ippreżentata wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [32], wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[33],

f’konformità mal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[34],

Billi:

2. It-tfassil mill-Istati Membri ta’ rapport ta’ implimentazzjoni prattika, li jikkostitwixxi waħda mill-bażijiet għar-rapport dettaljat mill-Kummissjoni, huwa stipulat mid-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol [35] kif ukoll mid-Direttivi partikulari skond l-Artikolu 16(1) tagħha, jiġifieri d-Direttivi: 89/654/KEE tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 1989, dwar il-ħtiġijiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa fuq il-post tax-xogħol[36], 89/655/KEE tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 1989, li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol [37], 89/656/KEE tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 1989, dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol [38], 90/269/KEE, tal-Kunsill, tad-29 ta’ Mejju 1990, dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija fejn hemm riskju partikolarment ta' korriment tad-dahar għall-ħaddiema [39], 90/270/KEE tal-Kunsill, tad-29 ta’ Mejju 1990, dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà għax-xogħol b'tagħmir li għandu display screen [40], 92/57/KEE tal-Kunsill, ta’ l-24 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħtiġijiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli [41], 92/58/KEE tal-Kunsill, ta’ l-24 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta' sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol [42], 92/85/KEE tal-Kunsill, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu [43], 92/91/KEE tal-Kunsill, tat-3 ta’ Novembru 1992, li tikkonċerna l-ħtiġijiet minimi għat-titjib tal-ħarsien tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir[44], 92/104/KEE tal-Kunsill, tat-3 ta’ Diċembru 1992, dwar il-ħtiġijiet minimi biex tittejjeb is-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa ta' ħaddiema ta' l-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali kemm fuq, kif ukoll taħt l-art [45], id-Direttiva 93/103/KE tal-Kunsill, tat-23 ta’ Novembru 1993, li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa għax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd[46], 98/24/KE tal-Kunsill tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma’ l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol[47], 99/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1999, dwar il-ħtiġijiet minimi għat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema potenzjalment fir-riskju mill-atmosferi splussivi [48], 2002/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (il-vibrazzjonijiet)[49], 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 2003 dwar il-ħtiġijiet minimi ta’ saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss)[50], 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward ta’ l-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) [51], 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, relatata mal-ħtiġijiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa relatati ma’ l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji dovuti għall-aġenti fiżiċi (radjazzjonijiet ottiċi artifiċjali)[52].

3. Rapport ta’ implimentazzjoni huwa stipulat ukoll mid-Direttivi tal-Kunsill 91/383/KEE, tal-25 ta’ Ġunju 1991, li tissupplimenta l-miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol tal-ħaddiema li għandhom relazzjoni ta' impjieg b'dewmien fiss jew ta' impjieg temporanju[53], 92/29/KEE, tal-31 ta’ Marzu 1992, dwar ħtiġijiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti[54] u 94/33/KE, tat-22 ta’ Ġunju 1994, dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol[55].

4. Id-dispożizzjonijiet relatati mat-tfassil ta’ rapporti fid-Direttivi partikulari skond l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE, kif ukoll fid-Direttivi 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE għandhom rekwiżiti differenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-perjodiċità u l-kontenut tagħhom.

5. L-obbligi imposti fl-istess ħin lill-Istati Membri biex jagħmlu rapport dwar l-implimentazzjoni prattika u lill-Kummissjoni li tagħmel l-istess fuq bażi tar-rapporti nazzjonali, jikkostitwixxu mument importanti fiċ-ċiklu leġiżlattiv li jippermetti li jinħoloq bilanċ u ssir valutazzjoni ta’ l-aspetti differenti ta’ l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi; ikun jaqbel għalhekk li dan l-obbligu jiġi estiż għad-Direttivi li ma jipprevedux it-tfassil ta’ rapporti, jiġifieri: id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)[56], id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-29 ta’ April 2004, dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) [57], kif ukoll id-Direttiva 83/477/KEE tal-Kunsill, tad-19 ta’ Settembru 1983, dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi ma' l-esponiment għall-asbestos fuq ix-xogħol [58].

6. Għalhekk jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KEE, tad-Direttivi partikulari skond l-Artikolu 16(1) tagħha, kif ukoll tad-Direttivi 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE jsiru aktar uniformi.

7. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Addattament għat-tibdil fuq ix-xogħol u fis-soċjetà: strateġija Komunitarja ġdida ta’ saħħa u ta’ sigurtà 2002-2006”[59] tispeċifika l-iżvilupp ta’ proposti leġiżlattivi li jissimplifikaw u jirrazzjonalizzaw ir-rapporti ta’ implimentazzjoni; dan il-qasam ġie identifikat ukoll bħala wieħed mill-prijoritajiet biex tkun issimplifikata l-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-kuntest ta’ ħidmiet li jridu jsiru fil-qafas ta’ l-inizjattiva dwar it-titjib tal-leġiżlazzjoni.

8. Jeħtieġ li jiġi ssimplifikat l-eżerċizzju billi tiġi armonizzata l-perjodiċità tar-rapporti nazzjonali ta’ implimentazzjoni prattika li jridu jiġu trażmessi lill-Kummissjoni u billi jkun previst rapport wieħed biss ta’ implimentazzjoni prattika li jkun jinkludi parti ġenerali, applikabbli għad-direttivi kollha, u kapitoli speċifiċi dwar l-aspetti li huma partikulari għal kull direttiva. Dawn id-dispożizzjonijiet u notevolment l-introduzzjoni ta’ l-Artikolu 17 a ġdid fid-Direttiva 89/391/KEE, barra minn hekk, jippermettu li jiġu inklużi f’dan l-eżerċizzju ta’ rapport ta’ implimentazzjoni d-Direttivi partikulari skond l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE li ma jipprevedux it-tfassil ta’ rapporti, jiġifieri d-Direttivi 2000/54/KE u 2004/37/KE, kif ukoll kull direttiva partikulari futura skond l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE.

9. Kien jidher addattat li l-perjodiċità ta’ dawn ir-rapporti u tat-trażmissjoni tagħhom lill-Kummissjoni mill-Istati Membri tinġieb għal ħames snin; l-istruttura ta’ dawn ir-rapporti għandha tkun koerenti biex tippermetti l-isfruttament tagħhom; dawn ir-rapporti se jitfasslu fuq bażi ta’ kwestjonarju mfassal mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

10. F’konformità ma’ l-Artikolu 138(2), tat-Trattat, il-Kummissjoni kkonsultat l-imsieħba soċjali fuq il-livell Komunitarju dwar l-orjentazzjoni possibbli għal azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam.

11. Wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni stmat li azzjoni Komunitarja kienet mixtieqa u mill-ġdid ikkonsultat l-imsieħba soċjali fuq il-livell Komunitarju dwar il-kontenut tal-proposta maħsuba, f’konformità ma’ l-Artikolu 138(3), tat-Trattat.

12. Skond it-termini ta’ din it-tieni fażi ta’ konsultazzjoni, l-imsieħba soċjali m’infurmawx lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jibdew il-proċess li jista’ jwassal għall-konklużjoni ta’ ftehim, hekk kif stipulat fl-Artikolu 138(4), tat-Trattat.

13. Il-miżuri meħtieġa li jridu jittieħdu mill-Istati Membri ma jimplikawx l-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi billi l-iżvilupp ta’ rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ Direttivi Komunitarji ma jeħtiġx l-adozzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet fuq il-livell ta’ l-Istati Membri.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1 – Emenda tad-Direttiva 89/391/KEE

Fid-Direttiva 89/391/KEE l-Artikolu 17 a li ġej huwa inserit:

“L-Artikolu 17 a – Rapporti ta’ implimentazzjoni

1. Kull ħames snin, l-Istati Membri jissottomettu rapport uniku lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva, kif ukoll tad-Direttivi partikulari skond l-Artikolu 16(1), fejn jindikaw l-opinjoni ta’ l-imsieħba soċjali.

2. L-istruttura tar-rapport hija definita mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

Hija tinkludi parti ġenerali li tkopri d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, kif ukoll kapitoli speċifiċi, li jkopru l-aspetti relatati ma’ l-implimentazzjoni tad-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1.

3. L-istruttura tar-rapport, b’kwestjonarju miżjud li jagħti d-dettalji tal-kontenut tagħha, hija indirizzata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu kopert mir-rapport. Ir-rapport huwa trażmess lill-Kummissjoni fid-disa’ xhur wara l-perjodu ta’ ħames snin li huwa jkopri.

4. Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni tipproċedi għal valutazzjoni sħiħa ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttivi kkonċernati kif ukoll ta’ l-iżviluppi, notevolment tar-riċerki u l-għarfien xjentifiku ġdid li seħħew fl-oqsma differenti. Il-Kummissjoni perjodikament tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol b’din il-valutazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, b’kull inizjattiva li timmira għat-titjib tal-funzjonament tal-qafas regolatorju.

5. L-ewwel rapport ikopri l-perjodu mill-2007 sa l-2012 inklużi.”

L-Artikolu 2 – Emendi tad-Direttivi 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE

1. Fid-Direttiva 83/477/KEE l-Artikolu 17 a li ġej huwa inserit:

“L-Artikolu 17 a – Rapport ta’ implimentazzjoni:

Kull ħames snin, l-Istati Membri jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva taħt il-forma ta’ kapitolu speċifiku tar-rapport uniku stipulat fl-Artikolu 17 a(1), (2) u (3), tad-Direttiva 89/391/KEE li jservi ta’ bażi għall-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ l-istess Artikolu 17 a.”

2. Fid-Direttiva 91/383/KE l-Artikolu 10 a li ġej huwa inserit:

“L-Artikolu 10 a – Rapport ta’ implimentazzjoni

Kull ħames snin, l-Istati Membri jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva taħt il-forma ta’ kapitolu speċifiku tar-rapport uniku stipulat fl-Artikolu 17 a(1), (2) u (3), tad-Direttiva 89/391/KEE li jservi ta’ bażi għall-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ l-istess Artikolu 17 a.”

3. Fid-Direttiva 92/29/KEE l-Artikolu 9 a li ġej huwa inserit:

“L-Artikolu 9 a – Rapport ta’ implimentazzjoni:

Kull ħames snin, l-Istati Membri jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva preżenti taħt il-forma ta’ kapitolu speċifiku tar-rapport uniku stipulat fl-Artikolu 17 a(1), (2) u (3), tad-Direttiva 89/391/KEE li jservi ta’ bażi għall-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ l-istess Artikolu 17 a.”

4. Fid-Direttiva 94/33/KE l-Artikolu 17 a li ġej huwa inserit:

“L-Artikolu 17 a – Rapport ta’ implimentazzjoni:

Kull ħames snin, l-Istati Membri jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva taħt il-forma ta’ kapitolu speċifiku tar-rapport uniku stipulat fl-Artikolu 17 a(1), (2) u (3), tad-Direttiva 89/391/KEE li jservi ta’ bażi għall-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ l-istess Artikolu 17 a.”

L-Artikolu 3 - Revoka

B’effett mill- [data, li trid tiġi speċifikata, indikata fl-Artikolu 4] id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma rrevokati:

1) l-Artikolu 18, il-paragrafi 3 u 4, tad-Direttiva 89/391/KEE;

2) l-Artikolu 10, il-paragrafi 3 u 4, tad-Direttiva 89/654/KEE;

3) l-Artikolu 10, il-paragrafi 3 u 4, tad-Direttiva 89/655/KEE;

4) l-Artikolu 10, il-paragrafi 3 u 4, tad-Direttiva 89/656/KEE;

5) l-Artikolu 9, il-paragrafi 3 u 4, tad-Direttiva 90/269/KEE;

6) l-Artikolu 11, il-paragrafi 3 u 4 tad-Direttiva 90/270/KEE;

7) l-Artikolu 10, il-paragrafi 3 u 4, tad-Direttiva 91/383/KEE;

8) l-Artikolu 9, il-paragrafi 3 u 4, tad-Direttiva 92/29/KEE;

9) l-Artikolu 14, il-paragrafi 4 u 5, tad-Direttiva 92/57/KEE;

10) l-Artikolu 11, il-paragrafi 4 u 5, tad-Direttiva 92/58/KEE;

11) l-Artikolu 14, il-paragrafi 4, 5 u 6, tad-Direttiva 92/85/KEE;

12) l-Artikolu 12, il-paragrafu 4, tad-Direttiva 92/91/KEE;

13) l-Artikolu 13, il-paragrafu 4, tad-Direttiva 92/104/KEE;

14) l-Artikolu 13, il-paragrafi 3 u 4, tad-Direttiva 93/103/KE;

15) l-Artikolu 17, il-paragrafi 4 u 5, tad-Direttiva 94/33/KE;

16) l-Artikolu 15 tad-Direttiva 98/24/KE;

17) l-Artikolu 13, il-paragrafu 3, tad-Direttiva 1999/92/KE;

18) l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/44/KE;

19) l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/10/KE;

20) l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2004/40/KE;

21) l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/25/KE.

L-Artikolu 4 – Implimentazzjoni

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn jinkludu referenza għad-Direttiva preżenti jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza sal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-modalitajiet ta’ din ir-referenza huma adottati mill-Istati Membri

L-Artikolu 5 – Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva preżenti tidħol fis-seħħ il- ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

L-Artikolu 6 Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, il-

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

ISEM IL-PROPOSTA

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, id-direttivi partikulari tagħha kif ukoll id-Direttivi tal-Kunsill 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, għas-simplifikazzjoni u għar-razzjonalizzazzjoni tar-rapporti relatati ma’ l-implimentazzjoni prattika

QAFAS ABM/EBA (IMMANIġġJAR/PREżENTAZZJONI TAL-BAġIT SKOND L-ATTIVITAJIET)

Qasam (oqsma) tal-politika(i) kkonċernata(i) u attività assoċjata/attivitajiet assoċjati:

Impjiegi u affarijiet soċjali – Organizzazzjoni u kondizzjonijiet ta’ xogħol – Modernizzazzjoni tad-dritt tax-xogħol u tar-relazzjonijiet industrijali fosthom is-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa tal-ħaddiema.

LINJI TAL-BAĠIT

Il-linji baġitarji (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (eks-linji BA)) li jinkludu l-intestaturi tagħhom:

Mhux applikabbli

It-tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Mhux applikabbli - ebda impatt finanzjarju

Il-karatteristiċi baġitarji (żid il-linji jekk ikun meħtieġ) : Mhux applikabbli

Il-linja tal-baġit | It-tip ta’ l-infiq | Ġdid | Il-kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-prospettiva finanzjarja |

Komp/Mhux-komp | AD[60]/AMD[61] | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | Nru […] |

Komp/Mhux-komp | DiffMhux Diff | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | Nru […] |

SOMMARJU TAR-RIŻORSI

Ir-riżorsi finanzjarji

Is-sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u l-approprjazzjonijiet għall-pagamenti (AP)

miljuni ta’ euro (sat-3 skala deċimali)

It-tip ta’ nefqa | Sezzjoni nru. | Sena n | n +1 | n + 2 | n +3 | n +4 | n + 5 u wara | Total |

Infiq operattiv[62] |

L-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a | 0 |

L-approprjazzjonijiet għall-pagamenti (AP) | b | 0 |

L-infiq amministrattiv inkluż fl-ammont ta’ referenza[63] |

L-assistenza teknika u amministrattiva – ATA (NDA) | 8.2.4 | c | 0 |

L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

L-approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c |

Approprjazzjonijiet għall-pagamenti | b+c |

L-infiq amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[64] |

Ir-riżorsi umani u l-infiq assoċjat (NDA) | 8.2.5 | d | 0 | 0 |

L-ispejjeż amministrattivi barra l-ispejjeż tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e |

It-total indikattiv tan-nefqa ta’ l-azzjoni

AI totali inkluża n-nefqa fir-riżorsi umani | a+c+d+e |

AP totali inkluża n-nefqa fir-riżorsi umani | b+c+d+e |

Id-dettalji dwar il-kofinanzjament

Jekk il-proposta tipprevedi kofinanzjament minn Stati Membri jew entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), jeħtieġ li tingħata stima tal-livell ta’ kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (linji oħra jistgħu jkunu miżjuda jekk ikun previst li diversi entitajiet se jieħdu sehem fil-kofinanzjament):

miljuni ta’ euro (sat-3 skala deċimali)

L-entità ta’ kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n+5 u wara | Total |

…………………… | f |

TOTAL AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

Il-kompatibbiltà mal-Programmazzjoni Finanzjarja

X Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti.

( Din il-proposta teħtieġ programmazzjoni mill-ġdid tar-rubrika kkonċernata tal-perspettivi finanzjarji.

( Din il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[65] (relatati ma’ l-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji).

L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta ma għandha ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

( Impatt finanzjarju – L-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Nota: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-metodu tal-kalkolu ta’ l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat.

miljuni ta’ euro (sa l-1 skala deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali tar- riżorsi umani | 1A għal 60 ġurnata 1C għal 60 ġurnata | 1A għal 120 ġurnata 1C għal 120 ġurnata | 1A għal 120 ġurnata 1C għal 120 ġurnata |

KARATTERISTIĊI U OBBJETTIVI

Id-dettalji relatati mal-kuntest tal-proposta huma meħtieġa fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Din is-sezzjoni tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-elementi ta’ informazzjoni komplementari segwenti:

It-twettiq neċessarju tul medda qasira jew twila ta’ żmien

It-twettiq neċessarju ta’ simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni fil-qafas legali eżistenti.

Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju, koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u sinerġija eventwali.

L-azzjoni għandha ssir fil-livell Komunitarju għax hi temenda direttiva eżistenti u tabroga d-dispożizzjonijiet ta’ diversi direttivi.

L-obbjettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-qafas ta’ l-immaniġġjar permezz ta’ l-attivitajiet (ABM)

Is-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-qafas legali eżistenti

Il-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni (indikattivi)

Hawn taħt uri l-modalità/ajiet magħżula[67] ta’ implimentazzjoni.

X Immaniġġjar Ċentralizzat

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil:

( aġenziji eżekuttivi,

( entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet, bħal dawk indikati fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju,

( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b’ missjoni ta’ servizz pubbliku.

( Immaniġġjar konġunt jew deċentralizzat

( ma’ Stati Membri

( ma’ pajjiżi terzi

( Immaniġġjar konġunt ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema)

Rimarki:

KONTROLL U VALUTAZZJONI

Is-Sistema ta’ kontroll

Il-monitoraġġ tal-preżentazzjoni tar-rapporti nazzjonali lill-Kummissjoni.

Il-valutazzjoni

Il-valutazzjoni ex-ante

Mhux prevista

Il-miżuri meħuda wara valutazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

L-esperjenza ta’ l-imgħoddi wriet il-ħtieġa li jkun issimplifikat u rrazzjonalizzat il-qafas legali eżistenti.

Il-kondizzjonijiet u l-frekwenza tal-valutazzjonijiet ġejjiena

Il-valutazzjoni ġejjiena ser issir fl-aħħar ta’ l-ewwel perjodu għall-preżentazzjoni tar-rapporti ta’ applikazzjoni fl-2012.

MIżURI KONTRA L-FRODI

Mhux applikabbli

DETTALJI TAR-RIŻORSI

L-OBBJETTIVI TAL-PROPOSTA F’TERMINI TA’ SPEJJEż

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sat-3 skala deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

L-uffiċjali jew l-aġenti temporanji[69] (XX 01 01) | A*/AD | 1A għal 60 ġurnata | 1A għal 120 ġurnata | 1A għal 360 ġurnata |

B*, C*/AST | 1C għal 60 ġurnata | 1C għal 120 ġurnata | 1C għal 360 ġurnata |

Staff iffinanzjat[70] mill-Artikolu XX 01 02 |

Staff ieħor iffinanzjat[71] mill-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL |

Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

Sena n: preparazzjoni, konsultazzjoni u adozzjoni ta’ l-istruttura tar-rapporti nazzjonali.

Sena n+4 u/jew sena n+5: kontroll tal-preżentazzjoni tal-25 rapport nazzjonali, analiżi u preparazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni.

L-oriġini tar-riżorsi umani (statutorji)

Ix-xogħol se jitwettaq bir-riżorsi eżistenti

(Meta huma indikati diversi oriġinijiet, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ postijiet marbuta ma’ kull waħda minnhom).

( Karigi attwalment allokati għall-immaniġġjar tal-programm li għandu jiġi ssostitwit jew jittawwal

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/APB li jmiss

( Karigi li għandhom jiġu allokati mill-ġdid permezz tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ikkonċernat (riallokazzjoni interna)

( Karigi neċessarji għas-sena n iżda li ma kinux previsti fl-eżerċizzju APS/APB tas-sena finanzjarja kkonċernata

L-spejjeż amministrattiv oħra inklużi fis-somma ta’ referenza (XX 01 04/05 – Spejjeż ta’ mmaniġġjar amministrattiv)

miljuni ta’ euro (sat-3 skala deċimali)

Il-linja tal-baġit (in-nru u l-intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

1. Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż marbuta ma’ l-istaff ikkonċernat) |

Aġenziji eżekuttivi[72] | 0 |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra | 0 |

- intra muros |

- extra muros |

It-total ta’ l-assistenza teknika u amministrattiva | 0 |

L-ispiża tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fis-somma ta’ referenza

miljuni ta’ euro (sat-3 skala deċimali)

It-tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

L-uffiċjali u l-istaff temporanju (XX 01 01) | 0 |

Staff iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, staff temporanju, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | 0 |

L-ispiża totali tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fis-somma ta’ referenza) | 0 |

Kalkolu - Uffiċjali u Aġenti Temporanji

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli

Kalkolu: - Staff iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli

Infiq amministrattiv ieħor li mhux inkluż fis-somma ta’ referenza

miljuni ta’ EUR (sat-3 skala deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[73] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ Informazzjoni |

2. 2 Total ta’ nfiq ieħor ta’ mmaniġġjar (XX 01 02 11) |

3. Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika filwaqt li tindika l-linja tal-baġit) 04.0301.00.00 | 0.03 | 0.03 | 0.06 |

It-Total ta’ l-infiq amministrattiv għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fis-somma ta’ referenza) | 0.06 |

Kalkolu - Spejjeż amministrattivi oħra li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

[1] ĠU L 183 tad-29.6.1989, p.1.

[2] ĠU L 393 tat-30.12.1989, p. 1.

[3] ĠU L 393 tat-30.12.1989, p. 13.

[4] ĠU L 393 tat-30.12.1989, p. 18.

[5] ĠU L 156 tal-21.6.1990, p. 9.

[6] ĠU L 156 tal-21.6.1990, p. 14.

[7] ĠU L 245 tas-26.8.1992, p. 6.

[8] ĠU L 245 tas-26.8.1992, p. 23.

[9] ĠU L 348 tat-28.11.1992, p. 1.

[10] ĠU L 348 tat-28.11.1992, p. 9.

[11] ĠU L 404 tal-31.12.1992, p. 10.

[12] ĠU L 307 tat-13.12.1993, p. 1.

[13] ĠU L 131 tal-05.5.1998, p. 11.

[14] ĠU L 23 tat-28.1.2000, p. 57.

[15] ĠU L 177 tas-06.7.2002, p. 13.

[16] ĠU L 42 tal-15.2.2003, p. 38.

[17] ĠU L 159 tat-30.4.2004, p. 1.

[18] ĠU L 114 tas-27.4.2006, p. 38.

[19] ĠU L 263 ta’ l-24.9.1983, p. 25.

[20] ĠU L 262 tas-17.10.2000, p. 21.

[21] ĠU L 229 tad-29.6.2004, p. 23.

[22] ĠU L 206 tad-29.7.1991, p. 19.

[23] ĠU L 113 tat-30.4.1992, p. 19.

[24] ĠU L 216 ta’ l-20.8.1994, p. 12.

[25] COM(2002)118 finali tal-11.3.2002.

[26] ĠU C 161 tal-5.7.2002.

[27] PE 323.680.

[28] COM(2001) 726 tal-5.12.2001.

[29] COM(2002) 278 tas-6.6.2002.

[30] COM (2004) 557 finali tat-12.8.2004.

[31] ĠU C tal-, p. .

[32] ĠU C tal-, p. .

[33] ĠU C tal-, p. .

[34] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-… (ĠU C, pożizzjoni komuni tal-Kunsill ta’ l-… (…) u pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-…

[35] ĠU L 183 tad-29.6.1989, p.1.

[36] ĠU L 393 tat-30.12.1989, p. 1.

[37] ĠU L 393 tat-30.12.1989, p. 13.

[38] ĠU L 393 tat-30.12.1989, p. 18.

[39] ĠU L 156 tal-21.6.1990, p. 9.

[40] ĠU L 156 tal-21.6.1990, p. 14.

[41] ĠU L 245 tas-26.8.1992, p. 6.

[42] ĠU L 245 tas-26.8.1992, p. 23.

[43] ĠU L 348 tat-28.11.1992, p. 1.

[44] ĠU L 348 tat-28.11.1992, p. 9.

[45] ĠU L 404 tal-31.12.1992, p. 10.

[46] ĠU L 307 tat-13.12.1993, p. 1.

[47] ĠU L 131 tal-05.5.1998, p. 11.

[48] ĠU L 23 tat-28.1.2000, p. 57.

[49] ĠU L 177 tas-06.7.2002, p. 13.

[50] ĠU L 42 tal-15.2.2003, p. 38.

[51] ĠU L 159 tat-30.4.2004, p. 1.

[52] ĠU L 114 tas-27.4.2006, p. 38.

[53] ĠU L 206 tad-29.7.1991, p. 19.

[54] ĠU L 113 tat-30.4.1992, p. 19.

[55] ĠU L 216 ta’ l-20.8.1994, p. 12.

[56] ĠU L 262 tas-17.10.2000, p. 21.

[57] ĠU L 229 tad-29.6.2004, p. 23.

[58] ĠU L 263 ta’ l-24.9.1983, p. 25.

[59] COM(2002) 118 finali.

[60] Approprjazzjonijiet differenzjati

[61] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[62] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[63] Infiq skond l-Artiklu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[64] Infiq skond il-Kapitolu xx 01, minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew 01 05.

[65] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim interistituzzjonali.

[66] Kolonni addizzjonali għandhom jiżdiedu jekk meħtieġa, jekk l-azzjoni ddum aktar minn 6 snin.

[67] Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok ipprovdi aktar dettalji fis-sezzjoni tal-“Kummenti Rilevanti” f’dan il-punt.

[68] Kif deskritt f'Sezzjoni 5.3.

[69] L-ispiża tagħhom MHIX koperta mis-somma ta’ referenza.

[70] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mis-somma ta’ referenza.

[71] L-ispiża tiegħu inkluża fis-somma ta’ referenza.

[72] Għandha ssir riferenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) kkonċernata(i).

[73] Speċifika t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li għalih jappartjeni.

Top