EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42014X1107(01)

Ir-Regolament Nru 85 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) - Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ magni ta’ kombustjoni interna jew sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi maħsuba għall-propulsjoni ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi

ĠU L 323, 7.11.2014, p. 52–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/85/oj

7.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/52


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 85 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) - Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ magni ta’ kombustjoni interna jew sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi maħsuba għall-propulsjoni ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-suppliment 6 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Id-data tad-dħul fis-seħħ: 15 ta’ Lulju 2013

KONTENUT

1.

Kamp ta’ applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet u testijiet

6.

Konformità tal-produzzjoni

7.

Il-penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

8.

Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni

9.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

10.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

L-ANNESSI

1.

Karatteristiċi essenzjali tal-magna ta’ kombustjoni interna u informazzjoni dwar it-twettiq ta’ testijiet

2.

Karatteristiċi essenzjali tas-sistema tal-mototrażmissjoni elettrika u informazzjoni dwar it-twettiq ta’ testijiet

3a

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ sistema tal-mototrażmissjoni skont ir-Regolament Nru. 85

3b

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tal-mototrażmissjoni skont ir-Regolament Nru. 85

4.

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

5.

Metodu għall-kejl tal-potenza netta ta’ magna ta’ kombustjoni interna

6.

Metodu għall-kejl tal-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi

7.

Kontrolli tal-konformità tal-produzzjoni

8.

Fjuwils ta’ referenza

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1.

Dan ir-Regolament japplika għar-rappreżentazzjoni tal-kurva bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna jew tal-mutur tal-potenza b’tagħbija sħiħa indikata mill-manifattur għal magni ta’ kombustjoni interna jew sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi u tal-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi maħsuba għal propulsjoni ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N (1).

1.2.

Il-magni tal-kombustjoni interna jaqgħu f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

Magni b’pistuni b’moviment alternat (bi tqabbid bl-ispark plaggs jew tqabbid bil-kompressjoni), iżda bl-esklużjoni ta’ magni b’pistuni liberi;

Magna bil-pistuni b’moviment rotattiv (bi tqabbid bl-ispark plaggs jew tqabbid bil-kompressjoni).

Magni b’aspirazzjoni naturali u magni sovvrakarikati b’mod mekkaniku.

1.3.

Is-sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi huma magħmulin minn kontrolluri u muturi u jintużaw għal propulsjoni ta’ vetturi bħala l-uniku mezz ta’ propulsjoni.

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.

Approvazzjoni ta’ sistema tat-trażmissjoni” tfisser l-approvazzjoni ta’ sistema tat-trażmissjoni fir-rigward tal-potenza netta mkejla skont il-proċedura speċifikata fl-Annessi 5 jew 6 ta’ dan ir-Regolament;

2.2.

Tip ta’ sistema ta’ mototrazmissjoni” tfisser kategorija ta’ magna ta’ kombustjoni interna jew sistema tal-mototrażmissjoni elettrika għall-installazzjoni f’vettura bil-mutur li ma tvarjax f’karatteristiċi essenzjali bħal dawk definiti fl-Annessi 1 jew 2 ta’ dan ir-Regolament;

2.3.

Potenza netta” tfisser il-potenza miksuba fuq il-bank tat-test fit-tarf tal-krankxaft jew l-ekwivalenti tiegħu bil-veloċità korrispondenti tal-magna jew tal-mutur bl-aċċessorji elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness 5 jew fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament, u determinati taħt kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza.”

2.4.

Potenza massima netta” tfisser il-valur massimu tal-potenza netta tal-magna, imkejjel bit-tagħbija sħiħa tal-magna;

2.5.

Potenza massima ta’ 30 minuta” tfisser il-potenza massima netta ta’ sistema tal-mototrażmissjoni elettrika b’vultaġġ DC kif definit fil-paragrafu 5.3.1. ta’ dan ir-Regolament, li sistema tal-mototrazmissjoni elettrika tista’ tagħti fuq perjodu ta’ 30 minuta bħala medja;

2.6.

“Vetturi ibridi (HV)”:

2.6.1.

Vetturi ibridi (HV)” tfisser vettura b’tal-anqas żewġ konvertituri tal-enerġija u żewġ sistemi differenti ta’ ħżin tal-enerġija (fuq vettura) għall-iskop ta’ propulsjoni tal-vettura;

2.6.2.

Vettura elettrika ibrida (HEV)” tfisser vettura li, għall-iskop tal-propulsjoni tal-vettura b’mod mekkaniku, tieħu l-enerġija miż-żewġ sorsi li ġejjin ta’ enerġija/potenza li jkun hemm maħżuna fuq il-vettura:

fjuwil li jiġi kkunsmat;

apparat ta’ ħżin tal-enerġija/potenza elettrika (eż.: batterija, kapaċitatur, flajwil/ġeneratur…);

2.6.3.

Għal vettura elettrika ibrida, is-“sistema tal-motopropulsjoni” tinkludi kombinazzjoni ta’ żewġ tipi differenti ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni:

magna ta’ kombustjoni interna; u

sistema waħda (jew aktar) tal-mototrazmissjoni elettrika;

2.7.

Tagħmir ta’ produzzjoni standard” tfisser tagħmir ipprovdut mill-manifattur għal xi applikazzjoni partikolari;

2.8.

Magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil” tfisser tip ta’ sistema ta’ magna approvat skont ir-Regolament Nru 49 jew immuntata fuq tip ta’ vettura approvat fir-rigward tal-emissjonijiet tagħha skont ir-Regolament Nru 49, u li hija ddisinjata biex taħdem simultanjament bil-fjuwil tad-diżil u fjuwil gassuż, iż-żewġ fjuwils ikunu imkejjla b’mod separat, fejn l-ammont ikkunsmat ta’ wieħed mill-fjuwils relattiv għall-ieħor jista’ jvarja skont it-tħaddim;

2.9.

Vettura li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil” tfisser vettura li taħdem b’magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil u li tforni l-fjuwils użati mill-magna minn sistemi separati ta’ ħżin abbord;

2.10.

Modalità b’żewġ tipi ta’ fjuwil” tfisser il-modalità ta’ tħaddim normali ta’ magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil li fiha l-magna simultanjament tuża fjuwil tad-diżil u fjuwil gassuż f’xi wħud mill-kundizzjonijiet ta’ tħaddim tal-magna;

2.11.

Modalità bid-diżil” tfisser il-modalità ta’ tħaddim normali ta’ magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil li fiha l-magna ma tuża l-ebda fjuwil gassuż għal kwalunkwe kundizzjoni ta’ tħaddim tal-magna.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema tal-mototrazmissjoni fir-rigward ta’ kejl tal-potenza netta u tal-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tas-sistema tal-mototrazmissjoni, mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat debitament.

3.2.

Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-deskrizzjoni tas-sistema tal-mototrażmissjoni li tinkludi d-dettalji rilevanti kollha msemmija:

Fl-Anness 1 għal vetturi bi propulsjoni minn magna ta’ kombustjoni interna biss, jew

Fl-Anness 2 għal vetturi elettriċi proprja, jew

Fl-Annessi 1 u 2 għal vetturi elettriċi ibridi.

3.3.

Għal vetturi elettriċi ibridi (HEV), it-testijiet għandhom isiru b’mod separat fuq il-magna ta’ kombustjoni interna (skont l-Anness 5) u fuq is-sistema/i tal-mototrażmissjoni elettrika/elettriċi (skont l-Anness 6).

3.4.

Sistema tal-mototrażmissjoni elettrika (jew sett ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni), rappreżentattivi tas-(sett ta’) tip(i) ta’ sistema tat-trażmissjoni li għandhom jiġu approvati, għandhom, flimkien mat-tagħmir stabbilit fl-Annessi 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament, jiġu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk il-potenza tas-sistema tal-mototrażmissjoni sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tkejlet skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 5 ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema tat-trażmissjoni għandha tingħata.

4.2.

Numru tal-approvazzjoni għandu jingħata għal kull tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni approvat. L-ewwel żewġ ċifrim tiegħu [(fil-preżent 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li tinkorpora l-emendi prinċipali l-aktar riċenti magħmula lir-Regolament fil-ħin tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru għal tip ieħor ta’ sistema tal-mototrażmissjoni.

4.3.

Notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ formula konformi mal-mudell fl-Anness 3a ta’ dan ir-Regolament.

4.4.

Notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tat-tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ formula konformi mal-mudell fl-Anness 3b ta’ dan ir-Regolament.

4.5.

Għandha titwaħħal marka internazzjonali ta’ approvazzjoni, fejn tidher u f’post li jkun faċilment aċċessibbli u speċifikat fil-formula tal-approvazzjoni, ma’ kull sistema tal-mototrażmissjoni li tikkonforma ma’ sistema tal-mototrażmissjoni approvata skont dan ir-Regolament, li tikkonsisti fi:

4.5.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

4.5.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.5.1.

4.5.3.

Inkella, minflok jitwaħħlu dawn il-marki jew simboli ta’ approvazzjoni mas-sistema tal-mototrażmissjoni, il-manifattur jista’ jiddeċiedi li kull tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun akkumpanjat minn dokument li jagħti din l-informazzjoni sabiex il-marki u s-simbolu tal-approvazzjoni jkunu jistgħu jitwaħħlu mal-vettura.

4.6.

Jekk is-sistema tal-mototrażmissjoni tikkonforma mat-tip approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.5.1. ta’ hawn fuq m’għandux għalfejn ikun imtenni; f’dak il-każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni tar-Regolamenti kollha li skonthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.5.1.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma titħassarx.

4.8.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin iċ-ċifri ta’ identifikazzjoni tas-sistema tal-mototrażmissjoni ipprovduti mill-manifattur.

4.9.

L-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET

5.1.   Ġenerali

Il-komponenti li jistgħu jaffettwaw il-potenza tas-sistema tal-mototrażmissjoni għandhom ikunu ddisinjati, mibnijin u mmuntati b’tali mod li jippermettu li s-sistema tal-mototrażmissjoni fl-użu normali tagħha tikkonforma, minkejja l-vibrazzjoni li tista’ tkun suġġetta għaliha, mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.2.   Deskrizzjoni ta’ testijiet għal magni ta’ kombustjoni interna

5.2.1.   It-test tal-potenza netta għandu jikkonsisti f’perjodu ta’ tħaddim b’potenza massima għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u f’perjodu ta’ tħaddim b’tagħbija massima għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil, fejn il-magna tkun mgħammra kif speċifikat fit-Tabella 1 tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament.

5.2.1.1.

Fil-każ ta’ magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil li għandha modalità bid-diżil, it-test għandu jikkonsisti f’perjodu ta’ tħaddim fil-modalità b’żewġ tipi ta’ fjuwil u ta’ tħaddim fil-modalità tad-diżil ta’ dik l-istess magna.

5.2.2.   Għandu jittieħed għadd ta’ kejl suffiċjenti b’veloċitajiet tal-magna differenti sabiex tiġi definita korrettament il-kurva tal-potenza bejn il-veloċità l-aktar baxxa u dik l-aktar għolja tal-magna rakkomandati mill-manifattur. Din il-medda ta’ veloċitajiet għandha tinkludi l-veloċitajiet ta’ dawrien fejn il-magna tipproduċi l-potenza massima tagħha u t-torque massimu tagħha. Għal kull veloċità, il-medja ta’ mill-inqas żewġ kejlijiet stabilizzati għandha tiġi determinata.

5.2.3.   Il-fjuwil użat għandu jkun dan li ġej:

5.2.3.1.

Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bil-petrol:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil għandu jkun wieħed mill-fjuwils ta’ referenza definiti mis-CEC (3) għal magni li jaħdmu bil-petrol, fid-dokumenti RF-01-A-84 u RF-01-A-85 tas-CEC.

5.2.3.2.

Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jieħdu fjuwil LPG:

5.2.3.2.1.

Fil-każ ta’ magna b’alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil għandu jkun wieħed mill-fjuwils ta’ referenza speċifikati fl-Anness 8;

5.2.3.2.2.

Fil-każ ta’ magna mingħajr alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva:

Il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza speċifikat fl-Anness 8 bl-anqas kontenut ta’ C3, jew

5.2.3.2.3.

Fil-każ ta’ magna ttikkettata għal kompożizzjoni ta’ fjuwil speċifika waħda:

Il-fjuwil użat għandu jkun fjuwil li għalih hija ttikkettata l-magna.

5.2.3.2.4.

Il-fjuwil użat għandu jiġi speċifikat fir-rapport tat-test.

5.2.3.3.

Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jaħdmu bil-gass naturali:

5.2.3.3.1.

Fil-każ ta’ magna b’alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil għandu jkun wieħed mill-fjuwils ta’ referenza speċifikati fl-Anness 8;

5.2.3.3.2.

Fil-każ ta’ magna mingħajr alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq b’indiċi Wobbe ta’ mill-anqas 52,6 MJm-3 (4 °C, 101,3 kPa). Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza G20 speċifikat fl-Anness 8, jiġifieri il-fjuwil bl-ogħla Indiċi Wobbe, jew

5.2.3.3.3.

Fil-każ ta’ magna ttikkettata għal medda ta’ fjuwils speċifika:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq b’indiċi Wobbe ta’ mill-anqas 52,6 MJm-3 (4 °C, 101,3 kPa) jekk il-magna hija ttikkettata għall-firxa H ta’ gassijiet, jew mill-anqas 47,2 MJm-3 (4 °C, 101,3 kPa) jekk il-magna hija ttikkettata għall-firxa L ta’ gassijiet. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza G20 speċifikat fl-Anness 8 jekk il-magna hija ttikkettata għall-medda H ta’ gassijiet, jew il-fjuwil ta’ referenza G23 jekk il-magna hija ttikkettata għall-medda L ta’ gassijiet, jiġifieri l-fjuwil bl-ogħla Indiċi Wobbe għall-medda rilevanti, jew

5.2.3.3.4.

Fil-każ ta’ magna ttikkettata għal kompożizzjoni ta’ fjuwil LNG speċifika waħda:

Il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil li għalih hija ttikkettata l-magna jew il-fjuwil ta’ referenza G20 speċifikat fl-Anness 8 jekk il-magna hija ttikkettata għall-fjuwil LNG20.

5.2.3.3.5.

Fil-każ ta’ magna ttikkettata għal kompożizzjoni ta’ fjuwil speċifika waħda:

Il-fjuwil użat għandu jkun fjuwil li għalih hija ttikkettata l-magna.

5.2.3.3.6.

Il-fjuwil użat għandu jiġi speċifikat fir-rapport tat-test.

5.2.3.4.

Għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil:

Il-fjuwil użat għandu jkun dak disponibbli fis-suq. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-fjuwil użat għandu jkun il-fjuwil ta’ riferenza definit mis-CEC, għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni, fid-dokument RF-03-A-84 tas-CEC.

5.2.3.5.

Il-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs ta’ vetturi li jistgħu jaħdmu jew bil-petrol jew bi fjuwil gassuż, għandhom jiġu ttestjati biż-żewġ fjuwils, skont id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 5.2.3.1 sa 5.2.3.3. Il-vetturi li jieħdu kemm petrol kif ukoll fjuwil gassuż, imma li s-sistema tal-petrol tagħhom hija armata għal skopijiet ta’ emerġenza jew biex titqabbad il-magna biss u li t-tank tal-petrol tagħhom ma jesax aktar minn 15-il litru ta’ petrol, għat-test jitqiesu bħala vetturi li jistgħu jaħdmu bi fjuwil gassuż biss.

5.2.3.6.

Il-magni jew vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jkollhom modalità bid-diżil għandhom jiġu ttestjati bi fjuwils xierqa għal kull modalità, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5.2.3.1 sa 5.2.3.5.

5.2.4.   Il-kejl għandu jittieħed skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament.

5.2.5.   Ir-rapport tat-test għandu jinkludi r-riżultati u l-kalkoli kollha meħtieġa sabiex tinstab il-potenza netta, kif elenkat fl-appendiċi tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament flimkien mal-karatteristiċi tal-magna elenkati fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. Sabiex tħejji dan id-dokument, l-awtorità kompetenti tista’ tuża r-rapport ippreparat minn laboratorju approvat jew rikonoxxut skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.3.   Deskrizzjoni tat-testijiet għall-kejl tal-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi.

Is-sistema tal-mototrażmissjoni elettrika għandha tkun mgħammra kif speċifikat fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament. Is-sistema tal-mototrażmissjoni elettrika għandu jkollha provista minn sors ta’ vultaġġ DC b’qabża massima ta’ vultaġġ ta’ 5 fil-mija li tiddependi fuq il-ħin u l-kurrent elettriku (perjodi ta’ anqas minn 10 sekondi huma esklużi). Il-vultaġġ ta’ provista għat-test għandu jingħata mill-manifattur tal-vettura.

Nota:

Jekk il-batterija tillimita l-potenza massima ta’ 30 minuta, il-potenza massima ta’ 30 minuta ta’ vettura elettrika tista’ tkun anqas mill-potenza massima ta’ 30 minuta tas-sistema tal-mototrażmissjoni tal-vettura skont dan it-test.

5.3.1.   Determinazzjoni tal-potenza netta

5.3.1.1.

Il-mutur u t-tagħmir kollu ta’ assemblaġġ tiegħu jrid ikun ikkundizzjonat b’temperatura ta’ 25 °C ± 5 °C għal mill-inqas sagħtejn.

5.3.1.2.

It-test tal-potenza netta għandu jikkonsisti f’perjodu ta’ tħaddim bil-kontrollur tal-potenza ssettjat fuq il-massimu.

5.3.1.3.

Eżatt qabel ma jibda t-test, il-mutur għandu jitħaddem fuq il-bank tat-test għal tliet minuti u jagħti potenza ekwivalenti għal 80 fil-mija tal-potenza massima bil-veloċità kif rakkomandata mill-manifattur.

5.3.1.4.

Għandu jittieħed għadd ta’ kejl suffiċjenti b’veloċitajiet tal-mutur differenti sabiex tiġi definita korrettament il-kurva tal-potenza bejn veloċità żero u l-ogħla veloċità tal-mutur rakkomandata mill-manifattur. It-test kollu għandu jintemm f’5 minuti.

5.3.2.   Determinazzjoni tal-potenza massima ta’ 30 minuta

5.3.2.1.

Il-mutur u t-tagħmir kollu ta’ assemblaġġ tiegħu jid ikun ikkundizzjonat b’temperatura ta’ 25 °C ± 5 °C għal mill-inqas erba’ sigħat.

5.3.2.2.

Is-sistema tal-mototrażmissjoni elettrika għandha titħaddem fuq il-bank tat-test b’potenza ekwivalenti għall-aqwa stima tal-manifattur għall-potenza massima ta’ 30 minuta. Il-veloċità trid tkun f’medda ta’ veloċità li fiha l-potenza netta tkun akbar minn 90 fil-mija tal-potenza massima mkejla fil-paragrafu 5.3.1. Din il-veloċità għandha tkun irrikmandata mill-manifattur.

5.3.2.3.

Il-veloċità u l-potenza għandhom jiġu rreġistrati. Il-potenza trid tkun f’medda ta’ ± 5 fil-mija tal-valur tal-potenza fil-bidu tat-test. Il-potenza massima ta’ 30 minuta hija l-potenza medja fil-perjodu ta’ 30 minuta.

5.4.   Interpretazzjoni tar-riżultati

Il-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta għal sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi indikati mill-manifattur għat-tip tas-sistema tal-mototrażmissjoni għandhom jiġu aċċettati jekk ma jvarjawx b’aktar minn ± 2 fil-mija għall-potenza massima u aktar minn ± 4 fil-mija fil-punti l-oħra ta’ kejl fuq il-kurva b’tolleranza ta’ ± 2 għall-veloċità tal-magna jew tal-mutur, jew f’medda ta’ veloċità tal-magna jew tal-mutur (X1 min–1 + 2 fil-mija) sa (X2 min–1 – 2 fil-mija) (X1 < X2) mill-valuri mkejla mis-servizz tekniku fuq is-sistema tal-mototrażmissjoni sottomessa għall-ittestjar.

Fil-każ ta’ magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil, il-potenza netta indikata mill-manifattur għandha tkun dik imkejla fuq il-modalità b’żewġ tipi ta’ fjuwil ta’ din il-magna.

6.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324 – E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

6.1.

Il-magni approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati b’tali mod li jkunu konformi mat-tip approvat.

6.2.

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament.

7.   IL-PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

7.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq ma jiġux issodisfati jew jekk sistema tal-mototrażmissjoni li jkollha l-marka tal-approvazzjoni ma tkunx konformi mat-tip approvat.

7.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha minnufih tinnotifika dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudelli fl-Anness 3a jew fl-Anness 3b ta’ dan ir-Regolament.

8.   MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ SISTEMA TAL-MOTOTRAŻMISSJONI

8.1.

Kull modifika ta’ sistema tal-mototrażmissjoni f’tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni fir-rigward tal-karatteristiċi tal-Annessi 1 jew 2, għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tapprova t-tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista’ jew:

8.1.1.

Tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li jkollhom effett avvers apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ, il-vettura xorta għadha konformi mar-rekwiżiti; jew

8.1.2.

Tesiġi li jsir rapport ġdid tat-test mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

8.2.

Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

8.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal dik l-estensjoni u tinforma lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament dwar dan permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 3a jew l-Anness 3b ta’ dan ir-Regolament.

9.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura sistema tal-mototrażmissjoni approvata skont dan ir-Regolament, dan għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-Awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 3a jew l-Anness 3b ta’ dan ir-Regolament.

10.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u/jew tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li taw l-approvazzjoni, u għand min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2. - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(3)  European Coordinating Council.


ANNESS 1

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-MAGNA TA’ KOMBUSTJONI INTERNA U INFORMAZZJONI DWAR IT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET

It-tagħrif li ġej, jekk applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew folder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom il-kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni rigward il-prestazzjoni tagħhom.

0.

Identifikazzjoni ġenerali tal-vettura …

0.1.

Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.

Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

0.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: …

0.3.1.

Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.

Kategorija tal-vettura: …

0.5.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.6.

Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

1.

Karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

1.1.

Ritratti u/jew tpinġijiet ta’ vettura rappreżentattiva: …

1.2.

In-naħa tas-sewqan: xellug/lemin (1): …

1.3.

Vettura li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil: Iva/Le (1)

1.3.1.

Magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil li jkollha modalità bid-diżil: Iva/Le (1)

2.0.

Sistema ta’ motopropulsjoni

2.1.

Manifattur: …

2.2.

Il-kodiċi tal-magna assenjat mill-manifattur (kif immarkat fuq il-magna, jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni): …

2.3.

Il-prinċipju tat-tħaddim: tqabbid bl-ispark plaggs/tqabbid bil-kompressjoni, erba’ strowks/żewġ strowks (1)

2.4.

Numru u arranġement taċ-ċilindri: …

2.5.

Bor: … mm

2.6.

Strowk: … mm

2.7.

L-ordni tal-kombustjoni: …

2.8.

Ċilindrata tal-magna: … cm3

2.9.

Il-proporzjon volumetriku tal-kompressjoni: …

2.10.

Tpinġijiet tal-kompartiment tal-kombustjoni, tar-ras tal-pistun u, fil-każ ta’ magni bi tqabbid bl-ispark plaggs, tar-rings tal-pistun: …

2.11.

Il-potenza massima netta: … kW bi … min–1

2.12.

Il-veloċità massima tal-magna permessa kif preskritt mill-manifattur: … min–1

2.13.

Torque massimu nett (1): … Nm bi … min–1 (valur dikjarat mill-manifattur)

3.0.

Fjuwil: diżil żejt/petrol/LPG/CNG/LNG (1)

3.0.1.

Meta applikabbli, iċ-ċifra/i addizzjonali fil-marka tal-approvazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament Nru 49, li l-għan tagħha hu li tiddistingwi t-tip ta’ magna li għalih tkun ingħatat l-approvazzjoni (eż. HLt).

3.1.

RON, biċ-ċomb: …

3.2.

RON, bla ċomb: …

3.3.

L-alimentazzjoni tal-fjuwil

3.3.1.

Bil-karburatur(i): Iva/Le (1)

3.3.1.1.

L-għamla/għamliet: …

3.3.1.2.

It-tip(i): …

3.3.1.3.

Numru mwaħħal: …

3.3.1.4.

Aġġustamenti

3.3.1.4.1.

Ġettijiet: …

3.3.1.4.2.

Venturis: …

3.3.1.4.3.

Il-livell tal-flowt fil-kompartiment tar-regolazzjoni tal-livell tal-fjuwil…

3.3.1.4.4.

Il-piż tal-flowt: …

3.3.1.4.5.

Il-labra tal-flowt: …

Jew il-kurva tal-provvista tal-fjuwil ipplottjata fuq il-fluss tal-arja u s-settings meħtieġa sabiex tinżamm il-kurva

3.3.1.5.

Sistema ta’ startjar kiesaħ: manwali/awtomatika (1)

3.3.1.5.1.

Il-prinċipju/i tat-tħaddim: …

3.3.1.5.2.

Il-limiti/is-settings tat-tħaddim (1): …

3.3.2.

B’injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bil-kompressjoni biss): Iva/Le (1)

3.3.2.1.

Deskrizzjoni tas-sistema: …

3.3.2.2.

Il-priċipju tat-tħaddim: injezzjoni diretta/prekompartiment/kompartiment ta’ turbulenza (1)

3.3.2.3.

Il-pompa ta’ injezzjoni

3.3.2.3.1.

L-għamla/għamliet: …

3.3.2.3.2.

It-tip(i): …

3.3.2.3.3.

Il-provvista massima tal-fjuwil (1): … mm3//strowk jew ċiklu b’veloċità tal-pompa ta’: … min–1 jew, b’mod alternattiv, dijagramma tal-karatteristiċi: …

3.3.2.3.4.

Ħin tal-injezzjoni: …

3.3.2.3.5.

Il-kurva tal-avvanz tal-injezzjoni: …

3.3.2.3.6.

Proċedura ta’ kalibrazzjoni: bank tat-test/magna (1)

3.3.2.4.

Ir-regolatur tal-pompa (governor)

3.3.2.4.1.

Tip: …

3.3.2.4.2.

Għamla: …

3.3.2.4.3.

Punt tal-qtugħ

3.3.2.4.3.1.

Punt tal-qtugħ meta jkun mgħobbi: … min–1

3.3.2.4.3.2.

Punt tal-qtugħ meta ma jkunx mgħobbi: … min–1

3.3.2.4.4.

Veloċità massima mingħajr tagħbija: … min–1

3.3.2.4.5.

Veloċità bil-magna mhux ingranata: …

3.3.2.5.

Pajpijiet tal-injezzjoni

3.3.2.5.1.

Tul: … mm

3.3.2.5.2.

Dijametru Intern: … mm

3.3.2.6.

Injettatur(i)

3.3.2.6.1.

(valur dikjarat mill-manifattur) …

3.3.2.6.2.

It-tip(i): …

3.3.2.6.3.

Pressjoni tal-ftuħ: … kPa jew dijagramma tal-karatteristiċi: …

3.3.2.7.

Sistema ta’ startjar kiesaħ

3.3.2.7.1.

L-għamla/għamliet: …

3.3.2.7.2.

It-tip(i): …

3.3.2.7.3.

Deskrizzjoni: …

3.3.2.8.

Unità ta’ kontroll elettroniku

3.3.2.8.1.

L-għamla/għamliet: …

3.3.2.8.2.

Deskrizzjoni tas-sistema: …

3.3.3.

B’injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bl-ispark plaggs biss): Iva/Le (1)

3.3.3.1.

Il-prinċipju tat-tħaddim: injezzjoni diretta fil-manifold tad-dħul (b’punt wieħed/b’diversi punti (1))/oħrajn (speċifika) (1): …

3.3.3.2.

L-għamla/għamliet: …

3.3.3.3.

It-tip(i): …

3.3.3.4.

Deskrizzjoni tas-sistema

3.3.3.4.1.

Tip jew numru tal-unità ta’ kontroll: …

3.3.3.4.2.

Tip tar-regolatur tal-fjuwil: …

3.3.3.4.3.

Tip tas-senser tal-fluss tal-arja: …

3.3.3.4.4.

Tip tad-distributur tal-fjuwil: …

3.3.3.4.5.

Tip tar-regolatur tal-pressjoni: …

3.3.3.4.6.

Tip tal-ħawsing tat-throttle: …

Fil-każ ta’ sistemi li mhumiex ta’ injezzjoni kontinwa agħti d-dettalji ekwivalenti.

3.3.3.5.

Injetturi: pressjoni tal-ftuħ: … kPa jew dijagramma tal-karatteristiċi: …

3.3.3.6.

Ħin tal-injezzjoni: …

3.3.3.7.

Sistema ta’ startjar kiesaħ

3.3.3.7.1.

Il-prinċipju/i tat-tħaddim: …

3.3.3.7.2.

Il-limiti/is-settings tat-tħaddim (1): …

3.4.

Magni li jaħdmu bil-gass u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil

3.4.1.

Alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva: Iva/Le (1)

3.4.2.

Fil-każ ta’ magna mingħajr alimentazzjoni ta’ fjuwil awtoadattiva: il-kompożizzjoni speċifika tal-gass/medda ta’ gassijiet li l-magna hija kkalibrata għalih(hom).

4.0.

Il-pompa ta’ alimentazzjoni

4.1.

Pressjoni: … kPa jew dijagramma tal-karatteristiċi:

5.0.

Sistema elettrika

5.1.

Vultaġġ nominali: … V, ert pożittiv/negattiv (1)

5.2.

Ġeneratur

5.2.1.

Tip: …

5.2.2.

Output nominali: … VA

6.0.

Tqabbid

6.1.

L-għamla/għamliet: …

6.2.

It-tip(i): …

6.3.

Il-prinċipju tat-tħaddim: …

6.4.

Il-kurva tal-avvanz tat-tqabbid: …

6.5.

Il-ħin tat-tqabbid statiku: … gradi qabel TDC

6.6.

Apertura tal-punt ta’ kuntatt: … mm

6.7.

Angolu tal-għeluq: … gradi

7.0.

Sistema ta’ tkessiħ (likwidu/arja) (1)

7.1.

Is-setting nominali tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tat-temperatura tal-magna: …

7.2.

Likwidu

7.2.1.

In-natura tal-likwidu: …

7.2.2.

Pompa/i taċ-ċirkolazzjoni Iva/Le (1)

7.2.3.

Il-karatteristiċi: …

7.2.3.1.

L-għamla/għamliet: …

7.2.3.2.

It-tip(i): …

7.2.4.

Il-proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni: …

7.2.5.

Deskrizzjoni tal-fann u tal-mekkaniżmu ta’ propulsjoni tiegħu: …

7.3.

Arja

7.3.1.

Blower: Iva/Le (1)

7.3.2.

Il-karatteristiċi: …, jew

7.3.2.1.

L-għamla/għamliet: …

7.3.2.2.

It-tip(i): …

7.3.3.

Il-proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni: …

8.0.

Sistema ta’ aspirazzjoni

8.1.

Karikatur tal-pressjoni (pressure charger): Iva/Le (1)

8.1.1.

L-għamla/għamliet: …

8.1.2.

It-tip(i): …

8.1.3.

Deskrizzjoni tas-sistema (eż. pressjoni tal-karga massima: …

kPa, l-iżbokk tar-rimi (wastegate) jekk applikabbli): …

8.2.

Intercooler: Iva/Le (1)

8.3.

Deskrizzjoni u tpinġijiet tal-pajpijiet tad-dħul u l-aċċessorji tagħhom (plenum chamber, apparat tat-tisħin, dħulijiet ta’ arja addizzjonali eċċ): …

8.3.1.

Deskrizzjoni tal-manifold tad-dħul (inkludi tpinġijiet u/jew ritratti): …

8.3.2.

Il-filtru tal-arja, tpinġijiet: , … jew

8.3.2.1.

L-għamla/għamliet: …

8.3.2.2.

It-tip(i): …

8.3.3.

Is-sajlenser tad-dħul, tpinġijiet: , … jew

8.3.3.1.

L-għamla/għamliet: …

8.3.3.2.

It-tip(i): …

9.0.

Is-sistema tal-egżost

9.1.

Deskrizzjoni u/jew tpinġija tal-manifold tal-egżost: …

9.2.

Deskrizzjoni u/jew tpinġija tas-sistema tal-egżost: …

9.3.

Kontrapressjoni tal-egżost massima permissibbli b’veloċita nominali tal-magna u b’tagħbija ta’ 100 fil-mija: … kPa

10.0.

L-erjas trasversali minimi tal-portijiet tad-dħul u tal-ħruġ: …

11.0.

Tajming tal-valvi jew dejta ekwivalenti

11.1.

Irfigħ massimu tal-valvi, angoli tal-ftuħ u tal-għeluq, jew dettalji tat-tajming tas-sistemi tad-distribuzzjoni alternattivi, meta mqabbla maċ-ċentri puntumurtu: …

11.2.

Meded ta’ referenza u/jew ta’ settings (1): …

12.0.

Il-miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja

12.1.

Apparati addizzjonali kontra t-tniġġis (jekk hemm, u jekk mhux koperti b’intestatura oħra)

12.2.

Konvertitur katalitiku: Iva/Le (1)

12.2.1.

Numru ta’ konvertituri katalitiċi u elementi: …

12.2.2.

Id-dimensjonijiet, il-forma u l-volum tal-konvertitur(i) katalitiku/katalitiċi: …

12.3.

Senser tal-ossiġnu: Iva/Le (1)

12.4.

Injezzjoni tal-arja: Iva/Le (1)

12.5.

Riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost: Iva/Le (1)

12.6.

Filtru tal-partikuli: Iva/Le (1)

12.6.1.

Id-dimensjonijiet, il-forma u l-kapaċità tal-filtru tal-partikuli: …

12.7.

Sistemi oħra (deskrizzjoni u tħaddim): …

13.0.

Is-sistema ta’ alimentazzjoni bl-LPG: Iva/Le (1)

13.1.

In-numru tal-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 67: …

13.2.

Unità ta’ kontroll elettronika tal-magna għall-alimentazzjoni bl-LPG: …

13.2.1.

L-għamla/għamliet: …

13.2.2.

It-tip(i): …

13.2.3.

Possibilitajiet ta’ aġġustament relatati mal-emissjonijiet: …

13.3.

Dokumentazzjoni oħra: …

13.3.1.

Deskrizzjoni tat-tħaris tal-katalist meta jkun hemm qlib minn petrol għal LPG jew bil-maqlub: …

13.3.2.

It-tqassim tas-sistema (konnessjonijiet elettriċi, pajpijiet ta’ kumpens tal-konnessjonijiet tal-vakwu, eċċ.): …

13.3.3.

It-tpinġija tas-simbolu: …

14.0.

Is-sistema ta’ alimentazzjoni bl-NG: Iva/Le (1)

14.1.

In-numru tal-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 110: …

14.2.

Unità ta’ kontroll elettronika tal-magna għall-alimentazzjoni bl-NG: …

14.2.1.

L-għamla/għamliet: …

14.2.2.

It-tip(i): …

14.2.3.

Possibilitajiet ta’ aġġustament relatati mal-emissjonijiet: …

14.3.

Dokumentazzjoni oħra: …

14.3.1.

Deskrizzjoni tat-tħaris tal-katalist mata jkun hemm qlib minn petrol għal NG jew bil-maqlub: …

14.3.2.

It-tqassim tas-sistema (konnessjonijiet elettriċi, pajpijiet ta’ kumpens tal-konnessjonijiet tal-vakwu, eċċ.): …

14.3.3.

It-tpinġija tas-simbolu: …

15.0.

It-temperaturi permessi mill-manifattur

15.1.

Sistema ta’ tkessiħ

15.1.1.

Tkessiħ b’likwidi

It-temperatura massima fil-ħruġ: … °C

15.1.2.

Tkessiħ bl-arja

15.1.2.1.

Punt ta’ referenza: …

15.1.2.2.

Temperatura massima fil-punt ta’ riferenza: … °C

15.2.

Temperatura massima tal-ħruġ tal-intercooler tad-dħul: … °C

15.3.

It-temperatura massima tal-egżost fil-punt fil-pajp(ijiet) tal-egżost maġenb il-flanġ(ijiet) ta’ barra tal-manifold tal-egżost: … °C

15.4.

It-temperatura tal-fjuwil

Minimu: … °C

Massimu: … °C

15.5.

It-temperatura tal-lubrikant

Minimu: … °C

Massimu: … °C

16.0.

Is-sistema ta’ lubrikazzjoni

16.1.

Deskrizzjoni tas-sistema

16.1.1.

Il-pożizzjoni tat-tank tal-lubrikant: …

16.1.2.

Sistema ta’ alimentazzjoni (permezz ta’ pompa/injezzjoni fid-dħul/taħlit mal-fjuwil eċċ) (1): …

16.2.

Il-pompa lubrikanti

16.2.1.

L-għamla/għamliet: …

16.2.2.

It-tip(i): …

16.3.

Taħlita mal-fjuwil

16.3.1.

Perċentwali: …

16.4.

Apparat li jkessaħ iż-żejt: Iva/Le (1)

16.4.1.

Tpinġija/tpinġijiet: …, jew

16.4.1.1.

L-għamla/għamliet: …

16.4.1.2.

It-tip(i): …

Tagħmir awżiljari ieħor bi propulsjoni mill-magna (skont il-punt 2.3.2. tal-Anness 5) (lista u deskrizzjoni qasira jekk neċessarja):

17.0.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-kundizzjonijiet tat-test (għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil biss)

17.1.

Spark plaggs

17.1.1.

Għamla: …

17.1.2.

It-tip: …

17.1.3.

Issettjar tal-ispark-gap…

17.2.

Kojl tal-ignixin

17.2.1.

Għamla: …

17.2.2.

It-tip: …

17.3.

Kondenser tal-ignixin

17.3.1.

Għamla: …

17.3.2.

It-tip: …

17.4.

Tagħmir ta’ trażżin ta’ radju-interferenza

17.4.1.

Għamla: …

17.4.2.

It-tip: …

17.5.

Fjuwil gassuż użat għat-test: Fuel ta’ referenza (2)/fjuwil ieħor (1)

17.5.1.

Jekk il-fjuwil gassuż użat għat-test huwa fjuwil ta’ referenza, tikketta ta’ dak il-gass: …

17.5.2.

Jekk il-fjuwil gassuż użat għat-test mhuwiex fjuwil ta’ referenza, il-komożizzjoni ta’ dak il-gass: …

(Id-Data, il-fajl)


(1)  Aqta’ barra fejn mhux applikabbli.

(2)  Kif speċifikat fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament.


ANNESS 2

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAS-SISTEMA TAL-MOTOTRAŻMISSJONI ELETTRIKA U INFORMAZZJONI DWAR IT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET

1.

Ġenerali

1.1.

Għamla:…

1.2.

It-tip:…

1.3.

Propulsjoni (1): Mutur wieħed/diversi muturi/(numru) …

1.4.

Arranġament tat-trażmissjoni: parallel/tranżassjali/ieħor, għandu jiġi ppreċiżat:…

1.5.

Vultaġġ tat-test: … V

1.6.

Rotazzjoni bażika tal-mutur: … min–1

1.7.

Il-veloċità massima tal-krankxaft tal-mutur: … min–1

(jew prestabbilit): … redjuser/outlet xaft tal-gerboks (2) … min–1

1.8.

Veloċità ta’ potenza massima (3) (speċifikata mill-manifattur): … min–1

1.9.

Potenza massima (speċifikata mill-manifattur): … kW

1.10.

Potenza massima ta’ 30 minuta (speċifikata mill-manifattur): … kW

1.11.

Medda flessibli (fejn P ≥ 90 fil-mija tal-potenza massima):

Veloċità fil-bidu tal-medda: … min–1

Veloċità fi tmiem tal-medda: … min–1

2.

Mutur

2.1.

Il-prinċipju tat-tħaddim

2.1.1.

Kurrent dirett (DC)/kurrent alternat (AC) (1), numru ta’ fażijiet: …

2.1.2.

self-starter/separat/serje/kompost (1)

2.1.3.

Sinkrinizzat/asinkronizzat (1)

2.1.4.

Rotor forma ta’ kojl/b’kalamiti permanenti/bil-hawsing (1)

2.1.5.

Numru ta’ poli tal-mutur: …

2.2.

Massa tal-inerzja: …

3.

Il-kontrollur tal-potenza

3.1.

Għamla: …

3.2.

It-tip: …

3.3.

Il-prinċipju tal-kontroll: Vektorjali/ċirkwit miftuħ/magħluq/ieħor, għandu jiġi speċifikat: …

3.4.

Il-kurrent effettiv massimu provdut lill-mutur (3): … A

matul …. sekondi

3.5.

Medda ta’ vultaġġ użat: … V sa … V

4.

Sistema ta’ tkessiħ:

 

Mutur, likwidu/arja (1)

 

Kontrollur, likwidu/arja (1)

4.1.

Il-karatteristiċi tat-tagħmir tat-tkessiħ b’likwidu:

4.1.1.

Natura tal-likwidu: … pompi taċ-ċirkolazzjoni: Iva/Le (1)

4.1.2.

Karatteristiċi jew għamla/għamliet u tip(i) tal-pompa: …

4.1.3.

Termostat: setting: …

4.1.4.

Radjatur: tpinġija/tpinġijiet jew għamla/għamliet u tip(i): …

4.1.5.

Valv għar-rilaxx tal-pressjoni: setting tal-pressjoni: …

4.1.6.

Il-fann: karatteristiċi jew għamla/għamliet u tip(i): …

4.1.7.

Kanal tal-fann: …

4.2.

Karatteristiċi tat-tagħmir ta’ tkessiħ bl-arja

4.2.1.

Blower: karatteristiċi jew għamla/għamliet u tip(i): …

4.2.2.

Kanali tal-arja standard: …

4.2.3.

Sistema li tirregola t-temperatura: Iva/Le (1)

4.2.4.

Deskrizzjoni qasira: …

4.2.5.

Filtru tal-arja … għamla/għamliet … tip(i) …

4.3.

It-temperaturi ammessi mill-manifattur

4.3.1.

Il-ħruġ tal-mutur: (massimu) … °C

4.3.2.

Id-dħul tal-kontrollur: (massimu) … °C

4.3.3.

Fil-punt(i) ta’ referenza tal-mutur: (massimu) … °C

4.3.4.

Fil-punt(i) ta’ referenza tal-kontrollur: (massimu) … °C

5.

Il-kategorija tal-iżolanti: …

6.

Il-kodiċi tal-protezzjoni internazzjonali (IP): …

7.

Il-prinċipju tas-sistema ta’ lubrikazzjoni (1):

 

Berings: frizzjoni/bol

 

Lubrikant: griż/żejt

 

Siġill: Iva/Le

 

Ċirkolazzjoni: biha/mingħajra


(1)  Aqta’ dak li mhux applikabbli.

(2)  Ger ingranat.

(3)  Speċifika t-tolleranzi.


ANNESS 3A

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 3B

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 4

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Mudell A

(Ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image

(ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament) Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq li tkun imwaħħla mas-sistema tal-mototrażmissjoni turi li t-tip ta’ sistema tal-mototrażmissjoni kkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta, skont ir-Regolament Nru 85 u bin-numru ta’ approvazzjoni 002492. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 85 fil-forma oriġinali tiegħu.

Mudell B

(Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 85 u Nru 31 (1). L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 85 ma ġiex modifikat, u r-Regolament Nru 31 kien diġà jinkludi s-serje ta’ emendi 01.


(1)  It-tieni numru qed jingħata sempliċement bħala eżempju.


ANNESS 5

METODU BIEX TITKEJJEL IL-POTENZA NETTA TA’ MAGNA TA’ KOMBUSTJONI INTERNA

1.   DAWN ID-DISPOŻIZZJONIJIET JAPPLIKAW GĦALL-METODU BIEX TIĠI RAPPREŻENTATA L-KURVA TAL-POTENZA B’TAGĦBIJA SĦIĦA TA’ MAGNA TA’ KOMBUSTJONI INTERNA BĦALA FUNZJONI TA’ VELOĊITÀ TAL-MAGNA.

2.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

2.1.   Il-magna jrid ikun sarilha running-in skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.

2.2.   Jekk il-kejl tal-potenza jista’ jsir biss fuq magna bil-gerboks immuntata, l-effiċjenza tal-gerboks trid tiġi kkunsidrata.

2.3.   Awżiljarji

2.3.1.   Awżiljarji li għandhom jiġu installati

Matul it-test, l-awżiljarji meħtieġa għat-tħaddim tal-magna fl-applikazzjoni maħsuba (kif elenkat fit-Tabella 1) għandhom jiġu installati fuq il-bank tat-test sakemm hu possibli fl-istess pożizzjoni bħal fl-applikazzjoni li tkun ser tintuża.

2.3.2.   Awżiljari li għandhom jitneħħew

Xi aċċessorji tal-vettura li huma bżonjużi biss għat-tħaddim tal-vettura u li jistgħu jiġu mmuntati fuq il-magna għandhom jitneħħew għat-test. Il-lista li ġejja, li mhijiex eżawrjenti, hija mogħtija biss bħala kampjun:

 

Kumpressur tal-arja għall-brejkijiet; kumpressur għall-power-steering; kumpressur għas-sospensjoni

 

Sistema ta’ kundizzjonament tal-arja

 

Meta xi aċċessorji ma jistgħux jitneħħew, il-potenza li jassorbu f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija tista’ tiġi ddeterminata u miżjuda mal-potenza mkejla tal-magna.

Tabella 1

Awżiljarji li għandhom jiġu installati għat-test sabiex tiġi ddeterminata l-potenza netta tal-magna

(“Apparat tal-produzzjoni standard” tfisser kull apparat provdut mill-manifattur għal applikazzjoni partikulari)


Nru

Awżiljarji

Installati għat-test tal-potenza netta

1.

Sistema ta’ aspirazzjoni

 

Manifold tad-dħul

Sistema ta’ kontroll ta’ emissjonijiet mill-kaxxa tal-krank

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

Filtru tal-arja

Sajlenser tad-dħul

Apparat li jillimita l-veloċità

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard (1)

2.

Apparat tat-tisħin bl-induzzjoni, tal-manifold tad-dħul

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard Jekk possibli, għandu jitqiegħed fl-iktar pożizzjoni favorevoli.

3.

Sistema tal-egżost

 

Purifikatur tal-egżost

Manifold tal-egżost

Apparat ta’ sovvrakarika

Pajpijiet ta’ konnessjoni (2)

Sajlenser (2)

Żbokk tal-egżost (2)

Brejk tal-egżost (1)

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

4.

Pompa li tissupplixxi l-fjuwil (2)

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

5.

Karburatur

 

Sistema ta’ kontroll elettroniku, miter tal-fluss tal-arja, eċċ... (jekk installat)

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

Apparat li jnaqqas il-pressjoni

Evaporatur

Mikser

Tagħmir għal magni li jaħdmu bil-gass

6.

Tagħmir ta’ injezzjoni tal-fjuwil (petrol jew diżil)

 

Prefiltru

Filtru

Pompa

Pajp bi pressa qawwija

Injettur

Valv tal-aspirazzjoni tal-arja (3), jekk installat

Sistema ta’ kontroll elettroniku, miter tal-fluss tal-arja, eċċ... jekk installati

Regolatur/sistema ta’ kontroll. Sistema ta’ waqfien awtomatiku ta’ tagħbija sħiħa għat-tastiera ta’ kontrolli li tiddependi fuq kundizzjonijiet atmosferiċi

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

7.

Tagħmir għat-tkessiħ b’likwidi

 

Bonnit tal-magna

Ħruġ tal-arja mill-bonnit

Le

Fann tar-Radjatur (4)  (5)

Għata tal-fann

Pompa tal-ilma

Termostat (6)

Iva (4), tagħmir ta’ produzzjoni standard

8.

Tkessiħ bl-arja

 

Għata

Blower (4)  (5)

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

Apparat li jirregola t-temperatura

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

9.

Tagħmir tal-elettriku

Iva (7), tagħmir ta’ produzzjoni standard

10.

Tagħmir ta’ sovvrakarika (jekk installat)

 

Kumpressur bi propulsjoni jew direttament mill-magna, u/jew mill-gassijiet tal-egżost

Apparat li jkessaħ l-arja tad-dħul f’magni kkargati (8)

Pompa jew fann tas-sustanza li tkessaħ (bi propulsjoni mill-magna)

Apparati ta’ kontroll tal-fluss tas-sustanza li tkessaħ (jekk installat)

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

11.

Fann awżiljarju tal-bank tat-test

Iva, jekk ikun meħtieġ

12.

Apparati kontra t-tniġġis (9)

Iva, tagħmir ta’ produzzjoni standard

2.3.3.   Awżiljarji tat-tqabbid ta’ magna bi tqabbid bil-kompressjoni

Għall-awżiljarji użati għall-istartjat ta’ magni bi tqabbid bil-kompressjoni, iż-żewġ każijiet li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati:

(a)

Startjar elettriku. Jiġi installat ġeneratur u jforni, fejn meħtieġ, l-awżiljarji essenzjali għat-tħaddim tal-magna;

(b)

Startjar permezz ta’ mezzi oħra li mhumiex elettriċi. Jekk hemm xi aċċessorji li jaħdmu bl-elettriku li huma essenzjali għat-tħaddim tal-magna li għalihom jiġi installat ġeneratur. Inkella, jitneħħa.

Fiż-żewġ każijiet, is-sistema għall-produzzjoni u l-ħżin tal-enerġija meħtieġa għall-istartjar hija installata u taħdem f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija.

2.4.   Kundizzjonijiet ta’ ssettjar

Il-kundizzjonijiet tal-issettjar għat-test biex tiġi ddeterminata l-potenza netta huma indikati fit-Tabella 2.

Tabella 2

Kundizzjonijiet ta’ ssettjar

1.

Issettjar tal-karburatur(i)

Skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni tal-manifattur u użati mingħajr ebda bidla oħra għall-applikazzjoni partikolari.

2.

Issettjar tas-sistema tal-provvista tal-pompa ta’ injezzjoni

3.

Tajming tat-tqabbid jew tal-injezzjoni (kurva tat-tajming)

4.

Issettjar tar-regolatur

5.

Apparati għall-kontoll tal-emissjonijiet

3.   DEJTA LI TRID TIĠI RREĠISTRATA

3.1.

It-test tal-potenza netta għandu jikkonsisti fi tħaddim bil-valv tal-aċċelleratur miftuħ kollu għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u bis-setting tal-pompa tal-injezzjoni tal-fjuwil b’tagħbija sħiħa fissa għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni, u l-magna għandha tkun mgħammra kif speċifikat fit-Tabella 1.

3.2.

Id-dejta li għandha tiġi rreġistrata hija dik indikata fil-paragrafu 4 tal-appendiċi ta’ dan l-anness. Id-dejta tal-prestazzjoni għandha tinkiseb f’kundizzjonijiet stabilizzati ta’ tħaddim b’forniment xieraq ta’ arja friska lill-magna. Il-kompartimenti ta’ kombustjoni jista’ jkun fihom depożiti, iżda fi kwantità limitata. Il-kundizzjonijiet tat-test, bħat-temperatura tal-arja tad-dħul, għandhom jintgħażlu kemm jista’ jkun qrib il-kundizzjonijiet ta’ referenza (ara l-para. 5.2 ta’ dan l-anness) biex jiġi minimizzat il-kobor tal-fattur ta’ korrezzjoni.

3.3.

It-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna (arja ambjentali) għandha titkejjel f’distanza sa 0,15 m ‘l fuq mill-punt tad-dħul tas-sisistema tat-tindif tal-arja, jew, jekk ma tintuża l-ebda sisistema tat-tindif tal-arja, f’distanza sa 0,15 m mill-ħorn tad-dħul tal-arja. It-termometru u t-termokoppja għandhom ikunu protetti mis-sħana ta’ radjazzjoni u mqegħda direttament fil-fluss tal-arja. Għandu jkun protett ukoll mill-fjuwil evaporizzat. Għandu jintuża ammont suffiċjenti ta’ postijiet sabiex tingħata medja rappreżentattiva tat-temperatura tad-dħul.

3.4.

Ebda dejta ma għandha tittieħed sakemm it-torque, il-veloċità, u t-temperatura ma jkunux miżmuma sostanzjalment kostanti għal mill-inqas minuta.

3.5.

Il-veloċità tal-magna waqt li titħaddem jew waqt il-qari m’għandhiex tiddevja mill-veloċità magħżula b’aktar minn ± 1 fil-mija jew ± 10 min–1, liema minnhom hi l-akbar.

3.6.

Id-dejta osservata dwar it-tagħbija fuq il-brejk, il-konsum tal-fjuwil u t-temperatura tal-arja tad-dħul għandha tittieħed simultanjament u għandha tkun il-medja ta’ żewġ valuri konsekuttivi stabilizzati li ma jvarjawx b’aktar minn 2 % għat-tagħbija fuq il-brejk u l-konsum tal-fjuwil.

3.7.

It-temperatura tas-sustanza li tkessaħ fil-ħruġ tal-magna għandha tinżamm fil-valur speċifikat mill-manifattur. Jekk l-ebda temperatura ma tiġi speċifikata mill-manifattur, it-temperatura għandha tkun ta’ 353 K ± 5 K. Għal magni mkessħin bl-arja, it-temperatura f’punt indikat mill-manifattur għandha tinżamm fi

Formula

tal-valur massimu indikat mill-manifattur fil-kundizzjonijiet ta’ referenza.

3.8.

It-temperatura tal-fjuwil għandha titkejjel fid-dħul tal-karburatur jew tas-sistema ta’ injezzjoni tal-fjuwil u għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-mamifattur tal-magna.

3.9.

It-temperatura taż-żejt lubrikanti mkejla fil-pompa taż-żejt jew fis-samp taż-żejt jew fil-ħruġ tal-apparat li jkessaħ iż-żejt, jekk dan ikun installat, għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-manifattur tal-magna.

3.10.

Jekk ikun meħtieġ, tista’ tintuża sistema awżiljarja ta’ regolazzjoni sabiex iżomm it-temperaturi fil-limiti speċifikati fil-paragrafi 3.7, 3.8 u 3.9 ta’ dan l-anness.

4.   PREĊIŻJONI TAL-KEJL

4.1.   Torque: ± 11 fil-mija tat-torque imkejjel.

Is-sistema tal-kejl tat-torque għandha tkun ikkalibrata b’mod li jitqies it-telf ikkaġunat mill-frizzjoni. Il-preċiżjoni fil-parti tan-nofs t’isfel tal-medda tal-kejl tal-bank tad-dinamometru tista’ tkun ± 2 fil-mija tat-torque imkejjel.

4.2.   “Veloċità tal-magna”: Il-kejl tal-veloċità għandu jkun preċiż sa ± 0,5 fil-mija. Il-veloċità tal-magna għandha titkejjel preferibbilment b’rev-counter sinkronizzat awtomatikament u bi kronometru (jew counter-timer).

4.3.   Konsum tal-fjuwil: ± 1 fil-mija tal-konsum imkejjel.

4.4.   Temperatura tal-fjuwil: ±2 K.

4.5.   Temperatura tal-temperatura tal-arja tad-dħul: ± 1 K.

4.6.   Pressjoni Barometrika: ± 100 Pa.

4.7.   Pressjoni fil-kanal tad-dħul: ± 50 Pa.

4.8.   Pressjoni fil-kanal tal-egżost: ± 200 Pa.

5.   FATTURI TA’ KORREZZJONI TAL-POTENZA

5.1.   Definizzjoni

Il-fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza huwa l-koeffiċjent L li jintuża biex tiġi ddeterminata l-potenza tal-magna fil-kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza speċifikati fil-paragrafu 5.2 ta’ hawn taħt.

Fejn

Formula

Po hija l-potenza kkoreġuta (jiġifieri taħt il-kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza);

L huwa l-fattur ta’ korrezzjoni (La jew Ld)

P hija l-potenza mkejla (potenza tat-test)

5.2.   Kundizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza

5.2.1.   Temperatura (To): 298 K (25 °C)

5.2.2.   Pressjoni fin-niexef (Pso): 99 kPa

Nota: Il-pressjoni fin-niexef hija bbażata fuq pressjoni totali ta’ 100 kPa u pressjoni tal-fwar tal-ilma ta’ 1 kPa.

5.3.   Kundizzjonijiet atmosferiċi tat-test

Il-kundizzjonijiet atmosferiċi waqt it-test għandhom ikunu dawn li ġejjin:

5.3.1.   Temperatura (T)

Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs

288 K ≤ T ≤ 308 K

Għall-magni diżil

283 K ≤ T ≤ 313 K

5.3.2.   Pressjoni (Ps)

80 kPa ≤ Ps ≤ 110 kPa

5.4.   Determinazjoni tal-fatturi ta’ korrezzjoni αa u αd  (10)

5.4.1.   Il-fattur αa ta’ magni bi tqabbid bl-ispark plaggs, b’aspirazzjoni naturali jew sovvrakarikati

Il-fattur ta’ korrezzjoni αa jinkiseb billi tiġi applikata din il-formula:

Formula  (11)

Fejn

Ps hija l-pressjoni fin-niexef totali f’kilopascals (kPa); jiġifieri, il-pressjoni barometrika totali nieqes il-pressjoni tal-fwar tal-ilma

T hija t-temperatura assoluta f’Kelvins (K) tal-arja miġbuda mill-magna.

Kundizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa fil-laboratorju

Biex it-test ikun validu, il-fattur ta’ korrezzjoni αa irid ikun tali li 0,93 ≤ αa ≤ 1,07

Jekk dawn il-limiti jinqabżu, għandu jingħata l-valur ikkoreġut miksub u l-kundizzjonijiet tat-test (temperatura u pressjoni) għandhom jiġu indikati b’mod preċiż fir-rapport tat-test.

5.4.2.   Magni diżil - Fattur αd

Il-fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza (αd) għal magni diżil b’rata ta’ fjuwil kostanti jinkiseb billi tiġi applikata din il-formula:

αd = (fa) fm fejn:

fa huwa l-fattur atmosferiku

fm huwa l-parametru karatteristiku għal kull tip ta’ magna u aġġustament.

5.4.2.1.   Fattur atmosferiku fa

Dan il-fattur jindika l-effetti tal-kundizzjonijiet ambjentali (pressjoni, temperatura u umdità) fuq l-arja miġbuda mill-magna. Il-formula tal-fattur atmosferiku tinbidel skont it-tip tal-magna.

5.4.2.1.1.   Magni b’aspirazzjoni naturali u sovvrakarikati b’mod mekkaniku.

Formula

5.4.2.1.2.   Magni turbokarikati kemm jekk għandhom u kemm jekk m’għandhomx sistema ta’ tkessiħ tal-arja tad-dħul

Formula

5.4.2.2.   Fattur tal-magna fm

fm huwa funzjoni ta’ qc (il-fluss tal-fjuwil ikkoreġut) kif ġej:

fm = 0,036 qc – 1,14

Fejn: qc = q/r

Fejn:

q huwa l-fluss tal-fjuwil f’milligramm għal kull ċiklu għal kull litru ta’ ċilindrata totali (mg/(1.ċiklu))

r huwa l-proporzjoni tal-pressjoni fil-ħruġ tal-kumpressur u l-pressjoni fid-dħul tiegħu (r = 1 għal magni b’aspirazzjoni naturali)

Din il-formula hija valida għall-intervall ta’ valuri ta’ qc inkluż bejn 40 mg/(l.ċiklu) u 65 mg/(l.ċiklu).

Għal valuri ta’ qc ta’ inqas minn 40 mg/(l.ċiklu), għandu jittieħed valur kostanti ta’ fm li jkun ekwivalenti għal 0,3 (fm = 0,3).

Għal valuri ta’ qc ta’ aktar minn 65 mg/(l.ċiklu), għandu jittieħed valur kostanti ta’ fm li jkun ekwivalenti għal 1,2 (fm = 1,2) (ara l-figura):

Image

5.4.2.3.   Kundizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa fil-laboratorju

Biex it-test ikun validu; il-fattur ta’ korrezzjoni αd irid ikun tali li 0,9 ≤ αd ≤ 1,1

Jekk dawn il-limiti jinqabżu, għandu jingħata l-valur ikkoreġut miksub u l-kundizzjonijiet tat-test (temperatura u pressjoni) għandhom jiġu indikati b’mod preċiż fir-rapport tat-test.


(1)  

(la)

Is-sistema sħiħa ta’ aspirazzjoni għandha tiġi installata kif indikat għall-applikazzjoni li tkun ser issir:

Jekk ikun hemm riskju ta’ xi effett sostanzjali fuq il-potenza tal-magna;

Fil-każ ta’ magni żewġ strowks u bi tqabbid bl-ispark plagg;

Meta l-manifattur jitlob li dan isir.

Fil-każijiet l-oħra, tista’ tintuża sistema ekwivalenti u għandu jsir kontroll biex jiġi żgurat li l-pressjoni tad-dħul ma tvarjax b’iktar minn 100 Pa mil-limitu speċifikat mill-manifattur għal filtru tal-arja nadif.

(2)  

(1b)

Is-sistema sħiħa tal-egżost għandha tiġi installata kif indikat għall-applikazzjoni li tkun ser issir:

Jekk ikun hemm riskju ta’ xi effett sostanzjali fuq il-potenza tal-magna;

Fil-każ ta’ magni żewġ strowks u bi tqabbid bl-ispark plagg;

Meta l-manifattur jitlob li dan isir.

Fil-każijiet l-oħra, sistema ekwivalenti tista’ tiġi installata sakemm il-pressjoni mkejla fil-ħruġ tas-sistema tal-egżost tal-magna ma tvarjax b’iktar minn 1 000 Pa minn dik indikata mill-manifattur.

Il-ħruġ mis-sistema tal-egżost tal-magna huwa definit bħala punt 150 mm ‘l isfel mit-tmiem tal-parti tas-sistema tal-egżost immuntata fuq il-magna.

(1)  Jekk brejk tal-egżost jiġi inkorporat fil-magna, il-valv tal-aċċelleratur għandu jiġi ffissat fil-pożizzjoni miftuħa għalkollox.

(2)  Il-pressjoni tal-alimentazzjoni tal-fjuwil tista’ tiġi aġġustata, jekk ikun meħtieġ, sabiex tirriproduċi l-pressjonijiet eżistenti fl-applikazzjoni partikolari tal-magna (speċjalment meta tintuża sistema ta’ ritorn tal-fjuwil).

(3)  Il-valv tad-dħul tal-arja huwa valv ta’ kontroll għar-regolatur pnewmatiku tal-pompa ta’ injezzjoni. Ir-regolatur tat-tagħmir tal-injezzjoni tal-fjuwil jista’ jkollu apparati oħra li jaffettwaw l-ammont ta’ fjuwil injettat.

(4)  Ir-radjatur, il-fann, l-għata tal-fann, il-pompa tal-ilma u t-termostat għandhom jitqiegħdu fuq il-bank tat-test fl-istess pożizzjonijiet relattivi bħal fuq il-vettura. Iċ-ċirkolazzjoni tal-likwidu li jkessaħ għandha titħaddem mill-pompa tal-ilma tal-magna biss.

It-tkessiħ tal-likwidu jista’ jsir jew mir-radjatur tal-magna inkella b’ċirkwit fuq barra, sakemm it-telf ta’ pressjoni ta’ dan iċ-ċirkwit u l-pressjoni fid-dħul tal-pompa jibqgħu sostanzjalment l-istess bħal dawk tas-sistema ta’ tkessiħ tal-magna. Il-parti li tagħlaq ir-radjatur, jekk inkorporata, trid tkun miftuħa.

Jekk il-fann, ir-radjatur u sistema tal-għata tal-fann ma jistgħux jiġu installati b’mod konvenjenti fuq il-magna, il-potenza meħuda mill-fann meta jkun immuntat separatament fil-pożizzjoni tajba tiegħu fir-rigward tar-radjatur u tal-għata tal-fann (jekk użat), trid tiġi ddeterminata abbażi tal-veloċità li tikkorrispondi mal-veloċità tal-magna użata għall-kejl tal-potenza tal-magna permezz ta’ kalkoli li jużaw karatteristiċi standard jew permezz ta’ testijiet prattiċi. Din il-potenza, ikkoreġuta skont il-kundizzjonijiet atmosferiċi standard (293,2 K (20 °C) u 101,3 kPa), għandha titnaqqas mill-potenza kkoreġuta.

(5)  Meta fann jew blower li jista’ jiġi skonnettjat jew li jkun progressiv ikun parti mis-sistema, it-test għandu jsir bil-fann (jew blower) li jista’ jiġi skonnettjat maqlugħ jew bil-fann jew blower progressiv li jkun qed jaħdem b’potenza massima.

(6)  It-termostat jista’ jkun miftuħ għalkollox.

(7)  Il-potenza minima tal-ġeneratur: il-potenza tal-ġeneratur għandha tkun limitata għal dik meħtieġa biex jitħaddmu l-aċċessorji li huma indispensabbli għat-tħaddim tal-magna. Jekk tinħtieġ konnessjoni ma’ batterija, għandha tintuża batterija kompletament iċċarġjata u fi stat tajjeb.

(8)  Magni kkargati mkessħa bl-arja għandhom jiġu ttestjati b’sistema ta’ tkessiħ tal-arja tal-karga, kemm jekk imkessħa b’likwidu jew bl-arja, iżda jekk il-manifattur tal-magna jippreferi hekk, tista’ tintuża sistema ta’ bank ta’ test minflok is-sistema ta’ tkessiħ bl-arja. Fiż-żewġ każijiet, il-kejl tal-potenza f’kull veloċità jrid isir bl-istess tnaqqis fil-pressjoni u fit-temperatura tal-arja tal-magna li tgħaddi minn ġol-apparat li jkessaħ l-arja tad-dħul f’magni kkargati fuq is-sistema tal-bank tat-test bħal dawk indikati mill-manifattur għas-sistema fuq il-vettura sħiħa.

(9)  Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, sistema EGR, konvertitur katalitiku, reattur termali, sistema sekondarja li tforni l-arja u sistema kontra l-evaporazzjoni tal-fjuwil.

(10)  It-testijiet jistgħu jsiru fi kmamar tat-test b’arja kundizzjonata fejn il-kundizzjonijiet atmosferiċi jistgħu jiġu kkontrollati.

(11)  Fil-każ ta’ magni mgħammra b’kontroll awtomatiku tat-temperatura tal-arja, jekk l-apparat hu tat-tip li meta jkun b’tagħbija sħiħa u b’temperatura ta’ 25 °C ma tiżdied l-ebda arja msaħħna, it-test isir bl-apparat kompletament magħluq. Jekk l-apparat ikun għadu qiegħed jaħdem b’temperatura ta’ 25 °C it-test isir bl-apparat jaħdem normali u l-esponent tat-terminu tat-temperatura fil-fattur ta’ korrezzjoni għandu jittieħed bħala żero (l-ebda korrezzjoni tat-temperatura).

Appendiċi

Riżultati tat-testijiet għall-kejl tal-potenza netta tal-magna

Din il-formula għandha timtela mill-laboratorju li jagħmel it-test.

1.   Kundizzjonijiet tat-test

1.1.

Pressjonijiet imkejla b’potenza massima

1.1.1.

Pressjoni barometrika totali: … Pa

1.1.2.

Pressjoni tal-fwar tal-ilma: … Pa

1.1.3.

Pressjoni tal-egżost: … Pa

1.2.

Temperaturi mkejla b’potenza massima

1.2.1.

Tal-arja tad-dħul: … K

1.2.2.

Fil-ħruġ tal-intercooler tal-magna: … K

1.2.3.

Tal-likwidu li jkessaħ

1.2.3.1.

Fil-ħruġ tal-fluwidu li jkessaħ tal-magna: … K (1)

1.2.3.2.

Fil-punt ta’ referenza fil-każ tat-tkessiħ bl-arja: … K (1)

1.2.4.

Taż-żejt lubrikanti: … K (indika l-punt tal-kejl)

1.2.5.

Tal-fjuwil:

1.2.5.1.

Fid-dħul tal-pompa tal-fjuwil: … K

1.2.5.2.

Fl-apparat li jkejjel il-konsum tal-fjuwil: … K

1.2.6.

Fil-punt fil-pajp(ijiet) tal-egżost maġenb il-flanġ(ijiet) ta’ barra tal-manifold(s) tal-egżost

1.3.

Veloċità tal-magna mhux ingranata: … min–1

1.4.

Karatteristiċi tad-dinamometru:

1.4.1.

Għamla: … Mudell: …

1.4.2.

It-tip:…

1.5.

Karatteristiċi tal-opaċimetru:

1.5.1.

Għamla: …

1.5.2.

It-tip: …

2.   Fjuwil

2.1.

Għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs li jaħdmu bi fjuwil likwidu

2.1.1.

Għamla: …

2.1.2.

Speċifikazzjoni: …

2.1.3.

Addittiv kontra l-ippinkjar (ċomb, eċċ): …

2.1.3.1.

It-tip: …

2.1.3.2.

Kontenut: … mg/1

2.1.4.

Numrun tal-ottan RON: … (ASTM D 26 99-70)

2.1.4.1.

Nru MON: …

2.1.4.2.

Densità speċifika: … g/cm3 f’temperatura ta’ 288 K

2.1.4.3.

Il-valur kalorifiku baxx: … kJ/kg

 

Veloċità tal-magna (min–1)

Fluss nominali G (litri/sekonda)

Valuri limitu ta’ assorbiment (m–1)

Valuri mkejla ta’ assorbiment (m–1)

1.

 

 

 

 

2.

 

 

 

 

3.

 

 

 

 

4.

 

 

 

 

5.

 

 

 

 

6.

 

 

 

 

Il-potenza massima netta: … kW bi … min–1

Torque massimu nett: … Nm bi … min–1

2.2.

Għall-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jaħdmu bil-fjuwil gassuż

2.2.1.

Għamla: …

2.2.2.

Speċifikazzjoni: …

2.2.3.

Pressjoni tal-ħżin: … bar

2.2.4.

Pressjoni tal-utilizzazzjoni: … bar

2.2.5.

Il-valur kalorifiku baxx: … kJ/kg

2.3.

Għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni li jaħdmu bil-fjuwil gassuż

2.3.1.

Sistema ta’ alimentazzjoni: … gass

2.3.2.

Speċifikazzjoni tal-gass użat: …

2.3.3.

Proporzjon ta’ fjuwil żejt/gass …

2.3.4.

Il-valur kalorifiku baxx: …

2.4.

Għal magni bi startjar bil-kompressjoni u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jaħdmu bil-fjuwil tad-diżil

2.4.1.

Għamla: …

2.4.2.

Speċifikazzjoni tal-fjuwil użat: …

2.4.3.

Numru taċ-ċetan (ASTM D 976-71) …

2.4.4.

Densità speċifika: … g/cm3 f’temperatura ta’ 288 K

2.4.5.

Il-valur kalorifiku baxx: … kJ/kg

3.   Lubrikant

3.1.

Għamla: …

3.2.

Speċifikazzjoni: …

3.3.

Viskożità SAE: …

4.   Riżultati dettaljati tal-kejl (2)

Veloċità tal-magna, min–1

 

 

Torque imkejjel, Nm

 

 

Potenza mkejla, kW

 

 

Fluss tal-fjuwil imkejjel, g/h

 

 

Pressjoni barometrika, kPa

 

 

Pressjoni tal-fwar tal-ilma, kPa

 

 

Temperatura tal-arja tad-dħul, K

 

 

Potenza li trid tiżdied għal Nru 1

awżiljarji aktar minn Nru 2

tat-Tabella iktar ’il fuq, kW Nru 3

 

 

Fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza

 

 

Forza tal-ibbrejkjar ikkoreġuta, Kw (bil-/mingħajr (3) fann)

 

 

Potenza tal-fann, kW (li trid titnaqqsas jekk il-fann mhuwiex installat)

 

 

Potenza netta, kW

 

 

Torque nett, Nm

 

 

Konsum tal-fjuwil speċifiku kkoreġut g/(kWh) (4)

 

 

Temperatura tal-likwidu li jkessaħ fil-ħruġ, K

 

 

Temperatura taż-żejt lubrikanti fil-punt tal-kejl, K

 

 

Temperatura tal-arja wara l-karikatur tal-pressjoni, K (5)

 

 

Temperatura tal-fjuwil fid-dħul tal-pompa ta’ injezzjoni, K

 

 

Temperatura tal-arja wara l-apparat li jkessaħ l-arja tad-dħul f’magni kkargati, K (5)

 

 

Pressjoni wara l-karikatur tal-pressjoni, kPa (5)

 

 

Pressjoni wara l-apparat li jkessaħ l-arja tad-dħul f’magni kkargati, kPa

 

 


(1)  Aqta’ barra kif xieraq.

(2)  Il-kurvi karatteristiċi tal-potenza netta u t-torque nett għandhom jitpinġew bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna.

(3)  Aqta’ barra kif xieraq.

(4)  Ikkalkulat bil-potenza netta għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni u magni bi tqabbid bl-ispark plaggs, u fil-każ ta’ dawn tal-aħħar immultiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza.

(5)  Aqta’ barra fejn mhux applikabbli.


ANNESS 6

METODU BIEX JITKEJLU L-POTENZA NETTA U L-POTENZA MASSIMA TA’ 30 MINUTA TA’ SISTEMI TAL-MOTOTRAŻMISSJONI ELETTRIĊI.

1.   DAWN IR-REKWIŻITI JAPPLIKAW GĦALL-KEJL TAL-POTENZA NETTA MASSIMA U L-POTENZA MASSIMA TA’ 30 MINUTA TA’ SISTEMI TAL-MOTOTRAŻMISSJONI ELETTRIĊI UŻATI GĦALL-PROPULSJONI TA’ VETTURI TAT-TRIQ ELETTRIĊI PROPRJA.

2.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

2.1.   Is-sistema tal-mototrażmissjoni jrid ikun sarilha running-in skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.

2.2.   Jekk kejl tal-potenza jista’ jsir biss fuq sistema tal-mototrażmissjoni bil-gerboks jew redjuser installat/a, l-effiċjenza għandha tiġi kkunsidrata.

2.3.   Awżiljarji

2.3.1.   Awżiljarji li għandhom jiġu installati

Matul it-test, l-awżiljarji neċessarji għat-tħaddim tas-sistema tal-mototrażmissjoni fl-applikazzjoni li tkun ser issir (kif elenkat fit-Tabella 1 ta’ dan l-anness) għandhom jiġu installati fl-istess pożizzjoni bħal fil-vettura.

2.3.2.   Awżiljari li għandhom jitneħħew

L-awżiljarji neċessarji għat-tħaddim tajjeb tal-vettura, u li jistgħu jiġu installati fuq il-mutur għandhom jitneħħew meta jkun qed isir it-test. Il-lista li ġejja, li mhijiex eżawrjenti, hija mogħtija biss bħala kampjun:

Kumpressur tal-arja għall-brejkijiet; Kumpressur għall-power-steering; Kumpressur għas-sistema tas-sospensjoni; Sistema tal-kundizzjonatur tal-arja, eċċ.

Meta xi aċċessorji ma jistgħux jitneħħew, il-potenza li jassorbu fil-kundizzjoni mingħajr tagħbija tista’ tiġi ddeterminata u miżjuda mal-potenza mkejla.

Tabella 1

Awżiljarji li għandhom jiġu installati għat-test biex jiġu ddeterminati l-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta tas-sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi

(“Tagħmir ta’ produzzjoni standard” tfisser tagħmir ipprovdut mill-manifattur għal xi applikazzjoni partikolari).


Nru.

Awżiljarji

Installati għat-testijiet tal-potenza netta u tal-potenza massima ta’ 30 minuta

1.

Sors ta’ vultaġġ ta’ kurrent dirett (DC)

Tnaqqis fil-vultaġġ matul it-test, ta’ inqas minn 5 %

2.

Varjatur tal-veloċità u apparat ta’ kontroll

Iva: Tagħmir ta’ produzzjoni standard

3.

Tkessiħ b’likwidu

 

Bonnit tal-mutur

Ħruġ mill-bonnit

Le

Radjatur (1)  (2)

Fann

Għata tal-fann

Pompa

Termostat (3)

Iva: Tagħmir ta’ produzzjoni standard

Tkessiħ bl-arja

 

Filtru tal-arja

Għata

Blower

Sistema ta’ aġġustament tat-temperatura

Iva: Tagħmir ta’ produzzjoni standard

4.

Tagħmir elettriku

Iva: Tagħmir ta’ produzzjoni standard

5.

Fann awżiljarju tal-bank tat-test

Iva, jekk ikun meħtieġ

2.4.   Kundizzjonijiet ta’ ssettjar

Il-kundizzjonijiet ta’ ssetjar għandhom jaqblu mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur għall-mutur tal-produzzjoni u jintużaw mingħajr bidliet oħra għall-applikazzjoni partikolari.

2.5.   Dejta li trid tiġi rreġistrata

2.5.1.   It-test biex tiġi ddeterminata l-potenza netta għandu jsir bil-kontroll tal-aċċelleratur issettjat fil-pożizzjoni massima.

2.5.2.   Il-mutur irid ikun sarlu running-in skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-applikant għall-approvazzjoni.

2.5.3.   Id-dejta dwar it-torque u d-dejta dwar il-veloċità għandhom jiġu rreġistrati fl-istess ħin.

2.5.4.   Jekk meħtieġ, it-temperatura tal-likwidu li jkessaħ irreġistrata fil-ħruġ tal-mutur għandha tinżamm fi ± 5 K tat-temperatura tat-termostat speċifikata mill-manifattur.

Għal sistemi tal-mototrażmissjoni għat-tkessiħ tal-arja, it-temperatura f’punt indikat mill-manifattur għandha tinżamm fi + 0/– 20 K tal-valur massimu speċifikat mill-manifattur.

2.5.5.   It-temperatura taż-żejt lubrikant imkejla fis-samp taż-żejt jew fil-ħruġ tal-iskambjatur tat-temperatura taż-żejt (jekk ikun hemm) għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti minn qabel mill-manifattur.

2.5.6.   Tista’ tintuża sistema awżiljarji ta’ kontroll, jekk meħtieġa, biex iżżomm it-temperatura fil-limiti speċifikati fil-paragrafi 2.5.4 u 2.5.5 ta’ hawn fuq.

3.   PREĊIŻJONI TAL-KEJL

3.1.   Torque: ± 1 fil-mija tat-torque imkejjel.

Is-sistema tal-kejl tat-torque għandha tkun ikkalibrata b’mod li jitqies it-telf ikkaġunat mill-frizzjoni. Il-preċiżjoni fil-parti tan-nofs t’isfel tal-medda tal-kejl tal-bank tad-dinamometru tista’ tkun ± 2 fil-mija tat-torque imkejjel.

3.2.   Veloċità tal-mutur: ± 0,5 fil-mija tal-veloċità mkejla.

3.3.   Temperatura tal-arja tad-dħul tal-mutur: ± 2 K.


(1)  Ir-radjatur, il-fann, l-għata tal-fann, il-pompa tal-ilma u t-termostat għandhom jitqiegħdu fuq il-bank tat-test fl-istess pożizzjoni relattiva bħal fuq il-vettura. Iċ-ċirkolazzjoni tal-likwidu li jkessaħ għandha tkun attivata mill-pompa tal-ilma tas-sistema tal-mototrażmissjoni biss.

It-tkessiħ tal-likwidu jista’ jsir jew permezz tar-radjatur tas-sistema tal-mototrażmissjoni, jew b’ċirkwit estern, sakemm it-telf ta’ pressjoni ta’ dan iċ-ċirkwit u l-pressjoni fid-dħul tal-pompa jibqgħu sostanzjalment l-istess bħal dawk tas-sistema ta’ tkessiħ tas-sistema tal-mototrażmissjoni. Il-parti li tagħlaq ir-radjatur, jekk teżisti, trid tkun miftuħa.

Jekk il-fann, ir-radjatur u l-għata tal-fann ma jistgħux jiġu installati b’mod konvenjenti għall-bank tat-test, il-potenza assorbita mill-fann meta jkun immuntat separatament fil-pożizzjoni tajba tiegħu fir-rigward tar-radjatur u tal-għata tal-fann (jekk użata), għandha tiġi ddeterminata bil-veloċità korrispondenti mal-veloċitajiet tal-mutur użati għall-kejl tal-potenza tal-mutur permezz ta’ kalkoli minn karatteristiċi standard jew permezz ta’ testijiet prattiċi. Din il-potenza, ikkoreġuta skont il-kundizzjonijiet atmosferiċi standard għandha titnaqqas mill-potenza kkoreġuta.

(2)  Meta fann jew blower li jista’ jiġi skonnettjat jew li jkun progressiv ikun parti mis-sistema, it-test għandu jsir bil-fann (jew blower) li jista’ jiġi skonnettjat maqlugħ jew jaħdem b’potenza massima.

(3)  It-termostat jista’ jkun miftuħ għalkollox.


ANNESS 7

KONTROLLI FUQ IL-KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

1.   ĠENERALI

Dawn ir-rekwiżiti jaqblu ma’ testijiet li jsiru biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-produzzjoni skont il-paragrafu 6 u s-sottoparagrafi tiegħu.

2.   PROĊEDURI TAT-TEST

Il-metodi tal-ittestjar u l-istrumenti tal-kejl għandhom ikunu dawk deskritti fl-Annessi 5 jew 6 ta’ dan ir-Regolament.

3.   ĠBIR TA’ KAMPJUNI

Għandha tintagħżel sistema tal-mototrażmissjoni waħda. Jekk wara t-test tal-paragrafu 5.1 ta’ hawn taħt, is-sistema tal-mototrażmissjoni ma titqiesx bħala konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu ttestjati żewġ sistemi tal-mototrażmissjoni oħra.

4.   KRITERJI TAL-KEJL

4.1.   Potenza netta tal-magna ta’ kombustjoni interna

Matul it-testijiet biex tiġi vverifikata l-konformità ta’ produzzjoni, il-potenza għandha titkejjel f’żewġ veloċitajiet tal-magna S1 u S2, li jikkorispondu rispettivament mal-punti ta’ kejl tal-potenza massima u tat-torque massimu aċċettati għall-approvazzjoni tat-tip. F’dawn iż-żewġ veloċitajiet tal-magna, li huma suġġetti għal tolleranza ta’ ± 5 fil-mija, il-potenza netta mkejla f’almenu punt wieħed tal-meded S1 ± 5 fil-mija u S2 ± 5 fil-mija ma tistax tvarja b’iktar minn ± 5 fil-mija mill-figura ta’ approvazzjoni.

4.2.   Potenza netta u potenza massima ta’ 30 minuta ta’ sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi

Matul it-testijiet biex tiġi vverifikata l-konformità tal-produzzjoni, il-potenza għandha titkejjel f’veloċità tal-mutur S1 li tikkorrispondi mal-punt tal-kejl tal-potenza massima aċċettata għall-approvazzjoni tat-tip. F’din il-veloċità, il-potenza netta m’għandiex tvajra b’iktar minn ± 5 fil-mija taċ-ċifra ta’ approvazzjoni.

5.   EVALWAZZJONI TAR-RIZULTATI

5.1.   Jekk il-potenza netta u l-potenza massima ta’ 30 minuta tas-sistema tal-mototrażmissjoni ttestjata skont il-paragrafu 2 ta’ hawn fuq tissodisfa r-rekwiżit tal-paragrafu 4 ta’ hawn fuq, il-produzzjoni titqies bħala konformi mal-approvazzjoni tat-tip.

5.2.   Jekk ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4 ta’ hawn fuq ma jiġux issodisfati, jiġu ttestjati żewġ sistemi tal-mototrażmissjoni oħra bl-istess mod.

5.3.   Jekk il-figura tal-potenza netta jew tal-potenza massima ta’ 30 minuta tat-tieni u/jew tat-tielet sistema tal-mototrażmissjoni tal-paragrafu 5.2 ta’ hawn fuq ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4 ta’ hawn fuq, il-produzzjoni titqies li mhijiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.1 ta’ dan ir-Regolament jiġu fis-seħħ.


ANNESS 8

FJUWILS TA’ REFERENZA

1.

Dejta teknika tal-fjuwils ta’ referenza LPG

 

Fjuwil A

Fjuwil B

Metodu tat-test

Kompożizzjoni:

 

 

ISO 7941

C3

% vol.

30 ± 2

85 ± 2

 

C4

% vol.

bilanċ

bilanċ

 

< C3, > C4

% vol.

mass. 2 %

mass. 2 %

 

Olefini

% vol.

9 ± 3

12 ± 3

 

Residwu evaporattiv

ppm

mass. 50

mass. 50

NFM 41-015

Kontenut tal-ilma

 

xejn

xejn

Spezzjoni viżwali

Kontenut ta’ kubrit

ppm mass (*)

mass. 50

mass. 50

EN 24260

Sulfur tal-idroġenu

 

xejn

xejn

 

Korrużjoni tar-ram

klassifikazzjoni

klassi 1

klassi 1

ISO 625 1 (**)

riħa

 

Karatteristika

Karatteristika

 

MON

 

min. 89

min. 89

EN 589 Anness B

2.

Dejta teknika tal-fjuwils ta’ referenza

 

G20

G23

G25

Kompożizzjoni:

 

 

 

CH4

% vol.

100

92,5

86

N2

% vol.

0

7,5

14

Indiċi Wobbe (***)

MJ/m3

53,6 ± 2 %

48,2 + 2 %

43,9 ± 2 %

Il-gassijiet li jikkostitwixxu t-taħlitiet għandu jkollhom mill-inqas dawn il-puritajiet:

N2 : 99 %

CH4 : 95 % b’kontenut totali ta’ idroġenu, monossidu tal-karbonju u ossiġnu taħt 1 % u kontenut totali ta’ nitroġenu u dijossidu tal-karbonju taħt 2 %

L-Indiċi Wobbe huwa r-ratio tal-valur kalorifiku ta’ gass għal kull unità ta’ volum u r-radiċi kwadrata tad-densità relattiva taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ riferenza:

Formula

fejn

Hgass

=

il-valur kalorifiku tal-fjuwil f’MJ/m3

ρair

=

densità tal-arja f’temperatura ta’ 0 °C

ρgas

=

densità tal-fjuwil f’temperatura ta’ 0 °C

L-Indiċi Wobbe jissejjaħ gross jew nett skont jekk il-valur kalorifiku użat ikunx il-valur kalorifiku gross jew nett.


(*)  Valur li għandu jiġi determinat f’kundizzjonijiet standard (293,2 K (20 °C) u 101,3 kPa).

(**)  Dan il-metodu jista’ ma jiddeterminax eżatt il-preżenza ta’ materjali korrużivi jekk il-kampjun ikun fih sustanzi li jinibixxu l-korrużjoni jew kimiċi oħra li jnaqqsu l-korrożività tal-kampjun fuq l-istrixxa tar-ram. Għalhekk, iż-żieda ta’ tali il-komposti għall-iskop waħdani li tinfluwenza l-metodu tat-test hi projbita.

(***)  Ibbażat fuq il-valur kalorifiku gross u kkalkulat għal 0 oC.


Top