Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42023X1714

    Ir-Regolament tan-NU Nru 92 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sistemi tas-silenzjar tal-egżost ta’ sostituzzjoni mhux oriġinali (NORESS) għall-vetturi tal-kategoriji L1, L2, L3, L4 u L5 fir-rigward tal-emissjoni tal-ħoss [2023/1714]

    PUB/2023/779

    ĠU L 221, 8.9.2023, p. 55–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1714/oj

    8.9.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 221/55


    It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq dan l-indirizz: https://unece.org/status-1958-agreement-and-annexed-regulations

    Ir-Regolament tan-NU Nru 92 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sistemi tas-silenzjar tal-egżost ta’ sostituzzjoni mhux oriġinali (NORESS) għall-vetturi tal-kategoriji L1, L2, L3, L4 u L5 fir-rigward tal-emissjoni tal-ħoss [2023/1714]

    Jinkorpora t-test validu kollu sa:

    Serje 02 ta’ emendi — Data tad-dħul fis-seħħ: 15 ta’ Ottubru 2019

    Dan id-dokument huwa intiż purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa: ECE/TRANS/WP.29/2019/7.

    WERREJ

    Regolament

    1.

    Kamp ta’ Applikazzjoni

    2.

    Definizzjonijiet

    3.

    Applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.

    Markar

    5.

    Approvazzjoni

    6.

    Speċifikazzjonijiet

    7.

    Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta’ NORESS u estensjoni tal-approvazzjoni

    8.

    Konformità tal-produzzjoni

    9.

    Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

    10.

    Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

    11.

    Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

    12.

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    Annessi

    1.

    Komunikazzjoni

    2.

    Eżempju tal-marki tal-approvazzjoni

    3.

    Rekwiżiti għal materjal fibruż assorbenti użat fin-NORESS

    4.

    Dikjarazzjoni tal-konformità mad-Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjoni tal-Ħoss

    1.   Kamp ta’ Applikazzjoni

    Dan ir-Regolament tan-NU japplika għal sistemi tas-silenzjar tal-egżost ta’ sostituzzjoni mhux oriġinali għal vetturi tal-kategoriji L1, L2, L3, L4 and L5  (1).

    2.   Definizzjonijiet

    Għall-fini ta’ dan ir-Regolament tan-NU

    2.1.

    “Sistema tas-silenzjar tal-egżost ta’ sostituzzjoni mhux oriġinali jew komponenti ta’ din is-sistema” tfisser sistema ta’ tip differenti minn dik installata fuq vettura meta tingħata l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni. Din tista’ tintuża biss bħala sistema tal-egżost jew tas-silenzjar ta’ sostituzzjoni.

    L-akronimu NORESS jirrappreżenta s-sistema tas-silenzjar tal-egżost ta’ sostituzzjoni mhux oriġinali.

    2.2.

    Komponent tas-sistema tas-silenzjar tal-egżost ta’ sostituzzjoni mhux oriġinali” tfisser wieħed mid-diversi komponenti li flimkien jifformaw is-sistema tas-silenzjar tal-egżost. (2)

    2.3.

    Sistemi tas-silenzjar tal-egżost ta’ sostituzzjoni mhux oriġinali ta’ tipi differenti” tfisser sistemi tas-silenzjar li jvarjaw b’mod sinifikanti f’aspetti bħalma huma:

    (a)

    Il-komponenti tagħhom għandhom ismijiet jew marki kummercjali differenti,

    (b)

    Il-karatteristiċi tal-materjali li jikkostitwixxu l-komponent huma differenti jew il-komponenti jvarjaw fl-għamla jew fid-daqs; modifika fir-rigward tal-kisi (kisi biż-żingu, kisi bl-aluminju, eċċ.) ma hijiex meqjusa bħala bidla tat-tip,

    (c)

    Il-prinċipji operazzjonali ta’ mill-inqas komponent wieħed huma differenti,

    (d)

    Il-komponenti tagħhom huma kkombinati b’mod differenti.

    2.4.

    Sistema tas-silenzjar tal-egżost ta’ sostituzzjoni mhux oriġinali (NORESS) jew komponent tagħha” tfisser kwalunkwe parti tas-sistema tas-silenzjar tal-egżost definita fil-paragrafu 2.1 maħsuba għall-użu fuq vettura, differenti minn parti tat-tip installata fuq il-vettura meta tressqet għall-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament tan-NU Nru 9, ir-Regolament tan-NU Nru 41 jew ir-Regolament tan-NU Nru 63;

    2.5.

    Approvazzjoni ta’ NORESS jew komponent(i) tagħha” tfisser l-approvazzjoni tas-sistema tas-silenzjar sħiħa jew ta’ parti minnha li tkun adattabbli għal tip wieħed jew għal diversi tipi ta’ vetturi speċifikati, li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tan-NU, fir-rigward tal-limitazzjoni tal-livell tal-ħoss tagħhom;

    2.6.

    Tip ta’ vettura” tfisser vetturi, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tan-NU, li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:

    (a)

    It-tip ta’ magna (two-stroke jew four-stroke b’pistuni b’moviment alternat jew rotatorju; l-għadd u l-kapaċità taċ-ċilindri; l-għadd u t-tip tal-karburaturi jew tas-sistemi ta’ injezzjoni; l-arranġament tal-valvi; il-potenza netta massima nominali u l-veloċità korrispondenti tal-magna). Għall-magni bil-pistuni b’moviment rotatorju, iċ-ċlindrata għandha titqies bħala li hija d-doppju tal-volum tal-kompartiment;

    (b)

    Is-sistema tal-mototrażmissjoni, b’mod partikolari l-għadd u l-proporzjonijiet tal-gerijiet tat-trażmissjoni u l-proporzjon finali;

    (c)

    L-għadd, it-tip u l-arranġament tas-sistemi tas-silenzjar tal-egżost.

    2.7.

    Veloċità nominali tal-magna” tfisser il-veloċità tal-magna li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza netta massima nominali tagħha kif iddikjarata mill-manifattur (3).

    Is-simbolu nrated jindika l-valur numeriku tal-veloċità nominali tal-magna espressa f’rotazzjonijiet kull minuta.

    3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni

    3.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ NORESS jew ta’ komponenti tagħha għandha titressaq mill-manifattur jew mir-rappreżentant akkreditat tagħha.

    3.2.

    Hija għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li jissemmew aktar ’l isfel fi tliet kopji u mid-dettalji li ġejjin:

    (a)

    Deskrizzjoni tat-tip(i) ta’ vettura li fuqha/fuqhom huma maħsuba li jiġu installati n-NORESS jew komponenti tagħha, fir-rigward tal-punti msemmija fil-paragrafu 2.6 ta’ hawn fuq. Għandhom jiġu speċifikati n-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip tal-magna u t-tip tal-vettura kif ukoll in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, jekk neċessarju;

    (b)

    Deskrizzjoni tan-NORESS sħiħa li turi l-pożizzjoni relattiva ta’ kull komponent tagħha, flimkien mal-istruzzjonijiet tal-immuntar tagħhom;

    (c)

    Disinji dettaljati ta’ kull komponent tan-NORESS sabiex dan ikun jista’ jinstab u jiġi identifikat faċilment, u speċifikazzjoni tal-materjali użati. Dawn id-disinji għandhom jindikaw ukoll il-pożizzjoni li fiha għandu jitwaħħal in-numru tal-approvazzjoni.

    3.3.

    Fuq talba tas-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet għall-approvazzjoni, il-manifattur tan-NORESS għandu jressaq:

    (a)

    Żewġ kampjuni tan-NORESS jew il-komponenti tagħha mressqa għall-approvazzjoni;

    (b)

    Kampjun tas-sistema tas-silenzjar tal-egżost oriġinali li l-vettura kienet mgħammra biha meta tressqet għall-approvazzjoni tat-tip;

    (c)

    Vettura tat-test rappreżentattiva tat-tip li fuqha għandha tiġi installata n-NORESS; din il-vettura, meta mkejla għall-emissjoni tal-ħoss skont il-metodi deskritti fl-Anness 3 (inklużi l-emendi rilevanti kollha) tar-Regolament tan-NU Nru 9, ir-Regolament tan-NU Nru 41 jew ir-Regolament tan-NU Nru. 63 għandha tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet:

    (i)

    Jekk il-vettura tkun ta’ tip li għalih tkun inħarġet approvazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ kull wieħed mir-Regolamenti tan-NU Nri. 9, 41 jew 63:

    (a)

    Il-livell tal-ħoss, waqt it-test bil-vettura miexja, ma għandux ikun ogħla mil-limitu speċifikat fir-Regolament tan-NU ikkonċernat b’aktar minn 1 dB(A);

    (b)

    Il-livell tal-ħoss waqt it-test bil-vettura wieqfa ma għandux ikun ogħla b’aktar minn 3 dB(A) mil-livell iddeterminat waqt l-approvazzjoni u indikat fuq il-pjanċa tal-manifattur.

    (ii)

    Jekk il-vettura ma tkunx tat-tip li għalih tkun inħarġet l-approvazzjoni skont ir-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU ikkonċernat, il-livell tal-ħoss ma għandux ikun ogħla b’aktar minn 1 dB(A) mil-limitu applikabbli fiż-żmien ta’ meta l-vettura tkun inħarġet fit-triq l-ewwel darba.

    4.   Markar

    4.1.

    Kull komponent tan-NORESS, esklużi l-pajpijiet u l-fittings, għandu jkollu:

    (a)

    L-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur tan-NORESS u tal-komponenti tagħha;

    (b)

    Id-deżinjazzjoni kummerċjali mogħtija mill-manifattur.

    4.2.

    Dawn il-marki għandhom ikunu leġibbli b’mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru, kif ukoll għandhom ikunu viżibbli fil-pożizzjoni li tiġi installata in-NORESS.

    4.3.

    In-NORESS għandu jkollha tikketta li ssir mill-manifattur tagħha; din għadha tindika t-tip(i) ta’ vettura/i li għalih/għalihom tkun ingħatat l-approvazzjoni.

    4.4.

    Komponent jista’ jkollu fuqu diversi numri ta’ approvazzjoni jekk ikun ġie approvat bħala komponent ta’ diversi sistemi tal-egżost ta’ sostituzzjoni.

    4.5.

    Is-sistema tal-egżost ta’ sostituzzjoni għandha tiġi pprovduta f’imballaġġ jew ikollha tikketta, li t-tnejn li huma għandu jkollhom id-dettalji li ġejjin:

    (a)

    L-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur tas-sistema tas-silenzjar ta’ sostituzzjoni u tal-komponenti tagħha,

    (b)

    L-indirizz tal-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu,

    (c)

    Lista ta’ mudelli ta’ vetturi li għalihom hija maħsuba s-sistema tas-silenzjar ta’ sostituzzjoni.

    4.6.

    Il-manifattur għandu jipprovdi:

    (a)

    Struzzjonijiet li jispjegaw fid-dettall il-metodu korrett tal-installazzjoni fuq il-vettura;

    (b)

    Struzzjonijiet għat-trattament tas-sistema tas-silenzjar;

    (c)

    Lista ta’ komponenti bin-numri tal-parts korrispondenti, eskluż ir-retainers.

    4.7.

    Il-marka tal-approvazzjoni.

    5.   Approvazzjoni

    5.1.

    Jekk in-NORESS jew xi komponent tagħha mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tan-NU jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura għandha tingħata.

    5.2.

    Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip ta’ NORESS approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 01, li jikkorrispondu għas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li saru lir-Regolament tan-NU fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ NORESS jew ta’ komponent iddisinjat għall-istess tip(i) ta’ vettura.

    5.3.

    In-notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew ir-rifjut tal-approvazzjoni ta’ NORESS jew ta’ komponent tagħha skont dan ir-Regolament tan-NU għandha tintbagħat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament tan-NU.

    5.4.

    Ma’ kull NORESS u komponent tagħha li jkunu konformi ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament tan-NU, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

    (a)

    Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni; (4)

    (b)

    In-numru ta’ dan ir-Regolament tan-NU, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu (a) ta’ hawn fuq;

    (c)

    In-numru tal-approvazzjoni għandu jiġi indikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, flimkien mal-metodu użat għat-testijiet tal-approvazzjoni.

    5.5.

    Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun leġibbli faċilment meta n-NORESS tkun installata fuq il-vettura, u ma tkunx tista’ titħassar.

    5.6.

    Komponent jista’ jiġi mmarkat b’aktar minn numru tal-approvazzjoni wieħed jekk ikun ġie approvat bħala part ta’ aktar minn NORESS waħda; f’dan il-każ iċ-ċirku ma hemmx għalfejn jiġi ripetut. L-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament tan-NU jagħti eżempju tal-marka tal-approvazzjoni.

    6.   Speċifikazzjonijiet

    6.1.

    Speċifikazzjonijiet ġenerali

    Is-silenzjatur għandu jkun iddisinjat, mibni u kapaċi li jiġi installat b’tali mod li:

    (a)

    Il-vettura tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament tan-NU f’kundizzjonijiet normali tal-użu, u b’mod partikolari minkejja kwalunkwe vibrazzjoni li tista’ tkun soġġetta għaliha;

    (b)

    Juri reżistenza raġonevoli għall-fenomenu ta’ korrużjoni li jkun espost għalih, fejn tingħata attenzjoni xierqa għall-kundizzjonijiet normali tal-użu tal-vettura;

    (c)

    Id-distanza tas-silenzjatur mill-art kif iffittjat oriġinarjament u l-pożizzjoni inklinata possibbli tal-vettura, ma jiġux imnaqqsa;

    (d)

    Fis-superfiċe ma jkunx hemm temperaturi għoljin wisq;

    (e)

    It-truf tiegħu ma jkunux jaqtgħu jew bil-ponta u jkun hemm biżżejjed spazju għax-shock absorbers u l-molol;

    (f)

    Ikun hemm spazju adegwat bejn il-parts tal-molol;

    (g)

    Ikun hemm spazju adegwat ta’ sikurezza bejn il-pajpijiet;

    (h)

    Ikun reżistenti għat-tbagħbis b’tali mod li jkun kompatibbli ma’ rekwiżiti tal-manutenzjoni u tal-installazzjoni definiti b’mod ċar.

    6.2.

    Speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-livelli tal-ħoss

    Għalhekk, l-effiċjenza akustika tan-NORESS jew tal-komponenti tagħha għandha tiġi vverifikata permezz tal-metodi deskritti fir-Regolament tan-NU Nri. 9, 41 jew 63. B’mod partikolari, għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, għandha ssir referenza għas-serje ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 92 li kien fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura l-ġdida. Meta n-NORESS jew komponenti tagħha jkunu installati fuq il-vettura deskritta fil-paragrafu 3.3(c), il-valuri tal-livell tal-ħoss miksuba waqt l-użu taż-żewġ metodi (bil-vettura wieqfa u bil-vettura miexja) għandhom jissodisfaw il-kundizzjoni li ġejja:

    Ma għandhomx ikunu ogħla mill-valuri mkejla f’konformità mar-rekwiżiti ta’ paragrafu 3.3(c), għall-istess vettura meta din tkun mgħammra bis-sistema tas-silenzjar oriġinali waqt it-test bil-vettura miexja u jew t-test bil-vettura wieqfa.

    6.3.

    Rekwiżiti addizzjonali

    6.3.1.

    Dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni mit-tbagħbis

    In-NORESS jew il-komponenti tagħha għandhom ikunu mibnija b’tali mod li ma jippermettix it-tneħħija ta’ baffles, exit-cones u parts oħra li l-funzjoni primarja tagħhom hija bħala parti mill-kompartimenti tas-silenzjar/tal-espansjoni. Meta l-inkorporazzjoni ta’ part bħal din tkun inevitabbli, il-metodu tat-twaħħil tagħha għandu jkun tali li t-tneħħija ma tkunx iffaċilitata (eż. b’fixings bil-kamin konvenzjonali) u għandha tkun imwaħħla b’tali mod ukoll li t-tneħħija tagħha tikkawża ħsara permanenti/irrikoverabbli lill-assemblaġġ.

    6.3.2.

    NORESS multimodali

    NORESS b’modalitajiet ta’ tħaddim multipli, aġġustabbli manwalment jew elettronikament, li jintgħażlu mis-sewwieq, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha fil-modalitajiet ta’ tħaddim kollha. Il-livelli ta’ ħoss irrapportati għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mill-modalità bl-ogħla livelli ta’ ħoss.

    6.3.3.

    Projbizzjoni tal-apparat ta’ invalidazzjoni

    Il-manifattur tan-NORESS ma għandux ibiddel, jaġġusta jew jintroduċi intenzjonalment kwalunkwe apparat jew proċedura biss sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-ħoss ta’ dan ir-Regolament tan-NU, jekk dawn ma jkunux operattivi waqt tħaddim tipiku fit-triq.

    6.3.4.

    Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjoni tal-ħoss (ASEP)

    6.3.4.1.

    Ir-rekwiżiti tal-ASEP għandhom jiġu ssodisfati wkoll għan-NORESS, jekk tkun iddisinjata biex tintuża fuq vetturi li jkollhom approvazzjoni tat-tip skont serje ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 41, fejn l-ASEP kienet parti mill-approvazzjoni tat-tip maħruġa tal-vettura.

    Jekk l-ASEP trid tiġi ttestjata, dawn it-testijiet u t-testijiet minn qabel meħtieġa jridu jsiru skont is-serje ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 41, li kienet il-bażi għall-approvazzjoni tat-tip maħruġa tal-vettura.

    6.3.4.2.

    Jekk in-NORESS ikollha modalitajiet differenti jew ġeometriji varjabbli, trid twettaq it-testijiet tal-ASEP tar-Regolament tan-NU Nru 41 ukoll, jekk tkun iddisinjata biex tintuża fuq vetturi li huma approvati għat-tip skont serje ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 41, fejn l-ASEP ma kinitx parti mill-approvazzjoni tat-tip maħruġa ta’ dawn il-vetturi.

    Dawn it-testijiet tal-ASEP u t-testijiet minn qabel meħtieġa għandhom isiru f’konformità mas-serje attwali ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 41, li hija l-bażi attwali għall-ħruġ tal-approvazzjonijiet tat-tip ta’ dawn il-vetturi.

    L-emissjoni tal-ħoss tal-vettura mgħammra b’NORESS f’kundizzjonijiet tipiċi ta’ sewqan fit-triq, li huma differenti minn dawk li fihom twettaq it-test tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Anness 3 u fl-Anness 7 tar-Regolament tan-NU Nru 41, ma għandhiex tiddevja mir-riżultat tat-test b’mod sinifikanti.

    6.3.4.3.

    It-testijiet tal-ASEP rigward 6.3.4.2 għandhom isiru bi tqabbil fuq vettura, li hija mgħammra bis-silenzjatur tal-egżost oriġinali u n-NORESS (test back-to-back). It-testijiet tal-ASEP, tal-vettura mgħammra bis-silenzjatur tal-egżost oriġinali, għandhom isiru f’modalità ta’ tħaddim normali għall-użu fit-triq tal-approvazzjoni bbażata fuq l-emissjonijiet tal-ħoss tal-vettura. Dawn ir-riżultati tat-testijiet jibnu biss il-bażi ta’ tqabbil mar-riżultati tat-testijiet ASEP tal-vettura mgħammra b’NORESS.

    Matul dawn it-testijiet, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss tan-NORESS għal kull kundizzjoni tat-test jista’ jkollu fil-massimu tiegħu l-istess livell tal-pressjoni tal-ħoss bħall-kejl tal-vettura mgħammra b’silenzjatur tal-egżost oriġinali fil-modalità approvata tiegħu.

    6.3.4.4.

    Jekk it-testijiet rigward 6.3.4.1 jew 6.3.4.2 għandhom jitwettqu għan-NORESS mingħajr modalitajiet operattivi multipli, aġġustabbli manwalment jew elettronikament, li jistgħu jintgħażlu mis-sewwieq jew mingħajr ġeometriji varjabbli, il-vettura kif deskritta fil-paragrafu 3.3(c) għandu jintuża.

    6.3.4.5.

    Jekk it-testijiet tal-ASEP rigward 6.3.4.1 jew 6.3.4.2 għandhom jitwettqu għan-NORESS, li huma mgħammra b’modalitajiet ta’ tħaddim multipli, aġġustabbli manwalment jew elettronikament, li jistgħu jintgħażlu mis-sewwieq jew b’ġeometriji varjabbli, kull tip ta’ vettura tal-firxa tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tan-NORESS għandha tiġi ttestjata f’kull modalità li tista’ tintgħażel tal-vettura u n-NORESS.

    6.3.4.6.

    It-testijiet tal-ASEP rigward 6.3.4.4 jistgħu jsiru mill-manifattur tan-NORESS.

    It-testijiet tal-ASEP rigward 6.3.4.5 għandhom jitwettqu mis-Servizz Tekniku. Ir-riżultati tat-test ta’ dan il-kejl tal-vettura mgħammra bl-oriġinal u bin-NORESS, u d-data rilevanti kollha ta’ dawn it-testijiet għandhom jissemmew fir-rapport tat-test tas-Servizz Tekniku.

    6.3.4.7.

    L-awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ titlob kwalunkwe test rilevanti biex tivverifika l-konformità tan-NORESS mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq tal-paragrafi 6.3.4.1 sa 6.3.4.6 Matul dawn it-testijiet, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tivverifika wkoll is-software tal-unitajiet tal-istering tan-NORESS, li huma mgħammra b’modalitajiet operazzjonali multipli, aġġustabbli elettronikament, li jistgħu jintgħażlu mis-sewwieq jew b’ġeometriji varjabbli.

    6.3.4.8.

    Minbarra r-rapport tat-test tas-Servizz Tekniku, il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni f’konformità mal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament tan-NU li n-NORESS jew il-komponenti li jridu jiġu approvati jikkonformaw mar-rekwiżiti addizzjonali tal-forniment tal-emissjoni tal-ħoss tas-serje ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 41.

    Fil-każ ta’ NORESS li huma mgħammra b’modalitajiet ta’ tħaddim multipli, aġġustabbli manwalment jew elettronikament, jew b’ġeometriji varjabbli, il-manifattur tan-NORESS għandu jibgħat lill-awtorità tal-approvazzjoni dokument addizzjonali bi prinċipju/i dettaljat (i) u kontroll tan-NORESS skont il-paragrafu 6.3.4.9.

    6.3.4.9.

    Dokumentazzjoni addizzjonali għan-NORESS mgħammra b’modalitajiet operazzjonali multipli, aġġustabbli manwalment jew elettronikament, li jistgħu jintgħażlu mis-sewwieq jew b’ġeometriji varjabbli

    6.3.4.9.1.

    Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni addizzjonali meħtieġ mill-paragrafu 6.3.4.8 li jippermetti lill-awtorità tal-approvazzjoni tevalwa l-istrateġija jew l-istrateġiji għall-kontroll tal-emissjonijiet tal-ħoss biex tiżgura t-tħaddim korrett tan-NORESS.

    Għandu jkun disponibbli fiż-żewġ partijiet li ġejjin:

    (a)

    il-“pakkett formali ta’ dokumentazzjoni addizzjonali” li jista’ jkun disponibbli għall-partijiet interessati fuq talba;

    (b)

    il-“pakkett ta’ dokumentazzjoni addizzjonali estiż” li għandu jibqa’ strettament kunfidenzjali.

    6.3.4.9.2.

    Il-pakkett formali ta’ dokumentazzjoni addizzjonali jista’ jkun qasir, sakemm juri evidenza li l-parametri kollha għall-kontroll tan-NORESS ġew identifikati. Id-dokumentazzjoni addizzjonali għandha tiddeskrivi t-tħaddim funzjonali tan-NORESS. Dan il-materjal għandu jinżamm mill-awtorità tal-approvazzjoni.

    6.3.4.9.3.

    Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni addizzjonali estiż għandu jinkludi informazzjoni dwar l-operat tal-Istrateġiji Addizzjonali kollha għall-Emissjonijiet tal-Ħoss (ASES) u l-Istrateġija Bażi għall-Emissjonijiet tal-Ħoss (BSES), inkluż deskrizzjoni tal-parametri li huma modifikati minn kwalunkwe fażi u l-kundizzjonijiet ta’ limitu li skonthom joperaw l-ASES, u indikazzjoni ta’ liema ASES u BSES x’aktarx li jkunu attivi skont il-kundizzjonijiet tal-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fir-rekwiżit applikabbli tal-ASEP tar-Regolament tan-NU Nru 41. Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jinkludi l-modi kollha ta’ tħaddim.

    Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża għandu jibqa’ strettament kunfidenzjali. Dan il-materjal għandu jinżamm mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

    6.4.

    Kejl tal-prestazzjoni tal-vettura

    6.4.1.

    In-NORESS jew il-komponenti tagħha għandhom ikunu tali li jiġi żgurat li l-prestazzjoni tal-vettura tkun komparabbli ma’ dik miksuba bis-sistema tas-silenzjar tal-egżost oriġinali jew komponenti tagħha.

    6.4.2.

    In-NORESS jew, skont l-għażla tal-manifattur, il-komponenti tagħha, għandhom jitqabblu mas-sistema tas-silenzjar tal-egżost oriġinali jew komponenti tagħha, f’kundizzjoni ġdida wkoll, installati suċċessivament fuq il-vettura msemmija fil-paragrafu 3.3(c).

    6.4.3.

    Il-verifika għandha ssir permezz tal-kejl tal-kurva tal-output skont il-paragrafu 6.4.1 jew 6.4.2. Il-potenza massima u l-veloċità tal-magna b’potenza massima mkejla bin-NORESS ma għandhomx ikunu ogħla mill-potenza netta u l-veloċità tal-magna mkejla fil-kundizzjonijiet stipulati hawn taħt bis-sistema tal-egżost oriġinali b’aktar minn ± 5 fil-mija.

    6.4.4.

    Metodu ta’ ttestjar

    6.4.4.1.

    Metodu ta’ ttestjar tal-magna

    Il-kejl għandu jitwettaq fuq il-magna tal-vettura msemmija fil-paragrafu 3.3(c), il-magna tkun immuntata fuq dinamometru.

    6.4.4.2.

    Metodu tat-ttestjar tal-vettura

    Il-kejl għandu jitwettaq fuq il-vettura msemmija fil-paragrafu 3.3(c). Il-valuri miksuba bis-sistema tas-silenzjar oriġinali għandhom jitqabblu ma’ dawk miksuba bin-NORESS. It-test għandu jitwettaq fuq xażi dinamometriku.

    6.5.

    Dispożizzjonijiet addizzjonali li jirrigwardaw in-NORESS jew il-komponenti tagħha li jkun fihom materjal fibruż

    L-użu ta’ materjal fibruż assorbenti għandu jkun permess għall-kostruzzjoni tan-NORESS biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fl-Anness 3.

    6.6.

    Evalwazzjoni tal-emissjoni ta’ sustanzi niġġiesa minn vetturi mgħammra b’sistema tas-silenzjar ta’ sostituzzjoni

    Il-vettura msemmija fil-paragrafu 3.3(c) bis-sistema tas-silenzjar tal-egżost ta’ sostituzzjoni mhux oriġinali (NORESS) tat-tip li għalih tintalab l-approvazzjoni, għandha tissodisfa r-rekwiżiti tat-tniġġis skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. Il-provi għandhom jiġu ddokumentati fir-rapport tat-test.

    7.

    Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta’ NORESS u estensjoni tal-approvazzjoni

    7.1.

    Kull modifika tat-tip ta’ NORESS jew ta’ komponenti tagħha għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ NORESS. L-Awtorità msemmija tista’ mbagħad jew:

    (a)

    Tqis li l-modifiki li saru x’aktarx ma jkollhomx effett avvers apprezzabbli; jew

    (b)

    Tirrikjedi rapport tat-test ġdid mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

    7.2.

    Il-manifattur tan-NORESS jew komponenti tagħha jew ir-rappreżentant akkreditat tiegħu jista’ jitlob lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tan-NORESS għal tip wieħed jew għal diversi tipi ta’ vetturi għal estensjoni tal-approvazzjoni għal tipi oħra ta’ vetturi. Il-proċedura għandha tkun kif deskritta fil-paragrafu 3. ta’ hawn fuq.

    7.3.

    Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-modifiki, għandha tiġi kkomunikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU.

    7.4.

    L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal tali estensjoni.

    8.   Konformità tal-produzzjoni

    Il-proċeduri ta’ konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2) bir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    In-NORESS approvata skont dan ir-Regolament tan-NU għandha tiġi manifatturata b’tali mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6. ta’ hawn fuq;

    (b)

    Id-detentur tal-approvazzjoni għandu jiżgura li għal kull tip ta’ NORESS jitwettqu mill-inqas it-testijiet preskritti fil-paragrafu 6. ta’ dan ir-Regolament tan-NU;

    (c)

    L-Awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn;

    (d)

    Il-produzzjoni titqies li hija konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament tan-NU, jekk ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tan-NU Nri 9, 41 u 63, li jikkorrispondu mat-tip ta’ vettura, u jekk il-livell tal-ħoss imkejjel bil-metodu deskritt fir-Regolamenti tan-NU partikolari matul it-test bil-vettura miexja ma jaqbiżx b’aktar minn 3 dB(A) il-livell tal-ħoss imkejjel waqt l-approvazzjoni tat-tip u ma jaqbiżx b’aktar minn 1 dB(A) il-limiti preskritti fir-Regolamenti tan-NU Nri 9, 41 u 63 kif applikabbli.

    9.   Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

    9.1.

    L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ NORESS jew tal-komponenti tagħha skont dan ir-Regolament tan-NU tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8 ta’ hawn fuq, jew jekk in-NORESS jew il-komponenti tagħha ma jgħaddux mit-testijiet previsti fil-paragrafu 8(b) hawn fuq.

    9.2.

    Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tan-NU tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha tinnotifika minnufih b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell li jinsab fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament tan-NU.

    10.   Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

    Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ sistema tas-silenzjar ta’ sostituzzjoni jew komponenti tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament tan-NU, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni li min-naħa tagħha għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU, permezz ta’ kopja tal-formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell li jinsab fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament tan-NU.

    11.   Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

    Il-partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew tal-produzzjoni mwaqqfa għalkollox maħruġa f’pajjiżi oħra.

    12.   Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    12.1.

    Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament tan-NU, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament tan-NU ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont is-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament tan-NU.

    12.2.

    Minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ komponent jew unità teknika separata li trid tiġi approvata tissodisfa r-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament tan-NU.

    12.3.

    Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU għandhom jagħtu estensjonijiet lill-approvazzjonijiet eżistenti biss jekk it-tip ta’ komponent jew unità teknika separata li trid tiġi approvata tissodisfa r-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament tan-NU.

    12.4.

    Anki wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament tan-NU, l-approvazzjonijiet tal-komponenti u tal-unitajiet tekniċi separati għas-serje preċedenti ta’ emendi għar-Regolament tan-NU għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU għandhom ikomplu jaċċettawhom.

    (1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.) (ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2).

    (2)  Dawn il-komponenti huma, b’mod partikolari, il-manifold tal-egżost, is-silenzjatur proprju, il-kompartiment ta’ espansjoni u r-reżonatur.

    (3)  Jekk il-potenza netta massima nominali tintlaħaq f’diversi veloċitajiet tal-magna, il-veloċità nominali tal-magna tintuża f’dan ir-Regolament bħala l-ogħla veloċità tal-magna li biha tintlaħaq il-potenza netta massima nominali.

    (4)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6).


    ANNESS 1

    KOMUNIKAZZJONI

    PARTI A

    NORESS għal tipi ta’ vettura approvati skont is-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 41

    (Format Massimu: A4 (210 × 297 mm)

    Image 1

     (1)

    maħruġa minn:

    Isem l-amministrazzjoni:


    dwar (2) 2:

    Approvazzjoni mogħtija

     

    Approvazzjoni estiża

     

    Approvazzjoni rrifjutata

     

    Approvazzjoni rtirata

     

    Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

    ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ tip ta’ NORESS jew komponent tagħha skont ir-Regolament tan-NU Nru 92.

    Nru tal-Approvazzjoni. …

    Nru tal-Estensjoni…

    1.

    L-isem kummerċjali jew il-marka tal-vettura: …

    2.

    Tip ta’ vettura: …

    3.

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

    4.

    Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

    5.

    Magna

    5.1.

    Manifattur: …

    5.2.

    Tip: …

    5.3.

    Mudell: …

    5.4.

    Potenza netta massima nominali: … kW f’ … min-1

    5.5.

    Tip ta’ magna (eż. ta’ tqabbid bi spark, ta’ tqabbid bil-kompressjoni, eċċ.) (3) 3: …

    5.6.

    Ċikli: two-stroke/four-stroke 2

    5.7.

    Ċilindrata: … cm3

    6.

    Trażmissjoni

    6.1.

    Tip ta’ trażmissjoni: gearbox mhux awtomatika/gearbox awtomatika: …

    6.2.

    In-numru ta’ gerijiet: …

    7.

    Tagħmir

    7.1.

    Silenzjatur tal-egżost

    7.1.1.

    Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat (jekk ikun hemm): …

    7.1.2.

    Mudell: …

    7.1.3.

    Tip: … f’konformità mad-disinn Nru …

    7.2.

    Silenzjatur tad-dħul

    7.2.1.

    Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat (jekk ikun hemm): …

    7.2.2.

    Mudell: …

    7.2.3.

    Tip: … f’konformità mad-disinn Nru …

    8.

    Gerijiet użati għat-test tal-mutur miexi: …

    9.

    Il-proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni finali: …

    10.

    Numru tal-approvazzjoni tat-tip ECE tat-tajer(s): …

    Jekk ma jkunx disponibbli, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja:

    10.1.

    Il-manifattur tat-tajers: …

    10.2.

    Id-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali tat-tip ta’ tajer (skont il-fus), (eż. l-isem kummerċjali, l-indiċi tal-veloċità, l-indiċi tat-tagħbija): …

    10.3.

    Id-daqs tat-tajer (skont il-fus): …

    10.4.

    Numru ta’ approvazzjoni tat-tip ieħor (jekk ikun disponibbli): …

    11.

    Mases

    11.1.

    Piż gross massimu permissibbli: … kg

    11.2.

    Massa tat-test: … kg

    11.3.

    L-indiċi tal-proporzjon qawwa-massa (PMR): …

    12.

    Tul tal-vettura: … m

    12.1.

    Tul ta’ referenza l ref: … m

    13.

    Veloċitajiet tal-vettura waqt il-kejl fil-ger (i)

    13.1.

    Veloċità tal-vettura fil-bidu tal-perjodu ta’ aċċellerazzjoni (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i): … km/h

    13.2.

    Tul tal-preaċċellerazzjoni għall-ger (i): … m

    13.3.

    Veloċità tal-vettura v PP’ (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i): …km/h

    13.4.

    Veloċità tal-vettura v BB’ (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i): …km/h

    14.

    Veloċitajiet tal-vettura waqt il-kejl fil-ger (i+1) (jekk ikun applikabbli)

    14.1.

    Veloċità tal-vettura fil-bidu tal-perjodu ta’ aċċellerazzjoni (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i+1): … km/h

    14.2.

    Tul tal-preaċċellerazzjoni għall-ger (i+1): … m

    14.3.

    Veloċità tal-vettura v PP’ (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i+1): … km/h

    14.4.

    Veloċità tal-vettura v BB’ (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i+1): … km/h

    15.

    L-aċċellerazzjonijiet jiġu kkalkulati bejn il-linji AA’ u BB’/PP’ u BB’

    15.1.

    Deskrizzjoni tal-funzjonalità tal-apparati użati sabiex l-aċċellerazzjoni tiġi stabbilizzata (jekk ikun applikabbli): …

    16.

    Livelli tal-ħoss ta’ vettura miexja

    16.1.

    Riżultat tat-test bl-aċċelleratur miftuħ kompletament L wot: …db(A)

    16.2.

    Riżultati tat-test b’veloċità kostanti L crs: … db(A)

    16.3.

    Fattur parzjali ta’ potenzak p: … db(A)

    16.4.

    Riżultat finali tat-test L urban: … db(A)

    17.

    Il-livell tal-ħoss ta’ vettura wieqfa

    17.1.

    Il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tal-mikrofonu (skont l-Appendiċi 2 tal-Anness 3 tas-serje 04 għar-Regolament tan-NU Nru 41): …

    17.2.

    Ir-riżultat tat-test għal test b’vettura wieqfa: … dB(A) f’ … min-1

    18.

    Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss:

    Ara d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur (mehmuża)

    19.

    Data ta’ referenza tal-konformità waqt l-użu

    19.1.

    Il-ger (i) jew, għall-vetturi ttestjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokkjati, il-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet magħżula għat-test: …

    19.2.

    Tul tal-preaċċellerazzjoni l PA: … m

    19.3.

    Veloċità tal-vettura fil-bidu tal-perjodu ta’ aċċellerazzjoni (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i): … km/h

    19.4.

    Livell tal-pressjoni tal-ħoss L wot(i): … dB(A)

    20.

    Id-data li fiha l-vettura tressqet għall-approvazzjoni: …

    21.

    Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni: …

    22.

    Id-data tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz: …

    23.

    In-numru tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz: …

    24.

    Approvazzjoni mogħtija/estiża/rrifjutata/irtirata2: …

    25.

    Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni fuq il-mutur: …

    26.

    Post: …

    27.

    Data: …

    28.

    Firma: …

    29.

    Id-dokumenti li ġejjin, li għandhom in-numru tal-approvazzjoni muri hawn fuq, huma mehmuża ma’ din il-komunikazzjoni:

    Tpinġijiet, dijagrammi u pjanijiet tal-magna u tas-sistema tas-silenzjar tal-egżost;

    Ritratti tal-magna u tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar;

    Lista ta’ komponenti, debitament identifikati li jikkostitwixxu s-sistema tas-silenzjar tal-egżost.

    PARTI B

    NORESS għal tipi ta’ vetturi approvati skont ir-Regolamenti tan-NU Nri 9 jew 63

    (Format Massimu: A4 (210 × 297 mm)

    Image 2

     (4)

    maħruġa minn:

    Isem l-amministrazzjoni:


    dwar (5) 2:

    Approvazzjoni mogħtija

     

    Approvazzjoni estiża

     

    Approvazzjoni rrifjutata

     

    Approvazzjoni rtirata

     

    Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

    ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ tip ta’ NORESS jew komponent tagħha skont ir-Regolament tan-NU Nru 92.

    Nru tal-Approvazzjoni. …

    Nru tal-Estensjoni. …

    1.

    L-isem kummerċjali jew il-marka tal-vettura: …

    2.

    Tip ta’ vettura: …

    3.

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

    4.

    Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

    5.

    Magna

    5.1.

    Manifattur: …

    5.2.

    Tip: …

    5.3.

    Mudell: …

    5.4.

    Potenza netta massima nominali: … kW f’ … min-1

    5.5.

    Tip ta’ magna (eż. ta’ tqabbid bi spark, ta’ tqabbid bil-kompressjoni, eċċ.) (6) 3: …

    5.6.

    Ċikli: two-stroke/four-stroke 2

    5.7.

    Ċilindrata: … cm3

    6.

    Trażmissjoni

    6.1.

    Tip ta’ trażmissjoni: gearbox mhux awtomatika/gearbox awtomatika: …

    6.2.

    In-numru ta’ gerijiet: …

    7.

    Tagħmir

    7.1.

    Silenzjatur tal-egżost

    7.1.1.

    Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat (jekk ikun hemm): …

    7.1.2.

    Mudell: …

    7.1.3.

    Tip: … f’konformità mad-disinn Nru …

    7.2.

    Silenzjatur tad-dħul

    7.2.1.

    Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat (jekk ikun hemm): …

    7.2.2.

    Mudell: …

    7.2.3.

    Tip: … f’konformità mad-disinn Nru …

    8.

    Gerijiet użati għat-test tal-mutur miexi: …

    9.

    Il-proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni finali: …

    10.

    Numru tal-approvazzjoni tat-tip ECE tat-tajer(s): …

    Jekk ma jkunx disponibbli, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja:

    10.1.

    Il-manifattur tat-tajers: …

    10.2.

    Id-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali tat-tip ta’ tajer (skont il-fus), (eż. l-isem kummerċjali, l-indiċi tal-veloċità, l-indiċi tat-tagħbija): …

    10.3.

    Id-daqs tat-tajer (skont il-fus): …

    10.4.

    Numru ta’ approvazzjoni tat-tip ieħor (jekk ikun disponibbli): …

    11.

    Mases

    11.1.

    Piż gross massimu permissibbli: … kg

    11.2.

    Massa tat-test: … kg

    11.3.

    L-indiċi tal-proporzjon qawwa-massa (PMR): …

    12.

    Tul tal-vettura: … m

    13.

    Livell tal-ħoss tal-vettura miexja … dB(A)

    13.1.

    Ger (i) għat-test tal-vettura miexja …

    13,2.

    Veloċità tal-vettura fil-bidu tal-perjodu ta’ aċċellerazzjoni (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i): … km/h

    14.

    Il-livell tal-ħoss tal-vettura wieqfa … dB(A)

    14.1.

    b’veloċità tal-magna … min-1

    14.2.

    Pożizzjoni u Orjentazzjoni tal-mikrofonu: …

    15.

    Data ta’ referenza tal-konformità waqt l-użu

    15.1.

    Il-ger (i) jew, għall-vetturi ttestjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokkjati, il-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet magħżula għat-test: …

    15.2.

    Veloċità tal-vettura fil-bidu tal-perjodu ta’ aċċellerazzjoni (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i): … km/h

    15.3.

    Livell tal-pressjoni tal-ħoss L( i): … dB(A)

    16.

    Id-data li fiha l-vettura tressqet għall-approvazzjoni: …

    17.

    Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni: …

    18.

    Id-data tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz: …

    19.

    In-numru tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz: …

    20.

    Approvazzjoni mogħtija/estiża/rrifjutata/irtirata2: …

    21.

    Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni fuq il-mutur: …

    22.

    Post: …

    23.

    Data: …

    24.

    Firma: …

    25.

    Id-dokumenti li ġejjin, li għandhom in-numru tal-approvazzjoni muri hawn fuq, huma mehmuża ma’ din il-komunikazzjoni:

    Tpinġijiet, dijagrammi u pjanijiet tal-magna u tas-sistema tas-silenzjar tal-egżost;

    Ritratti tal-magna u tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar;

    Lista ta’ komponenti, debitament identifikati li jikkostitwixxu s-sistema tas-silenzjar tal-egżost.


    (1)  Numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet ta’ approvazzjoni fir-Regolament).

    (2)  Ħassar dak li ma japplikax.

    (3)  Jekk tintuża magna mhux konvenzjonali, dan għandu jiġi ddikjarat.

    (4)  Numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet ta’ approvazzjoni fir-Regolament).

    (5)  Ħassar dak li ma japplikax.

    (6)  Jekk tintuża magna mhux konvenzjonali, dan għandu jiġi ddikjarat.


    ANNESS 2

    Eżempju tal-marki tal-approvazzjoni

    (Ara l-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament tan-NU)

    Image 3

    a = 8 mm min

    Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ komponent tas-sistemi tas-silenzjatur turi li t-tip ta’ sistema tas-silenzjatur ta’ sostituzzjoni kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont ir-Regolament tan-NU Nru 92 bin-numru tal-approvazzjoni 022439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 92 kurrenti kif emendat mis-serje 02 ta’ emendi.


    ANNESS 3

    Rekwiżiti għal materjal fibruż assorbenti użat fin-NORESS

    (Ara l-paragrafu 6.5 ta’ dan ir-Regolament tan-NU)

    1.

    Il-materjal fibruż assorbent għandu jkun ħieles mill-asbestos u jista’ jintuża fil-kostruzzjoni tas-silenzjaturi biss jekk, permezz ta’ apparati xierqa, jiġi żgurat li l-materjal fibruż assorbenti jinżamm f’postu l-ħin kollu li s-silenzjatur ikun qed jintuża u li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalunkwe waħda mit-Taqsimiet 2, 4, 5 jew 3 skont l-għażla tal-manifattur.

    2.

    Wara t-tneħħija tal-materjal fibruż, il-livell tal-ħoss għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament tan-NU.

    3.

    Il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f’dawk il-partijiet tas-silenzjatur li minnhom jgħaddu l-gassijiet tal-egżost u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    Il-materjal għandu jissaħħan f’temperatura ta’ 650 ± 5 °C għal erba’ sigħat f’forn mingħajr tnaqqis fit-tul medju, fid-dijametru jew fid-densità tal-massa tal-fibra;

    (b)

    Wara li jissaħħan f’temperatura ta’ 650 ± 5 °C għal siegħa f’forn, mill-inqas 98 fil-mija tal-materjal għandu jinżamm f’għarbiel b’daqs nominali tal-apertura ta’ 250 μm konformi mal-ISO 3310/1 meta ttestjat skont l-ISO 2599;

    (c)

    It-telf fil-piż tal-materjal għandu jaqbeż l-10,5 fil-mija wara l-immersjoni għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 90 ± 5 °C f’kondensat sintetiku tal-kompożizzjoni li ġejja:

    (i)

    1 N aċidu idrobromiku (HBr), 10 ml

    (ii)

    1 N aċidu sulfuriku (H2SO4), 10 ml

    (iii)

    Ilma distillat sabiex jinkiseb volum ta’ 1 000 ml

    Nota:

    Il-materjal għandu jiġi maħsul f’ilma ddistillat u mnixxef għal siegħa f’temperatura ta’ 105 °C, qabel ma jintiżen.

    4.

    Qabel ma s-sistema tiġi ttestjata f’konformità mal-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament tan-NU, din għandha titqiegħed fi stat normali għall-użu fit-triq permezz ta’ wieħed mill-metodi ta’ kundizzjonament f’konformità mal-paragrafu 5.1.4 tal-Anness 3 tar-Regolamenti tan-NU Nru 9 jew 63 jew fil-paragrafu 1.3 tal-Anness 5 tar-Regolament tan-NU Nru 41, skont liema jkun applikabbli.

    5.

    Il-gassijiet tal-egżost ma humiex f’kuntatt ma’ materjali fibrużi u l-materjali fibrużi ma humiex taħtl-influwenza tal-varjazzjonijiet tal-pressjoni.

    ANNESS 4

    Dikjarazzjoni tal-konformità mad-Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjoni tal-Ħoss

    (Format Massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Din id-dikjarazzjoni hija meħtieġa għal sistemi tas-silenzjar tal-egżost ta’ sostituzzjoni mhux oriġinali (NORESS):

    (a)

    b’modalitajiet operazzjonali multipli, aġġustabbli manwalment jew elettronikament, jew b’ġeometriji varjabbli;

    (b)

    mingħajr modalitajiet ta’ tħaddim multipli, aġġustabbli manwalment jew elettronikament, li jistgħu jintgħażlu mis-sewwieq jew mingħajr ġeometriji varjabbli speċifikati għall-użu fuq vetturi tal-kategorija L3 li għandhom approvazzjoni tat-tip skont l-emendi tar-Regolament tan-NU Nru 41 u huma soġġetti għas-serje ta’ emendi tar-rekwiżiti ASEP tar-Regolament tan-NU Nru 41 (1).

    … (Isem il-manifattur) jafferma li s-sistemi tas-silenzjar tal-egżost ta’ sostituzzjoni mhux oriġinali ta’ dan it-tip … (it-tip fir-rigward tal-emissjoni tal-ħoss tiegħu skont is- … (2) serje ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 41) jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-ASEP tar-Regolament tan-NU Nru 41 matul il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip u l-produzzjoni tagħha.

    … (Isem il-manifattur) jagħmel din id-dikjarazzjoni in bona fede, wara li jkun wettaq evalwazzjoni xierqa tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tal-ħoss tas-sistema tas-silenzjar tal-egżost ta’ sostituzzjoni mhux oriġinali f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 92 matul il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip u l-produzzjoni tagħha.

    Data: …

    L-isem tar-rappreżentant awtorizzat: …

    Firma tar-rappreżentant awtorizzat: …


    (1)  Ħassar il-punt li ma japplikax.

    (2)  Imla s-serje ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 41, li tapplika n-NORESS.


    Top