This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42017X0071
Regulation No 138 of the Economic Commission for Europe of the United Nations (UNECE) — Uniform provisions concerning the approval of Quiet Road Transport Vehicles with regard to their reduced audibility [2017/71]
Regolament Nru 138 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' Vetturi tat-Trasport bit-Triq Ħiemda fir-rigward tal-livell tal-ħoss imnaqqas tagħhom [2017/71]
Regolament Nru 138 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' Vetturi tat-Trasport bit-Triq Ħiemda fir-rigward tal-livell tal-ħoss imnaqqas tagħhom [2017/71]
ĠU L 9, 13.1.2017, p. 33–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/10/2017
13.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/33 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Regolament Nru 138 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' Vetturi tat-Trasport bit-Triq Ħiemda fir-rigward tal-livell tal-ħoss imnaqqas tagħhom [2017/71]
Data tad-dħul fis-seħħ: 5 ta' Ottubru 2016
WERREJ
1. |
Kamp ta' applikazzjoni |
2. |
Definizzjonijiet |
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
Immarkar |
5. |
Approvazzjoni |
6. |
Speċifikazzjonijiet |
7. |
Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura |
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
9. |
Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
11. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
12. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
ANNESSI
1 |
Komunikazzjoni Addendum tal-Formola ta' Komunikazzjoni (Dokument ta' Informazzjoni Teknika) |
2 |
Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni |
3 |
Il-metodi u l-istrumenti biex jitkejjel il-ħoss mill-vetturi motorizzati |
Appendiċi: |
Figuri u Flowcharts |
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għal vetturi elettriċi tal-kategoriji M u N li jistgħu jivvjaġġaw fil-modalità normali, bir-reverse jew mill-inqas b'gear ta' sewqan 'il quddiem wieħed, b'ebda magna b'kombustjoni interna taħdem (1) fir-rigward tal-livell tal-ħoss tagħhom.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-fini ta' dan ir-Regolament,
2.1. |
“Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-ħoss; |
2.2. |
“Sistema ta' Twissija Akustika tal-Vettura” (AVAS) tfisser komponent jew grupp ta' komponenti installati f'vetturi bl-għan prinċipali li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament; |
2.3. |
“Tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi bil-mutur li ma tkunx tvarja essenzjalment fir-rigward ta' elementi bħalma huma:
|
2.4. |
“Xift tal-Frekwenza” tfisser il-varjazzjoni tal-kontenut tal-frekwenza tal-ħoss tal-AVAS bħala funzjoni tal-veloċità tal-vettura. |
2.5. |
“Vettura bl-elettriku” tfisser vettura b'sistema tal-propulsjoni li jkollha tal-inqas mutur elettriku wieħed jew motoġeneratur elettriku wieħed. 2.5.1. “Vettura Purament Elettrika” (PEV) tfisser vettura bil-mutur b'mutur elettriku bħala l-uniku mezz ta' propulsjoni. 2.5.2. “Vettura Ibrida Elettrika” (HEV) tfisser vettura b'sistema tal-propulsjoni li jkollha tal-inqas mutur elettriku wieħed jew motoġeneratur elettriku u tal-inqas magna b'kombustjoni interna waħda bħala konvertituri tal-enerġija tal-propulsjoni. 2.5.3. “Vettura b'Ċellola tal-Fjuwil” (FCV) tfisser vettura b'ċellola tal-fjuwil u b'magna elettrika bħala konvertituri tal-enerġija tal-propulsjoni. 2.5.4. “Vettura Ibrida b'Ċellola tal-Fjuwil” (FCHV) tfisser vettura b'minn tal-inqas sistema tal-ħażna ta' fjuwil waħda u tal-inqas sistema ta' ħażna ta' enerġija elettrika rikarikabbli (REESS) waħda bħala sistema ta' ħażna ta' enerġija tal-propulsjoni. |
2.6. |
“Massa fi stat ta' tħaddim” tfisser il-massa tal-vettura, bit-tank(ijiet) tal-fjuwil tagħha mimli(jin) sa mill-inqas 90 % tal-kapaċità tiegħu/tagħhom, inkluża l-massa tas-sewwieq (75 kg), tal-fjuwil u l-likwidi, mgħammrin bit-tagħmir standard skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u, meta jkunu mwaħħla, il-massa tal-karozzerija, tal-kabina, tal-agganċ u tal-istepni(s) kif ukoll tal-għodda. |
2.7. |
“Funzjoni Pause” tfisser mekkaniżmu li jwaqqaf temporanjament it-tħaddim ta' AVAS. |
2.8. |
“Pjan ta' quddiem tal-vettura” tfisser pjan vertikali tanġenzjali max-xifer ta' quddiem tal-vettura. |
2.9. |
“Pjan ta' wara tal-vettura” tfisser pjan vertikali tanġenzjali max-xifer ta' wara tal-vettura. |
2.10. |
Simboli u abbrevjazzjonijiet, u l-paragrafu li fih huma użati għall-ewwel darba. Tabella 1 Simboli u Abbrevjazzjonijiet
|
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-livell tal-ħoss imnaqqas għandha titressaq mill-manifattur tagħha jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat b'mod xieraq.
3.2. Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt u mid-dettalji li ġejjin:
3.2.1. |
Deskrizzjoni tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2.3 ta' hawn fuq; |
3.2.2. |
Deskrizzjoni tal-magna/i kif imsemmi fl-Anness 1, Addendum; |
3.2.3. |
Jekk applikabbli, lista tal-komponenti li jikkostitwixxu l-AVAS; |
3.2.4. |
Jekk applikabbli, disinn tal-AVAS immuntata u indikazzjoni tal-pożizzjoni tagħha fil-vettura. |
3.3. Fil-każ tal-paragrafu 2.3, il-vettura unika, rappreżentattiva tat-tip ikkonċernat, tingħażel mis-Servizz teniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni, bi qbil mal-manifattur tal-vettura.
3.4. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti biex jiġi żgurat il-kontrolli effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.
4. IMMARKAR
4.1. Il-komponenti tal-AVAS (jekk applikabbli) għandu jkollhom:
4.1.1. |
L-isem kummerċjali jew it-trademark tal-manifattur(i) tal-komponenti tal-AVAS; |
4.1.2. |
Numru/i ta' identifikazzjoni. |
4.2. Dawn il-marki għandhom ikunu leġġibbli b'mod ċar u ma jitħassrux.
5. APPROVAZZJONI
5.1. L-approvazzjoni tat-tip għandha tingħata biss jekk it-tip tal-vettura jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6 u 7 ta' hawn taħt.
5.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00, li jikkorrispondu għas-serje ta' emendi 00) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi importanti l-aktar reċenti li saru fir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ta' vettura ieħor.
5.3. L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta' produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
5.4. Għandha titwaħħal marka ta' approvazzjoni internazzjonali, fejn tidher u f'post li jkun faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formula tal-approvazzjoni, ma' kull vettura li tikkonforma mat-tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, li tkun magħmula minn:
5.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni; |
5.4.2. |
In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.4.1. |
5.5. Jekk il-vettura tkun konformi ma' tip ta' vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi ma' dan il-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1 ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; F'każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1.
5.6. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun leġibbli b'mod ċar u ma titħassarx.
5.7. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.
5.8. L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.
6. SPEĊIFIKAZZJONIJIET
6.1. Speċifikazzjonijiet ġenerali
Għall-fini ta' dan ir-Regolament, il-vettura għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
6.2. Karatteristiċi akustiċi
Il-ħoss emess mit-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni għandu jitkejjel permezz tal-metodi deskritti fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.
Il-medda tal-veloċitajiet għal dan il-kejl hija dik ta' bejn aktar minn 0 km/h sa 20 km/h inklużiv.
Jekk il-vettura li ma tkunx mgħammra b'AVAS tissodisfa l-livelli globali kif speċifikati fit-Tabella 2 ta' hawn taħt b'marġni ta' + 3 dB(A), l-ispeċifikazzjoni ta' baned ta' terz ta' ottava u x-xift tal-frekwenza ma japplikawx.
6.2.1. Testijiet b'veloċità kostanti
6.2.1.1. Il-veloċitajiet tat-test għall-approvazzjoni huma 10 km/h u 20 km/h.
6.2.1.2. Meta tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet tal-Anness 3, paragrafu 3.3.2, il-vettura għandha temetti ħoss
(a) |
Li jkollu livell tal-pressjoni tal-ħoss globali minimu għall-veloċità tat-test applikabbli skont it-Tabella 2 tal-paragrafu 6.2.8; |
(b) |
Li jkollu tal-inqas tnejn mill-baned ta' terz ta' ottava skont it-Tabella 2 tal-paragrafu 6.2.8. Mill-inqas waħda minn dawn il-baned għandha tkun inqas minn jew fil-banda ta' terz ta' ottava ta' 1 600 Hz; |
(c) |
Bil-livelli ta' pressjoni tal-ħoss minimi fil-baned magħżula għall-veloċità tat-test applikabbli skont it-Tabella 2 tal-paragrafu 6.2.8, il-kolonna 3 jew il-kolonna 4. |
6.2.1.3. Jekk wara li vettura tiġi ttestjata skont l-Anness 3, paragrafu 3.3.2, għal għaxar darbiet wara xulxin f'sensiela ta' kejl mingħajr ma jiġi rreġistrat kejl wieħed validu minħabba li l-magna b'kombustjoni interna tal-vettura tibqa' attiva jew terġa' tistartja u tinterferixxi l-kejl, il-vettura tiġi eżentata minn dan it-test partikolari.
6.2.2. Test tal-irriversjar
6.2.2.1. Meta tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet tal-Anness 3, paragrafu 3.3.3, il-vettura għandha temetti ħoss li jkollu livell tal-pressjoni tal-ħoss globali minimu skont it-Tabella 2 tal-paragrafu 6.2.8., il-kolonna 5.
6.2.2.2. Jekk wara li vettura tiġi ttestjata skont l-Anness 3, il-paragrafu 3.3.3, għal għaxar darbiet wara xulxin f'sensiela ta' kejl mingħajr ma jiġi rreġistrat kejl wieħed validu minħabba li l-magna b'kombustjoni interna tal-vettura tibqa' attiva jew terġa' tistartja u tinterferixxi l-kejl, il-vettura tiġi eżentata minn dan it-test partikolari.
6.2.3. Xift tal-frekwenza li jindika aċċellerazzjoni u deċellerazzjoni
6.2.3.1. L-intenzjoni tax-xift tal-frekwenza hija li jinforma akustikament lill-utenti tat-triq dwar il-bidla fil-veloċità tal-vettura.
6.2.3.2. Meta tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet tal-Anness 3, il-paragrafu 4, mill-inqas ton wieħed fil-medda ta' frekwenzi kif speċifikat fil-paragrafu 6.2.8. emess mill-vettura għandu jvarja b'mod proporzjonali mal-veloċità f'kull proporzjon tal-gerijiet individwali b'medja ta' mill-inqas 0,8 % għal kull 1 km/h fil-firxa ta' veloċitajiet ta' bejn 5 km/h sa 20 km/h inkluziv meta l-vettura tinsaq 'l quddiem. F'każ li jkun hemm aktar minn xift tal-frekwenza wieħed, xift tal-frekwenza wieħed biss jeħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti.
6.2.4. Ħoss meta l-vettura tkun wieqfa
Il-vettura tista' temetti ħoss meta tkun wieqfa.
6.2.5. Ħsejjes li jistgħu jintgħażlu mis-sewwieq
Il-manifattur tal-vettura jista' jiddefinixxi ħsejjes alternattivi li jistgħu jintgħażlu mis-sewwieq; kull wieħed minn dawn il-ħsejjes għandu jkun konformi u jiġi approvat skont id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 6.2.1 sa 6.2.3.
6.2.6. Il-funzjoni Pause
Il-manifattur jista' jinstalla funzjoni għad-diżattivazzjoni temporanja tal-AVAS. Kwalunkwe funzjoni oħra ta' diżattivazzjoni, li ma tissodisfax l-ispeċifikazzjoni ta' hawn taħt, hija pprojbita.
6.2.6.1. Il-funzjoni għandha tkun f'pożizzjoni tali li tkun tista' titħaddem mis-sewwieq f'pożizzjoni bilqiegħda normali.
6.2.6.2. Meta l-funzjoni Pause tiġi attivata, is-sospensjoni tal-AVAS għandha tiġi indikata b'mod ċar lis-sewwieq.
6.2.6.3. L-AVAS għandha terġa' tiġi attivata kull darba li l-vettura tiġi startjata wara li tkun intfiet.
6.2.6.4. Informazzjoni dwar il-manwal tas-sid
Jekk tiġi installata funzjoni Pause, il-manifattur għandu jipprovdi lis-sid b'informazzjoni (eż. fil-manwal tas-sid) dwar l-effett tagħha:
“Il-funzjoni Pause tas-Sistema ta' Twissija Akustika tal-Vettura (AVAS) ma għandhiex tintuża ħlief meta jkun ċar li ma għandux ikun hemm emissjoni ta' ħsejjes ta' twissija fiż-żona tal-madwar u li jkun ċert li ma hemmx persuni mexjin fil-qrib.”
6.2.7. Speċifikazzjonijiet dwar il-livell tal-ħoss massimu għall-AVAS
Meta tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet tal-Anness 3, il-paragrafu 3.3.2, vettura li tkun mgħammra b'AVAS, ma għandhiex temetti livell ta' ħoss globali ta' aktar minn 75 dB (A), meta l-vettura tinsaq 'l quddiem (2).
6.2.8. Il-livelli tal-ħoss minimi
Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament u matematikament miġjub sal-eqreb valur ta' numru sħiħ, mill-inqas għandu jkollu dawn il-valuri li ġejjin:
Tabella 2
Rekwiżiti tal-Livell tal-Ħoss Minimu f'dB(A)
Frekwenza f'Hz |
Test b'Veloċità Kostanti, il-paragrafu 3.3.2. (10 km/h) |
Test b'Veloċità Kostanti il-paragrafu 3.3.2. (20 km/h) |
Test tal-Irriversjar, il-paragrafu 3.3.3. |
|
Kolonna 1 |
Kolonna 2 |
Kolonna 3 |
Kolonna 4 |
Kolonna 5 |
Globali |
50 |
56 |
47 |
|
Baned ta' 1/3 ta' Ottava |
160 |
45 |
50 |
|
200 |
44 |
49 |
||
250 |
43 |
48 |
||
315 |
44 |
49 |
||
400 |
45 |
50 |
||
500 |
45 |
50 |
||
630 |
46 |
51 |
||
800 |
46 |
51 |
||
1 000 |
46 |
51 |
||
1 250 |
46 |
51 |
||
1 600 |
44 |
49 |
||
2 000 |
42 |
47 |
||
2 500 |
39 |
44 |
||
3 150 |
36 |
41 |
||
4 000 |
34 |
39 |
||
5 000 |
31 |
36 |
7. MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA
7.1. Kull modifika għat-tip ta' vettura għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta' vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista' jew:
7.1.1. |
tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-vettura xorta hija konformi mar-rekwiżiti, jew |
7.1.2. |
tirrikjedi rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet. |
7.2. Il-konferma jew ir-rifjut ta' approvazzjoni, bl-ispeċifikazzjoni tal-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
7.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:
8.1. |
Il-vetturi approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'tali mod li jkunu konformi mat-tip approvat u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6.2 ta' hawn fuq. |
8.2. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità ta' produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn. |
9. PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq ma jiġux issodisfati.
9.2. Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tat qabel, għandha mill-ewwel tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
10. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura tat-tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
11. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
Sat-30 ta' Ġunju 2019, l-ISO 10844:1994 jista' jiġi applikat bħala alternattiva għall-ISO 10844:2014 għall-verifika tal-konformità tal-korsa tat-test kif deskritt fl-Anness 3, paragrafu 2.1.2 ta' dan ir-Regolament.
12. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li joħorġu l-approvazzjoni u li jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda, ir-rifjut, l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.
(1) F'dan l-istadju, għandhom jiġu żviluppati miżuri akustiċi biss sabiex jingħeleb it-tħassib ta' sinjali akustiċi mnaqqsa minn vetturi elettriċi. Wara l-finalizzazzjoni ta' dan l-istadju, grupp ta' ħidma (GR) kompetenti għandu jiġi assenjat biex itejjeb ir-Regolament sabiex jiġu żviluppati miżuri mhux akustiċi alternattivi, fejn jitqiesu sistemi attivi ta' sikurezza bħal, iżda mhux limitati għal, sistemi ta' individwazzjoni ta' persuni għaddejjin bil-mixi. Sabiex jipprovdi għall-protezzjoni ambjentali, dan ir-Regolament jispeċifika limiti massimi wkoll.
(2) Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss globali massimu ta' 75 dB (A), imkejjel f'distanza ta' 2 m huwa ekwivalenti għall-livell tal-pressjoni tal-ħoss globali ta' 66 dB (A), imkejjel f'distanza ta' 7,5 m. Il-valur limitu ta' 66 dB (A) f'distanza ta' 7,5 m huwa l-valur massimu l-aktar baxx permess fir-Regolamenti stabbiliti skont il-Ftehim tal-1958.
ANNESS 1
ANNESS 2
ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI
MUDELL A
(Ara l-paragrafu 5.4 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq, imwaħħla ma' vettura, turi li t-tip ta' vettura konċernat, fir-rigward tal-livell tal-ħoss tiegħu, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 138 bin-Nru tal-approvazzjoni 002439.
L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li r-Regolament Nru 138 diġà kien jinkludi s-serje ta' emendi 00 meta ngħatat l-approvazzjoni.
MUDELL B
(Ara l-paragrafu 5.5 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq, imwaħħla ma' vettura, turi li t-tip ta' vettura konċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont ir-Regolamenti Nri. 138 u 33 (1). In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 138 kien jinkludi s-serje ta' emendi 00 filwaqt li r-Regolament Nru 33 kien jinkludi s-serje ta' emendi 01.
(1) Dan l-aħħar numru qed jingħata biss bħala eżempju.
ANNESS 3
IL-METODI U L-ISTRUMENTI BIEX JITKEJJEL IL-ĦOSS MILL-VETTURI MOTORIZZATI
1. STRUMENTAZZJONI
1.1. Strumenti għall-kejl akustiku
1.1.1. Ġenerali
L-apparat użat biex jitkejjel il-livell ta' pressjoni tal-ħoss għandu jkun miter tal-livell tal-ħoss jew sistema ta' kejl ekwivalenti li jissodisfa r-rekwiżiti tal-istrumenti tal-Klassi 1 (inkluż il-windskrin rakkomandat, jekk jintuża). Dawn ir-rekwiżiti ġew deskritti fl-IEC 61672-1-2013.
Is-sistema tal-kejl kollha għandha tiġi vverifikata permezz ta' kalibratur tal-ħoss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss tal-Klassi 1 skont l-IEC 60942-2003.
Il-kejl għandu jsir bl-użu tal-ponderazzjoni “F” tal-ħin tal-istrument tal-kejl akustiku u tal-ponderazzjoni “A” tal-frekwenza wkoll deskritta fl-IEC 61672-1-2013. Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A, għandu jittieħed qari f'intervalli ta' ħin ta' mhux aktar minn 30 ms.
Meta l-kejl isir għal baned ta' terz ta' ottava, l-istrumentazzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-IEC 61260-1-2014, Klassi 1. Meta l-kejl isir għal xift tal-frekwenza, is-sistema tar-reġistrazzjoni diġitali tal-ħoss għandu jkollha kwantizzazzjoni ta' mill-anqas 16 bits. Ir-rata ta' kampjunar u l-firxa dinamika għandhom ikunu adatti għas-sinjal ta' interess.
L-istrumenti għandhom jinżammu f'kundizzjoni tajba u jiġu kkalibrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-istrument.
1.1.2. Kalibrazzjoni
Fil-bidu u fi tmiem kull sessjoni ta' kejl, is-sistema ta' kejl akustiku kollha għandha tiġi vverifikata permezz ta' kalibratur tal-ħoss kif deskritt fil-paragrafu 1.1.1. Bla ebda aġġustament ulterjuri, id-differenza bejn il-qari għandha tkun inqas minn jew ta' 0,5 dB(A). Jekk dan il-valur ikun ogħla, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-verifika sodisfaċenti preċedenti għandhom jiġu injorati.
1.1.3. Konformità mar-rekwiżiti
Il-konformità tal-kalibratur tal-ħoss mar-rekwiżiti tal-IEC 60942-2003 għandha tiġi vverifikata darba fis-sena. Il-konformità tas-sistema tal-istrumentazzjoni mar-rekwiżiti tal-IEC 61672-3-2013 għandha tiġi vverifikata darba kull sentejn. L-ittestjar għall-konformità kollu għandu jsir minn laboratorju li jkun awtorizzat iwettaq kalibrazzjonijiet skont l-istandards xierqa.
1.2. Strumentazzjoni għall-kejl tal-veloċità
Il-veloċità tal-vettura fit-triq għandha titkejjel bi strumenti bi preċiżjoni minima ta' ± 0,5 km/h meta jintużaw apparati għall-kejl kontinwu.
Jekk l-ittestjar juża kejl indipendenti tal-veloċità, din l-istrumentazzjoni għandu jkollha preċiżjoni minima ta' ± 0,2 km/h.
1.3. Strumentazzjoni meteoroloġika
L-istrumentazzjoni meteoroloġika użata sabiex jiġu mmonitorjati l-kundizzjonijiet ambjentali waqt it-test għandha tissodisfa dawn l-ispeċifikazzjonijiet:
(a) |
± 1 °C jew inqas għal apparat li jkejjel it-temperatura; |
(b) |
± 1,0 m/s għal apparat li jkejjel il-veloċità tar-riħ; |
(c) |
± 5 hPa għal apparat li jkejjel il-pressjoni barometrika; |
(d) |
± 5 % għal apparat li jkejjel l-umdità relattiva. |
2. AMBJENT AKUSTIKU, KUNDIZZJONIJIET METEOROLOĠIĊI U ĦOSS FL-ISFOND
2.1. Is-sit tat-test
2.1.1. Ġenerali
L-ispeċifikazzjonijiet għas-sit tat-test jipprevedu l-ambjent akustiku meħtieġ biex jitwettqu t-testijiet fuq il-vettura li jidhru f'dan ir-regolament. L-ambjenti tal-ittestjar fuq ġewwa u fuq barra li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta' dan ir-regolament jipprovdu ambjenti akustiċi ekwivalenti u jipproduċu riżultati li huma validi bl-istess mod.
2.1.2. Testjar fuq barra
Is-sit tat-test għandu jkun sostanzjalment invell. Il-kostruzzjoni tal-korsa tat-test u s-superfiċe għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ISO 10844:2014.
Fi ħdan raġġ ta' 50 m miċ-ċentru tal-korsa, l-ispazju għandu jkun ħieles minn oġġetti kbar li jistgħu jirriflettu bħal xtiebi, ġebel, pontijiet jew bini. Il-korsa tat-test u s-superfiċe tas-sit huma niexfa u ħielsa minn materjali assorbenti bħal silġ f'forma ta' trab, jew fdalijiet mhux kompatti.
Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista' jinfluwenza l-kamp akustiku qrib il-mikrofoni u l-ebda persuna ma għandha toqgħod bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur tal-miter għandu joqgħod f'pożizzjoni fejn ma jinfluwenzax il-qari tal-miter. Il-mikrofoni għandhom ikunu f'pożizzjoni kif speċifikat fil-Figura 1.
2.1.3. L-ittestjar ħemianekojku u anekojku fuq ġewwa
Dan il-paragrafu jispeċifika l-kundizzjonijiet applikabbli meta tiġi ttestjata vettura, jew kif taħdem fit-triq bis-sistemi kollha jaħdmu, jew kif taħdem f'modalità fejn l-AVAS biss tkun qed taħdem.
Il-faċilità tat-test għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-ISO 26101:2012 b'dawn il-kriterji ta' kwalifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-kejl adatti għal dan il-metodu ta' ttestjar.
Għandu jiġi definit spazju ħemianekojku kif indikat fil-Figura 3.
Għall-kwalifikazzjoni tal-ispazju ħemianekojku, għandha titwettaq din l-evalwazzjoni:
(a) |
Sors tal-ħoss għandu jkun pożizzjonat fuq l-art f'nofs l-ispazju meqjus bħala anekojku; |
(b) |
Is-sors tal-ħoss għandu jipprovdi broadband input għall-kejl; |
(c) |
L-evalwazzjoni għandha titwettaq f'baned ta' terz ta' ottava; |
(d) |
Il-postijiet tal-mikrofoni għall-evalwazzjoni għandhom ikunu fuq linja mill-post tas-sors għal kull post tal-mikrofoni li jintużaw għall-kejl f'dan ir-Regolament kif indikat fil-Figura 3. Ġeneralment, din tissejjaħ il-linja trasversali tal-mikrofonu; |
(e) |
Għall-evalwazzjoni għandhom jintużaw mill-inqas 10 punti fuq il-linja trasversali tal-mikrofonu; |
(f) |
Il-baned ta' terz ta' ottava użati biex tiġi stabbilita l-kwalifikazzjoni ħemianekojka għandhom jiġu definiti b'mod li jkopru l-medda spettrali ta' interess. |
Il-faċilita tat-test għandu jkollha frekwenza cut-off, kif definit fl-ISO 26101:2012, li tkun aktar baxxa mill-frekwenza ta' interess l-aktar baxxa. Il-frekwenza ta' interess l-aktar baxxa hija l-frekwenza li taħtha ma jkun hemm l-ebda sinjal ta' kontenut rilevanti għall-kejl tal-emissjoni tal-ħoss tal-vettura li qed tiġi ttestjata.
Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista' jinfluwenza l-kamp akustiku qrib il-mikrofoni u l-ebda persuna ma għandha toqgħod bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur tal-miter għandu joqgħod f'pożizzjoni fejn ma jinfluwenzax il-qari tal-miter. Il-mikrofoni għandhom ikunu f'pożizzjoni kif speċifikat fil-Figura 2.
2.2. Kundizzjonijiet meteoroloġiċi
Il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi huma speċifikati biex jipprovdu firxa ta' temperaturi operattivi normali u biex jipprevjenu qari anormali minħabba kundizzjonijiet ambjentali estremi.
Waqt l-intervall tal-kejl għandu jkun irreġistrat valur rappreżentattiv tat-temperatura, tal-umdità relattiva u tal-pressjoni barometrika.
L-istrumentazzjoni meteoroloġika għandha tagħti dejta rappreżentattiva tas-sit tat-test, u għandha tiġi ppożizzjonata biswit iż-żona tat-test f'għoli li jirrappreżenta l-għoli tal-mikrofonu li jintuża għall-kejl.
Il-kejl għandu jitwettaq meta t-temperatura ambjentali tkun bejn 5 °C u 40 °C.
Jekk ikun meħtieġ, it-temperatura ambjentali tista' tiġi ristretta għal firxa idjaq ta' temperaturi b'tali mod li l-funzjonalitajiet ewlenin kollha tal-vettura li jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ħoss tal-vettura (pereżempju startjar/waqfien, propulsjoni ibrida, propulsjoni bil-batterija, tħaddim b-ċellula tal-fjuwil) jiġu attivati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.
It-testijiet ma għandhomx jitwettqu jekk il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, fl-għoli tal-mikrofonu tkun aktar minn 5 m/s, waqt l-intervall tal-kejl.
2.3. Ħoss fl-isfond
2.3.1. Kriterji tal-kejl għal livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A
Il-ħoss fl-isfond, jew il-ħoss ambjentali, għandhom jitkejlu għal durata ta' mill-inqas 10 sekondi. Il-kampjun ta' 10 sekondi meħud minn dawn il-kejlijiet għandu jintuża għall-kalkolu tal-ħoss fl-isfond rapportat, filwaqt li jiġi żgurat li l-kampjun ta' 10 sekondi magħżul ikun rappreżentattiv tal-ħoss fl-isfond bla ebda disturb transitorju. Il-kejl għandu jitwettaq bl-istess mikrofoni li ntużaw waqt it-test u fil-postijiet fejn tqiegħed il-mikrofonu waqt it-test.
Meta t-test isir f'faċilità fuq ġewwa, il-ħoss emess mill-bank tar-rombli (roller-bench), mix-xażi dinamometriku jew minn xi tagħmir tal-faċilità tat-test ieħor, mingħajr ma l-vettura tkun installata jew preżenti, inkluż il-ħoss ikkawżat mit-trattament tal-arja tal-faċilità u mit-tkessiħ tal-vettura, għandhom jiġu rapportati bħala l-ħoss tal-isfond.
Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A massimu reġistrat miż-żewġ mikrofoni matul it-tieni kampjun ta' 10 sekondi għandu jiġi rapportat bħala l-ħoss fl-isfond, L bgn, għall-mikrofoni, sew tax-xellug kif ukoll tal-lemin.
Għal kull tieni kampjun ta' 10 sekondi fuq kull mikrofonu, il-firxa mill-valur massimu sa dak minimu tal-ħoss fl-isfond, ΔL bgn, p-p, għandha tiġi rapportata.
L-ispettru ta' frekwenzi ta' terz ta' ottava, li jikkorrispondi għal-livell massimu rapportat ta' ħoss fl-isfond fil-mikrofonu bl-ogħla livell ta' ħoss fl-isfond, għandu jiġi rapportat.
Bħala għajnuna għall-kejl u r-rapportar tal-ħoss fl-isfond ara l-flowchart fil-Figura 4 tal-Appendiċi ta' dan l-anness.
2.3.2. Kriterji għall-korrezzjoni tal-kejl tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-vettura
Skont ma jkunu l-livell u l-firxa mill-valur massimu sa dak minimu tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss fl-isfond ponderat-A rappreżentattiv fuq perjodu ta' żmien definit, ir-riżultat tat-test numru j imkejjel fil-limiti ta' kundizzjoni tat-test, L test, j , għandu jiġi kkoreġut skont it-tabella ta' hawn taħt biex jinkiseb il-livell ikkoreġut tal-ħoss fl-isfond L testcorr, j . Għajr meta jkun indikat b'mod partikolari, L testcorr, j = L test, j – L corr.
Il-korrezzjonijiet tal-ħoss fl-isfond għal kejlijiet huma validi biss meta l-firxa mill-valur massimu sa dak minimu tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-ħoss fl-isfond rappreżentattiv tkun 2 dB(A) jew inqas.
Fil-każijiet kollha fejn il-firxa mill-valur massimu sa dak minimu tal-livell tal-ħoss fl-isfond tkun aktar minn 2 dB(A), il-livell massimu tal-ħoss fl-isfond għandu jkun 10 dB(A) jew aktar taħt il-livell tal-kejl. Meta l-firxa mill-valur massimu sa dak minimu tal-livell tal-ħoss fl-isfond tkun aktar minn 2 dB(A) u l-livell tal-ħoss fl-isfond ikun inqas minn 10 dB(A) taħt il-livell tal-kejl, l-ebda kejl validu ma jkun possibbli.
Tabella 3
Korrezzjoni għal-livell tal-ħoss fl-isfond waqt il-kejl tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-vettura
Korrezzjoni għall-ħoss fl-isfond |
||
Il-firxa mill-valur massimu sa dak minimu tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss fl-isfond ponderat-A rappreżentattiv fuq perjodu ta' żmien definit ΔLbgn, p-p f'dB(A) |
Ir-riżultat tat-test numru j tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss nieqes il-livell tal-ħoss fl-isfond ΔL = Ltest,j – Lbgn f'dB(A) |
Il-korrezzjoni f'dB(A) Lcorr |
— |
ΔL ≥ 10 |
ebda korrezzjoni meħtieġa |
≤ 2 |
8 ≤ ΔL < 10 |
0,5 |
6 ≤ ΔL < 8 |
1,0 |
|
4,5 ≤ ΔL < 6 |
1,5 |
|
3 ≤ ΔL < 4,5 |
2,5 |
|
ΔL < 3 |
ebda kejl validu ma jista' jiġi rapportat |
Jekk jiġi osservat livell massimu ta' ħoss li jkun differenti ħafna mil-livell ġenerali tal-pressjoni tal-ħoss, dak il-kejl għandu jitwarrab.
Bħala għajnuna għall-kriterji tal-korrezzjoni tal-kejl ara l-flowchart fil-Figura 4 tal-appendiċi ta' dan l-anness.
2.3.3. Rekwiżiti tal-ħoss fl-isfond meta l-analiżi ssir f'baned ta' terz ta' ottava
Meta jiġu analizzati baned ta' terz ta' ottava skont dan ir-Regolament, il-livell tal-ħoss fl-isfond f'kull terz ta' ottava ta' interess, analizzat skont il-paragrafu 2.3.1, għandu jkun mill-inqas 6 dB(A) taħt il-kejl tal-vettura jew tal-AVAS ittestjata f'kull banda ta' terz ta' ottava ta' interess. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-ħoss fl-isfond għandu jkun mill-inqas 10 dB(A) taħt il-kejl tal-vettura jew tal-AVAS ittestjata.
Il-kumpens tal-isfond mhuwiex permess għall-kejlijiet tal-banda ta' terz ta' ottava.
Bħala għajnuna għar-rekwiżiti tal-ħoss fl-isfond meta l-analiżi ssir f'baned ta' terz ta' ottava ara l-flowchart fil-Figura 6 tal-Appendiċi ta' dan l-anness.
3. PROĊEDURI TAT-TEST GĦAL-LIVELL TAL-ĦOSS TAL-VETTURA
3.1. Pożizzjonijiet tal-mikrofoni
Id-distanza mill-pożizzjonijiet tal-mikrofoni fuq il-linja tal-mikrofoni PP′ sal-linja perpendikolari ta' referenza CC′ kif speċifikat fil-Figuri 1 u 2 fuq il-korsa tat-test jew f'faċilità tat-test fuq ġewwa għandha tkun 2,0 m ± 0,05 m.
Il-mikrofoni għandhom ikunu 1,2 m ± 0,02 m 'il fuq mill-art. Id-direzzjoni ta' referenza għal kundizzjonijiet ta' użu normali fit-triq kif speċifikati fl-IEC 61672-1:2013 għandha tkun orizzontali u orjentata b'mod perpendikulari lejn il-mogħdija tal-linja CC′ tal-vettura.
3.2. Kundizzjonijiet tal-vettura
3.2.1. Kundizzjonijiet ġenerali
Il-vettura għandha tkun rappreżentattiva tal-vetturi li jkunu se jitqiegħdu fis-suq kif speċifikat mill-manifattur bi qbil mas-servizz tekniku biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Il-kejl għandu jsir mingħajr trejler, ħlief fil-każ ta' vetturi li ma jistgħux jiġu sseparati.
Fil-każ ta' HEVs/FCHVs, it-test għandu jsir fl-aktar modalità effiċjenti mil-lat tal-enerġija sabiex jiġi evitat l-istartjar mill-ġdid tal-magna b'kombustjoni interna, pereżempju, is-sistemi awdjo, ta' divertiment, ta' komunikazzjoni u ta' navigazzjoni għandhom ikunu mitfija.
Qabel ma jibda l-kejl, il-vettura għandha tinġieb għall-kundizzjonijiet ta' tħaddim normali tagħha.
3.2.2. Stat taċ-ċarġ tal-batterija
Jekk il-vettura tkun mgħammra bihom, il-batteriji tal-propulsjoni għandu jkollhom ċarġ għoli biżżejjed li jippermetti l-funzjonalitajiet ewlenin kollha skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. Il-batteriji tal-propulsjoni għandu jkollhom temperatura fil-medda permessa mill-komponenti tagħhom li tippermetti l-funzjonalitajiet ewlenin kollha li jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ħoss tal-vetturi. Kwalunkwe tip ieħor ta' sistema ta' ħażna ta' enerġija rikarikabbli għandu jkun lest biex jitħaddem waqt it-test.
3.2.3. Tħaddim multimodali
Jekk il-vettura tkun mgħammra b'diversi modalitajiet ta' tħaddim li jistgħu jintgħażlu mis-sewwieq, għandha tiġi magħżula l-modalità li temetti l-inqas ħoss fil-kundizzjonijiet tat-test tal-paragrafu 3.3.
Meta l-vettura jkollha diversi modalitajiet ta' tħaddim li jintgħażlu awtomatikament mill-vettura stess, hija r-responsabbiltà tal-manifattur li jiddetermina l-mod korrett ta' ttestjar sabiex jintlaħqu l-emissjonijiet ta' ħoss minimi.
F'każijiet fejn ma jkunx possibbli li tiġi determinata l-modalità tat-tħaddim tal-vettura li temetti l-inqas ħoss, il-modalitajiet kollha għandhom jiġu ttestjati u l-modalità li tagħti l-aktar riżultat tat-test baxx għandha tintuża biex tiġi rapportata l-emissjoni tal-ħoss tal-vettura skont dan ir-regolament.
3.2.4. Massa tat-test tal-vettura
Il-kejl għandu jsir fuq vetturi b'massa fi stat ta' tħaddim b'tolleranza permissibbli ta' 15 %.
3.2.5. Għażla u kundizzjoni tat-tajers
It-tajers imwaħħla fuq il-vettura waqt l-ittestjar jintgħażlu mill-manifattur tal-vettura, u għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet tat-tajers u tat-tipi maħsuba għall-vettura mill-manifattur tal-vettura.
It-tajers għandhom jintefħu għall-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura għall-massa tat-test tal-vettura.
3.3. Kundizzjonijiet tat-tħaddim
3.3.1. Ġenerali
Għal kull kundizzjoni ta' tħaddim, il-vettura tista' tiġi ttestjata jew ġewwa jew barra.
Għal testijiet tal-veloċità kostanti u tal-irriversjar, il-vettura tista' tiġi ttestjata jew miexja jew f'kundizzjoni ta' tħaddim simulat. Għat-tħaddim simulat tal-vettura, għandhom jiġu applikati sinjali lill-vettura biex jiġi simulat tħaddim f'kundizzjonijiet ta' użu attwali.
Jekk il-vettura tkun mgħammra b'magna b'kombustjoni interna, din għandha tkun mitfija.
3.3.2. Testijiet b'veloċità kostanti
Dawn it-testijiet isiru bil-vettura miexja 'l quddiem jew bil-veloċità tal-vettura simulata permezz ta' sinjal estern lill-AVAS bil-vettura f'kundizzjoni ta' waqfien.
3.3.2.1. Testijiet b'veloċità kostanti bil-vettura miexja 'l quddiem
Għal vettura ttestjata f'faċilità fuq barra, il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC′ mill-aktar qrib possibbli b'veloċità kostanti vtest tul it-test kollu. Fil-bidu tat-test il-pjan ta' quddiem tal-vettura għandu jgħaddi mil-linja AA′, u fi tmiem it-test il-pjan ta' wara tal-vettura għandu jgħaddi mil-linja BB′, kif indikat fil-Figura 1a. Kwalunkwe trejler, li ma jistax jiġi sseparat malajr mill-vettura tal-irmonk, għandu jiġi injorat meta jitqies meta qed tinqasam il-linja BB′.
Vettura ttestjata f'faċilità fuq ġewwa, għandha tkun bil-pjan ta' quddiem tagħha fuq il-linja PP′ kif indikat fil-Figura 2a. Il-vettura għandha żżomm veloċità tat-test kostanti, vtest, għal mill-inqas 5 sekondi.
Għal kundizzjoni tat-test b'veloċità kostanti ta' 10 km/h, il-veloċità tat-test vtest għandha tkun 10 km/h ± 2 km/h.
Għal kundizzjoni tat-test b'veloċità kostanti ta' 20 km/h, il-veloċità tat-test vtest għandha tkun 20 km/h ± 1 km/h.
Għal vetturi bi trażmissjoni awtomatika, is-selettur tal-gerijiet għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni kif speċifikata mill-manifattur għal sewqan normali.
Għal vetturi bi trażmissjoni manwali, is-selettur tal-gerijiet għandu jkun fl-ogħla gear li jista' jilħaq il-veloċità preskritta tal-vettura b'veloċità kostanti tal-magna.
3.3.2.2. Testijiet b'veloċità kostanti simulata permezz ta' sinjal estern lill-AVAS bil-vettura f'kundizzjoni ta' waqfien
Vettura ttestjata f'faċilità fuq ġewwa jew f'faċilità fuq barra, għandha tkun bil-pjan ta' quddiem tagħha fuq il-linja PP′ kif indikat fil-Figura 2b. Il-vettura għandha żżomm veloċità tat-test simulata kostanti, vtest, għal mill-inqas 5 sekondi.
Għal kundizzjoni tat-test b'veloċità kostanti ta' 10 km/h, il-veloċità tat-test simulata vtest għandha tkun 10 km/h ± 0,5 km/h.
Għal kundizzjoni tat-test b'veloċità kostanti ta' 20 km/h, il-veloċità tat-test simulata vtest għandha tkun 20 km/h ± 0,5 km/h.
3.3.3. Testijiet tal-irriversjar
Dawn it-testijiet jistgħu jsiru bil-vettura miexja lura jew bil-veloċità tal-vettura simulata permezz ta' sinjal estern lill-AVAS bil-vettura f'kundizzjoni ta' waqfien.
3.3.3.1. Test tal-irriversjar bil-vettura miexja
Għal vettura ttestjata f'faċilità fuq barra, il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC′ mill-aktar qrib possibbli b'veloċità kostanti vtest tul it-test kollu. Fil-bidu tat-test il-pjan ta' wara tal-vettura għandu jgħaddi mil-linja AA′, u fi tmiem it-test il-pjan ta' quddiem tal-vettura għandu jgħaddi mil-linja BB′, kif indikat fil-Figura 1b. Kwalunkwe trejler, li ma jistax jiġi sseparat malajr mill-vettura tal-irmonk, għandu jiġi injorat meta jitqies meta qed tinqasam il-linja BB′.
Vettura ttestjata f'faċilità fuq ġewwa, għandha tkun bil-pjan ta' wara tagħha fuq il-linja PP′ kif indikat fil-Figura 2b. Il-vettura għandha żżomm veloċità tat-test kostanti, vtest, għal mill-inqas 5 sekondi.
Għal kundizzjoni tat-test b'veloċità kostanti ta' 6 km/h, il-veloċità tat-test vtest għandha tkun 6 km/h ± 2 km/h.
Għal vetturi bi trażmissjoni awtomatika, is-selettur tal-gerijiet għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni kif speċifikata mill-manifattur għal sewqan bir-reverse normali.
Għal vetturi bi trażmissjoni manwali, is-selettur tal-gerijiet għandu jkun fl-ogħla reverse gear li jista' jilħaq il-veloċità preskritta tal-vettura b'veloċità kostanti tal-magna.
3.3.3.2. Testijiet tal-irriversjar simulati permezz ta' sinjal estern lill-AVAS bil-vettura f'kundizzjoni ta' waqfien.
Vettura ttestjata f'faċilità fuq ġewwa jew f'faċilità fuq barra, għandha tkun bil-pjan ta' wara tagħha fuq il-linja PP′ kif indikat fil-Figura 2b. Il-vettura għandha żżomm veloċità tat-test simulata kostanti, vtest, għal mill-inqas 5 sekondi.
Għal kundizzjoni tat-test b'veloċità kostanti ta' 6 km/h, il-veloċità tat-test simulata vtest għandha tkun 6 km/h ± 0,5 km/h.
3.3.3.3. Test tal-irriversjar f'kundizzjoni ta' waqfien
Vettura ttestjata f'faċilità fuq ġewwa jew f'faċilità fuq barra, għandha tkun bil-pjan ta' wara tagħha fuq il-linja PP′ kif indikat fil-Figura 2b.
Għat-test, il-kontroll tas-selettur tal-gerijiet tal-vettura għandu jkun fil-pożizzjoni tar-reverse u l-brejk rilaxxat.
3.4. Qari tal-kejl u valuri rapportati
Għandhom jittieħdu mill-inqas erba' kejlijiet għal kull kundizzjoni tat-test fuq iż-żewġ naħat tal-vettura.
Għall-kalkolu tar-riżultat intermedju jew tar-riżultat finali, għandhom jintużaw l-ewwel erba' riżultati validi konsekuttivi tal-kejl għal kull kundizzjoni tat-test, fil-limiti ta' 2,0 dB(A) fuq kull naħa, fejn ma jitqisux riżultati mhux validi.
Jekk jiġi osservat livell massimu ta' ħoss li jkun differenti ħafna mil-livell ġenerali tal-pressjoni tal-ħoss, dak il-kejl għandu jitwarrab. Għall-kejl ta' vettura miexja ('il quddiem u bir-reverse) fuq barra, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A massimu indikat waqt kull passaġġ tal-vettura bejn AA′ u PP′ (Ltest, j) għandu jiġi rreġistrat għal kull pożizzjoni tal-mikrofonu, sal-ewwel ċifra sinifikanti wara l-punt deċimali (pereżempju, XX,X). Għall-kejl ta' vettura miexja fuq ġewwa u f'kundizzjoni ta' waqfien ('il quddiem u bir-reverse), il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A massimu indikat waqt kull perjodu ta' 5 sekondi għal kull pożizzjoni tal-mikrofonu, Ltest, j, għandu jiġi rreġistrat, sal-ewwel ċifra sinifikanti wara l-punt deċimali (pereżempju, XX,X).
Ltest,j għandu jiġi kkoreġut skont il-paragrafu 2.3.2 sabiex jinkiseb il-valur ta' Ltestcorr,j.
Għal kull livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A massimu, għandu jiġi rapportat l-ispettru ta' frekwenzi ta' terz ta' ottava korrispondenti, għal kull pożizzjoni tal-mikrofonu. Ma għandha tiġi applikata ebda korrezzjoni għall-ħoss fl-isfond għar-riżultati mkejla fil-banda ta' terz ta' ottava.
3.5. Ġbir tad-dejta u riżultati rapportati
Għal kull kundizzjoni tat-test deskritta fil-paragrafu 3.3., ir-riżultati kkoreġuti għall-ħoss fl-isfond, Ltestcorr,j, u l-ispettri korrispondenti ta' frekwenzi ta' terz ta' ottava taż-żewġ naħat tal-vettura individwalment għandha tiġi kkalkulata l-medja aritmetika tagħhom u din tiġi mqarrba għall-ewwel ċifra wara l-punt deċimali.
Ir-riżultati finali tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A Lcrs 10, Lcrs 20 u Lreverse li għandhom jiġu rapportati huma huma l-valuri aktar baxxi miż-żewġ medji taż-żewġ naħat, miġjuba sal-eqreb numru sħiħ. L-aħħar spettri ta' terz ta' ottava li għandhom jiġu rapportati huma l-ispettri li jikkorrispondu għall-istess naħa bħal dik tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A.
4. PROĊEDURI TAT-TEST GĦAL XIFT TAL-FREKWENZA
4.1. Ġenerali
Id-dispożizzjonijiet dwar ix-xift tal-frekwenza deskritti fil-punt 6.2.3 tal-parti prinċipali għandhom jiġu vverifikati bl-użu ta' wieħed mill-metodi tat-test li ġejjin, li għandu jiġi magħżul mill-manifattur:
Metodu (A) |
Test tal-vettura kompluta miexja fuq korsa tat-test fuq barra |
Metodu (B) |
Test fuq vettura kompluta f'kundizzjoni ta' waqfien fuq korsa tat-test fuq barra b'simulazzjoni tad-direzzjoni tal-moviment tal-vettura lill-AVAS permezz ta' ġeneratur ta' sinjal estern |
Metodu (C) |
Test tal-vettura kompluta miexja f'faċilità fuq ġewwa fuq xażi dinamometriku |
Metodu (D) |
Test fuq vettura kompluta f'kundizzjoni ta' waqfien f'faċilità tat-test fuq ġewwa b'simulazzjoni tad-direzzjoni tal-moviment tal-vettura lill-AVAS permezz ta' ġeneratur ta' sinjal estern |
Metodu (E) |
Test tal-AVAS mingħajr vettura f'faċilità tat-test fuq ġewwa b'simulazzjoni tad-direzzjoni tal-moviment tal-vettura lill-AVAS permezz ta' ġeneratur ta' sinjal estern |
Ir-rekwiżiti tal-faċilità kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tal-vettura u tal-arranġament tat-test huma l-istess bħal dawk mogħtija fil-paragrafi 1, 2, 3.1 u 3.2 ta' dan l-anness skont il-metodu tat-test magħżul, sakemm il-paragrafi ta' hawn taħt ma jipprevedux speċifikazzjonijiet differenti jew addizzjonali.
Ma għandha tiġi applikata ebda korrezzjoni għall-ħoss fl-isfond, għal kwalunkwe kejl. Attenzjoni speċjali għandha tingħata għall-kejl fuq barra. Kwalunkwe interferenza tal-ħoss fl-isfond għandha tiġi evitata. Jekk jiġi osservat livell massimu ta' ħoss li jkun differenti ħafna mis-sinjal ġenerali, dak il-kejl għandu jitwarrab.
4.2. Strumentazzjoni u proċessar tas-sinjali
Il-konfigurazzjonijiet tal-analizzatur għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-manifattur u s-servizz tekniku, biex jipprovdu dejta skont dawn ir-rekwiżiti.
Is-sistema ta' analiżi tal-ħoss għandha tkun kapaċi twettaq analiżi spettrali b'rata ta' kampjunar u fuq medda ta' frekwenzi li jkollha l-frekwenzi ta' interess kollha. Ir-riżoluzzjoni tal-frekwenza għandha tkun preċiża biżżejjed sabiex tiddifferenzja bejn il-frekwenzi tad-diversi kundizzjonijiet tat-test.
4.3. Metodi tat-test
4.3.1. Metodu (A) — Faċilità fuq barra u vettura miexja
Il-vettura għandha titħaddem fl-istess faċilità tat-test fuq barra u bl-istess kundizzjonijiet ta' tħaddim ġenerali bħal dawk għall-ittestjar tal-vettura b'veloċità kostanti (paragrafu 3.3.2).
L-emissjonijiet tal-ħoss tal-vettura għandhom jitkejlu f'veloċitajiet preskritti ta' bejn 5 km/h u 20 km/h fi stadji ta' 5 km/h b'tolleranza ta' +/– 2 km/h għal veloċità ta' 10 km/h jew anqas u ta' +/– 1 km/h għal veloċitajiet oħra. Il-veloċità ta' 5 km/h hija l-aktar veloċità preskritta baxxa. Jekk il-vettura ma tistax titħaddem f'din il-veloċità bil-preċiżjoni speċifikata, minflok għandha tintuża l-aktar veloċità baxxa possibbli taħt l-10 km/h.
4.3.2. Metodu (B) u Metodu (D) — Faċilità fuq barra/fuq ġewwa u l-vettura f'kundizzjoni ta' waqfien
Il-vettura għandha titħaddem f'faċilità tat-test fejn l-AVAS tal-vettura tkun tista' taċċetta sinjal estern tal-veloċità tal-vettura li jissimula t-tħaddim tal-vettura. Il-postijiet tal-mikrofonu għandhom ikunu bħal dawk tal-kundizzjonijiet tat-test tal-vettura kompluta kif speċifikati fil-Figura 2a. Il-pjan ta' quddiem tal-vettura għandu jitqiegħed fuq il-linja PP′.
L-emissjonijiet tal-ħoss tal-vettura għandhom jitkejlu f'veloċitajiet simulati ta' bejn 5 km/h u 20 km/h fi stadji ta' 5 km/h b'tolleranza ta' +/– 0,5 km/h għal veloċità tat-test.
4.3.3. Metodu (C) — Faċilità fuq ġewwa u vettura miexja
Il-vettura għandha tiġi installata f'faċilità tat-test fuq ġewwa, fejn il-vettura tkun tista' taħdem fuq xażi dinamometriku bl-istess mod bħal fuq barra. Il-postijiet tal-mikrofoni kollha għandhom ikunu bħal dawk tal-kundizzjonijiet tat-test tal-vettura kif speċifikati fil-Figura 2a. Il-pjan ta' quddiem tal-vettura għandu jitqiegħed fuq il-linja PP′.
L-emissjonijiet tal-ħoss tal-vettura għandhom jitkejlu f'veloċitajiet preskritti ta' bejn 5 km/h u 20 km/h fi stadji ta' 5 km/h b'tolleranza ta' +/– 2 km/h għal veloċità ta' 10 km/h jew anqas u ta' +/– 1 km/h għal veloċitajiet oħra. Il-veloċità ta' 5 km/h hija l-aktar veloċità preskritta baxxa. Jekk il-vettura ma tistax titħaddem f'din il-veloċità bil-preċiżjoni speċifikata, minflok għandha tintuża l-aktar veloċità baxxa possibbli taħt l-10 km/h.
4.3.4. Metodu (E)
L-AVAS għandha tiġi mmuntata b'mod riġidu f'faċilità fuq ġewwa, permezz tat-tagħmir indikat mill-manifattur. Il-mikrofonu tal-istrument tal-kejl għandu jitqiegħed f'distanza ta' 1 m mill-AVAS fid-direzzjoni fejn ikun hemm l-ogħla livell suġġettiv tal-ħoss u jitqiegħed f'għoli ta' bejn wieħed u ieħor l-istess livell bħar-radjazzjoni tal-ħoss tal-AVAS.
L-emissjonijiet tal-ħoss għandhom jitkejlu f'veloċitajiet simulati ta' bejn 5 km/h u 20 km/h fi stadji ta' 5 km/h b'tolleranza ta' +/– 0,5 km/h għal veloċità tat-test.
4.4. Qari tal-Kejl
4.4.1. Metodi tat-Test (A)
Għandhom jittieħdu mill-inqas erba' kejlijiet għal kull veloċità speċifikata fil-paragrafu 4.3.1. Il-ħoss emess għandu jiġi reġistrat kull darba li l-vettura tgħaddi bejn AA′ u BB′ għal kull pożizzjoni tal-mikrofonu. Minn kull kampjun ta' kejl, segment wieħed meħud minn AA′ sa 1 metru qabel PP′ għandu jinqata' għal analiżi ulterjuri.
4.4.2. Metodi tat-Test (B), (C), (D) u (E)
Il-ħoss emess għandu jitkejjel f'kull veloċità speċifikata fil-paragrafi korrispondenti ta' hawn fuq għal mill-inqas 5 sekondi.
4.5. Proċessar tas-Sinjali
Għal kull kampjun reġistrat għandu jiġi determinat l-auto power spectrum, bl-użu ta' Hanning window u medji ta' soprapożizzjoni (overlap averages) ta' mill-inqas 66,6 %. Ir-riżoluzzjoni tal-frekwenza għandha tintgħażel b'tali mod li tkun dejqa biżżejjed li tippermettu separazzjoni tax-xift tal-frekwenza għal kull kundizzjoni preskritta. Il-veloċità rapportata għal kull segment ta' kampjuni hija l-veloċità medja tal-vettura tul iż-żmien tas-segment ta' kampjuni mqarrba għall-ewwel ċifra wara l-punt deċimali.
Fil-każ tal-metodu tat-test (A), il-frekwenza li hija maħsuba li tvarja mal-veloċità għandha tiġi determinata għal kull segment ta' kampjuni. Il-frekwenza rapportata għal kull kundizzjoni preskritta fspeed għandha tkun il-medja matematika tal-frekwenzi determinata għal kull kampjun ta' kejl u miġjuba sal-eqreb numru sħiħ. Il-veloċità rapportata għal kull kundizzjoni preskritta għandha tkun il-medja matematika tal-erba' segmenti ta' kampjuni.
Tabella 4
Analiżi tal-frekwenza xxiftjata għal kull kundizzjoni preskritta fuq kull naħa
Veloċità preskritta |
Prova tat-test għal kull kundizzjoni preskritta |
Veloċità rapportata (medja għal kull segment ta' kampjuni) |
Frekwenza ta' interess iddeterminata (fj, speed) |
Veloċità Rapportata għal kull kundizzjoni preskritta (medja tal-veloċitajiet rapportati) |
Frekwenza ta' interess rapportata għal kull kundizzjoni preskritta (fspeed) |
km/h |
Nru |
km/h |
Hz |
km/h |
Hz |
5 |
1 |
|
|
|
|
2 |
|
|
|||
3 |
|
|
|||
4 |
|
|
|||
10 |
1 |
|
|
|
|
2 |
|
|
|||
3 |
|
|
|||
4 |
|
|
|||
15 |
1 |
|
|
|
|
2 |
|
|
|||
3 |
|
|
|||
4 |
|
|
|||
20 |
1 |
|
|
|
|
2 |
|
|
|||
3 |
|
|
|||
4 |
|
|
Għall-metodi tat-test l-oħra kollha, l-ispettru ta' frekwenzi derivati għandu jintuża direttament għall-kalkoli ulterjuri.
4.5.1. Ġbir tad-dejta u riżultati rapportati
Il-frekwenza maħsuba li tiġi xxiftjata għandha tintuża għall-kalkoli ulterjuri. Il-frekwenza tal-aktar veloċità tat-test baxxa rapportata, miġjuba sal-eqreb numru sħiħ titqies bħala l-frekwenza ta' referenza fref.
Għall-veloċitajiet l-oħra tal-vettura, il-frekwenzi xxiftjati korrispondenti fspeed miġjuba sal-eqreb numru sħiħ għandhom jittieħdu mill-analiżi spettrali. Ikkalkula del f, ix-xift tal-frekwenza tas-sinjal skont l-ekwazzjoni (1):
|
ekwazzjoni (1) |
fejn
f speed |
hija l-frekwenza f'valur partikolari tal-veloċità; |
f ref |
hija l-frekwenza fil-veloċità ta' referenza ta' 5 km/h jew fil-veloċità l-aktar baxxa rapportata; |
vtest |
hija l-veloċità tal-vettura, attwali jew simulata, li tikkorrispondi għall-frekwenza fspeed; |
vref |
hija l-veloċità tal-vettura, attwali jew simulata, li tikkorrispondi għall-frekwenza fref; |
Ir-riżultati għandhom jiġu rapportati skont it-tabella li ġejja:
Tabella 5
Tabella tar-rapport, li għandha timtela għal kull frekwenza analizzata
|
Riżultati tat-Testijiet f'Veloċitajiet Preskritti |
||||
5 km/h (Referenza) |
10 km/h |
15 km/h |
20 km/h |
||
Veloċità Rapportata |
km/h |
|
|
|
|
Frekwenza, fspeed, in-Naħa tax-Xellug |
Hz |
|
|
|
|
Frekwenza, fspeed, in-Naħa tal-Lemin |
Hz |
|
|
|
|
Xift tal-Frekwenza, in-Naħa tax-Xellug |
% |
mhux applikabbli |
|
|
|
Xift tal-Frekwenza, in-Naħa tal-Lemin |
% |
mhux applikabbli |
|
|
|
APPENDIĊI
FIGURI U FLOWCHARTS
Figuri 1a u 1b
Pożizzjonijiet tal-kejl għall-vetturi mixjin fuq barra
Test ta 'immaġni
Figuri 2 a u 2b
Pożizzjonijiet tal-kejl għall-vetturi mixjin fuq ġewwa u f'kundizzjoni ta' waqfien
Test ta 'immaġni
Figura 3
Spazju minimu li għandu jiġi kkwalifikat bħala kompartiment semianekojku
Figura 4
Determinazzjoni tal-firxa tal-ħoss fl-isfond
Figura 5
Kriterji għall-korrezzjoni tal-kejl tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A tal-vettura
Figura 6
Rekwiżiti tal-ħoss fl-isfond għall-analiżi f'baned ta' terz ta' ottava
Figura 7 a
Proċeduri tat-test għall-kejl tax-xift tal-frekwenza
Figura 7b
Proċeduri tat-test għall-kejl tax-xift tal-frekwenza, Metodu A
Figura 7c
Proċeduri tat-test għall-kejl tax-xift tal-frekwenza, Metodi B, C, D u E