Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006DC0491

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Rapport Annwali Tempus 2005

/* KUMM/2006/0491 finali */

52006DC0491

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Rapport Annwali Tempus 2005 /* KUMM/2006/0491 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 25.8.2006

KUMM(2006) 491 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rapport Annwali Tempus 2005

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rapport Annwali Tempus 2005

1. KELMTEJN TA’ QABEL

Il-Programm Tempus III (2000-2006) jiffoka fuq l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni ta’ l-edukazzjoni ogħla fis-27 pajjiż imsieħba permezz ta’ kooperazzjoni ma’ l-istituzzjonijiet mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea. L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla huma ta’ importanza partikolari għall-proċess ta’ tranżizzjoni soċjali u ekonomiku kif ukoll għad-djalogu inter-kulturali; huma wkoll mezz ta’ ġabra ta’ għarfien espert u ta’ riżorsi umani u jipprovdu t-taħriġ għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda ta’ mexxejja.

Deskrizzjoni dettaljata tal-programm Tempus tista’ tinstab fuq il-URL li ġej:

http://europa.eu.int/comm/education/programmes/tempus/index_en.html

Ir-rapport annwali attwali huwa ppreżentat skond l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm Tempus (ĠU L 120 tat-8 ta’ Mejju 1999).

2. L-IMPLIMENTAZZJONI TAT-TEMPUS FL-2005: IL-LINJI TA’ AZZJONI EWLENIN

L-implimentazzjoni tal-programm fl-2005 kienet iggwidata mill-prijoritajiet li ġejjin:

1. It-tisħiħ ta’ l-involviment ta’ l-awtoritajiet nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-programm;

2. It-tisħiħ tar-rwol ta’ l-Uffiċċji Nazzjonali Tempus;

3. Il-konsolidament tat-treġija tal-programm;

4. It-titjib fit-tixrid tar-riżultati tal-programm;

5. It-tkomplija tat-tħejjija tal-programm Tempus fil-ġejjieni.

Dawn il-prijoritajiet huma konformi mal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-evalwazzjoni intermedja ta’ Tempus III li ġiet ippubblikata f’Novembru 2003. L-evalwazzjoni kkonfermat ir-rilevanza tal-programm biex jappoġġa r-riforma u l-iżvilupp ta’ l-edukazzjoni ogħla kif ukoll il-validità tal-loġika ta’ l-intervent u l-istrateġiji tal-ġestjoni.

3. IT-TISħIħ TA’ L-INVOLVIMENT TA’ L-AWTORITAJIET NAZZJONALI

Wara l-esperjenza b'suċċess ta’ Lulju 2004, f’April ta’ l-2005, rappreżentanti minn pajjiżi msieħba attendew għal-laqgħa konġunta ma' rappreżentanti mill-Istati Membri. L-għan tal-laqgħa kien li wieħed jifhem aktar fil-fond il-qagħda ta' l-edukazzjoni ogħla fil-pajjżi msieħba u li jiġu identifikati oqsma fejn il-kooperazzjoni permezz ta' Tempus tista' tipprovdi l-aqwa appoġġ biex titjieb il-kooperazzjoni. Il-laqgħa pprovdiet forum eċċellenti għall-iskambju u t-taħdidiet dwar żviluppi fl-edukazzjoni ogħla kemm fil-pajjiżi msieħba kif ukoll fl-UE.

Filwaqt li l-qagħda politika, ekonomika u ġenerali tal-pajjiżi msieħba tidher li hi estremament eteroġenea, mid-djalogu ħareġ livell ta’ konverġenza impressjonanti fit-tħassib ewlieni tal-pajjiżi, l-aktar il-garanzija tal-kwalità, l-akkreditazzjoni, l-aċċess għall-edukazzjoni ogħla u l-allinjament ta’ l-edukazzjoni mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Rappreżentanti minn pajjiżi msieħba enfażizzaw li Tempus kellu rwol importanti fit-tħeġġiġ u l-appoġġ ta’ l-isforzi ta’ riforma nazzjonali. Il-proġetti Tempus jipprovdu bażi ta’ prova għall-gvernijiet u l-universitajiet peress li jinvolvu ħidmiet ta’ kooperazzjoni konkreta f’oqsma ewlenin bħar-riforma tal-kurrikulu u l-immaniġġjar ta' l-università. Id-djalogu kkonferma li maġġoranza ta’ pajjiżi msieħba fi ħdan u barra mill-Ewropa b'mod ċar iqisu l-proċess ta' Bologna bħala punt ta' referenza fir-riformi tagħhom.

Id-djalogu ma’ l-awtoritajiet nazzjonali tkompla fi ħdan il-qafas ta’ sensiela ta’ mawriet fil-pajjiżi msieħba magħmula mill-persunal tal-Kummissjoni.

Bil-ħsieb li jissaħħaħ l-involviment ta’ l-awtoritajiet nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-programm u b’mod partikolari sabiex ikun żgurat li jitqiesu l-prijoritajiet nazzjonali fil-proċess ta’ għażla, is-servizzi tal-Kummissjoni żviluppaw strateġija ġdida ta’ konsultazzjoni mal-ministri ta’ l-edukazzjoni fil-pajjiżi msieħba. Permezz ta’ dan,, l-opinjoni mogħtija mill-ministri ta’ l-edukazzjoni nazzjonali issa tgħodd għall-punteġġ finali tal-proġetti u tinfluwenza b’mod aktar sinifikanti l-għażla aħħarija.

4. IT-TISħIħ TAR-RWOL TA’ L-UFFIċċJI NAZZJONALI TEMPUS

L-Uffiċċji Nazzjonali Tempus (National Tempus Offices NTOs) fil-pajjiżi msieħba għandhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-programm billi jipprovdu tagħrif lill-utenti attwali u prospettivi tal-programm, kif ukoll billi jipprovdu kummenti lis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti kurrenti.

Fl-2005, is-servizzi tal-Kummissjoni saħħew aktar il-kooperazzjoni tagħhom man-netwerk ta’ l-NTO. Waħda mill-ħidmiet ewlenin matul l-ewwel semestru kienet it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma ta’ l-NTO skond il-linjigwida mħejjija fl-aħħar kwart ta’ l-2004. Dawn il-linjigwida maħsuba biex iġibu l-koerenza orizzontali fil-programmi ta’ ħidma ta’ l-NTO u l-appoġġ finanzjarju marbut magħhom.

F’dan il-kuntest, wieħed mill-objettivi kien li l-NTOs ikunu involuti aktar mill-qrib f’attivitajiet ta’ sorveljanza ta’ oqsma. F’Marzu u f’Ottubru 2005, saru lagħqat fi Brussell għall-Uffiċċji Nazzjonali Tempus fejn ġiet ippreżentata u żviluppata strateġija għall-iżvilupp ta’ dan ir-rwol ta’ sorveljanza. Ingħata taħriġ lill-NTOs fuq attivitajiet ta’ sorveljanza, u nħoloq ktejjeb b’rakkomandazzjonijiet prattiċi. Is-sorveljanza mwettqa mill-NTOs tikkomplimenta attivitajiet imwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni u l-għajnuna teknika tagħha (li hija pprovduta mid-Dipartiment Tempus tal-Fondazzjoni Taħriġ Ewropew).

Fl-2005, is-servizzi tal-Kummissjoni organizzaw u temmew l-għażla ta’ NTOs ġodda għall-Kazakhstan, il-Kyrgyzstan u t-Tajikistan. Il-ftuħ formali ta’ l-NTO Tempus tar-Russja seħħ f’Marzu 2005. Fi tmiem l-2005, l-NTOs kienu qed joperaw fil-pajjiżi msieħba kollha tat-Tempus.

5. L-IKKONSOLIDAR TAT-TREġIJA TAL-PROGRAMMI

Waħda mill-ewwel prijoritajiet għall-implimentazzjoni tat-Tempus fl-2005 kienet is-semplifikazzjoni tat-treġija finanzjarja tal-programm li kien intbagħat lura mill-Fondazzjoni Ewropea tat-Taħriġ fl-2003 bħala riżultat tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid. Sabiex il-volum ta’ attività jinżel għal livell aktar maneġġabbli ttieħdet deċiżjoni biex in-numru ta' Għotja ta' Mobilità Individwali jitnaqqas minn 800 għal 150 fis-sena.

Ċerti ftehimiet ta’ għotja ma setgħux jinħelsu skond l-ippjanar stabbilit minħabba l-adozzjoni ttardjata ta’ deċiżjonijiet ta’ ffinanzjar jew minħabba dewmien fl-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ iffinanzjar.

Bil-ħsieb li tkun issemplifikata t-treġija ta’ l-Għotja ta’ Mobilità Individwali, ddaħħal tibdil importanti fil-Gwida għall-Applikanti f'Mejju 2005. Mir-rawnd ta’ Ottubru 2005, dawn l-għotjiet se jitqiesu bħala boroż ta’ studju kif hemm fid-definizzjoni tar-Regolament Finanzjarju. Għalhekk, l-għotja tista’ tiġi ttrasferita fl-intier tagħha lill-applikanti b’riżultat pożittiv bħala pagament uniku. Fl-istess ħin, se jkun hemm il-faċilità tal-ħtiġijiet ta’ rappurtaġġ.

B’konformità mar-rakkomandazzjonijiet ta’ l-evalwazzjoni intermedja, is-servizzi tal-Kummissjoni implimentaw matul l-2004/2005 programm ambizzjuż ta’ sorveljanza ta’ l-oqsma b’mira ta’ 10% tal-proġetti kurrenti u li nvolvew aktar minn 50 żjara fuq il-post. Kollox ma’ kollox, ir-riżultati kienu pożittivi b’rata ogħla sew ta’ proġetti li kellhom punti pożittivi aktar milli nuqqasijiet. Il-biċċa l-kbira mill-proġetti li saritilhom żjara marru aħjar minn dak li deher mis-sorveljanza mill-iskrivanija. Ir-riżultati ta’ l-ewwel żjarat ta’ sorveljanza ta’ l-oqsma kkonfermaw li l-proġetti kurrenti ġeneralment jilħqu l-objettivi tagħhom u huma rilevanti għall-aġenda ta' riforma nazzjonali.

Kif imsemmi hawn fuq, l-Uffiċċji Nazzjonali Tempus (NTO) qed jiġu involuti mill-qrib f’attivitajiet ta’ sorveljanza ta’ l-oqsma. L-għan hu li jkun hemm 60% ta’ proġetti kurrenti li jkollhom żjara mill-NTOs (li jikkorrispondi għal total ta’ 180 proġett). Is-sorveljanza mill-NTOs se tiffoka l-aktar fuq il-kwalità tar-riżultati li joħorġu mill-proġetti fil-post.

L-ippjanar għall-kampanja ta’ sorveljanza tal-qasam 2005/2006 ġiet adottata fil-ħarifa ta’ l-2005. Is-sorveljanza tal-qasam se tinvolvi s-servizzi tal-Kummissjoni, esperti mill-Fondazzjoni Ewropea tat-Taħriġ u l-Uffiċċji Nazzjonali Tempus fil-pajjiżi msieħba. Bis-sorveljanza msaħħa tal-qasam is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jifhmu aħjar dak li qed jiġri fil-qasam u l-amministraturi tal-programm jistgħu jaġġustaw il-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni fejn xieraq.

Barra miż-żjarat tal-qasam, is-sorveljanza preventiva għandha rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-programm. F’Mejju 2005, ġie organizzat seminar ta’ taħriġ u netwerking fi Brussell għall-koordinaturi tal-proġetti Tempus-Tacis magħżula fl-2004 li ġarbu dewmien minħabba li l-ftehimiet finanzjarji f'dan ir-reġjun ġew ffirmati tard. Is-seminar iffoka fuq it-treġija ta’ ftehimiet ta’ għotja u l-implimentazzjoni ta’ proġetti in ġenerali.

Ġew konklużi ħames proċeduri ta’ għażla matul l-2005. Dan jinkludi r-rawnds ta’ għażla għall-Proġetti Ewropej Konġunti (skadenza fil-15 ta’ Diċembru 2004), Miżuri Strutturali u Komplimentari (skadenzi fil-15 ta’ Ottubru 2004 u l-15 ta' Frar 2005) u l-Għotjiet ta’ Mobilità Individwali (skadenzi fil-15 ta’ Frar u l-15 ta’ Ottubru 2005). In-numru ta’ applikanti għal kull rawnd ta’ għażla baqa’ għoli b’mod konsistenti, li jfisser li l-programm għadu jiġbed l-interess tal-komunità akkademika. B’mod partikolari, in-numru ta’ applikanti għall-Miżuri Strutturali u Komplimentari qed jiżdied u l-kontenut tagħhom qiegħed jiffoka b’aktar saħħa fuq kwistjonijiet orizzontali li huma ta’ importanza għar-riforma u l-modernizzazzjoni ta’ l-edukazzjoni ogħla fil-pajjiżi msieħba. Ir-riżultati tal-proċeduri ta’ għażla li waslu fi tmiem fl-2005 jinsabu fl-annessi fid-dettall.

Il-Proġetti Ewropej Konġunti magħżula jaqgħu fl-oqsma ta' l-iżvilupp tal-curriculum (66%), l-amministrazzjoni ta’ l-universitajiet (21%) u l-bini ta’ l-istituzzjonijiet (13%). Il-proġetti ta’ l-iżvilupp tal-curriculum jkopru medda wiesgħa ta’ oqsma bħax-xjenzi applikati, it-tekonloġija, l-amministrazzjoni tan-negozju u x-xjenzi soċjali. Il-proġetti tal-bini ta’ l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni ta’ l-universitajiet jappoġġjaw riformi marbuta mal-garanzija tal-kwalità, il-kwalità tat-tagħlim jew l-amministrazzjoni finanzjarja ta’ l-universitajiet fil-pajjiżi msieħba. F’maġġoranza ta’ pajjiżi, il-Miżuri Strutturali u Komplimentari magħżula huma marbuta b’mod ċar mal-linji ta’ azzjoni tal-proċess ta’ Bologna. Il-proġetti magħżula taħt din il-parti tal-programm jirrigwardaw kwistjonijiet bħat-tfassil ta’ sistemi ta’ garanzija ta’ kwalità jew id-dħul ta’ mekkaniżmi ta’ trasferiment ta’ kreditu. Il-proġetti jiffukaw ukoll fuq il-modernizzazzjoni ta' l-operazzjonijiet u s-servizzi ta’ l-universitajiet, inkluż l-aġġornament ta’ programmi ta’ taħriġ, l-użu ta’ teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet internazzjonali. L-Għotjiet ta’ Mobilità Individwali magħżula jirrigwardaw l-aktar il-perjodi ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ studju (70%) u warajhom hemm l-attivitajiet ta’ tħejjija għall-Proġetti Konġunti Ewropej (18%) u l-parteċipazzjoni f’konferenzi u seminars speċifiċi (12%). Kollox ma’ kollox, wieħed jista’ josserva li l-proġetti li ntbagħtu huma dejjem iżjed konformi mal-prijoritajiet nazzjonali stabbiliti mill-pajjiżi msieħba. Kważi l-proġetti kollha magħżula huma konformi mal-prijoritajiet nazzjonali.

Matul l-2005, kien hemm impenn ta’ ammont totali ta’ madwar € 57 miljun taħt it-Tempus. Ingħata ammont totali ta’ madwar € 51.7 miljun lill-proġetti li ntagħżlu matul l-2005.

6. IT-TITJIB FIT-TIXRID TAR-RIżULTATI TAL-PROGRAMM

Bil-ħsieb li jkun hemm titjib fit-tixrid tar-riżultati tal-programm u biex tikber aktar il-viżibilità tal-programm, il-websajt Tempus ġiet imfassla mill-ġdid fl-2005. Il-websajt il-ġdida hija aġġornata b'mod regolari b'aħbarijiet dwar il-programm bħall-iskadenzi għall-għażla, ir-riżultati ta' l-għażla, konferenzi u tagħrif dwar appoġġ għall-amministrazzjoni ta’ proġetti. Barra minn hekk, il-websajt fiha paġni dwar il-pajjiżi msieħba bi prijoritajiet nazzjonali għall-proġetti, tagħrif dwar sistemi nazzjonali ta’ edukazzjoni ogħla u tagħrif fil-qosor dwar proġetti ffinanzjati.

L-istudju dwar is-sostenibilità ta’ programmi ta’ edukazzjoni ogħla ntemm fi tmiem l-2005. L-istudju jippermetti lill-applikanti u lill-koordinaturi tal-proġett jidentifikaw fatturi li jgħinu u jiżguraw is-sostenibilità ta’ proġetti internazzjonali ta’ kooperazzjoni fl-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ u jieħdu l-miżuri xierqa f'dan ir-rigward. L-istudju jipprovdi strument ġdid, Ktejjeb dwar is-Sostenibilità, li jinsab fuq il-websajt Tempus flimkien ma’ fuljett promozzjonali. Dawn l-istrumenti, li jenfażizzaw l-impenn tal-Kummissjoni lejn azzjonijiet sostenibbli, diġa qed juru kemm huma utli għall-Uffiċċji Nazzjonali Tempus li qed jerfgħu r-responsabbiltà tal-ħidmiet ta’ sorveljanza tal-qasam.

Tnedew żewġ studji oħra tematiċi fl-2005 bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ.

- L-ewwel nett, studju dwar il-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-impriżi. L-għanijiet ta’ dan l-istudju huma li tingħata ħarsa lejn it-tendenzi u l-iżviluppi fil-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-impriżi fil-pajjiżi msieħba Tempus u tiġi promossa l-importanza tagħha bħala mezz ta’ titjib ta’ l-impjegabilità ta’ l-istudenti. L-istudju se jiddeskrivi fil-qosor ir-rwol li Tempus kellu u jista’ jissokta jkollu fl-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-impriżi fil-pajjiżi msieħba. L-istudju ngħata bidu bħala segwitu għad-diskussjonijiet ma’ l-awtoritajiet tal-pajjiżi msieħba li matulhom ġiet identifikata bħala preokkupazzjoni komuni l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-impriżi. Fil-pajjiżi msieħba kollha, l-istrutturi ta’ edukazzjoni ogħla jeħtieġu li jiġu adattati sabiex iwieġbu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol kurrenti u fil-ġejjieni. L-istudju se jipproponi għadd ta’ rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq eżempji ta’ prassi tajba. Ir-riżultati ta’ l-istudju se jiġu ppreżentati u mitħadta f’seminar organizzat fl-Amman fid-9-10 ta’ April 2006, organizzat b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea u l-Ministeru għall-Edukazzjoni Ogħla u r-Riċerka Xjentifika fil-Ġordan.

- It-tieni, l-istudji ta’ l-impatt. Dawn l-istudji se jipprovdu stampa ta’ l-impatt li Tempus kellu fuq l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, fuq l-individwi involuti fl-edukazzjoni ogħla u fuq l-organizzazzjonijiet marbuta mas-sistema ta’ edukazzjoni ogħla jew li jibbenefikaw minnha fil-pajjiżi msieħba. L-għan ta’ dan l-istudju huwa li jitjieb it-tixrid ta’ l-informazzjoni dwar x’inkiseb permezz tat-Tempus s’issa u jsir kontribut fid-diskussjonijiet dwar il-futur tal-programm Tempus.

Bħala parti mill-istrateġija ta’ promozzjoni tal-programm, ġie kkummissjonat video bit-titlu ta’ “Tempus in Action”. Dan il-video jikkonsisti fi tliet taqsimiet u jagħti ħarsa lejn il-komponenti varji rispettivi tal-programm. Il-parteċipanti fil-proġett fir-Russja, l-Ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u l-Eġittu ġew intervistati biex tingħata stampa ta’ l-impatt li Tempus kellu fuq il-ħajja tax-xogħol u l-ambjent akkademiku u istituzzjonali tagħhom.

Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali Tempus fl-Istati Membri ssoktaw bir-rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-programm billi iffaċilitaw l-involviment ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla ta' l-UE permezz ta’ attivitajiet ta’ informazzjoni u għajnuna fit-tfittxija ta’ l-imsieħba. Fl-2005, ġew organizzati ġranet ta’ tagħrif Tempus fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi msieħba kif ukoll f'għadd mill-Istati Membri ta’ l-UE.

7. IT-TKOMPLIJA TAT-TħEJJIJA TAL-PROGRAMM TEMPUS FIL-ġEJJIENI.

Il-Kummissjoni Ewropea tissokta tqis l-edukazzjoni ogħla bħala prijorità għall-attivitajiet ta’ kooperazjoni tagħha mal-pajjiżi ġirien. Hemm impenn qawwi biex il-programm Tempus jiġi estiż b’attenzjoni qawwija fuq il-kooperazzjoni universitarja bbażata fuq l-istituzzjonijiet lilhinn mill-2006. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bħalissa qed tikkunsidra l-possibilità li tagħti ċ-ċanslill-istudenti mill-pajjiżi ġirien jistudjaw fl-universitajiet ta’ l-UE.

8. KONKLUżJONI

L-implimentazzjoni tal-programm Tempus fl-2005 kienet iggwidata minn għadd ta’ objettivi strateġiċi li lkoll intlaħqu b'mod sodisfaċenti. Id-djalogu kontinwu ma’ l-awtoritajiet nazzjonali u l-involviment mill-qrib fid-definizzjoni tal-prjoritajiet u l-għażla ta’ proġetti jiżguraw li l-attivitajiet iffinanzjati huma rilevanti għal-ħtiġijiet tal-pajjiż u konformi ma’ l-objettivi ta’ riforma nazzjonali. Dan jiżgura l-padronanza tal-gvernijiet nazzjonali u jżid l-impatt ta’ l-interventi tal-programm. L-Uffiċċji Nazzjonali Tempus fil-pajjiżi msieħba ssaħħu aktar u għandhom rwol importanti bħala ħolqa bejn l-awtoritajiet nazzjonali u partijiet oħra interessati. Ir-reazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali u r-riżultati tas-sorveljanza tal-qasam ikkonfermaw li Tempus għadu programm rilevanti ħafna biex jgħin lill-pajjiżi msieħba fir-riforma u l-immodernizzar tas-sistemi tagħhom ta' edukazzjoni ogħla.

LISTA TA' ANNESSI

Anness 1: Tempus 2005 – Ħarsa Ġenerali Finanzjarja

- Ammonti allokati għal kull reġjun

- Proġetti magħżula għal kull reġjun/ Ammonti mogħtija għall-proġetti magħżula

Anness 2.1: Proġetti Ewropej Konġunti ( JEP ) Tabelli ta' Għażla għall-2005

- Tabella 1: CARDS

- Tabella 2: Tacis

- Tabella 3: MEDA

Anness 2.2: Miżuri Strutturali u Kumplimentari ( SCM ) Tabelli ta’ Għażla għall-2005

- Tabella 1: CARDS

- Tabella 2: Tacis

- Tabella 3: MEDA

Anness 2.3: Għotjiet Individwali ta’ Mobilitá ( IMG ) Tabelli ta’ Għażla għall-2005

- Tabella 1: CARDS

- Tabella 2: Tacis

- Tabella 3: MEDA

Anness 3.1: Proġetti Ewropej Konġunti ( JEP ) - Tabella ta' Għażla għall-2005 minn Stat Membru ta’ l-UE

Anness 3.2: Miżuri Strutturali u Kumplimentari ( SCM ) - Tabella ta’ Għażla għall-2005 minn Stat Membru ta’ l-UE

ANNESS 1

TEMPUS 2005 – ĦARSA ĠENERALI FINANZJARJA

Tempus 2005 - Ammonti allokati għal kull reġjun f’€ |

CARDS | Tacis | MEDA |

JEP | 11,550,002.57 | 19,737,640 | 12,523,383 |

IMG | 318,790 | 634,340 | 495,800 |

SCM | 2,456,797.38 | 3,118,961.72 | 1,590,094.75 |

NTO | 685,170.83 | 746,693.57 | 551,671.60 |

ETF | 381,255.28 | 650,226.45 | 481,778.36 |

Oħrajn | 172,218.48 | 424,738.67 | 419,883.16 |

Total | 15,564,234.54 | 25,312,603 | 16,062,611 |

Tempus 2005 – Proġetti magħżula għal kull reġjun / Ammonti mogħtija f’ € |

CARDS | Ammont mogħti għal proġetti magħżula |

JEP (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2004) | 29 | 11,550,002.57 |

SCM (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2004) | 7 | 697,395.43 |

SCM (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2005) | 13 | 1,527,241.70 |

IMG (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2005) | 39 | 124,990.00 |

IMG (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2005) | 15 | 85,080.00 |

Total | 103 | 13,984,709.70 |

Tempus 2005 – Proġetti magħżula għal kull reġjun / Ammonti mogħtija f’ € |

Tacis | Ammont mogħti għal proġetti magħżula |

JEP (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2004) | 47 | 18,610,480.00 |

SCM (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2004) | 10 | 1,117,243.00 |

SCM (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2005) | 13 | 1,700,309.00 |

IMG (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2005) | 60 | 208,860.00 |

IMG (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2005) | 34 | 159,830.00 |

Total | 164 | 21,796,722.00 |

Tempus 2005 – Proġetti magħżula għal kull reġjun / Ammonti mogħtija f’ € |

MEDA | Ammont mogħti għal proġetti magħżula |

JEP (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2004) | 32 | 13,918,458.00 |

SCM (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2004) | 9 | 1,123,121.75 |

SCM (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2004) | 5 | 548,301.75 |

IMG (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2005) | 50 | 185,600.00 |

IMG (skadenza tal-15 ta’ Diċembru 2005) | 19 | 74,080.00 |

Total | 115 | 15,849,561.50 |

- JEP: Proġett Ewropew Konġunt; SCM Miżuri Strutturali u Kumplimentari; IMG Għotja Individwali ta’ Mobilitá; NTO Uffiċċju Nazzjonali Tempus; ETF Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

ANNEX 2.1

Proġetti Ewropej Konġunti (JEP) Tabelli ta' Għażla għall-2005 |

- It-tabelli li jidhru hawn taħt ikopru l-għażla tal-Proġetti Ewropej Konġunti ( JEPs ) li twettqu fl-2005 wara s-sejħa għall-proposti li għalqet fil-15 ta’ Diċembru 2004. It-tabella tirrifletti l-għadd ta' proġetti magħżula li fihom huma involuti istituzzjonijiet minn pajjiż imsieħeb.

- Il-proġetti nazzjonali jimmiraw esklużivament pajjiż imsieħeb wieħed ta’ Tempus. Proġetti multinazzjonali jinvolvu aktar minn pajjiż imsieħeb wieħed.

JEP – TEMPUS CARDS (Anness 2.1 – Tabella 1) |

Pajjiż imsieħeb | Nazzjonali / Multinazzjonali | Proġetti totali magħżula | Total Mogħti f’€ |

1244-il-Kosovo | Nazzjonali | 2 | 587,752.00 |

Multinazzjonali | 1 | 230,000.00 |

Total | 3 | 817,752.00 |

L-Albanija | Nazzjonali | 2 | 519,030.00 |

Multinazzjonali | 2 | 323,642.60 |

Total | 4 | 842,672.60 |

Il-Bożnija u l-Ħerżegovina | Nazzjonali | 4 | 1,409,601.00 |

Multinazzjonali | 2 | 335,939.45 |

Total | 6 | 1,745,540.45 |

Il-Kroazja | Nazzjonali | 7 | 3,377,600.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 7 | 3,377,600.00 |

L-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | Nazzjonali | 5 | 1,949,926.00 |

Multinazzjonali | 1 | 149,828.16 |

Total | 6 | 2,099,754.16 |

Is-Serbja u l-Montenegro | Nazzjonali | 6 | 2,375,457.57 |

Multinazzjonali | 2 | 291,225.79 |

Total | 8 | 2,666,683.36 |

JEP – TEMPUS TACIS (Anness 2.1 – Tabella 2) |

Pajjiż imsieħeb | Nazzjonali / Multinazzjonali | Proġetti totali magħżula | Total Mogħti f’€ |

L-Armenja | Nazzjonali | 2 | 420,103.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 2 | 420,103.00 |

L-Ażerbajġan | Nazzjonali | 2 | 564,308.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 2 | 564,308.00 |

Il-Belarus | Nazzjonali | 1 | 265,996.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 1 | 265,996.00 |

Il-Ġeorġja | Nazzjonali | 3 | 1,212,353.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 3 | 1,212,353.00 |

Il-Każakstan | Nazzjonali | 1 | 498,480.00 |

Multinazzjonali | 1 | 94,932.00 |

Total | 2 | 593,412.00 |

IL-Kirġiżtan | Nazzjonali | 1 | 279,900.00 |

Multinazzjonali | 2 | 319,121.00 |

Total | 3 | 599,021.00 |

Il-Moldovja | Nazzjonali | 3 | 841,237.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 3 | 841,237.00 |

Il-Federazzjoni Russa | Nazzjonali | 17 | 7,421,467.00 |

Multinazzjonali | 1 | 34,325.00 |

Total | 18 | 7,455,792.00 |

It-Taġikistan | Nazzjonali | - | - |

Multinazzjonali | - | - |

Total | - |

It-Turkmenistan | Nazzjonali | 2 | 740,556.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 2 | 740,556.00 |

L-Ukraina | Nazzjonali | 9 | 3,881,117.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 9 | 3,881,117.00 |

L-Użbekistan | Nazzjonali | 4 | 1,735,703.00 |

Multinazzjonali | 2 | 300,882.00 |

Total | 6 | 2,036,585.00 |

JEP – TEMPUS MEDA (Anness 2.1 – Tabella 3) |

Pajjiż imsieħeb | Nazzjonali / Multinazzjonali | Proġetti totali magħżula | Total Mogħti f’€ |

L-Alġerija | Nazzjonali | 4 | 1,363,495.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 4 | 1,363,495.00 |

L-Eġittu | Nazzjonali | 6 | 2,865,781.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 6 | 2,865,781.00 |

Il-Ġordan | Nazzjonali | 1 | 498,900.00 |

Multinazzjonali | 2 | 379,214.33 |

Total | 3 | 878,114.33 |

Il-Libanu | Nazzjonali | 3 | 1,392,078.00 |

Multinazzjonali | 1 | 59,388.00 |

Total | 4 | 1,451,466.00 |

Il-Marokk | Nazzjonali | 6 | 2,468,895.00 |

Multinazzjonali | 1 | 250,000.00 |

Total | 7 | 2,718,895.00 |

L-Awtoritá Palestinjana | Nazzjonali | 2 | 949,598.00 |

Multinazzjonali | 1 | 261,128.67 |

Total | 3 | 1,210,726.67 |

Is-Sirja | Nazzjonali | 3 | 1,267,528.00 |

Multinazzjonali | 2 | 367,426.00 |

Total | 5 | 1,634,954.00 |

Tuneżija | Nazzjonali | 3 | 1,426,250.00 |

Multinazzjonali | 2 | 368,776.00 |

Total | 5 | 1,795,026.00 |

ANNESS 2.2

MIŻURI STRUTTURALI U KOMPLIMENTARI (scm) TABELLI TA’ GĦAŻLA GĦALL-2005 |

- It-tabelli li jidhru hawn taħt ikopru l-għażla tal-Miżuri Strutturali u Komplimentari wara s-sejħa għall-proposti li għalqet fil-15 ta’ Ottubru 2004 u fil-15 ta’ Frar 2005. It-tabella turi l-għadd ta’ proġetti magħżula li fihom huma involuti istituzzjonijiet minn xi pajjiż imsieħeb partikolari.

- Il-proġetti nazzjonali għandhom esklużivament bħala mira pajjiż imsieħeb Tempus wieħed. Il-proġetti multi-nazzjonali jinvolvu aktar minn pajjiż imsieħeb wieħed.

SCM – TEMPUS CARDS (Anness 2.2 – Tabella 1) |

Pajjiż Imsieħeb | Nazzjonali / Multipajjiż | Proġetti Totali Magħżula | Total mogħti f’ € |

1244 - Kożovo | Nazzjonali | 1 | 141,550.70 |

Multinazzjonali | 3 | 115,301.93 |

Total | 4 | 256,852.63 |

L-Albanija | Nazzjonali | 1 | 43,585.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 1 | 43,585.00 |

Il-Bosnija u Ħerżegovina | Nazzjonali | 3 | 358,848.00 |

Multinazzjonali | 1 | 50,000.00 |

Total | 4 | 408,848.00 |

Il-Kroazja | Nazzjonali | 3 | 355,435.43 |

Multinazzjonali | 2 | 59,968.93 |

Total | 5 | 415,404.36 |

L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja | Nazzjonali | 3 | 334,370.00 |

Multinazzjonali | 2 | 71,716.93 |

Total | 5 | 406,086.93 |

Is-Serbja u l-Montenegro | Nazzjonali | 6 | 644,015.60 |

Multinazzjonali | 1 | 9,968.93 |

Total | 7 | 653,984.53 |

SCM – TEMPUS TACIS (Anness 2.2 – Tabella 2) |

Pajjiż Imsieħeb | Nazzjonali / Multinazzjonali | Proġetti Totali Magħżula | Total mogħti f’ € |

L-Armenja | Nazzjonali | - | - |

Multinazzjonali | - | - |

Total | - | - |

L-Ażerbajġan | Nazzjonali | - | - |

Multinazzjonali | - | - |

Total | - | - |

Il-Belarus | Nazzjonali | - | - |

Multinazzjonali | - | - |

Total | - | - |

Ġeorġja | Nazzjonali | - | - |

Multinazzjonali | - | - |

Total | - | - |

Il-Każakstan | Nazzjonali | 1 | 144,522.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 1 | 144,522.00 |

IL-Krrgiżtan | Nazzjonali | 2 | 139,730.00 |

Multinazzjonali | 1 | 61,390.00 |

Total | 3 | 201,120.00 |

Il-Moldovja | Nazzjonali | 1 | 94,800.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 1 | 94,800.00 |

Il-Federazzjoni Russa | Nazzjonali | 8 | 1,116,959.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 8 | 1,116,959.00 |

It-Taġikistan | Nazzjonali | 2 | 225,388.00 |

Multinazzjonali | 1 | 61,390.00 |

Total | 3 | 286,778.00 |

It-Turkmenistan | Nazzjonali | - | - |

Multinazzjonali | - | - |

Total | - | - |

L-Ukrajna | Nazzjonali | 4 | 467,930.00 |

Multinazzjonali | 1 | 39,875.70 |

Total | 5 | 507,805.70 |

L-Użbekistan | Nazzjonali | 3 | 389,891.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 3 | 389,891.00 |

SCM – TEMPUS MEDA (Anness 2.2 – Tabella 3) |

Pajjiż Imsieħeb | Nazzjonali / Multinazzjonali | Proġetti Totali Magħżula | Total mogħti f’ € |

L-Alġerija | Nazzjonali | - | - |

Multinazzjonali | 1 | 25,200.00 |

Total | 1 | 25,200.00 |

L-Eġittu | Nazzjonali | 4 | 502,725.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 4 | 502,725.00 |

Il-Ġordan | Nazzjonali | 1 | 126,934.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 1 | 126,934.00 |

Il-Lebanon | Nazzjonali | 1 | 93,577.50 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 1 | 93,577.50 |

Il-Marokk | Nazzjonali | 3 | 352,454.25 |

Multinazzjonali | 1 | 50,400.00 |

Total | 4 | 402,854.25 |

L-Awtorità Palestinjana | Nazzjonali | 2 | 243,375.75 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 2 | 243,375.75 |

Is-Sirja | Nazzjonali | 1 | 149,707.00 |

Multinazzjonali | - | - |

Total | 1 | 149,707.00 |

It-Tuniżija | Nazzjonali | 1 | 101,850.00 |

Multinazzjonali | 1 | 25,200.00 |

Total | 2 | 127,050.00 |

ANNESS 2.3

TABELLI TA’ GĦAŻLA 2005 GĦOTJIET TA’ MOBILITÀ INDIVIDWALI (IMG) |

- It-tabelli li jidhru hawn taħt ikopru l-għażla ta’ Miżuri ta’ Mobilità Individwali (IMGs) imwettqa fl-2005 wara s-sejħa għall-proposti li għalqet fil-15 ta’ Frar 2005 u fil-15 ta’ Ottubru 2005. Iċ-ċifri jinkludu IMGs magħżula li jinvolvu ċittadini jew istituzzjonijiet li jospitaw mill-pajjiżi msieħba kkonċernati.

IMG – TEMPUS CARDS (Anness 2.3 – Tabella 1) |

Pajjiż Imsieħeb | Proġetti Totali Magħżula | Total mogħti f’ € |

1244 - Kożovo | 3 | 19,510.00 |

L-Albanija | 11 | 48,040.00 |

Il-Bosnija u Ħerżegovina | 4 | 12,470.00 |

Il-Kroazja | 11 | 30,850.00 |

L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja | 13 | 48,840.00 |

Iserbja u l-Montenegro | 12 | 50,360.00 |

IMG – TEMPUS TACIS (Anness 2.3 – Tabella 2) |

Pajjiż Imsieħeb | Proġetti Totali Magħżula | Total mogħti f’ € |

L-Armenja | 6 | 19,320.00 |

L-Ażerbajġan | 3 | 15,580.00 |

Il-Belarus | 5 | 18,230.00 |

Ġeorġja | 5 | 16,260.00 |

Il-Każakstan | 3 | 16,740.00 |

Il-Kirġiżtan | 5 | 27,660.00 |

Il-Moldovja | 7 | 36,720.00 |

Il-Federazzjoni Russa | 33 | 115,050.00 |

It-Taġikistan | 2 | 15,640.00 |

It-Turkmenistan | 3 | 12,640.00 |

L-Ukrajna | 12 | 37,750.00 |

L-Użbekistan | 10 | 37,100.00 |

IMG – TEMPUS MEDA (Anness 2.3 – Tabella 3) |

Pajjiż Imsieħeb | Proġetti Totali Magħżula | Total mogħti f’ € |

L-Alġerija | 10 | 19,810.00 |

L-Eġittu | 17 | 82,360.00 |

Il-Ġordan | 5 | 14,160.00 |

Il-Lebanon | 6 | 16,160.00 |

Il-Marokk | 9 | 35,730.00 |

L-Awtorità Palestinjana | 11 | 41,220.00 |

Is-Sirja | 8 | 43,540.00 |

It-Tuniżija | 3 | 6,700.00 |

ANNESS 3.1

PROĠETTI EWROPEJ KONĠUNTI (JEP) TABELLA TA’ GĦAŻLA 2005 SKOND IL-PARTEĊIPAZZJONI TA’ L-ISTATI MEMBRI UE |

- It-tabella li tidher hawn taħt tkopru l-għażla ta’ Proġetti Ewropej Konġunti (JEPs) imwettqa fl-2005 wara s-sejħa għall-proposti li għalqet fil-15 ta’ Diċembru 2004. It-tabella turi l-għadd ta’ istituzzjonijiet involuti fi proġetti magħżula rispettivament bħala detenturi ta’ l-għotja jew imsieħbin.

L-Istat Membru UE: | Għadd ta’ istituzzjonijiet involuti fi proġetti magħżula bħala detenturi ta’ għotja | Għadd ta’ istituzzjonijiet involuti fi proġetti magħżula bħala imsieħba | Total |

L-Awstrija | 6 | 15 | 21 |

Il-Belġju | 3 | 19 | 22 |

Ċipru | - | - | - |

Ir-Repubblika Ċeka | - | 2 | 2 |

Id-Danimarka | - | 3 | 3 |

L-Estonja | - | 4 | 4 |

Il-Finlandja | 3 | 4 | 7 |

Franza | 27 | 42 | 69 |

Il-Ġermanja | 20 | 34 | 54 |

Il-Greċja | 3 | 9 | 12 |

L-Ungerija | 2 | 6 | 8 |

L-Irlanda | 1 | 6 | 7 |

L-Italja | 9 | 24 | 33 |

Il-Latvja | - | 1 | 1 |

Il-Litwanja | - | 1 | 1 |

Il-Lussemburgu | - | 1 | 1 |

Malta | - | 1 | 1 |

L-Olanda | 4 | 11 | 15 |

Il-Polonja | - | 9 | 9 |

Il-Portugall | - | 7 | 7 |

ir-Repubblika Slovakka | - | 4 | 4 |

Is-Slovenja | 2 | 9 | 11 |

Spanja | 4 | 24 | 28 |

L-Iżvezja | 10 | 17 | 27 |

Ir-Renju Unit | 14 | 18 | 32 |

ANNESS 3.2

MIŻURI STRUTTURALI U KUMPLIMENTARI (SCM) TABELLA TA’ GĦAŻLA 2005 SKOND IL-PARTEĊIPAZZJONI TA’ L-ISTATI MEMBRI UE |

- It-tabella li tidher hawn taħt tkopri l-għażla tal-Miżuri Strutturali u Komplimentari (SCM) imwettqa fl-2005 wara s-sejħa għall-proposti li għalqet fil-15 ta’ Ottubru 2004 u fil-15 ta’ Frar 2005. It-tabella turi l-għadd ta’ istituzzjonijiet involuti fi proġetti magħżula bħala detenturi ta’ l-għotja jew imsieħba rispettivament.

L-Istat Membru UE: | Għadd ta’ istituzzjonijiet involuti fi proġetti magħżula bħala detenturi ta’ għotja | Għadd ta’ istituzzjonijiet involuti fi proġetti magħżula bħala imsieħba | Total |

L-Awstrija | 1 | 9 | 10 |

Il-Belġju | 1 | 5 | 6 |

Ċipru | - | - | - |

Ir-Repubblika Ċeka | - | 1 | 1 |

Id-Danimarka | - | 1 | 1 |

L-Estonja | - | - | - |

Il-Finlandja | - | 3 | 3 |

Franza | 12 | 13 | 25 |

Il-Ġermanja | 19 | 24 | 43 |

Il-Greċja | - | 5 | 5 |

L-Ungerija | - | 2 | 2 |

L-Irlanda | - | 1 | 1 |

L-Italja | 4 | 10 | 14 |

Il-Latvja | - | - | - |

Il-Litwanja | - | 1 | 1 |

Il-Lussemburgu | - | - | - |

Malta | - | 1 | 1 |

L-Olanda | 2 | 6 | 8 |

Il-Polonja | 2 | 7 | 9 |

Il-Portugall | - | 5 | 5 |

ir-Repubblika Slovakka | - | 2 | 2 |

Is-Slovenja | 2 | 1 | 3 |

Spanja | 4 | 8 | 12 |

L-Iżvezja | 7 | 11 | 18 |

Ir-Renju Unit | 3 | 8 | 11 |

Top