Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42023X0320

Ir-Regolament tan-NU Nru 41 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-muturi fir-rigward tal-istorbju [2023/320]

PUB/2022/950

ĠU L 43, 13.2.2023, pp. 14–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/320/oj

13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/14


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq dan l-indirizz: https://unece.org/status-1958-agreement-and-annexed-regulations

Ir-Regolament tan-NU Nru 41 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-muturi fir-rigward tal-istorbju [2023/320]

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 05 — Id-data tad-dħul fis-seħħ: is-7 ta’ Jannar 2022

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta’ Applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet, termini u simboli

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Immarkar

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet

7.

Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ mutur jew tat-tip ta’ sistema/i tal-egżost jew tas-silenzjatur

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

12.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

1

Komunikazzjoni

2

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

3

Metodi u strumenti għall-kejl tal-istorbju li jagħmlu l-muturi

4

It-tqassim tal-korsa tat-testijiet

5

Sistemi tal-egżost jew tas-silenzjatur li jkun fihom materjal fibruż

6

Limiti massimi tal-livelli tal-ħoss

7

Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjoni tal-Ħoss (ASEP)

8

Dikjarazzjoni ta’ konformità mad-Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjoni tal-Ħoss

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategorija L3  (1) fir-rigward tal-istorbju.

L-ispeċifikazzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma maħsuba biex jirriproduċu l-livelli tal-ħoss iġġenerati mill-vetturi waqt sewqan normali fit-traffiku urban.

Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjoni tal-Ħoss f’Sewqan Reali (RD-ASEP) għall-vetturi tal-kategorija L3 li jirreferu għal kundizzjonijiet tipiċi tas-sewqan fit-triq inklużi aċċellerazzjonijiet u tagħbijiet tal-magna għoljin għat-traffiku urban u suburban, ħlief għal sitwazzjonijiet ta’ awtostradi.

2.   DEFINIZZJONIJIET, TERMINI U SIMBOLI

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament

2.1.

Approvazzjoni ta’ mutur” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ mutur fir-rigward tal-istorbju;

2.2.

Tip ta’ mutur fir-rigward tal-livell tal-ħoss tiegħu” tfisser muturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal dawn li ġejjin:

2.2.1.

It-tip ta’ magna (two-stroke jew four-stroke, magna bil-pistuni b’moviment alternat jew magna bil-pistun b’moviment rotattiv, in-numru u l-kapaċità ta’ ċilindri jew rotors, in-numru u t-tip ta’ karburaturi jew ta’ sistemi ta’ injezzjoni, l-arranġament tal-valvi, il-potenza netta massima nominali u l-veloċità tal-magna korrispondenti). Għall-magni bil-pistun b’moviment rotattiv, il-kapaċità kubika għandha titqies bħala li hija d-doppju tal-volum tal-kompartiment;

2.2.2.

Is-sistema ta’ trażmissjoni, b’mod partikolari n-numru u l-proporzjonijiet tal-gerijiet u l-proporzjon ġenerali tal-gerijiet filwaqt li titqies iċ-ċirkonferenza tar-roti ta’ wara.

2.2.3.

Il-konfigurazzjonijiet u l-arranġamenti tas-sistemi tal-egżost jew tas-silenzjatur.

2.3.

Sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur” tfisser sett sħiħ ta’ komponenti meħtieġa sabiex jiġi limitat l-istorbju kkawżat mill-magna u mill-egżost ta’ mutur.

2.3.1.

Sistema oriġinali tal-egżost jew tas-silenzjatur” tfisser sistema ta’ tip immuntata fuq il-vettura fi żmien l-approvazzjoni tat-tip jew l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip. Tista’ tkun ukoll il-part ta’ sostituzzjoni tal-manifattur tal-vettura.

2.3.2.

Sistema Mhux Oriġinali ta’ Sostituzzjoni tal-Egżost jew tas-Silenzjatur (NORESS)” tfisser sistema ta’ tip għajr dik immuntata fuq il-vettura fi żmien l-approvazzjoni tat-tip jew l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip.

2.4.

Sistemi tal-egżost jew tas-silenzjatur ta’ konfigurazzjonijiet differenti” tfisser sistemi li jkunu fundamentalment differenti f’wieħed mill-modi li ġejjin:

2.4.1.

Sistemi li jinkludu komponenti li jkollhom fuqhom marki tal-fabbrika jew trademarks differenti;

2.4.2.

Sistemi li jinkludu kwalunkwe komponent magħmul minn materjali b’karatteristiċi differenti jew li jinkludu komponenti li jkollhom forma jew daqs differenti;

2.4.3.

Sistemi fejn il-prinċipji operattivi ta’ mill-anqas komponent wieħed huma differenti;

2.4.4.

Sistemi li jinkludu komponenti f’kombinamenti differenti.

2.5.

Komponent ta’ sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur” tfisser wieħed mill-komponenti individwali li flimkien jifformaw is-sistema tal-egżost (bħall-pajpijiet tal-egżost, is-silenzjatur proprja) u s-sistema tad-dħul (filtru tal-arja) jekk ikun hemm.

Jekk il-magna għandha tkun mgħammra b’sistema tad-dħul (filtru tal-arja u/jew assorbitur tal-istorbju tad-dħul) sabiex tkun konformi mal-livelli massimi permissibbli ta’ ħoss, il-filtru u/jew l-assorbitur għandhom jiġu ttrattati bħala komponenti li għandhom l-istess importanza bħas-sistema tal-egżost.

2.6.

Massa inokkupata” (kif iddefinita fit-Taqsima 4.1.2 tal-ISO 6726: 1988) tfisser il-massa tal-vettura lesta għal tħaddim normali u mgħammra bit-tagħmir li ġej:

(a)

Tagħmir elettriku sħiħ inklużi l-apparati tat-tidwil u tas-sinjalazzjoni pprovduti mill-manifattur;

(b)

L-istrumenti u l-fittings kollha meħtieġa minn kwalunkwe leġiżlazzjoni li fir-rigward tagħhom qiegħed isir kejl tal-massa niexfa tal-vettura;

(c)

Firxa sħiħa ta’ likwidi sabiex ikun żgurat il-funzjonament korrett ta’ kull parti tal-vettura u t-tank tal-fjuwil mimli mill-anqas sa 90 fil-mija tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur;

(d)

It-tagħmir awżiljarju ġeneralment ipprovdut mill-manifattur flimkien ma’ dak li jkun meħtieġ għal tħaddim normali (kitt tal-għodod, mezzi biex jiġu ttrasportati l-muturi (carrier(s)), windscreen(s), tagħmir protettiv, eċċ.)

Noti:

1.

Fil-każ ta’ vettura li taħdem b’taħlita ta’ fjuwil u ta’ żejt:

1.1.

Fejn il-fjuwil u ż-żejt ikunu mħallta minn qabel, il-kelma “fjuwil” tiġi interpretata bħala li tinkludi tali taħlita lesta minn qabel ta’ fjuwil u ta’ żejt;

1.2.

Fejn il-fjuwil u ż-żejt jitkejlu separatament, il-kelma “fjuwil” tiġi interpretata bħala li tinkludi biss il-petrol. [Iż-“żejt”, f’dan il-każ, diġà huwa inkluż fis-subparagrafu (c) ta’ dan il-paragrafu.]

2.7.

Potenza netta massima nominali” tfisser il-potenza nominali tal-magna kif iddefinita fl-ISO 4106:2004.

Is-simbolu P n jindika l-valur numeriku tal-potenza netta massima nominali espressa f’kilowatts.

2.8.

Veloċità nominali tal-magna” tfisser il-veloċità tal-magna li biha l-magna tiżviluppa l-potenza netta massima nominali tagħha kif iddikjarata mill-manifattur.

Is-simbolu S jindika l-valur numeriku tal-veloċità nominali tal-magna espressa f’dawriet kull minuta. (2)

2.9.

Indiċi tal-proporzjon potenza-massa” tfisser il-proporzjon tal-qawwa netta massima nominali ta’ vettura mal-massa tagħha. Huwa ddefinit bħala:

PMR = (P n / (m kerb + 75)) * 1 000

Fejn m kerb huwa l-valur numeriku tal-massa mhux okkupata kif iddefinita fil-paragrafu 2.6. hawn fuq, espressa f’kilogrammi.

Is-simbolu PMR jindika l-indiċi tal-proporzjon potenza-massa.

2.10.

Veloċità massima” tfisser il-veloċità massima tal-vettura kif iddefinita fl-ISO 7117:1995.

Is-simbolu v max jindika l-veloċità massima.

2.11.

Ger illokkjat” tfisser il-kontroll tat-trażmissjoni b’tali mod li l-proporzjon tal-gerijiet ta’ trażmissjoni ma jistax jinbidel waqt it-test.

2.12.

Magna” tfisser is-sors tal-enerġija tal-vettura mingħajr aċċessorji li jistgħu jinqalgħu.

2.13.

Din li ġejja hija tabella li tinkludi s-simboli kollha użati f’dan ir-Regolament:

Simbolu

Unitajiet

Spjegazzjoni

Referenza

AA’

linja virtwali fuq il-korsa tat-testijiet

Anness 4 — Illustrazzjoni 1

awot

m/s2

aċċellerazzjoni kkalkulata

Anness 3 — 1.4.2.

awot,ref

m/s2

aċċellerazzjoni ta’ referenza preskritta

Anness 3 — 1.3.3.3.1.2.

aurban

m/s2

aċċellerazzjoni fil-mira preskritta

Anness 3 — 1.3.3.3.1.2.

BB’

linja virtwali fuq il-korsa tat-testijiet

Anness 4 — Illustrazzjoni 1

CC’

linja virtwali fuq il-korsa tat-testijiet

Anness 4 — Illustrazzjoni 1

K

fattur ta’ ponderazzjoni tal-gerijiet

Anness 3 — 1.4.3.

kp

fattur ta’ potenza parzjali

Anness 3 — 1.4.4.

L

dB(A)

livell ta’ pressjoni tal-ħoss

Anness 3 — 1.4.1.

L wot(i)

dB(A)

L f’kundizzjoni wot

Anness 3 — 1.4.6.

LASEP

dB(A)

L f’kundizzjonijiet operattivi addizzjonali RD-ASEP

Anness 7 — 3.3.3.2.

lPA

m

tul tal-preaċċellerazzjoni

Anness 3 — 1.3.3.1.1.

mkerb

kg

massa inokkupata tal-vettura

2.6.

mt

kg

massa tat-test tal-vettura

Anness 3 — 1.3.2.2.

n

min-1

veloċità tal-magna

 

nPP’

min-1

veloċità tal-magna f’PP’

Anness 7 — 2.6.

nidle

min-1

veloċità tal-magna fuq idle

nwot(i)

min-1

nPP’ imkejla f’detezzjoni Lwot(i)

Anness 7 — 2.6.

PP’

linja virtwali fuq il-korsa tat-testijiet

Anness 4 — Illustrazzjoni 1

PMR

indiċi tal-proporzjon potenza-massa

2.9.

Pn

kW

potenza netta massima nominali

2.7.

S

min-1

veloċità nominali tal-magna

2.8.

V

km/h

veloċità mkejla tal-vettura

vmax

km/h

veloċità massima

2.10.

vtest

km/h

veloċità preskritta tat-test

Anness 3 — 1.3.3.1.1.

L-indiċijiet li ġejjin jintużaw għall-veloċitajiet tal-magna “n” u għall-veloċitajiet tal-vettura “v” sabiex jindikaw il-post jew aħjar il-ħin tal-kejl:

(a)

AA’ li tindika li l-kejl jikkorrispondi għall-mument li fih il-parti ta’ quddiem tal-vettura tgħaddi l-linja AA’ (ara l-Anness 4 — Illustrazzjoni 1); jew

(b)

PP’ li tindika li l-kejl jikkorrispondi għall-mument li fih il-parti ta’ quddiem tal-vettura tgħaddi l-linja PP’ (ara l-Anness 4 — Illustrazzjoni 1); jew

(c)

BB’ li tindika li l-kejl jikkorrispondi għall-mument li fih il-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB’ (ara l-Anness 4 — Illustrazzjoni 1).

L-indiċijiet li ġejjin jintużaw għall-aċċellerazzjonijiet ikkalkulati bl-aċċelleratur magħfus kollu a wot u għal-livelli mkejla ta’ pressjoni tal-ħoss L sabiex jindikaw il-ger użat għat-test:

(a)

“(i)” li tindika, fil-każ ta’ test b’żewġ gerijiet, il-ger l-aktar baxx (jiġifieri, il-ger bl-ogħla proporzjon ta’ trażmissjoni tal-gerijiet) u f’każijiet oħra li tirreferi għall-ger uniku tat-test użat jew għall-pożizzjoni unika tas-selettur tal-gerijiet użat; jew

(b)

“(i + 1)” li tindika, fil-każ ta’ test b’żewġ gerijiet, l-ogħla ger (jiġifieri, il-ger bl-aktar proporzjon ta’ trażmissjoni tal-gerijiet baxx).

Il-livelli mkejla ta’ pressjoni tal-ħoss L iġorru wkoll indiċi li jindika t-tip ta’ test rispettiv:

(a)

“Wot” li tindika test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu (ara l-paragrafu 1.3.3.1.1. tal-Anness 3); jew

(b)

“CRS” li tindika test tal-veloċità kostanti (ara l-paragrafu 1.3.3.3.2. tal-Anness 3); jew

(c)

“Urban” li tindika kombinament ponderat ta’ test tal-veloċità kostanti u ta’ test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu (ara l-paragrafu 1.4.6.2. tal-Anness 3).

L-indiċi “j”, li jirreferi għan-numru tal-prova tat-test, jista’ jintuża flimkien mal-indiċijiet imsemmija hawn fuq.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ mutur fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħoss tiegħu għandha titressaq mill-manifattur tiegħu jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

3.2.

Magħha għandu jkun hemm id-dokumenti li jissemmew aktar ’l isfel fi tliet kopji, kif ukoll id-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni tat-tip tal-mutur fir-rigward tal-punti msemmija fil-paragrafu 2.2. hawn fuq. In-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip ta’ magna u t-tip tal-mutur għandhom jiġu speċifikati; deskrizzjoni tat-tip tal-mutur fir-rigward tal-punti msemmija fil-paragrafu 2.2. hawn fuq. In-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip ta’ magna u t-tip tal-mutur għandhom jiġu speċifikati;

3.2.2.

Lista tal-komponenti, debitament identifikati, li jikkostitwixxu s-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur;

3.2.3.

Tpinġija tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur assemblata u indikazzjoni tal-pożizzjoni tagħha fuq il-mutur;

3.2.4.

Tpinġijiet ta’ kull komponent sabiex ikun jista’ jiġi lokalizzat u identifikat faċilment, u speċifikazzjoni tal-materjali użati;

3.2.5.

Tpinġijiet bi profili trażversali li jindikaw id-dimensjonijiet tas-sistema tal-egżost. Kopja ta’ dawn it-tpinġijiet għandha tiġi mehmuża maċ-ċertifikat imsemmi fl-Anness 1.

3.3.

Id-dokumenti rispettivi msemmija fil-paragrafu 3.2. ta’ hawn fuq għandhom jitħejjew għal kull konfigurazzjoni tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur, jekk ikunu applikabbli konfigurazzjonijiet multipli għat-tip ta’ mutur li għandu jiġi approvat.

3.4.

Fuq talba tas-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni f’konformità mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur tal-mutur għandu jippreżenta wkoll kampjun tas-sistema/sistemi tal-egżost jew tas-silenzjatur.

3.5.

Il-muturi kollha rappreżentattivi tal-istess tip bil-konfigurazzjonijiet kollha possibbli tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur li għandhom jiġu approvati għandhom jiġu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni bi qbil mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip.

3.6.

Rapport tat-test mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-test tal-approvazzjoni tat-tip għandu jiġi ppreżentat lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. Dan ir-rapport tat-test għandu jinkludi mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Dettalji tas-sit tat-test (eż. it-temperatura tal-wiċċ, il-koeffiċjent tal-assorbiment, eċċ.), il-post fejn jinsab is-sit tat-test, l-orjentazzjoni tas-sit u l-kundizzjonijiet tat-temp inklużi l-veloċità tar-riħ u t-temperatura tal-arja, id-direzzjoni, il-pressjoni barometrika, l-umdità;

(b)

It-tip ta’ tagħmir tal-kejl, inkluż il-windscreen;

(c)

Il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss ponderat-A tipiku tal-istorbju fl-isfond;

(d)

L-identifikazzjoni tal-vettura, il-magna tagħha, is-sistema ta’ trażmissjoni tagħha, inklużi l-proporzjonijiet disponibbli ta’ trażmissjoni, id-daqs u t-tip ta’ tajers, il-pressjoni tat-tajers, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tat-tajers (jekk ikun disponibbli) jew il-manifattur tat-tajers u deskrizzjoni kummerċjali tat-tajers (jiġifieri, l-isem kummerċjali, l-indiċi ta’ veloċità, l-indiċi tat-tagħbija), il-potenza netta massima nominali, il-massa tat-test, l-indiċi tal-proporzjon tpotenza-massa, awot ref, aurban, it-tul tal-vettura;

(e)

Il-gerijiet ta’ trażmissjoni jew il-proporzjonijiet tal-gerijiet ta’ trażmissjoni li ntużaw waqt it-test;

(f)

Għat-testijiet skont l-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament u għat-testijiet tal-punti ta’ referenza tal-paragrafu 3.2. tal-Anness 7, il-veloċità tal-vettura u l-veloċità tal-magna fil-bidu tal-perjodu ta’ aċċellerazzjoni u l-post fejn tibda l-aċċellerazzjoni għal kull ger użat;

(g)

Għat-testijiet skont l-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament u skont it-test tal-punti ta’ referenza tal-paragrafu 3.2. tal-Anness 7, il-veloċità tal-vettura u l-veloċità tal-magna f’PP’ u fi tmiem l-aċċellerazzjoni għal kull kejl validu;

(h)

Għat-testijiet skont il-paragrafu 3.3. tal-Anness 7, il-veloċità tal-vettura u l-veloċità tal-magna fil-linji AA’, PP’ u BB’;

(i)

Għat-testijiet skont il-paragrafu 3.3. tal-Anness 7, il-kundizzjoni tal-avviċinament għal-linja AA’ (aċċellerazzjoni, deċellerazzjoni jew veloċità kostanti) u l-pożizzjoni tal-kontroll tal-aċċelleratur preskritta (f’% tal-ftuħ tal-kontroll tal-aċċelleratur) bejn il-linji AA’ u BB’;

Nota: Din hija deskrizzjoni tal-operazzjoni ta’ kontroll tal-aċċelleratur preskritta. L-operazzjoni ta’ kontroll tal-aċċelleratur effettiva matul prova tat-test ma tiġix irreġistrata iżda tiġi vvalutata biss b’osservazzjoni;

(j)

Il-metodu li ntuża biex tiġi kkalkulata l-aċċellerazzjoni;

(k)

Ir-riżultati intermedji tal-kejl awot(i), awot(i + 1), Lwot(i), Lwot(i + 1), Lcrs(i) u Lcrs(i + 1), jekk applikabbli;

(l)

Il-fatturi ta’ ponderazzjoni k u kp u r-riżultati finali tal-kejl Lwot, Lcrs, Lurban u LASEP;

(m)

It-tagħmir awżiljarju tal-vettura, fejn ikun xieraq, u l-kundizzjonijiet operattivi tiegħu;

(n)

Il-valuri kollha validi tal-livell ta’ pressjoni tal-ħoss ponderat-A għal kull test, elenkati skont in-naħa tal-vettura u skont id-direzzjoni tal-moviment tal-vettura fis-sit tat-test; u

(o)

L-informazzjoni kollha rilevanti li tkun meħtieġa sabiex jinkisbu livelli differenti ta’ emissjoni tal-ħoss.

4.   IMMARKAR

4.1.

Il-komponenti tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur għandu jkollhom fuqhom l-identifikazzjonijiet li ġejjin:

4.1.1.

L-isem kummerċjali jew it-trademark tal-manifattur tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur u tal-komponenti tagħha;

4.1.2.

Id-deskrizzjoni kummerċjali mogħtija mill-manifattur;

4.1.3.

In-numri ta’ identifikazzjoni tal-parts; u

4.1.4.

Għas-silenzjaturi oriġinali kollha, il-marka “E” segwita mill-identifikazzjoni tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni tat-tip lill-komponent. (3)

4.1.5.

Kwalunkwe imballaġġ ta’ parts ta’ sostituzzjoni oriġinali għas-sistemi tal-egżost jew tas-silenzjatur għandu jiġi mmarkat b’mod leġġibbli bil-kelmiet “original part” (“part oriġinali”) u bir-referenzi għall-għamla u għat-tip integrati flimkien mal-marka “E” u anke r-referenza tal-pajjiż ta’ oriġini.

4.1.6.

Dan l-immarkar ma għandux ikun jista’ jitħassar, għandu jkun leġġibbli b’mod ċar u għandu jkun ukoll viżibbli, fil-pożizzjoni fejn il-komponent irid jiġi mmuntat fuq il-vettura.

5.   APPROVAZZJONI

5.1.

Jekk it-tip ta’ mutur imressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6. u 7. ta’ hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ mutur.

5.2.1.

Għal kull tip approvat, għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li jkunu saru fir-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ mutur.

5.2.2.

Konfigurazzjonijiet multipli tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur għandhom jiġu elenkati b’mod espliċitu taħt l-istess approvazzjoni ta’ tip ta’ mutur bir-riżultati tat-test rispettivi tagħhom.

5.3.

In-notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ mutur skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula konformi mal-mudell muri fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, flimkien ma’ tpinġijiet tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur (ipprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni) f’format mhux akbar minn A4 (210 × 297 mm), jew mitwijin għal dak il-format, u fuq skala xierqa.

5.4.

L-informazzjoni rispettiva għal konfigurazzjonijiet multipli tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur imsemmija fil-paragrafu 5.2.2. ta’ hawn fuq għandha tiġi pprovduta fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

5.5.

Fuq kull mutur li jkun konformi ma’ tip ta’ mutur approvat skont dan ir-Regolament għandu jitwaħħal, f’post li jidher u li jkun faċilment aċċessibbli speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

5.5.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni3; u

5.5.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.5.1.

5.6.

Jekk il-mutur jikkonforma ma’ tip ta’ mutur approvat, skont Regolament ieħor jew Regolamenti oħra anness/i mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.5.1. ta’ hawn fuq ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, ir-Regolament u n-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.5.1.

5.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

5.8.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-mutur li jkun waħħal il-manifattur.

5.9.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

6.1.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.1.1.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fuq il-mutur f’post faċilment aċċessibbli iżda mhux bilfors viżibbli mill-ewwel:

(a)

Isem il-manifattur;

(b)

Il-veloċità fil-mira tal-magna u r-riżultat finali tat-test b’mutur wieqaf kif iddefinit fil-paragrafu 2. tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament;

Barra minn hekk, għall-muturi tal-kategorija L3 b’PMR > 50, għandha tintwera d-data ta’ referenza tal-konformità fl-użu kif iddefinita fil-paragrafu 3. tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament. Din id-data tista’ tiġi pprovduta jew f’post wieħed flimkien mal-informazzjoni fil-paragrafi 6.1.1.(a) u 6.1.1.(b) jew f’post differenti ieħor flimkien mal-informazzjoni fil-paragrafu 6.1.1.(a). (4)

6.2.

Speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-livelli tal-ħoss

6.2.1.

L-emissjonijiet tal-ħoss tat-tip ta’ mutur imressaq għall-approvazzjoni għandhom jitkejlu biż-żewġ metodi deskritti fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament (mutur f’moviment u mutur wieqaf) (5); fil-każ ta’ mutur fejn il-magna ta’ kombustjoni interna ma taħdimx meta l-mutur ikun wieqaf, l-istorbju emess għandu jitkejjel biss meta l-mutur ikun qiegħed jagħmel moviment.

6.2.2.

Ir-riżultati tat-test miksuba f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.1. hawn fuq għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test u fuq formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

6.2.3.

Ir-riżultati tat-test għall-mutur f’moviment miksuba f’konformità mal-paragrafu 1. tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament u matematikament ittondjati għall-eqreb numru sħiħ ma għandhomx jaqbżu l-limiti preskritti (għal muturi ġodda u għal sistemi tas-silenzjatur ġodda) fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament għall-kategorija li l-mutur jappartjeni għaliha. Fi kwalunkwe każ, L wot ma għandux jaqbeż il-valur ta’ limitu għal L urban b’aktar minn 5 dB.

6.3.

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjoni tal-ħoss

6.3.1.

Il-manifattur tal-mutur ma għandu jbiddel, jaġġusta jew jintroduċi intenzjonalment ebda apparat jew proċedura biss sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-istorbju ta’ dan ir-Regolament, li ma jkunux operattivi waqt tħaddim tipiku fit-triq.

6.3.2.

It-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament. Jekk il-mutur ikollu programmi jew modalitajiet ta’ software li jistgħu jingħażlu mill-utent li jaffettwaw l-emissjoni tal-ħoss tal-vettura, dawn il-modalitajiet kollha għandhom ikunu f’konformità mar-rekwiżiti fl-Anness 7.

6.3.3.

Fl-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip jew għal modifika jew estensjoni ta’ approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni f’konformità mal-Anness 8 li t-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat huwa konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3.1. ta’ dan ir-Regolament.

6.3.4.

Ir-riżultati tat-test miksuba f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.3.2. hawn fuq għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test u fuq formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

6.4.

Speċifikazzjonijiet addizzjonali dwar sistemi tal-egżost jew tas-silenzjatur mimlija b’materjal fibruż

6.4.1.

Jekk is-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur tal-mutur ikun fiha materjali fibrużi, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 5. Jekk il-bokka tal-magna tkun mgħammra b’filtru tal-arja u/jew b’assorbitur tal-istorbju tad-dħul li huwa/huma meħtieġ(a) sabiex tkun żgurata konformità mal-livell permissibbli ta’ ħoss, il-filtru u/jew l-assorbitur għandu/għandhom jiġi/jiġu kkunsidrat(i) bħala li huwa/huma parti mis-sistema tas-silenzjatur, u r-rekwiżiti tal-Anness 5 għandhom japplikaw għalih/om ukoll.

6.5.

Il-preskrizzjonijiet addizzjonali relatati mal-manipulazzjoni u s-sistemi ta’ multimodalità manwalment aġġustabbli tal-egżost jew tas-silenzjatur

6.5.1.

Is-sistemi tas-silenzjatur jew tal-egżost kollha għandhom jinbnew b’tali mod li ma jippermettux it-tneħħija faċli tal-baffles, l-exit-cones u partijiet oħra li l-funzjoni primarja tagħhom hija bħala parti mill-kompartimenti tas-silenzjatur/tal-espansjoni. Meta l-inkorporazzjoni ta’ part bħal din tkun inevitabbli, il-metodu biex din titwaħħal għandu jkun tali li t-tneħħija ma tkunx iffaċilitata wisq (pereżempju, permezz ta’ fissanti b’kamin konvenzjonali) u għandha tkun imwaħħla wkoll b’tali mod li t-tneħħija tikkawża ħsara permanenti/irrekuperabbli lill-assemblaġġ.

6.5.2.

Sistemi tas-silenzjatur jew tal-egżost, b’modalitajiet multipli operattivi manwalment aġġustabbli għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet kollha fil-modalitajiet operattivi kollha. Il-livelli tal-istorbju rrapportati għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mill-modalità bl-ogħla livelli ta’ storbju.

7.   MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ MUTUR JEW TAT-TIP TA’ SISTEMA/I TAL-EGŻOST JEW TAS-SILENZJATUR

7.1.

Kull modifika tat-tip ta’ mutur jew tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ mutur. Imbagħad, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ jew:

7.1.1.

Tikkunsidra li l-modifiki li saru ma humiex probabbli li se jkollhom effetti avversi apprezzabbli, u li fi kwalunkwe każ, il-mutur għadu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; jew

7.1.2.

Tirrikjedi rapport tat-test ulterjuri mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

7.2.

Konferma jew rifjut ta’ approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3. ta’ hawn fuq.

7.3.

L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lill-estensjoni u għandha tinnotifika b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri ta’ konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2) bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

Kwalunkwe mutur immanifatturat għandu jkun konformi ma’ tip ta’ mutur approvat skont dan ir-Regolament, għandu jkun mgħammar bis-silenzjatur li bih ingħata l-approvazzjoni tat-tip u għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 hawn fuq.

8.2.

Sabiex tiġi ttestjata l-konformità kif meħtieġ hawn fuq, għandu jittieħed kampjun ta’ mutur mil-linja ta’ produzzjoni tat-tip approvat skont dan ir-Regolament. Il-livelli tal-ħoss tiegħu, imkejla u pproċessati (Lurban u Lwot) skont il-metodu deskritt fl-Anness 3, bl-istess ger(ijiet) u bl-istess distanza/distanzi ta’ preaċċellerazzjoni kif intużaw fit-test oriġinali tal-approvazzjoni tat-tip, u matematikament ittondjati għall-eqreb numru sħiħ ma għandhomx jaqbżu l-valuri mkejla u pproċessati fi żmien l-approvazzjoni tat-tip b’aktar minn 3,0 dB(A). Barra minn hekk, L urban ma għandux jaqbeż b’aktar minn 1,0 dB(A) il-limitu stabbilit fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament, u Lwot, b’rabta ma’ 6.2.3., ma għandux jaqbeż il-valur ta’ limitu għal Lurban b’aktar minn 6,0 dB(A).

8.3.

Għall-konformità tal-produzzjoni, il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni mill-ġdid li t-tip għadu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3.1. ta’ dan ir-Regolament. Il-livelli mkejla ta’ ħoss skont l-Anness 7 ma għandhomx jaqbżu l-limiti mogħtija fil-paragrafu 2.6. tal-Anness 7 b’aktar minn 1,0 dB(A). Bħala minimu, għandhom jitwettqu testijiet fil-kundizzjonijiet operattivi għall-punti ta’ referenza skont il-paragrafu 3.2. tal-Anness 7.

9.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ mutur skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8. hawn fuq.

9.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip ta’ mutur approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn.

12.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

12.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 05, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 05.

12.2.

Mill-1 ta’ Settembru 2023, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip għas-serje ta’ emendi preċedenti, li jkunu nħarġu għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Settembru 2023.

12.3.

Sal-1 ta’ Settembru 2024, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip għas-serje ta’ emendi preċedenti, maħruġa għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Settembru 2023.

12.4.

Mill-1 ta’ Settembru 2024, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip maħruġa għas-serje ta’ emendi preċedenti għal dan ir-Regolament.

12.5.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li jibdew japplikaw dan ir-Regolament wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi l-aktar reċenti ma humiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip li jkunu ngħataw f’konformità ma’ kwalunkwe waħda mis-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament/huma obbligati biss li jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip mogħtija f’konformità mas-serje ta’ emendi 05.

12.6.

Minkejja l-paragrafu 12.4., il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip maħruġa skont is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament, għall-vetturi/is-sistemi ta’ vetturi li ma humiex affettwati mill-bidliet introdotti bis-serje ta’ emendi 05.

12.7.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip skont kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament. Madankollu, il-wiċċ tat-triq li jkopri s-sit tat-test jista’ jikkonforma mal-ISO10844:2014 meta tingħata l-approvazzjoni tat-tip skont is-serje ta’ emendi 03 għal dan ir-Regolament jew l-estensjonijiet tiegħu.

12.8.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu estensjonijiet għall-approvazzjonijiet eżistenti għal kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament. Madankollu, il-wiċċ tat-triq li jkopri s-sit tat-test jista’ jikkonforma mal-ISO10844:2014 meta tingħata l-approvazzjoni tat-tip skont is-serje ta’ emendi 03 għal dan ir-Regolament jew l-estensjonijiet tiegħu.

(1)  Kif iddefiniti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  Jekk il-potenza netta massima nominali tintlaħaq b’diversi veloċitajiet tal-magna, f’dan ir-Regolament S tintuża bħala l-ogħla veloċità tal-magna li biha tintlaħaq il-qawwa netta massima nominali.

(3)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jidhru għal darb’oħra fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6, Anness 3- www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.

(4)  L-istabbiliment ta’ bażi tad-data elettronika dwar l-approvazzjonijiet tat-tip mistennija tagħmel il-provvista tad-data ta’ referenza tal-konformità fl-użu dwar il-mutur żejda.

(5)  Isir test fuq mutur wieqaf sabiex jiġi pprovdut valur ta’ referenza għall-amministrazzjonijiet li jużaw dan il-metodu sabiex jikkontrollaw il-muturi waqt l-użu.


ANNESS 1

Komunikazzjoni

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm)

Image 1

 (1)

maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni


dwar (2):

Approvazzjoni mogħtija

Approvazzjoni estiża

Approvazzjoni rrifjutata

Approvazzjoni rtirata

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ mutur fir-rigward tal-istorbju emess mill-muturi skont ir-Regolament Nru 41

Approvazzjoni Nru: … Estensjoni Nru: …

1.

Isem kummerċjali jew trademark tal-mutur: …

2.

Tip ta’ mutur: …

3.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

4.

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

5.

Magna

5.1.

Manifattur: …

5.2.

Tip: …

5.3.

Mudell: …

5.4.

Potenza netta massima nominali: … kW f’ … min-1

5.5.

Tip ta’ magna (eż. tqabbid bi spark, tqabbid bil-kompressjoni, eċċ. ): (3)

5.6.

Ċikli: two-stroke/four-stroke (2)

5.7.

Ċilindrata: …cm3

6.

Trażmissjoni

6.1.

Tip ta’ trażmissjoni: gearbox mhux awtomatika/gearbox awtomatika: …

6.2.

In-numru ta’ gerijiet: …

7.

Tagħmir

7.1.

Silenzjatur tal-egżost

7.1.1.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat (jekk ikun hemm): …

7.1.2.

Mudell: …

7.1.3.

Tip: f’konformità mad-disinn Nru …

7.2.

Silenzjatur tad-dħul

7.2.1.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat (jekk ikun hemm): …

7.2.2.

Mudell: …

7.2.3.

Tip: … f’konformità mad-disinn Nru …

8.

Gerijiet użati għat-test tal-mutur f’moviment: …

9.

Il-proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni finali: …

10.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tat-tajer(s): …

Jekk ma jkunx disponibbli, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja:

10.1.

Il-manifattur tat-tajers: …

10.2.

Id-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali tat-tip ta’ tajer (skont il-fus), (eż. l-isem kummerċjali, l-indiċi tal-veloċità, l-indiċi tat-tagħbija): …

10.3.

Id-daqs tat-tajer (skont il-fus): …

10.4.

Numru ta’ approvazzjoni tat-tip ieħor (jekk ikun disponibbli): …

11.

Mases

11.1.

Piż gross massimu permissibbli: …kg

11.2.

Massa tat-test: …kg

11.3.

L-indiċi tal-proporzjon potenza-massa (PMR): …

12.

Tul tal-vettura: …m

12.1.

Tul ta’ referenza l ref: …m

13.

Veloċitajiet tal-vettura waqt il-kejl fuq il-ger (i)

13.1.

Veloċità tal-vettura fil-bidu tal-perjodu ta’ aċċellerazzjoni (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i): …km/h

13.2.

Tul tal-preaċċellerazzjoni għall-ger (i): …m

13.3.

Veloċità tal-vettura v PP’ (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i): … km/h

13.4.

Veloċità tal-vettura v BB’ (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i): … km/h

14.

Veloċitajiet tal-vettura waqt il-kejl fuq il-ger (i+1) (jekk applikabbli)

14.1.

Veloċità tal-vettura fil-bidu tal-perjodu ta’ aċċellerazzjoni (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i+1): …km/h

14.2.

Tul tal-preaċċellerazzjoni għall-ger (i+1): …m

14.3.

Veloċità tal-vettura v PP’ (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i+1): … km/h

14.4.

Veloċità tal-vettura v BB’ (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i+1): … km/h

15.

L-aċċellerazzjonijiet jiġu kkalkulati bejn il-linji AA’ u BB’/PP’ u BB’

15.1.

Deskrizzjoni tal-funzjonalità tal-apparati użati sabiex l-aċċellerazzjoni tiġi stabbilizzata (jekk applikabbli): …

16.

Livelli ta’ storbju tal-vettura f’moviment

16.1.

Riżultat tat-test bl-aċċelleratur miftuħ kollu Lwot: …db(A)

16.2.

Riżultati tat-test tal-veloċità kostanti Lcrs: …db(A)

16.3.

Fattur tal-qawwa parzjali kp: …

16.4.

Riżultat finali tat-test Lurban: …db(A)

17.

Livell ta’ storbju tal-vettura wieqfa

17.1.

Pożizzjoni u orjentazzjoni tal-mikrofonu (skont l-Appendiċi 2 tal-Anness 3): …

17.2.

Ir-riżultat tat-test għal test bil-vettura wieqfa: … dB(A) f’… min-1

18.

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss:

18.1.

Kundizzjonijiet operattivi RD-ASEP

Punt ta’ Referenza

(i)

Punt ta’ Referenza

(ii)

kundizzjoni operattiva addizzjonali 1

kundizzjoni operattiva addizzjonali 2

kundizzjoni operattiva addizzjonali 3

18.1.1.

Numru tal-ger magħżul

 

 

 

 

 

18.1.2.

Veloċitajiet tal-vettura

-

-

-

-

-

18.1.2.1.

Veloċità tal-vettura fil-bidu tal-perjodu ta’ aċċellerazzjoni (medja ta’ tliet provi) (km/h)

 

 

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

18.1.2.2.

Tul tal-preaċċellerazzjoni (m)

 

 

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

18.1.2.3.

Veloċità tal-vettura vAA’

(medja ta’ tliet provi għall-Punt ta’ Referenza (i) u (ii)) (km/h)

 

 

 

 

 

18.1.2.4.

Veloċità tal-vettura vPP’

(medja ta’ tliet provi għall-Punti ta’ Referenza (i) u (ii)) (km/h)

 

 

 

 

 

18.1.2.5.

Veloċità tal-vettura vBB’

(medja ta’ tliet provi għall-Punti ta’ Referenza (i) u (ii)) (km/h)

 

 

 

 

 

18.1.3.

Veloċitajiet tal-magna

-

-

-

-

-

18.1.3.1.

Veloċità tal-magna nAA’

(medja ta’ tliet provi għall-Punti ta’ Referenza (i) u (ii)) (min-1)

 

 

 

 

 

18.1.3.2.

Veloċità tal-magna nPP’

(medja ta’ tliet provi għall-Punti ta’ Referenza (i) u (ii)) (min-1)

 

 

 

 

 

18.1.3.3.

Veloċità tal-magna nBB’

(medja ta’ tliet provi għall-Punti ta’ Referenza (i) u (ii)) (min-1)

 

 

 

 

 

18.1.4.

Riżultat tat-test bl-aċċelleratur miftuħ kollu Lwot għall-Punti ta’ Referenza (i) u (ii) (dB(A))

 

 

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

18.1.5.

livell massimu ta’ pressjoni tal-ħoss LASEP tal-kundizzjonijiet operattivi addizzjonali

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

 

 

18.1.6.

limitu RD-ASEP

 

 

 

 

 

18.2.

Ara d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3.1. (mehmuża).

19.

Data ta’ referenza tal-konformità waqt l-użu

19.1.

Il-ger (i) jew, għall-vetturi ttestjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokkjati, il-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet magħżula għat-test: …

19.2.

Tul tal-preaċċellerazzjoni l PA: …m

19.3.

Veloċità tal-vettura fil-bidu tal-perjodu ta’ aċċellerazzjoni (medja ta’ tliet provi) għall-ger (i): …km/h

19.4.

Livell ta’ pressjoni tal-ħoss L wot(i): …dB(A)

19.5.

Programmi jew modalitajiet ta’ software li jistgħu jintgħażlu mill-utent b’effett jew fuq Lwot(i) jew Lcrs jew Lurb jew LASEP

19.5.1.

Lista ta’ programmi jew modalitajiet ta’ software li jistgħu jintgħażlu mill-utent: …

19.5.2.

Programmi jew modalitajiet ta’ software li jistgħu jintgħażlu mill-utent użati għad-determinazzjoni ta’ Lurb skont l-Anness 3: …

19.5.3.

Programmi jew modalitajiet ta’ software li jistgħu jintgħażlu mill-utent użati għad-determinazzjoni ta’ Lwot u LASEP skont l-Anness 7: …

20.

Data li fiha l-vettura tressqet għall-approvazzjoni: …

21.

Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni: …

22.

Data tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz: …

23.

Numru tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz: …

24.

Approvazzjoni mogħtija/estiża/miċħuda/irtirata: 2

25.

Post: …

26.

Data: …

27.

Firma: …

28.

Id-dokumenti li ġejjin huma mehmuża ma’ din il-komunikazzjoni, u għandhom in-numru tal-approvazzjoni indikat hawn fuq:

Tpinġijiet, dijagrammi u skemi tal-magna u tas-sistema għat-tnaqqis tal-istorbju;

Ritratti tal-magna u tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur;

Lista ta’ komponenti, debitament identifikati, li jikkostitwixxu s-sistema għat-tnaqqis tal-istorbju.


(1)  Numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta jew irtira l-approvazzjoni

(2)  Ħassar dak li ma japplikax

(3)  Jekk tintuża magna mhux konvenzjonali, dan għandu jiġi ddikjarat


ANNESS 2

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

Mudell A

(Ara l-paragrafu 5.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image 2

a = 8 mm min

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq mutur turi li t-tip ta’ mutur ikkonċernat, fir-rigward tal-istorbju, ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont ir-Regolament Nru 41 bin-numru tal-approvazzjoni 052439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 41 kif emendat bis-serje ta’ emendi 05.

Mudell B

(Ara l-paragrafu 5.6. ta’ dan ir-Regolament)

Image 3

a = 8 mm min

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq mutur turi li t-tip ta’ mutur ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nri 41 u 10. L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li fid-data meta ngħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolament Nru 41 kien jinkludi s-serje ta’ emendi 05 u r-Regolament Nru 10 kien jinkludi s-serje ta’emendi 01.


ANNESS 3

Metodi u strumenti għall-kejl tal-istorbju li jagħmlu l-muturi

1.

Storbju tal-mutur f’moviment (kundizzjonijiet u metodu ta’ kejl għall-ittestjar tal-vettura waqt l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti).

1.1.

Strumenti tal-kejl

1.1.1.

Kejl akustiku

1.1.1.1.

Ġenerali

L-apparat li jintuża biex jitkejjel il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss għandu jkun miter tal-livell tal-ħoss jew sistema ta’ kejl ekwivalenti li tissodisfa r-rekwiżiti tal-istrumenti tal-Klassi 1 (inkluż il-windscreen rakkomandat, jekk jintuża). Dawn ir-rekwiżiti ġew deskritti fl-IEC 61672-1:2002.

Il-kejl għandu jsir bl-użu tal-ponderazzjoni tal-ħin “F” tal-istrument tal-kejl akustiku u tal-kurva tal-ponderazzjoni tal-frekwenza “A” deskritti wkoll fl-IEC 61672-1:2002. Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell ta’ pressjoni tal-ħoss ponderat-A, għandu jittieħed qari f’intervalli ta’ ħin ta’ mhux aktar minn 30 ms.

L-istrumenti għandhom jinżammu f’kundizzjoni tajba u jiġu kkalibrati f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-istrument.

1.1.1.2.

Kalibrazzjoni

Fil-bidu u fi tmiem ta’ kull sessjoni ta’ kejl, is-sistema tal-kejl akustiku kollha għandha tiġi vverifikata permezz ta’ kalibratur tal-ħoss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss tal-Klassi 1 skont l-IEC 60942:2003. Bla ebda aġġustament ulterjuri, id-differenza bejn il-qari għandha tkun ta’ anqas minn jew ta’ 0,5 dB(A). Jekk dan il-valur jinqabeż, ir-riżultati tal-kejl li jkunu nkisbu wara l-verifika sodisfaċenti preċedenti għandhom jiġu skartati.

1.1.1.3.

Konformità mar-rekwiżiti

Il-konformità tal-kalibratur tal-ħoss mar-rekwiżiti tal-IEC 60942:2003 għandha tiġi vverifikata darba fis-sena. Il-konformità tas-sistema tal-istrumentazzjoni mar-rekwiżiti tal-IEC 61672-1:2002 għandha tiġi vverifikata mill-inqas darba kull sentejn. L-ittestjar għall-konformità kollu għandu jsir minn laboratorju awtorizzat biex iwettaq kalibrazzjonijiet skont l-istandards xierqa.

1.1.2.

Strumentazzjoni għall-kejl tal-veloċità

Il-veloċità rotazzjonali tal-magna għandha titkejjel bi strument bi preċiżjoni ta’ mill-anqas ±2 fil-mija jew aħjar bil-veloċitajiet tal-magna meħtieġa għall-kejl li jkun qiegħed isir. F’każ li jkun hemm kejl ieħor korrelatat mal-veloċitajiet tal-magna, jista’ jintuża l-valur ikkalkulat (eż. kalkolu mill-kejl tal-veloċità tal-vettura).

Il-veloċità tal-vettura fit-triq għandha titkejjel bi strumenti bi preċiżjoni minima ta’ ±0,5 km/h meta jintużaw apparati ta’ kejl kontinwu.

Jekk l-ittestjar juża kejl indipendenti tal-veloċità, din l-istrumentazzjoni għandu jkollha preċiżjoni minima ta’ ±0,2 km/h. (1)

1.1.3.

Strumentazzjoni meteoroloġika

L-istrumentazzjoni meteoroloġika użata sabiex jiġu mmonitorjati l-kundizzjonijiet ambjentali waqt it-test għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

 

±1 °C jew anqas għal apparat li jkejjel it-temperatura;

 

±1,0 m/s għal apparat li jkejjel il-veloċità tar-riħ;

 

±5 hPa għal apparat li jkejjel il-pressjoni barometrika;

 

±5 fil-mija għal apparat li jkejjel l-umdità relattiva.

1.2.

Ambjent akustiku, kundizzjonijiet meteoroloġiċi u l-istorbju fl-isfond

1.2.1.

Is-sit tat-test

Is-sit tat-test għandu jikkonsisti f’sezzjoni ċentrali tal-aċċellerazzjoni mdawra b’żona tat-test sostanzjalment ċatta u invell. Is-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni għandha tkun ċatta u invell; il-wiċċ tagħha għandu jkun niexef u ddisinjat b’mod tali li l-istorbju tad-dawrien tat-tajers jibqa’ baxx.

Fuq is-sit tat-test, il-varjazzjonijiet fil-kamp akustiku ħieles bejn is-sors tal-ħoss fiċ-ċentru tas-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni u l-mikrofonu għandhom jinżammu fi ħdan 1 dB(A). Din il-kundizzjoni titqies bħala li ġiet issodisfata jekk ma jkunx hemm oġġetti kbar li jirriflettu l-ħoss, bħal ilqugħ, blat, pontijiet jew bini, f’distanza ta’ 50 metru miċ-ċentru tas-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni. Il-wiċċ tat-triq li jkopri s-sit tat-test għandu jikkonforma mal-ISO10844:2014.

Il-mikrofonu ma għandux ikun ostakolat b’xi mod li jista’ jaffettwa l-kamp akustiku, u ebda persuna ma tista’ toqgħod bilwieqfa bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur li jwettaq il-kejl għandu jsib pożizzjoni b’tali mod li ma jaffettwax il-qari tal-istrument tal-kejl.

1.2.2.

Kundizzjonijiet meteoroloġiċi

L-istrumentazzjoni meteoroloġika għandha tagħti data rappreżentattiva tas-sit tat-test, u għandha tiġi ppożizzjonata biswit iż-żona tat-test f’għoli li jirrappreżenta l-għoli tal-mikrofonu li qiegħed ikejjel.

Il-kejl għandu jsir meta t-temperatura tal-arja ambjentali tkun f’medda ta’ bejn 5 °C u 45 °C. It-testijiet ma għandhomx jitwettqu jekk il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, fl-għoli tal-mikrofonu taqbeż il-5 m/s waqt l-intervall fil-kejl tal-istorbju.

Waqt l-intervall fil-kejl tal-istorbju għandu jiġi rreġistrat valur rappreżentattiv tat-temperatura, tal-veloċità u tad-direzzjoni tar-riħ, tal-umdità relattiva u tal-pressjoni barometrika.

1.2.3.

Storbju fl-isfond

Meta jittieħed il-qari, kwalunkwe żieda u tnaqqis f’daqqa fil-livell tal-ħoss li jidhru li ma jkunux relatati mal-karatteristiċi tal-livell ġenerali tal-istorbju tal-vettura għandhom jiġu injorati.

L-istorbju fl-isfond għandu jitkejjel għal 10 sekondi immedjatament qabel u wara serje ta’ testijiet ta’ vettura. Il-kejl għandu jitwettaq bl-istess mikrofoni li ntużaw waqt it-test u fil-postijiet fejn tqiegħdu l-mikrofoni waqt it-test. Għandu jiġi rrapportat il-livell massimu ta’ pressjoni tal-ħoss ponderat-A.

L-istorbju fl-isfond (inkluż kwalunkwe storbju kkawżat mir-riħ) għandu jkun mill-anqas 10 dB(A) taħt il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss ponderat-A prodott mill-vettura li tkun qiegħda tiġi ttestjata. Jekk id-differenza bejn il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss fl-isfond u l-livell imkejjel ta’ pressjoni tal-ħoss tkun bejn 10 dB(A) u 15 dB(A), sabiex jiġi kkalkulat ir-riżultat tat-test, mill-qari fuq il-miter tal-livell tal-ħoss għandha titnaqqas il-korrezzjoni xierqa, kif jintwera fit-Tabella 1.

Tabella 1

Korrezzjoni applikata lil valur individwali mkejjel tat-test

Id-differenza tal-livell ta’ pressjoni tal-ħoss fl-isfond mil-livell imkejjel ta’ pressjoni tal-ħoss, f’dB

10

11

12

13

14

≥ 15

Korrezzjoni, f’dB(A)

0,5

0,4

0,3

0,2

0,1

0,0

1.3.

Proċeduri tat-test

1.3.1.

Pożizzjonijiet tal-mikrofoni

Id-distanza tal-pożizzjonijiet tal-mikrofoni mil-linja CC’, fuq il-linja tal-mikrofonu PP’, perpendikulari għal-linja ta’ referenza CC’ fuq il-korsa tat-testijiet (ara l-Anness 4 — Illustrazzjoni 1), għandha tkun ta’ 7,5 ±0,05 m.

Il-mikrofoni għandhom ikunu 1,2 m ±0,02 m ’il fuq mill-art. Id-direzzjoni ta’ referenza għal kundizzjonijiet ta’ kamp akustiku ħieles (ara l-IEC 61672-1:2002) għandha tkun orizzontali u diretta b’mod perpendikulari lejn il-mogħdija tal-linja CC’ tal-vettura.

1.3.2.

Kundizzjonijiet tal-vettura

1.3.2.1.

Kundizzjonijiet Ġenerali

Il-vettura/vetturi ttestjata/ttestjati għandha/għandhom tkun/ikunu rappreżentattiva/rappreżentattivi tal-vetturi li għandhom jitqiegħdu fis-suq skont it-tip ta’ vettura li għandu/għandhom jiġi/jiġu approvat(i) u magħżul(a) mill-manifattur bi qbil mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, sabiex tikkonforma/jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Qabel ma jibda l-kejl, il-vettura għandha tinġieb għall-kundizzjonijiet operattivi normali tagħha.

Jekk il-mutur ikun mgħammar b’fannijiet li jkollhom mekkaniżmu ta’ attwazzjoni awtomatiku, ma għandhiex isseħħ interferenza ma’ din is-sistema waqt il-kejl tal-ħsejjes. Għall-muturi li jkollhom aktar minn rota motriċi waħda, jista’ jintuża biss l-ingranaġġ ipprovdut għal tħaddim normali fit-triq.

1.3.2.2.

Massa tat-test tal-vettura

Il-kejl għandu jsir fuq vetturi bil-massa tat-test m t li ġejja, f’kg, speċifikata bħala:

m t = m kerb + 75 ±5 kg

(75 ±5 kg hija daqs il-massa tas-sewwieq u tal-istrumentazzjoni)

1.3.2.3.

Għażla u kundizzjoni tat-tajers

It-tajers għandhom ikunu dawk xierqa għall-vettura u għandhom jintefħu għall-pressjoni rrakkomandata mill-manifattur tal-vettura għall-massa tat-test tal-vettura.

It-tajers għandhom jintgħażlu mill-manifattur tal-vettura u għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet u mit-tipi tat-tajers indikati għall-vettura mill-manifattur tal-vettura. Il-fond minimu tat-tread għandu jkun mill-anqas ta’ 80 fil-mija tal-fond tat-tread sħiħ.

1.3.3.

Kundizzjonijiet operattivi

1.3.3.1.

Kundizzjonijiet operattivi ġenerali

Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi kemm jista’ jkun mill-qrib il-linja CC’ matul it-test kollu, mill-avviċinament lejn il-linja AA’ sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB’ +20m (ara l-Anness 4 — Illustrazzjoni 1).

1.3.3.1.1.

Għat-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu, il-vettura għandha toqrob lejn il-linja AA’ b’veloċità kostanti. Meta l-parti ta’ quddiem tal-vettura tgħaddi mil-linja AA’, il-kontroll tal-aċċelleratur għandu jiġi mċaqlaq għall-pożizzjoni massima tal-aċċelleratur malajr kemm jista’ jkun u għandu jinżamm f’din il-pożizzjoni sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-BB’. F’dan il-mument, il-kontroll tal-aċċelleratur għandu jiġi mċaqlaq għall-pożizzjoni idle malajr kemm jista’ jkun.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-manifattur jista’ jagħżel li juża l-preaċċellerazzjoni f’test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu bil-għan li tinkiseb aċċellerazzjoni stabbli bejn il-linji AA’ u BB’. Test ta’ preaċċellerazzjoni jsir kif deskritt hawn fuq ħlief għall-fatt li l-kontroll tal-aċċelleratur jgħaddi għall-pożizzjoni massima tal-aċċellerazzjoni diġà qabel ma l-vettura tgħaddi l-linja AA’, jiġifieri meta l-parti ta’ quddiem tal-vettura tkun għadha f’distanza l PA, it-tul ta’ qabel l-aċċellerazzjoni, mil-linja AA’.

Il-veloċità tal-avviċinament għandha tingħażel b’tali mod li l-vettura tilħaq veloċità preskritta tat-test v test meta l-parti ta’ quddiem tagħha tgħaddi l-linja PP’.

1.3.3.1.2.

Waqt testijiet tal-veloċità kostanti, l-unità ta’ kontroll tal-aċċellerazzjoni għandha tiġi ppożizzjonata b’mod li żżomm veloċità kostanti tal-vettura bejn il-linji AA’ u BB’.

1.3.3.2.

Kundizzjonijiet operattivi għal vetturi b’PMR ≤ 25

Il-vettura tiġi ttestjata b’test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu bl-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-veloċità tat-test għandha tkun vtest = 40 ±1 km/h.

(b)

Meta l-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB’, il-veloċità tal-vettura ma għandhiex taqbeż il-75 fil-mija tal-veloċità massima tal-vettura kif iddefinita fil-paragrafu 2.10. ta’ dan ir-Regolament u l-veloċità tal-magna ma għandhiex taqbeż il-veloċità nominali tal-magna.

Il-ger għat-test għandu jintgħażel bil-mod iterattiv li ġej:

Il-veloċità tat-test inizjali għandha tkun kif speċifikat hawn fuq. Il-veloċità tat-test għandha titnaqqas b’żidiet ta’ 10 fil-mija ta’ v test (jiġifieri 4 km/h) f’każ li l-veloċità tal-ħruġ v BB’ taqbeż il-75 fil-mija ta’ v max jew f’każ li l-veloċità tal-magna taqbeż il-veloċità nominali tal-magna S f’BB’. Il-ger magħżul għandu jkun l-aktar wieħed baxx mingħajr ma tinqabeż il-veloċità nominali tal-magna S matul it-test. Il-kundizzjonijiet tat-test finali jiġu ddeterminati mill-ger l-aktar baxx possibbli bl-ogħla veloċità possibbli tat-test mingħajr ma jinqabżu jew 75 fil-mija ta’ v max jew il-veloċità nominali tal-magna S f’BB’.

Sabiex jiġi ffrankat il-ħin tal-ittestjar, il-manifattur jista’ jipprovdi informazzjoni dwar il-proċedura iterattiva għall-għażla tal-gerijiet speċifikata hawn fuq.

Fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness tingħata dijagramma sekwenzjali tal-proċedura tat-test.

1.3.3.3.

Kundizzjonijiet operattivi għal vetturi b’PMR > 25

Il-vettura tiġi ttestjata f’test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu u f’test tal-veloċità kostanti.

1.3.3.3.1.

Test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu

Għat-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu, il-veloċità tat-test u l-aċċellerazzjoni medja tal-vettura fil-korsa tat-testijiet jiġu speċifikati.

L-aċċellerazzjonijiet ma jitkejlux direttament iżda jiġu kkalkulati mill-kejl tal-veloċità tal-vettura kif deskritt fil-paragrafu 1.4. hawn isfel.

1.3.3.3.1.1.

Veloċità tat-test

Il-veloċità tat-test v test għandha tkun:

 

40 ±1 km/h għal vetturi b’PMR > 50; u

 

50 ±1 km/h għal vetturi b’PMR > 50.

Jekk, f’ger partikolari, il-veloċità tal-ħruġ v BB’ taqbeż il-75 fil-mija tal-veloċità massima v max tal-vettura, il-veloċità tat-test għat-test f’dan il-ger għandha titnaqqas suċċessivament b’żidiet ta’ 10 fil-mija ta' v test (jiġifieri 4 km/h jew 5 km/h) sakemm il-veloċità tal-ħruġ v BB’ taqa’ taħt il-75 fil-mija ta’ v max.

1.3.3.3.1.2.

Aċċellerazzjoni ta’ referenza u aċċellerazzjoni fil-mira

Waqt it-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu, il-vettura għandha tilħaq l-aċċellerazzjoni ta’ referenza a wot ref iddefinita bħala:

a wot ref = 2,47 * log(PMR) - 2,52għal vetturi b’PMR > 50; u

a wot ref = 3,33 * log(PMR) - 4,16għal vetturi b’PMR > 50

Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu jintużaw flimkien mar-riżultati tat-testijiet tal-veloċità kostanti sabiex tiġi approssimata aċċellerazzjoni b’tagħbija parzjali tipika għal sewqan urban. L-aċċellerazzjoni fil-mira korrispondenti a urban hija ddefinita bħala:

a urban = 1,37 * log(PMR) - 1,08għal vetturi b’PMR > 50; u

a urban = 1,28 * log(PMR) - 1,19għal vetturi b’PMR > 50.

1.3.3.3.1.3.

Għażla tal-gerijiet

Hija r-responsabbiltà tal-manifattur li jiddetermina l-mod korrett ta’ ttestjar sabiex jintlaħqu l-veloċità u l-aċċellerazzjoni tat-test meħtieġa.

1.3.3.3.1.3.1.

Vetturi bi trażmissjonijiet manwali, bi trażmissjonijiet awtomatiċi jew bi proporzjonijiet ta’ trażmissjoni kontinwament varjabbli (CVT’s) ittestjati b’gerijiet illokkjati

L-għażla tal-gerijiet għat-test tiddependi mill-aċċellerazzjoni speċifika taħt aċċelleratur magħfus kollu fid-diversi gerijiet b’rabta mal-aċċellerazzjoni ta’ referenza a wot,ref meħtieġa għat-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu skont il-paragrafu 1.3.3.3.1.2. hawn fuq.

Il-kundizzjonijiet għall-għażla tal-ger li ġejjin huma possibbli:

(a)

Jekk ikun hemm żewġ gerijiet li jagħtu aċċellerazzjoni f’faxxa ta’ tolleranza ta’ ±10 fil-mija tal-aċċellerazzjoni ta’ referenza a wot,ref, għat-test għandu jintuża l-ger li jkun l-eqreb tal-aċċellerazzjoni ta’ referenza u għandu jiġi identifikat bħala tali fir-rapport tat-test;

(b)

Jekk ger wieħed speċifiku biss jagħti aċċellerazzjoni fil-faxxa ta’ tolleranza ta’ ±10 fil-mija tal-aċċellerazzjoni ta’ referenza a wot ref, it-test għandu jitwettaq b’dak il-ger;

(c)

Jekk l-ebda wieħed mill-gerijiet ma jagħti l-aċċellerazzjoni meħtieġa fi ħdan ±10 fil-mija tal-aċċellerazzjoni ta’ referenza a wot,ref, it-testijiet għandhom jitwettqu f’żewġ gerijiet biswit xulxin (i) u (i+1) magħżula b’tali mod li l-ger (i) jagħti aċċellerazzjoni ogħla u l-ger (i+1) jagħti aċċellerazzjoni aktar baxxa mill-aċċellerazzjoni ta’ referenza a wot,ref.

Jekk il-veloċità nominali tal-magna tinqabeż f’ger qabel ma l-vettura tgħaddi BB’, għandu jintuża l-ogħla ger li jmiss.

Jekk il-vettura jkollha aktar minn ger wieħed, l-ewwel ger ma għandux jintuża. Jekk awot,ref tista’ tintlaħaq biss fl-ewwel ger, għandu jintuża t-tieni ger.

1.3.3.3.1.3.2.

Vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, bi trażmissjonijiet adattivi jew bi trażmissjonijiet bi proporzjonijiet ta’ trażmissjoni varjabbli ttestjati b’gerijiet mhux illokkjati

Għandha tintuża l-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għal tħaddim kompletament awtomatiku.

It-test imbagħad jista’ jinkludi l-bdil tal-ger għal ger aktar baxx u aċċellerazzjoni ogħla. Bidla tal-ger għal ger ogħla u għal aċċellerazzjoni aktar baxxa ma humiex permessi. Fi kwalunkwe każ, bidla tal-ger għal ger li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifikata fi traffiku urban għandha tiġi evitata.

Għalhekk, huwa permess li jiġu stabbiliti u jintużaw apparati elettroniċi jew mekkaniċi, inklużi pożizzjonijiet alternattivi tas-selettur tal-gerijiet, biex ikun ipprevenut it-twaqqigħ tal-gerijiet għal ger li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifikata tat-test fi traffiku urban. Jekk jintużaw apparati bħal dawn, ma tista’ tiġi applikata l-ebda preaċċellerazzjoni. Il-funzjonalità tal-apparati għandha tiġi deskritta fil-formola ta’ komunikazzjoni.

1.3.3.3.2.

Test tal-veloċità kostanti

Għat-testijiet tal-veloċità kostanti, il-gerijiet jew il-pożizzjonijiet tas-selettur tal-gerijiet u l-veloċitajiet tat-test għandhom ikunu identiċi għal dawk użati fit-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu mwettqa qabel.

1.4.

Ipproċessar u rapportar tad-data

1.4.1.

Ġenerali

Għal kull kundizzjoni tat-test, il-kejl għandu jsir mill-anqas għal tliet darbiet fuq kull naħa tal-vettura u għal kull ger.

Il-livell massimu ta’ pressjoni tal-ħoss ponderat-A “L” indikat kull darba li l-vettura tgħaddi bejn AA’ u meta l-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi BB’ + 20 m (ara l-Anness 4 — Illustrazzjoni 1) għandu jitnaqqas b’1 dB(A) sabiex titqies l-inakkuratezza tal-kejl u għandu jiġi matematikament ittondjat għall-eqreb l-ewwel pożizzjoni deċimali eż. XX,X) għaż-żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu. Jekk jiġu osservati żieda u tnaqqis f’daqqa fil-livell tal-ħoss li jkunu differenti, b’mod ovvju, mil-livell ġenerali ta’ pressjoni tal-ħoss, dak il-kejl għandu jitwarrab.

Għall-kalkolu tar-riżultat intermedju jew finali xieraq, għandhom jintużaw l-ewwel tliet riżultat validi konsekuttivi tal-kejl għal kull kundizzjoni tat-test, fi ħdan 2,0 dB(A), li jagħti l-possibbiltà li jitħassru r-riżultati mhux validi.

Il-kejl tal-veloċità f’AA’ (v AA’), BB’ (v BB’), u PP’ (v PP’) għandu jiġi matematikament ittondjat għall-eqreb l-ewwel pożizzjoni deċimali eż. XX,X) u għandu jitniżżel għal kalkoli ulterjuri.

1.4.2.

Kalkolu tal-aċċellerazzjoni

L-aċċellerazzjonijiet kollha jiġu kkalkulati billi jintużaw veloċitajiet differenti tal-vettura fuq il-korsa tat-testijiet. Skont it-tip ta’ trażmissjoni, l-aċċellerazzjoni jew tiġi kkalkulata bejn il-linji AA’ u BB’ jew bejn il-linji PP’ u BB’ kif speċifikat hawn taħt. Il-metodu użat għall-kalkolu tal-aċċellerazzjoni għandu jkun indikat fir-rapport tat-test.

Fil-każijiet kollha li ġejjin, l-aċċellerazzjoni tiġi kkalkulata bejn il-linji AA’ u BB’ kif speċifikat fil-paragrafu 1.4.2.1. hawn isfel:

(a)

Il-vettura tkun mgħammra bi trażmissjoni manwali.

(b)

Il-vettura tkun mgħammra bi trażmissjoni awtomatika jew bi trażmissjoni bi proporzjonijiet ta’ gerijiet kontinwament varjabbli (CVT’s) iżda tiġi ttestjata bi proporzjonijiet tal-gerijiet illokkjati.

(c)

Il-vettura tkun mgħammra bi trażmissjoni awtomatika, bi trażmissjoni adattiva jew bi trażmissjoni bi proporzjonijiet varjabbli tal-gerijiet u tiġi ttestjata bi proporzjonijiet ta’ gerijiet mhux illokkjati, u jintużaw apparati elettroniċi jew mekkaniċi, inklużi pożizzjonijiet alternattivi tas-selettur tal-gerijiet, biex ikun ipprevenut it-twaqqigħ tal-gerijiet għal ger li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifikata tat-test fi traffiku urban.

Fil-każijiet l-oħra kollha, l-aċċellerazzjoni tiġi kkalkulata bejn il-linji PP’ u BB’ kif ġie speċifikat fil-paragrafu 1.4.2.2. aktar ’l isfel.

1.4.2.1.

Kalkolu tal-aċċellerazzjoni bejn il-linji AA’ u BB’

L-aċċellerazzjoni tiġi kkalkulata mill-kejl tal-veloċità tal-vettura fil-linji AA’ u BB’:

a wot,(i),j = ((v BB’,j / 3,6)2 - (v AA’,j / 3,6)2) / (2 * (20 + l ref))

Fejn:

L-indiċi “(i)” jirreferi għall-ger użat, filwaqt li l-indiċi “j” jirreferi għan-numru tal-kejl individwali. Il-veloċitajiet jiġu espressi f’unitajiet ta’ km/h u l-aċċellerazzjonijiet li jirriżultaw għandhom unitajiet ta’ m/s2;

l ref hija t-tul tal-vettura jew 2 m; l-għażla tista’ ssir bil-libertà kollha mill-manifattur tal-vettura, mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip u mis-Servizz Tekniku.

1.4.2.2.

Kalkolu tal-aċċellerazzjoni bejn il-linji PP’ u BB’

L-aċċellerazzjoni tiġi kkalkulata mill-kejl tal-veloċità tal-vettura fil-linji PP’ u BB’:

a wot,(i),j = ((v BB’,j / 3,6)2 - (v PP’,j / 3,6)2) / (2 * (10 + l ref))

Fejn:

L-indiċi “(i)” jirreferi għall-ger użat, filwaqt li l-indiċi “j” jirreferi għan-numru tal-kejl individwali. Il-veloċitajiet jiġu espressi f’unitajiet ta’ km/h u l-aċċellerazzjonijiet li jirriżultaw għandhom unitajiet ta’ m/s2;

l ref hija t-tul tal-vettura jew 2 m; l-għażla tista’ ssir bil-libertà kollha mill-manifattur tal-vettura, mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip u mis-Servizz Tekniku.

Ma għandhiex tintuża l-preaċċellerazzjoni.

1.4.2.3.

Kalkolu tal-medja tal-kejl individwali

Għandha tiġi kkalkulata l-medja aritmetika tal-aċċellerazzjonijiet ikkalkulati minn tliet provi validi sabiex tinkiseb l-aċċellerazzjoni medja għall-kundizzjoni tat-test:

a wot,(i) = (1 / 3) * (a wot,(i),1 + a wot,(i),2 + a wot,(i),3)

L-aċċellerazzjoni medja a wot,(i) għandha tiġi matematikament ittondjata għall-eqreb tieni pożizzjoni deċimali (eż. XX,XX) u għandha tiġi nnotata għal kalkoli ulterjuri.

1.4.3.

Kalkolu tal-fattur ta’ ponderazzjoni tal-gerijiet

Il-fattur ta’ ponderazzjoni tal-gerijiet k jintuża biss fil-każ ta’ test b’żewġ gerijiet sabiex ir-riżultati miż-żewġ gerijiet jiġu kkombinati f’riżultat wieħed.

Il-fattur ta’ ponderazzjoni tal-gerijiet huwa numru mingħajr dimensjoni ddefinit bħala:

k = (a wot,ref - a wot,(i+1)) / (a wot(i) - a wot,(i+1))

1.4.4.

Kalkolu tal-fattur ta’ potenza parzjali

Il-fattur ta’ potenza parzjali k p huwa numru mingħajr dimensjoni li jintuża sabiex ir-riżultati ta’ test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu jiġu kkombinati ma’ dawk ta’ test tal-veloċità kostanti.

1.4.4.1.

Għall-vetturi ttestjati f’żewġ gerijiet, il-fattur ta’ potenza parzjali jiġi ddefinit bħala

k p = 1 - (a urban / a wot,ref).

1.4.4.2.

Għall-vetturi ttestjati f’ger wieħed jew bis-selettur tal-gerijiet f’pożizzjoni waħda, il-fattur ta’ potenza parzjali jiġi ddefinit bħala:

k p = 1 - (a urban / a wot,(i))

Jekk a wot,(i) ikun daqs jew anqas minn a urban, k p jiġi ssettjat għal żero.

1.4.5.

Ipproċessar tal-kejl tal-pressjoni tal-ħoss

Għal kundizzjoni partikolari tat-test, il-medja tat-tliet riżultati individwali ta’ kull naħa tal-vettura għandha tiġi kkalkulata b’mod separat:

L mode,(i),side = (1 / 3) * (L mode,(i),side,1 + L mode,(i),side,2 + L mode,(i),side,3)

Fejn l-indiċi “mode” jirreferi għall-modalità tat-test (aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu jew veloċità kostanti), “(i)” għall-ger, filwaqt li “side” jirreferi għall-pożizzjoni tal-mikrofonu (xellug jew lemin).

L-ogħla valur miż-żewġ medji għandu jiġi matematikament ittondjat għall-eqreb l-ewwel pożizzjoni deċimali (eż. XX,X) u għandu jitniżżel għal kalkoli ulterjuri:

L mode,(i) = MAX (L mode,(i),left; L mode,(i),right)

1.4.6.

Kalkolu tar-riżultati finali tat-test

1.4.6.1.

Vetturi b’PMR ≤ 25

Il-vetturi b’PMR li ma jaqbiżx il-25 jiġu ttestjati f’ger wieħed jew f’pożizzjoni waħda tas-selettur tal-gerijiet b’aċċelleratur magħfus kollu biss. Ir-riżultat finali tat-test huwa l-livell ta’ pressjoni tal-ħoss L wot,(i) matematikament ittondjat għall-eqreb l-ewwel pożizzjoni deċimali (eż. XX,X).

1.4.6.2.

Vetturi b’PMR > 25

Jekk il-vettura tkun ġiet ittestjata f’żewġ gerijiet, il-fattur ta’ ponderazzjoni tal-gerijiet jintuża sabiex jiġu kkalkulati r-riżultati tat-test tat-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu u tat-testijiet tal-veloċità kostanti:

 

L wot = L wot (i+1) + k * (L wot,(i) - L wot,(i+1))

 

L crs = L crs (i+1) + k * (L crs,(i) - L crs,(i+1))

Jekk il-vettura tkun ġiet ittestjata f’ger wieħed jew f’pożizzjoni waħda tas-selettur tal-gerijiet ma tkun meħtieġa l-ebda ponderazzjoni ulterjuri:

 

L wot = L wot,(i)

 

L crs = L crs,(i)

Il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss L urban li jirrappreżenta sewqan urban finalment jiġi kkalkulat billi jintuża l-fattur ta’ potenza parzjali k p:

 

L urban = L wot - k p * (L wot - L crs)

Il-livelli ta’ pressjoni tal-ħoss kollha jiġu matematikament ittondjati għall-eqreb l-ewwel pożizzjoni deċimali eż. XX,X).

2.

Storbju minn mutur wieqaf (kundizzjonijiet u metodu ta’ kejl għall-ittestjar tal-vettura waqt l-użu).

2.1.

Livell ta’ pressjoni tal-ħoss fil-viċinanzi immedjati tal-mutur

Sabiex ikunu ffaċilitati t-testijiet tal-istorbju sussegwenti fuq muturi waqt l-użu, il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss għandu jitkejjel ukoll fil-viċinanzi immedjati tal-iżbokk tas-sistema tal-egżost f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin, u r-riżultat tal-kejl jitniżżel fil-komunikazzjoni msemmija fl-Anness 1.

2.2.

Strumenti tal-kejl

Għandu jintuża miter tal-livell tal-ħoss ta’ akkuratezza kif iddefinit fil-paragrafu 1.1.1. ta’ dan l-anness.

2.3.

Kundizzjonijiet tal-kejl

2.3.1.

Kundizzjoni tal-mutur

It-trażmissjoni tal-vettura għandha tkun f’pożizzjoni newtrali u l-klaċċ għandu jkun magħfus, jew f’pożizzjoni ta’ pparkjar għal trażmissjoni awtomatika, bil-brejk tal-ipparkjar applikat għal finijiet ta’ sikurezza, jekk il-vettura jkollha wieħed.

Il-kundizzjonatur tal-arja tal-vettura, jekk ikollha wieħed, għandu jkun mitfi.

Jekk il-vettura tkun mgħammra b’fann(ijiet) li jkollu/jkollhom mekkaniżmu ta’ attwazzjoni awtomatiku, ma għandhiex isseħħ interferenza ma’ din is-sistema waqt il-kejl tal-livell ta’ pressjoni tal-ħoss.

Il-bonit jew l-għata tal-kompartiment tal-magna għandhom ikunu magħluqin.

Qabel kull sensiela ta’ kejl, il-magna għandha tinġieb għat-temperatura operattiva normali tagħha, kif speċifikat mill-manifattur.

Fil-każ ta’ vettura bil-magna b’żewġ roti li ma jkollha l-ebda pożizzjoni tal-ger newtrali, il-kejl għandu jitwettaq bir-rota ta’ wara mgħollija ’l fuq mill-art sabiex ir-rota tkun tista’ ddur bil-libertà kollha.

Jekk ikun meħtieġ li vettura b’żewġ roti tiġi mgħollija ’l fuq mill-art sabiex jitwettaq it-test, il-pożizzjoni ta’ kejl tal-mikrofonu għandha tiġi aġġustata sabiex tinkiseb id-distanza speċifikata mill-punt ta’ referenza tal-pajp tal-egżost; ara l-Illustrazzjoni 1 għall-post fejn jinsabu l-punti ta’ referenza.

2.3.2.

Is-sit tat-test

Sit tat-test adatt għandu jkun fuq barra u għandu jikkonsisti f’wiċċ ċatt u invell tal-konkrit, tal-asfalt dens bl-ebda livell sinifikattiv ta’ porożità jew ta’ materjal iebes simili, ħieles mill-borra, minn ħaxix, minn ħamrija mhux kompatta, minn irmied jew minn materjal ieħor li jassorbi l-ħsejjes. Huwa għandu jkun fi spazju miftuħ, ħieles minn uċuh kbar li jirriflettu bħal vetturi pparkjati, bini, billboards, siġar, arbuxelli, ħitan paralleli, persuni, eċċ, fi ħdan raġġ ta’ 3 m mill-post fejn ikun qiegħed il-mikrofonu u minn kwalunkwe punt tal-vettura.

Bħala alternattiva għal ittestjar fuq barra, tista’ tintuża kamra semianekojka. Il-kamra semianekojka għandha tissodisfa r-rekwiżiti akustiċi mogħtija hawn fuq. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati jekk il-faċilità tal-ittestjar tissodisfa l-kriterji ta’ distanza ta’ 3 m ta’ hawn fuq u jkollha frekwenza ta’ qtugħ taħt l-aktar baxx minn:

(a)

Faxxa ta’ terz ta’ ottava taħt l-aktar frekwenza fundamentali baxxa tal-magna waqt il-kundizzjonijiet tat-test; u

(b)

100 Hz. (2)

2.3.3.

Mixxellanji

Ir-riżultati tal-istrument tal-kejl ikkawżati minn storbju ambjentali u minn effetti tar-riħ għandhom ikunu mill-anqas 10 dB(A) aktar baxxi mil-livelli tal-ħoss li għandhom jitkejlu. Mal-mikrofonu jista’ jitwaħħal ilqugħ għar-riħ adatt, dment li jiġi kkunsidrat l-effett li jkollu fuq is-sensittività tal-mikrofonu.

It-testijiet ma għandhomx jitwettqu jekk il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, taqbeż il-5 m/s waqt l-intervall fil-kejl tal-ħoss.

2.4.

Metodu ta’ kejl

2.4.1.

Pożizzjonament tal-mikrofonu (ara l-Appendiċi 2)

Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’distanza ta’ 0,5 ±0,01 m mill-punt ta’ referenza tal-pajp tal-egżost iddefinit fl-Illustrazzjoni 1 u f’angolu ta’ 45 ±5° mal-pjan vertikali li minnu jgħaddi l-assi tal-fluss tat-tarf tal-pajp. Il-mikrofonu għandu jkun fl-għoli tal-punt ta’ referenza, iżda mhux anqas minn 0,2 m minn wiċċ l-art. L-assi ta’ referenza tal-mikrofonu għandu jkun fi pjan parallel ma’ wiċċ l-art u għandu jkun dirett lejn il-punt ta’ referenza fuq l-iżbokk tal-egżost.

Il-punt ta’ referenza għandu jkun l-ogħla punt li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-punt ta’ referenza għandu jkun fit-tarf tal-pajp tal-egżost,

(b)

Il-punt ta’ referenza għandu jkun fuq il-pjan vertikali li jinkludi ċ-ċentru tal-iżbokk tal-egżost u l-assi tal-fluss tat-tarf tal-pajp tal-egżost.

Jekk huma possibbli żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu, għandu jintuża l-post l-aktar ’il bogħod lateralment mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura.

Jekk l-assi tal-fluss tal-pajp ta’ żbokk tal-egżost ikun f’angolu ta’ 90° ±5° għal-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura, il-mikrofonu għandu jitqiegħed fil-punt l-aktar ’il bogħod mill-magna.

Jekk vettura jkollha żewġ żbokki tal-egżost jew aktar imbegħdin 0,3 m jew anqas minn xulxin u konnessi ma’ silenzjatur wieħed, għandu jsir kejl wieħed biss. Il-mikrofonu għandu jitqiegħed b’mod relattiv mal-iżbokk l-aktar imbiegħed mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura jew, meta ma jkunx hemm żbokk ta’ din ix-xorta, mal-iżbokk li jkun l-ogħla ’l fuq mill-art. Il-kejl ta’ 0,3 m għandu jsir tul pjan wieħed perpendikolari għall-assi tal-fluss tal-gassijiet tal-egżost.

Jekk vettura jkollha żewġ żbokki tal-egżost jew aktar imbegħdin minn xulxin b’0,3 m jew anqas u konnessi ma’ silenzjaturi differenti, għandu jsir kejl wieħed biss. Il-mikrofonu għandu jitqiegħed b’mod relattiv mal-iżbokk l-aktar imbiegħed mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura jew, meta ma jkunx hemm żbokk ta’ din ix-xorta, mal-iżbokk li jkun l-ogħla ’l fuq mill-art.

Għal vetturi li jkollhom egżost bi żbokki mbegħdin minn xulxin b’aktar minn 0,3 m, għandu jsir kejl wieħed għal kull żbokk daqslikieku kien l-uniku wieħed, u għandu jitniżżel l-ogħla livell ta’ pressjoni tal-ħoss. Għall-finijiet tal-kontrolli mal-ġenb tat-triq, il-punt ta’ referenza jista’ jiġi mċaqlaq għan-naħa ta’ barra tal-karozzerija.

Illustrazzjoni 1

Punt ta’ referenza

Image 4

2.4.2.

Kundizzjonijiet operattivi

2.4.2.1.

Veloċità tal-magna fil-mira

Il-veloċità tal-magna fil-mira hija ddefinita bħala

75 fil-mija ta’ Sgħal vetturi b’S ≤ 5 000 min–1, u

50 fil-mija ta’ S għal vetturi b’S > 5 000 min–1.

Għal vettura li, f’test b’vettura wieqfa, ma tistax tilħaq il-veloċità mira tal-magna ddefinita hawn fuq, bħala veloċità mira tal-magna, minflok għandha tintuża 95 fil-mija tal-veloċità massima tal-magna li tista’ tintlaħaq f’test b’vettura wieqfa.

2.4.2.2.

Proċedura tat-test

Il-veloċità tal-magna għandha tiġi miżjuda b’mod gradwali minn idle għall-veloċità mira tal-magna u għandha tinżamm kostanti f’medda ta’ tolleranza ta’ ± 5 fil-mija. Imbagħad il-kontroll tal-aċċelleratur għandu jiġi rilaxxat malajr u l-veloċità tal-magna għandha titreġġa’ għal tħaddim tal-magna fuq idle. Il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss għandu jitkejjel waqt perjodu li fih il-veloċità tal-magna tinżamm kostanti għal mill-anqas sekonda waħda (1 s) u matul il-perjodu ta’ deċelerazzjoni kollu. Il-qari massimu tal-miter tal-livell tal-ħoss għandu jitqies bħala l-valur tat-test.

Kejl għandu jitqies bħala validu biss jekk il-veloċità tat-test tal-magna ma jkunx iddevja mill-veloċità mira tal-magna b’aktar mit-tolleranza speċifikata ta’ ±5 fil-mija għal mill-anqas 1 s.

2.4.3.

Sistema multimodali tal-egżost

Il-vetturi mgħammra b’sistema tal-egżost b’diversi modalitajiet u manwalment aġġustabbli għandhom jiġu ttestjati fil-modalitajiet kollha.

2.5.

Riżultati

2.5.1.

Il-Komunikazzjoni msemmija fl-Anness 1 għandha tindika d-data kollha rilevanti u b’mod partikolari dik użata fil-kejl tal-istorbju tal-mutur wieqaf.

2.5.2.

Il-kejl għandu jsir fil-post(ijiet) fejn jitqiegħdu l-mikrofoni preskritti hawn fuq. Il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss ponderat-A massimu indikat waqt it-test għandu jitniżżel, filwaqt li tinżamm ċifra waħda sinifikanti wara l-pożizzjoni deċimali (pereżempju, 92,45 għandu jitniżżel bħala 92,5 filwaqt li 92,44 għandu jitniżżel bħala 92,4).

It-test għandu jiġi ripetut sakemm f’kull żbokk jinkisbu tliet kejlijiet konsekuttivi li jkunu fi ħdan 2,0 dB(A) minn xulxin.

2.5.3.

Ir-riżultat għal żbokk partikolari huwa l-medja aritmetika tat-tliet kejlijiet validi, matematikament ittondjata għall-eqreb numru sħiħ (eż. 92,5 għandu jitniżżel bħala 93 filwaqt 92,4 għandu jitniżżel bħala 92).

2.5.4.

Għall-vetturi mgħammra b’diversi żbokki tal-egżost, il-livell irrapportat ta’ pressjoni tal-ħoss għandu jkun għall-iżbokk li jkollu l-ogħla livell medju ta’ pressjoni tal-ħoss.

2.5.5.

Għall-vetturi mgħammra b’sistema multimodali tal-egżost u b’kontroll manwali jew elettroniku tal-modalità tal-egżost, il-livell irrapportat ta’ pressjoni tal-ħoss għandu jkun dak tal-modalità li jkollha l-ogħla livell medju ta’ pressjoni tal-ħoss.

3.

L-istorbju minn mutur miexi (data rrapportata sabiex jiġi ffaċilitat l-ittestjar tal-vettura waqt l-użu).

3.1.

Proċedura tat-test għall-ittestjar tal-konformità fl-użu tista’ tiġi ddefinita minn Parti Kontraenti, filwaqt li jitqiesu b’mod xieraq kwalunkwe differenzi mill-kundizzjonijiet tat-test użati fl-approvazzjoni tat-tip.

3.2.

Sabiex jiġi ffaċilitat it-test ta’ konformità fl-użu tal-muturi, l-informazzjoni li ġejja relatata mal-kejl tal-livell ta’ pressjoni tal-ħoss imwettaq f’konformità mal-paragrafu 1. tal-Anness 3 għall-mutur f’moviment tissejjaħ data ta’ referenza tal-konformità fl-użu:

(a)

Il-ger (i) jew, għall-vetturi ttestjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokkjati, il-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet magħżula għat-test;

(b)

It-tul tal-preaċċellerazzjoni l PA f’m;

(c)

Il-veloċità medja tal-vettura f’km/h fil-bidu tal-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur miftuħ għalkollox għat-testijiet fuq il-ger (i); u

(d)

Il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss L wot,(i) f’dB(A) tat-testijiet bl-aċċelleratur miftuħ għalkollox fuq il-ger (i), iddefinit bħala l-ikbar valur miż-żewġ valuri li jirriżultaw mill-kalkolu tal-medja tar-riżultati tal-kejl individwali f’kull pożizzjoni tal-mikrofonu b’mod separat.

3.3.

Id-data ta’ referenza tal-konformità fl-użu għandha titniżżel fil-formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-Anness 1.

(1)  Kejl indipendenti tal-veloċità huwa meta żewġ apparati separati jew aktar jiddeterminaw il-valuri ta’ vAA’, vBB’ u vPP’. Apparat ta’ kejl kontinwu, bħal radar, jiddetermina l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-veloċità b’apparat wieħed.

(2)  Il-prestazzjoni tal-istorbju tal-faċilitajiet tal-ittestjar fuq ġewwa tiġi speċifikata f’termini tal-frekwenza tal-qtugħ (Hz). Din hija l-frekwenza li ’l fuq minnha wieħed jista’ jassumi li l-kamra tkun qed taġixxi ta’ spazju semianekojku.


ANNESS 3

Appendiċi 1

Dijagramma sekwenzjali tal-proċedura tat-test għat-test tal-vettura f’moviment għall-vetturi tal-kategorija L3 b’PMR ≤ 25

Image 5

Appendiċi 2

Pożizzjonament tal-mikrofoni għat-test tal-istorbju b’mutur wieqaf

Image 6

Dimensjonijiet f’metri, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor


ANNESS 4

It-tqassim tal-korsa tat-testijiet

Illustrazzjoni 1

It-tqassim tal-korsa tat-testijiet bid-dimensjonijiet f’metri

Image 7

Didaskalija

Image 8

Erja minima koperta mill-wiċċ tat-triq tat-test, jiġifieri ż-żona tat-test

Image 9

Pożizzjonijiet tal-mikrofoni (għoli ta’ 1,2m)


ANNESS 5

Sistemi tal-egżost jew tas-silenzjatur li jkun fihom materjal fibruż

1.

Il-materjal fibruż assorbenti għandu jkun ħieles mill-asbestos u jista’ jintuża fil-kostruzzjoni tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur biss jekk apparati adatti jiżguraw li l-materjal fibruż jinżamm f’postu l-ħin kollu li tkun qiegħda tintuża s-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur, u dment li s-sistema tal-egżost jew tas-silenzjatur tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalunkwe wieħed mill-paragrafi 1.1, 1.2, 1.3 jew 1.4:

1.1.

Wara t-tneħħija tal-materjal fibruż, il-livell tal-ħoss għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament.

1.2.

Il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f’dawk il-partijiet tas-silenzjatur li minnhom jgħaddu l-gassijiet tal-egżost u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

1.2.1.

Il-materjal għandu jissaħħan f’temperatura ta’ 650 ±5 °C għal erba’ sigħat f’forn mingħajr tnaqqis f’kull tul, dijametru jew densità tal-massa tal-fibra.

1.2.2.

Wara li jissaħħan f’temperatura ta’ 650 ±5 °C għal siegħa f’forn, mill-anqas 98 fil-mija tal-materjal għandu jinżamm f’għarbiel b’fetħiet ta’ daqs nominali ta’ 250 μm konformi mal-Istandard tal-ISO 3310/1:1990 meta ttestjat f’konformità mal-Istandard tal-ISO 2559:2000.

1.2.3.

It-telf fil-piż tal-materjal ma għandux ikun ta’ aktar minn 10,5 fil-mija wara li jiġi mgħaddas f’temperatura ta’ 90 ±5°C għal 24 siegħa f’kondensat sintetiku li jkollu l-kompożizzjoni li ġejja: (1)

1 N aċidu idrobromiku (HBr): 10 ml

1 N aċidu sulfuriku (H2SO4): 10 ml

Ilma distillat sabiex jinkiseb volum ta’ 1 000 ml

1.3.

Qabel ma s-sistema tiġi ttestjata f’konformità mal-Anness 3, hija għandha titqiegħed fi stat normal għal użu fit-triq b’wieħed mill-metodi ta’ kundizzjonament li ġejjin:

1.3.1.

Kundizzjonament bi tħaddim kontinwu fit-triq

1.3.1.1.

Skont il-klassijiet tal-muturi, id-distanzi minimi li għandhom jiġu kkompletati waqt il-kundizzjonament huma:

Klassi tal-mutur skont l-Indiċi tal-Proporzjon Potenza-Massa (PMR)

Distanza (km)

Klassi I < 25

Klassi II > 25 < 50

Klassi III > 50

4 000

6 000

8 000

1.3.1.2.

50 % ±10 % ta’ dan iċ-ċiklu ta’ kundizzjonament jikkonsisti f’sewqan f’belt u l-bqija fi provi tul distanzi twal b’veloċità għolja; iċ-ċiklu kontinwu tat-triq jista’ jiġi sostitwit bi programm korrispondenti f’korsa tat-testijiet.

1.3.1.3.

Iż-żewġ reġimi ta’ veloċità għandhom jiġu alternati għal mill-anqas sitt darbiet.

1.3.1.4.

Il-programm tat-test kollu għandu jinkludi minimu ta’ għaxar waqfiet ta’ mill-anqas tliet sigħat biex jiġu riprodotti l-effetti tat- tkessiħ u tal-kondensazzjoni.

1.3.2.

Kundizzjonament bil-pulsazzjoni

1.3.2.1.

Is-sistema tal-egżost jew il-komponenti tagħha għandhom jiġu mmuntati fuq il-mutur jew fuq il-magna. Fil-każ tal-ewwel, il-mutur għandu jiġi mmuntat fuq bank tat-test.

L-apparat tat-test, li dijagramma dettaljata tiegħu tidher fl-Illustrazzjoni 1, jiġi mmuntat fl-iżbokk tas-sistema tal-egżost. Kwalunkwe apparat ieħor li jipprovdi riżultati ekwivalenti huwa aċċettabbli.

1.3.2.2.

It-tagħmir tat-test għandu jiġi aġġustat sabiex il-fluss tal-gassijiet tal-egżost jiġi alternattivament interrott u ristabbilit 2 500 darba permezz ta’ valv ta’ azzjoni rapida.

1.3.2.3.

Il-valv għandu jiftaħ meta l-kontropressjoni tal-gassijiet tal-egżost, imkejla mill-anqas 100 mm ’l isfel mil-flanġ tad-dħul, tilħaq valur ta’ bejn 35 kPa u 40 kPa. Jekk din iċ-ċifra ma tkunx tista’ tintlaħaq minħabba l-karatteristiċi tal-magna, il-valv għandu jiftaħ meta l-kontropressjoni tal-gass tilħaq livell ekwivalenti għal 90 fil-mija tal-valur massimu li jista’ jitkejjel qabel ma tieqaf il-magna. Il-valv għandu jingħalaq meta din il-pressjoni ma tvarjax b’aktar minn 10 fil-mija mill-valur stabbilizzat bil-valv miftuħ.

1.3.2.4.

It-time-delay switch għandu jiġi ssettjat għad-durata tal-gassijiet tal-egżost li tiġi kkalkulata abbażi tar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.3.2.3.

1.3.2.5.

Il-veloċità tal-magna għandha tkun ta’ 75 fil-mija tal-veloċità nominali tal-magna (S).

1.3.2.6.

Il-potenza indikata mid-dinamometru għandha tkun ta’ 50 fil-mija tal-qawwa bl-aċċelleratur magħfus kollu mkejla b’75 fil-mija tal-veloċità nominali tal-magna (S).

1.3.2.7.

Waqt it-test, kwalunkwe toqba ta’ tbattil għandha tingħalaq.

1.3.2.8.

It-test kollu għandu jitwettaq fi żmien 48 siegħa. Jekk ikun meħtieġ, wara kull siegħa għandu jiġi permess perjodu ta’ tkessiħ.

1.3.3.

Kundizzjonament fuq bank tat-test

1.3.3.1.

Is-sistema tal-egżost għandha tiġi mmuntata fuq magna rappreżentattiva tat-tip armat fuq il-mutur li għalih kienet iddisinjata s-sistema tal-egżost, u għandha tiġi mmuntata fuq bank tat-test.

1.3.3.2.

Il-kundizzjonament jikkonsisti fin-numru speċifiku ta’ ċikli tal-bank tat-test għal kull klassi ta’ muturi li għalihom ġiet iddisinjata s-sistema tal-egżost. In-numru ta’ ċikli għal kull klassi ta’ mutur huwa:

Klassi tal-mutur skont l-Indiċi tal-Proporzjon tal-Potenza-Massa (PMR)

Għadd ta’ ċikli

Klassi I < 25

Klassi II > 25 < 50

Klassi III > 50

6

9

12

1.3.3.3.

Kull ċiklu tal-bank tat-test għandu jiġi segwit minn waqfa ta’ mill-anqas sitt sigħat sabiex jiġu riprodotti l-effetti tat-tkessiħ u tal-kondensazzjoni.

1.3.3.4.

Kull ċiklu ta’ bank tat-test jikkonsisti minn sitt fażijiet. Il-kundizzjonijiet tal-magna għal kull fażi, u d-durata ta’ kull fażi huma:

Fażi

Kundizzjonijiet

Durata tal-fażi f’minuti

PMR < 50

PMR > 50

1

2

3

4

5

6

Tħaddim tal-magna fuq idle

25  % tat-tagħbija b’75 % S

50  % tat-tagħbija b’75 % S

100  % tat-tagħbija b’75 % S

50 % tat-tagħbija b’100  % S

25 % tat-tagħbija b’100  % S

6

40

40

30

12

22

6

50

50

10

12

22

 

Ħin totali

sagħtejn u nofs

sagħtejn u nofs

1.3.3.5.

Matul din il-proċedura ta’ kundizzjonament, fuq talba tal-manifattur, il-magna u s-silenzjatur jistgħu jiġu mkessħin sabiex it-temperatura rreġistrata f’pożizzjoni mhux aktar minn 100 mm mill-iżbokk tal-gass tal-egżost ma tkunx aktar minn dik imkejla meta l-mutur ikun miexi b’110 km/h jew 75 % S fl-ogħla ger. Il-veloċitajiet tal-magna u/jew tal-mutur jiġu ddeterminati fi ħdan ±3 fil-mija.

1.4.

Il-gassijiet tal-egżost ma jkunux f’kuntatt ma’ materjali fibrużi u l-materjali fibrużi ma jiġux affettwati minn varjazzjonijiet fil-pressjoni.

Illustrazzjoni 1

L-apparat tat-test għall-kundizzjonament b’pulsazzjoni

Image 10

Noti:

1.

Il-flanġ jew sleeve tad-dħul għall-konnessjoni man-naħa ta’ wara tas-sistema tal-egżost tat-test.

2.

Il-valv tar-regolazzjoni li jitħaddem bl-idejn.

3.

It-tank ta’ riserva ta’ kumpens, b’kapaċità massima ta’ 40 litru u ħin biex jimtela ta’ mhux anqas minn sekonda.

4.

Swiċċ tal-pressjoni b’medda operattiva ta’ 5 kPa sa 250 kPa.

5.

It-time delay switch.

6.

Il-kuntjatur tal-impulsi.

7.

Il-valv ta’ azzjoni rapida, bħall-valv tal-egżost tal-brejk b’dijametru ta’ 60 mm, li jitħaddem permezz ta’ ċilindru pnewmatiku b’output ta’ 120 N f’400 kPa. Il-ħin tar-rispons, kemm meta jinfetaħ kif ukoll meta jingħalaq, ma għandux ikun ta’ aktar minn 0,5 sekondi.

8.

L-evakwazzjoni tal-gass tal-egżost.

9.

Il-pajp flessibbli.

10.

Il-gejġ tal-pressjoni.

(1)  Il-materjal għandu jiġi maħsul f’ilma ddistillat, u għandu jitnixxef għal siegħa f’temperatura ta’ 105 °C qabel jintiżen.


ANNESS 6

Limiti massimi tal-livelli tal-ħoss

Kategorija

Indiċi tal-Proporzjon Potenza-Massa (PMR)

Valur ta’ limitu għal Lurban f’dB(A)

L-ewwel kategorija

PMR ≤ 25

73

It-tieni kategorija

25 < PMR ≤ 50

74

It-tielet kategorija

PMR > 50

77  (1)


(1)  Għall-muturi ttestjati fit-tieni ger biss fl-Anness 3, il-valur ta’ limitu jiġi miżjud b’1 dB(A) sad-data fil-paragrafu 12.7. Id-data għall-vetturi affettwati għandha tiġi studjata, u għandhom isiru diskussjonijiet f’każ ta’ estensjoni ulterjuri.


ANNESS 7

Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjoni tal-Ħoss f’Sewqan Reali (RD-ASEP)

1.

Kamp ta’ Applikazzjoni

1.1.

Dan l-anness japplika għall-vetturi tal-kategorija L3 b’PMR > 50.

2.

Rekwiżiti addizzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss

2.1.

Strumenti tal-kejl

Ir-rekwiżiti għat-tagħmir tal-kejl huma identiċi għal dawk iddefiniti fil-paragrafu 1.1. tal-Anness 3 għat-testijiet tal-mutur f’moviment.

2.2.

Ambjent akustiku, kundizzjonijiet meteoroloġiċi u l-istorbju fl-isfond

Ir-rekwiżiti dwar l-ambjent akustiku, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u l-istorbju fl-isfond huma identiċi għal dawk iddefiniti fil-paragrafu 1.2. tal-Anness 3 għat-testijiet tal-mutur f’moviment.

2.3.

Pożizzjonijiet tal-mikrofoni u kundizzjonijiet tal-vettura

Ir-rekwiżiti dwar il-pożizzjonijiet tal-mikrofoni u l-kundizzjonijiet tal-vettura huma identiċi għal dawk iddefiniti fil-paragrafi 1.3.1. u 1.3.2. tal-Anness 3 għat-testijiet tal-mutur f’moviment.

2.4.

Kundizzjonijiet operattivi ġenerali

Il-kundizzjonijiet operattivi ġenerali huma identiċi għal dawk iddefiniti fil-paragrafu 1.3.3.1. tal-Anness 3 għat-testijiet tal-mutur f’moviment.

2.5.

Il-medda ta’ kontroll RD-ASEP

Ir-rekwiżiti ta’ dan l-anness japplikaw għal kull operazzjoni tal-vettura bir-restrizzjonijiet li ġejjin:

(a)

vAA’ għandha tkun ta’ mill-anqas 10 km/h

(b)

vBB’ ma għandhiex taqbeż it-80 km/h għal vetturi b’PMR≤150

vBB’ ma għandhiex taqbeż il-100 km/h għal vetturi b’PMR>150

(c)

nAA’ għandha tkun mill-anqas 0,1 * (S – nidle) + nidle

(d)

nBB’ ma għandhiex taqbeż 0,8 × S

Il-valuri għall-medda ta’ kontroll RD-ASEP għandhom jitqiesu bħala valuri assoluti u ma għandhomx jiżdiedu jew jitnaqqsu biż-żieda jew bit-tnaqqis tat-tolleranza għal vtest kif indikat fil-paragrafu 3.3.1.

2.6.

Il-limiti RD-ASEP

Il-livell massimu ta’ storbju rreġistrat waqt li l-mutur ikun għaddej mill-korsa tat-testijiet ma għandux jaqbeż:

 

Lwot,(i) + (1 * (nPP’ – nwot,(i)) / 1 000) + 3 għal nPP’ < nwot,(i) u

 

Lwot,(i) + (5 * (nPP’ – nwot,(i)) / 1 000) + 3 għal nPP’ ≥ nwot,(i)

Fejn Lwot,(i) u nPP’ ikollhom l-istess tifsira bħal fil-paragrafu 1 tal-Anness 3 u nwot,(i) tirreferi għall-veloċità tal-magna korrispondenti meta l-parti ta’ quddiem tal-vettura tgħaddi l-linja PP’.

Jekk it-testijiet skont l-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament tan-NU u t-testijiet RD-ASEP jitwettqu bl-istess vettura f’sekwenza immedjata, jistgħu jintużaw il-valuri għal Lwot(i) u nwot(i) mit-test tal-Anness 3, jekk ikun hemm qbil dwarhom mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Alternattivament, meta l-konformità ma’ dawn il-limiti tiġi kkontrollata, il-valuri għal Lwot(i) u nwot(i) għandhom jiġu ddeterminati mill-ġdid bil-kejl kif iddefinit fil-paragrafu 1. tal-Anness 3, madankollu billi jintużaw l-istess ger (i) u l-istess distanza ta’ preaċċellerazzjoni li ntużaw waqt l-approvazzjoni tat-tip.

2.7.

Faċilitajiet

Minħabba l-limitazzjonijiet tal-faċilitajiet tal-ittestjar u fir-rigward tas-sikurezza, mhux kull kundizzjoni tat-test tista’ titwettaq b’mod sikur f’kull faċilità tal-ittestjar.

Minkejja tali restrizzjonijiet, l-approvazzjoni tat-tip għandha tingħata f’dawn il-faċilitajiet tal-ittestjar, iżda l-vettura trid tikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan l-Anness 7. F’dawn il-każijiet, il-manifattur tal-vettura għandu jispjega għas-sodisfazzjon tal-awtorità preżenti fl-approvazzjoni tat-tip li l-vettura tissodisfa r-rekwiżiti li ma setgħux jiġu ttestjati minħabba r-restrizzjoni tal-faċilità tal-ittestjar.

3.

Ittestjar tal-konformità bil-kejl (1)

3.1.

Ġenerali

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip kif ukoll is-servizz tekniku għandhom jitolbu testijiet sabiex tiġi kkontrollata l-konformità tal-mutur mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2. hawn fuq. Sabiex jiġi evitat xogħol żejjed, l-ittestjar huwa ristrett għall-punti ta’ referenza ddefiniti fil-paragrafu 3.2. ta’ hawn taħt u għal tliet kundizzjonijiet operattivi addizzjonali kif iddefiniti fil-paragrafu 3.3. ta’ dan l-Anness għal kull ger. L-għadd totali ta’ kundizzjonijiet operattivi li għandhom jiġu ttestjati skont il-paragrafu 3.3. ta’ dan l-Anness għandu jitnaqqas bil-kundizzjonijiet operattivi li ġew applikati għat-testijiet skont il-paragrafu 3.2. ta’ dan l-Anness u għad-determinazzjoni ta’ Lurb skont l-Anness 3.

Għal vetturi bi proporzjonijiet varjabbli tal-gerijiet jew bi trażmissjoni awtomatika bi ttestjar tal-proporzjonijiet tal-gerijiet li ma jistgħux jiġu llokkjati, l-ittestjar għandu jkun limitat għal sitt kundizzjonijiet operattivi kif iddefiniti fil-paragrafu 3.3. ta’ dan l-Anness, u differenti mill-kundizzjonijiet operattivi li ġew applikati għad-determinazzjoni ta’ Lurb skont l-Anness 3.

3.2.

Kundizzjonijiet tat-test ta’ referenza RD-ASEP

3.2.1.

Proċedura tat-test

Meta l-parti ta’ quddiem tal-vettura tilħaq AA’, l-aċċelleratur għandu jkun magħfus kollu u għandu jinżamm magħfus kollu sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tilħaq BB’. Imbagħad l-aċċelleratur għandu jiġi rritornat kemm jista’ jkun malajr fil-pożizzjoni idle. Tista’ tintuża preaċċellerazzjoni jekk l-aċċellerazzjoni ddum aktar minn AA’. Il-post tal-bidu tal-aċċellerazzjoni għandu jiġi rrapportat.

3.2.2.

Veloċità tat-test u għażla tal-gerijiet

Il-vettura għandha tiġi ttestjata f’kull waħda mill-kundizzjonijiet operattivi li ġejjin:

(a)

vPP’ = 50 km/h

Il-ger magħżul (i) u l-kundizzjoni tal-preaċċellerazzjoni għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati fit-test oriġinali tal-approvazzjoni tat-tip tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

(b)

vBB’ li tikkorrispondi għal

nBB’ = 0,8 × S

vBB’ ma għandhiex taqbeż il-valuri kif speċifikati fil-paragrafu 2.5(b) ta’ dan l-Anness.

nBB’ u vBB’, għandu jintuża r-raba’ ger. Jekk il-ħames ger jissodisfa r-rekwiżiti nIl-ger magħżul għandu jkun it-tieni ger. Jekk it-tielet ger jissodisfa r-rekwiżiti ta’ nBB’ u vBB’, għandu jintuża t-tielet ger. Jekk ir-raba’ ger jissodisfa r-rekwiżiti ta’ BB’ u vBB’, għandu jintuża l-ħames ger. Jekk is-sitt ger jissodisfa r-rekwiżiti ta’ nBB’ u vBB’, għandu jintuża s-sitt ger.

Jekk fit-tieni ger taħt il-kundizzjoni msemmija hawn fuq għal nBB’ il-veloċità tal-vettura fil-linja BB’ taqbeż il-valur għal vBB’ kif speċifikat fil-paragrafu 2.5. ta’ dan l-Anness, it-test għandu jsir fit-tieni ger u minflok għandha tintlaħaq veloċità massima tal-vettura kif speċifikat fil-paragrafu 2.5. ta’ dan l-Anness fil-linja BB’.

Jekk matul it-test iseħħu kundizzjonijiet mhux tas-soltu ta’ sewqan (bħal trazzjoni apparenti jew għoli tar-rota ta’ quddiem), it-test għandu jsir fil-ger ogħla li jmiss, u minflok għandha tintlaħaq il-veloċità massima tal-vettura kif speċifikat fil-paragrafu 2.5. ta’ dan l-Anness fil-linja BB’.

3.2.3.

Ipproċessar u rapportar tad-data

Għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 1.4. tal-Anness 3.

Barra minn hekk, il-valuri tal-veloċità tal-magna f’AA’, f’BB’, u f’PP’ f’unitajiet ta’ min-1 għandhom jiġu matematikament ittondjati għall-eqreb numru sħiħ għal kalkoli ulterjuri. Għal kundizzjoni tat-test partikolari, għandha tiġi kkalkulata l-medja aritmetika tat-tliet veloċitajiet tal-magna individwali.

Il-livelli finali ta’ pressjoni tal-ħoss għall-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu ma għandhomx jaqbżu l-limiti speċifikati fil-paragrafu 2.6. hawn fuq.

3.3.

Kundizzjonijiet operattivi addizzjonali

3.3.1.

Proċedura tat-test

Il-vettura għandha tqarreb il-linja AA’ b’veloċità kostanti jew b’aċċellerazzjoni jew b’deċellerazzjoni, skont it-tħaddim tal-aċċelleratur li jista’ jintalab mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni bi qbil mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip.

Il-veloċità tal-avviċinament għandha tingħażel b’tali mod li l-vettura tilħaq veloċità preskritta tat-test vtest +/- 5 km/h meta l-parti ta’ quddiem tagħha tgħaddi l-linja AA’.

Eżempji:

 

vtest mitlub= 10 km/h vAA’validu = 10-15 km/h

 

vtest mitlub= 15 km/h vAA’validu = 10-20 km/h

 

vtest mitlub= 75 km/h vAA’validu = 70-80 km/h

 

vtest mitlub= 95 km/h vAA’validu = 90-100 km/h

 

vtest mitlub= 100 km/h vAA’validu = 95-100 km/h

Meta l-parti ta’ quddiem tal-vettura tgħaddi mil-linja AA’, il-kontroll tal-aċċelleratur għandu jiġi aġġustat malajr kemm jista’ jkun għal pożizzjoni (aċċelleratur parzjali, aċċelleratur miftuħ wiesa’ jew tinżamm il-pożizzjoni attwali tal-kontroll tal-aċċelleratur) li jista’ jiġi ddefinit mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni bi qbil mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u għandu jinżamm f’din il-pożizzjoni sakemm in-naħa ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB’.

Meta n-naħa ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB’, il-kontroll tal-aċċelleratur għandu jiċċaqlaq għall-pożizzjoni idle malajr kemm jista’ jkun.

Il-pożizzjoni tal-aċċelleratur bejn il-linji AA’ u BB’ ma għandhiex tirriżulta f’deċellerazzjoni tal-vettura.

3.3.2.

Il-veloċità tat-test, l-għażla tal-gerijiet u tal-modalitajiet u t-tħaddim tal-aċċelleratur

Il-kundizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu ddefiniti mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni bi qbil mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip.

It-test tal-veloċità vtest jista’ jkun ta’ kwalunkwe veloċità fi ħdan il-medda ta’ kontroll RD-ASEP kif iddefinit fil-paragrafu 2.5. ta’ dan l-Anness.

Il-vettura tista’ tiġi ttestjata fi kwalunkwe ger disponibbli, inkluż l-ewwel ger.

Il-vettura tista’ tiġi ttestjata fi kwalunkwe wieħed mill-programmi jew modalitajiet tas-software li jista’ jintgħażel mill-utent disponibbli li jaffettwaw l-emissjonijiet tal-ħoss tal-vettura.

It-tħaddim tal-aċċelleratur għandu jkun f’konformità mal-paragrafu 3.3.1. ta’ dan l-Anness.

It-tħaddim tal-aċċelleratur qabel il-linja AA’ u bejn il-linji AA’ u BB’ għandu jiġi ddefinit u deskritt b’mod li jkun jista’ jsir minn sewwieq b’ħiliet speċjalizzati li jkun iffamiljarizza ruħu mal-karatteristiċi tar-rikba tal-vettura tat-test, u li l-eżekuzzjoni korretta tkun tista’ tiġi vvalutata permezz ta’ osservazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ tagħmir tekniku fuq il-vettura jew fuq is-sit tat-test għajr it-tagħmir li huwa meħtieġ għat-testijiet skont l-Anness 3.

Jekk il-kundizzjonijiet operattivi mitluba jwasslu għal imġiba mhux tas-soltu tal-vettura (jiġifieri togħla r-rota ta’ quddiem, tgħaqqid apparenti tar-rota, moviment mhux regolari tal-katina minħabba li l-katina tkun laxka (chain slap), skossi fil-magna minħabba spid eċċessiv tal-magna waqt sewqan b’veloċità baxxa) jew kwalunkwe kundizzjoni oħra tar-rikba li tista’ ma tkunx mistennija li sseħħ meta l-vettura titħaddem fi traffiku reali, dik il-prova tat-test għandha tiġi skartata u għandha ssir prova tat-test b’kundizzjonijiet operattivi differenti.

3.3.3.

Ipproċessar u rapportar tad-data

3.3.3.1.

Il-livell massimu ta’ pressjoni tal-ħoss ponderat-A “L” indikat meta l-vettura tgħaddi bejn AA’ u meta l-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi BB’ + 20 m (ara l-Anness 4 — Illustrazzjoni 1) għandu jitnaqqas b’1 dB(A) sabiex titqies l-inakkuratezza tal-kejl u għandu jiġi matematikament ittondjat għall-eqreb l-ewwel pożizzjoni deċimali (eż. XX,X) għal kull pożizzjoni tal-mikrofonu (2).

Jekk jiġu osservati żieda u tnaqqis f’daqqa fil-livell tal-ħoss li jkunu differenti, b’mod ovvju, mil-livell ġenerali ta’ pressjoni tal-ħoss, dak il-kejl għandu jitwarrab, u l-prova tat-test għandha terġa’ ssir bl-istess kundizzjonijiet operattivi.

3.3.3.2.

L-ipproċessar tal-kejl tal-pressjoni tal-ħoss u l-kalkolu tar-riżultati finali tat-test

LASEP = MAX (LASEP,left; LASEP,right)

Fejn l-indiċi “left, “right” tirreferi għall-pożizzjoni tal-vettura (xellug jew lemin).

3.3.3.3.

Il-valuri tal-veloċità tal-magna f’AA’, f’BB’, u f’PP’ f’unitajiet ta’ min-1 għandhom jiġu matematikament ittondjati għall-eqreb numru sħiħ għal kalkoli ulterjuri

3.3.3.4.

Il-livelli finali ta’ pressjoni tal-ħoss għall-aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu ma għandhomx jaqbżu l-limiti speċifikati fil-paragrafu 2.6. ta’ dan l-Anness.

(1)  Huwa rrakkomandat li s-sewwieq li jkun qiegħed iwettaq it-testijiet ikun qiegħed jiffamiljarizza ruħu familjari mal-karatteristiċi tar-rikba tal-vettura tat-test qabel ma jwettaq il-provi.

(2)  Il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss “L” jiġi ddeterminat permezz ta’ prova tat-test waħda.


ANNESS 8

Dikjarazzjoni ta’ konformità mad-Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjoni tal-Ħoss

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

… (L-isem tal-manifattur) jafferma li vetturi ta’ dan it-tip (tip fir-rigward tal-emissjonijiet tal-istorbju tagħha skont ir-Regolament tal-UE Nru 41) jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3. tar-Regolament Nru 41.

… (Isem il-manifattur) qiegħed jagħmel din id-dikjarazzjoni bona fide, wara li wettaq evalwazzjoni xierqa tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tal-ħoss tal-vetturi.

Data: …

Isem ir-rappreżentant awtorizzat: …

Firma tar-rappreżentant awtorizzat: …


Top