This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42014X0614(01)
Regulation No 98 of the Economic Commission for Europe of the United Nations (UN/ECE) — Uniform provisions concerning the approval of motor vehicle headlamps equipped with gas-discharge light sources
Regolament Nru 98 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali ta’ quddiem ta’ vetturi awtomotivi mgħammra b’sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass
Regolament Nru 98 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali ta’ quddiem ta’ vetturi awtomotivi mgħammra b’sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass
ĠU L 176, 14.6.2014, p. 64–127
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/64 |
It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.
Regolament Nru 98 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali ta’ quddiem ta’ vetturi awtomotivi mgħammra b’sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
Suppliment 4 għas-serje 01 tal-emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: il-15 ta’ Lulju 2013
WERREJ
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
1. |
Definizzjonijiet |
2. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ fanal ta’ quddiem |
3. |
Immarkar |
4. |
Approvazzjoni |
5. |
Speċifikazzjonijiet ġenerali |
6. |
Illuminazzjoni |
7. |
Qies tal-iskumdità u/jew diżabbiltà |
8. |
Modifika tat-tip ta’ fanal ta’ quddiem u estenzjoni tal-approvazzjoni |
9. |
Konformità tal-produzzjoni |
10. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
11. |
Produzzjoni mwaqqfa definittivament |
12. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
13. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
ANNESSI
1. |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta’ tip ta’ unità tal-fanal ta’ quddiem jew sistema ta’ illuminazzjoni distribwita skont ir-Regolament Nru 98 |
2. |
Eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni |
3. |
Sistema tal-kejl tal-koordinati sferiċi u l-postijiet tal-punti tat-test |
4. |
Testijiet tal-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika ta’ fanali ta’ quddiem waqt li qed jitħaddmu |
5. |
Rekwiżiti għall-fanali li jinkorporaw lentijiet ta’ materjal tal-plastik – Ittestjar ta’ lentijiet jew kampjuni tal-materjal u ta’ fanali kompluti |
6. |
Ċentru ta’ referenza |
7. |
Marki tal-vultaġġ |
8. |
Ir-rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konformità tal-produzzjoni |
9. |
Rekwiżiti minimi għal teħid ta’ kampjuni minn spettur |
10. |
Verifika strumentali tal-“punt tal-waqfien” għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx |
11. |
Rekwiżiti għal moduli LED u fanali ta’ quddiem li jinkludu moduli LED |
A. ID-DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI
Kamp ta’ applikazzjoni (1)
Dan ir-Regolament japplika għal:
(a) |
Fanali ta’ quddiem, u |
(b) |
Sistemi tal-illuminazzjoni distribwita, |
li jużaw sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass, għall-vetturi tal-kategoriji M, N u L3.
1. DEFINIZZJONIJIET
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament,
1.1. |
Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmiental-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament. |
1.2. |
“Lenti” tfisser il-komponent ta’ barra nett tal-fanal ta’ quddiem (unità) li jittrażmetti d-dawl minn ġos-superfiċje li jdawwal; |
1.3. |
“Kisja” tfisser kwalunkwe prodott jew prodotti applikati f’saff wieħed jew iktar tal-wiċċ ta’ barra tal-lenti; |
1.4. |
“Par imqabbel” tfisser is-sett ta’ fanali bl-istess funzjoni fuq ix-xellug u l-lemin tal-vettura; |
1.5. |
Fanali ta’ quddiem ta’ “tipi” differenti huma fanali ta’ quddiem li huma differenti f’aspetti essenzjali bħal:
|
1.6. |
Referenzi magħmula f’dan ir-Regolament għal fanali tal-filament standard (étalon) u sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għandhom jirreferu għar-Regolamenti Nru 37 u 99 rispettivament, u għas-serje ta’ emendi tagħhom fis-seħħ fil-waqt tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip. |
2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ FANAL TA’ QUDDIEM (2)
2.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-proprjetarju tal-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-fanal ta’ quddiem jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu. Din għandha tispeċifika:
|
2.2. |
Kull applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:
|
2.3. |
Għal sistema tal-illuminazzjoni distribwita 10 kampjuni tal-materjal(i) u l-kisja/lqugħ relatati protettivi, jekk applikabbli, li minnhom ikunu magħmula l-gwida tad-dawl u partijiet ottiċi oħrajn tas-sistema. |
2.4. |
Il-materjali li l-lentijiet ikunu magħmula minnhom u, fil-każ ta’ sistema tal-illuminazzjoni distribwita, il-materjali li l-partijiet ottiċi tas-sistema jkunu magħmula minnhom, u kisjiet/lqugħ relatati, jekk applikabbli, għandhom ikunu akkumpanjati mir-rapport tat-test tal-karatteristiċi ta’ dawn il-materjali u kisjiet jekk diġà jkunu ġew ittestjati. |
3. IMMARKAR
3.1. |
Il-fanali ta’ quddiem jew is-sistemi tal-illuminazzjoni distribwita sottomessi għall-approvazzjoni għandu jkollhom l-isem kummerċjali jew trejdmark tal-applikant jinqara b’mod ċar u li ma jkunx jista’ jitħassar. |
3.2. |
Għandhom jinkludu, fuq il-lenti u fuq l-isruttura ewlenija (3), spazji ta’ daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali li jissemmew fil-paragrafu 4; dawn l-ispazji għandhom jiġu indikati fuq l-illustrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.2.1 imsemmi qabel. |
3.3. |
Fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ traffiku kemm fuq in-naħa tal-lemin kif ukoll fuq in-naħa tax-xellug għandu jkollhom il-marki li jindikaw iż-żewġ settings tal-unità ottika fuq il-vettura jew tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass fuq ir-riflettur; dawn il-marki għandhom jikkonsistu fl-ittri “R/D” għall-pożizzjoni ta’ traffiku fuq in-naħa tal-lemin u l-ittri “L/G” għall-pożizzjoni ta’ traffiku fuq in-naħa tax-xellug. |
3.4. |
Ir-raġġi kollha jista’ jkollhom fuq il-wiċċ tagħhom li jemetti d-dawl ċentru ta’ referenza kif muri fl-Anness 6. |
3.5. |
Fil-każ ta’ ġeneratur tad-dawl ta’ sistema tal-illuminazzjoni distribwita li tuża sors tad-dawl mhux sostitwibbli li jitfa’ l-gass u li ma jkunx approvat skont ir-Regolament Nru 99, il-ġeneratur tad-dawl għandu jkollu l-isem kummerċjali jew trejdmark tal-manifattur tiegħu u n-numru tal-parti msemmi fil-paragrafu 2.2.2 imsemmi qabel. |
3.6. |
Fil-każ ta’ fanali b’modulu(i) LED, il-fanal għandu jkollha l-marka tal-vultaġġ nominali u l-wattage nominali u l-kodiċi tal-identifikazzjoni speċifiku tal-modulu tas-sors tad-dawl. |
3.7. |
Modulu(i) LED sottomess(i) flimkien mal-approvazzjoni tal-fanal:
|
3.8. |
Jek ger tal-kontroll ta’ sors tad-dawl elettroniku li ma jkunx parti minn modulu LED jintuża biex iħaddem modulu(i) LED, għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi(jiet) tal-identifikazzjoni speċifiku(speċifiċi) tiegħu, il-vultaġġ nominali u l-wattage nominali tad-dħul. |
4. APPROVAZZJONI
4.1. Ġenerali
4.1.1. |
Jekk il-kampjuni kollha ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem sottomessi skont il-paragrafu 2 imsemmi qabel jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni. |
4.1.2. |
Fanali ta’ quddiem li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament ma’ kwalunkwe funzjoni(jiet) oħra tad-dawl jew tas-sinjalar bid-dawl bil-kundizzjoni li l-funzjonijiet tad-dawl rispettivi tagħhom ma jiġux ostakolati. |
4.1.3. |
Meta fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ iktar minn Regolament wieħed, marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda tista’ titwaħħal bil-kundizzjoni li kull wieħed mill-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jissodisfa d-dispożizzjonijiet applikabbli għalih. |
4.1.4. |
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu għandhom jindikaw is-sensiela ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi importanti u reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien li fih inħarġet l-approvazzjoni (fil-preżent 01). L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanal ta’ quddiem kopert minn dan ir-Regolament. Madankollu, il-par imqabbel jiġi kkunsidrat tip wieħed. |
4.1.5. |
Notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estenzjoni jew ċaħda jew irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament għandhom jintbagħtu lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
4.1.6. |
Minbarra l-marka preskritta fil-paragrafu 3.1, marka tal-approvazzjoni kif deskritta fil-paragrafi 4.2 u 4.3 isfel għandha titwaħħal fl-ispazji msemmija fil-paragrafu 3.2 imsemmi qabel, ma’ kull fanal ta’ quddiem li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament. |
4.2. Kompożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tikkonsisti f’:
4.2.1. |
Marka tal-approvazzjoni internazzjonali, li tinkludi:
|
4.2.2. |
Is-simbolu (jew simboli) addizzjonali li ġejjin:
|
4.2.3. |
F’kull każ il-mod ta’ tħaddim rilevanti użat matul il-proċedura tat-test skont il-paragrafu 1.1.1.1 tal-Anness 4 u l-vultaġġ(i) awtorizzati skont il-paragrafu 1.1.1.2 tal-Anness 4 għandhom jiġu stipulati fuq il-formoli tal-approvazzjoni u fuq il-formoli tal-komunikazzjoni mibgħuta lill-pajjiżi li huma Partijiet Kontraenti tal-Ftehim u li japplikaw dan ir-Regolament. Fil-każijiet korrispondenti l-apparat għandu jiġi mmarkat kif ġej:
|
4.2.4. |
Iż-żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni li jindikaw is-serje ta’ emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar riċenti li saru fir-Regolament fil-waqt li nħarġet l-approvazzjoni u, jekk hemm bżonn, il-vleġġa meħtieġa, tista’ tiġi mmarkata viċin is-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq. |
4.2.5. |
Il-marki u s-simboli msemmija fil-paragrafi 4.2.1 sa 4.2.3 imsemmija qabel għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru. Dawn jistgħu jitqiegħdu fuq parti ta’ ġewwa jew ta’ barra (trasparenti jew le) tal-fanal ta’ quddiem, li ma tistax tiġi separata mill-parti trasparenti tal-fanal ta’ quddiem li titfa’ d-dawl. Fil-każ ta’ sistema tal-illuminazzjoni distribwita bil-lenti ta’ barra mibnija fil-gwida tad-dawl, din il-kundizzjoni tiġi kkunsidrata li ntlaħqet jekk il-marka tal-approvazzjoni titqiegħed mill-inqas fuq il-ġeneratur tad-dawl u fuq il-gwida tad-dawl, jew fuq l-ilqugħ protettiv tagħhom. Fi kwalunkwe każ, il-marka għandha tkun viżibbli meta l-fanal jew is-sistema titwaħħal fuq il-vettura jew meta parti li tiċċaqlaq bħall-bonnet jinfetaħ. |
4.3. Arranġament tal-marka tal-approvazzjoni
4.3.1. Fanali indipendenti
L-Anness 2, Figuri 1 sa 9, ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni mas-simboli addizzjonali imsemmija fuq.
4.3.2. Fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament
4.3.2.1. |
Meta fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jinstabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti, marka tal- approvazzjoni internazzjonali waħda tista’ titwaħħal, li tikkonsisti minn ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni, u numru tal-approvazzjoni. Din il-marka tal- approvazzjoni tista’ tkun fi kwalunkwe post fuq il-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament bil-kundizzjoni li:
|
4.3.2.2. |
Is-simbolu tal-identifikazzjoni għal kull fanal adattat għal kull Regolament skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje ta’ emendi korrispondenti li jinkorporaw l-emendi ewlenin tekniċi l-aktar riċenti fir-Regolamenti fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni u, jekk meħtieġ, il-vleġġa meħtieġa għandhom jiġu mmarkati:
|
4.3.2.3. |
Id-daqs tal-komponenti ta’ marka tal-approvazzjoni waħda għandu jkun mhux inqas mid-daqs minimu meħtieġ mir-Regolament skont liema tkun ngħatat l-approvazzjoni għall-iżgħar waħda mill-marki individwali. |
4.3.2.4. |
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament koperti minn dan ir-Regolament. |
4.3.2.5. |
Il-Figura 10, fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni għall-fanali raggruppati, magħquda jew inkorporati reċiprokament bis-simboli addizzjonali kollha msemmija aktar ‘il fuq. |
4.3.3. Fanali, li l-lenti tagħhom tintuża għal tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem u li jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament jew raggruppati ma’ fanali oħrajn
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.3.2 imsemmi qabel huma applikabbli.
4.3.3.1. |
Barra minn hekk, meta tintuża l-istess lenti, din tal-aħħar jista’ jkollha l-marki tal-approvazzjoni differenti relatati mat-tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jew ta’ unitajiet ta’ fanali, bil-kundizzjoni li l-istruttura ewlenija jew is-sistema tal-illuminazzjoni distribwita tal-fanal ta’ quddiem, anke jekk ma jistgħux jiġu separati mil-lenti, ikun jinkludi wkoll l-ispazju deskritt fil-paragrafu 3.2 imsemmi qabel, u jkollu l-marka tal-approvazzjoni tal-funzjonijiet attwali. |
4.3.3.2. |
L-Anness 2, il-Figura 11, ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni relatati mal-każ imsemmi qabel. |
4.3.4. Sistemi tal-illuminazzjoni distribwita
Għal sistemi tal-illuminazzjoni distribwita, għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafi 4.3.1 sa 4.3.3.2, flimkien mar-rekwiżiti tal-paragrafu 3.4.
B. REKWIŻITI TEKNIĊI GĦALL-FANALI TA’ QUDDIEM (5)
5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI
5.1. Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6 sa 8 isfel.
5.2. Il-fanali ta’ quddiem għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jżommu l-karatteristiċi fotometriċi preskritti tagħhom u li jibqgħu jaħdmu sew meta jintużaw normalment, minkejja l-vibrazzjonijiet li jistgħu jkunu soġġetti għalihom.
5.2.1. Il-fanali ta’ quddiem għandhom ikunu mgħammra b’apparat li jippermetti li dawn jiġu aġġustati fuq il-vettura b’tali mod li jikkonformaw mar-regoli applikabbli għalihom. Dan l-apparat m’għandux għalfejn jitwaħħal fuq unitajiet li fihom ir-riflettur u l-lenti tad-diffużjoni ma jistgħux jiġu separati, bil-kundizzjoni li l-użu ta’ dawn l-unitajiet ikun limitat għall-vetturi li s-setting tal-fanali ta’ quddiem tagħhom jista’ jiġi aġġustat b’mezzi oħra.
Meta fanal ta’ quddiem li jipprovdi raġġ baxx prinċipali u fanal ta’ quddiem li jipprovdi raġġ għas-sewqan, kull wieħed mgħammar bis-sors(i) tad-dawl tiegħu, jiġu mmuntati sabiex jiffurmaw unità komposta, l-apparat ta’ aġġustament għandu jippermetti li kull waħda mis-sistemi ottiċi li tiġi aġġustata individwalment. L-istess dispożizzjoni tapplika għall-fanali ta’ quddiem li jipprovdu raġġ ta’ fanal ta’ quddiem għaċ-ċpar u raġġ għas-sewqan, u għal fanali ta’ quddiem li jipprovdu raġġ baxx prinċipali u raġġ ta’ fanal għaċ-ċpar ta’ quddiem, u għall-fanali ta’ quddiem li jipprovdu dawn it-tliet raġġi.
5.2.2. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal assemblaġġi ta’ fanali ta’ quddiem li r-rifletturi tagħhom ma jistgħux jiġu diviżi. Għal dan it-tip ta’ assemblaġġ, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw.
5.3. Fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ traffiku kemm fuq il-lemin kif ukoll fuq ix-xellug jistgħu jiġu adattati għal traffiku fuq naħa partikolari tat-triq jew permezz ta’ setting inizjali adattata meta jitwaħħlu mal-vettura jew permezz ta’ setting selettiv mill-utent. Dan is-setting inizjali jew selettiv jista’ jikkonsisti, pereżempju, fit-twaħħil jew tal-unità ottika f’angolu partikolari fuq il-vettura jew is-sors(i) tad-dawl f’angolu partikolari relatat mal-unità ottika. Fil-każijiet kollha, żewġ settings differenti u distinti b’mod ċar biss, wieħed għat-traffiku fuq in-naħa tal-lemin u wieħed għat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug, għandhom ikunu possibbli, u d-disinn għandu jipprekludi ċaqliq involontarju minn setting għall-ieħor jew setting f’pożizzjoni intermedja. Meta żewġ pożizzjonijiet differenti jiġu provduti gas-sors tad-dawl, il-komponenti għat-twaħħil tas-sors tad-dawl mar-riflettur għandhom ikunu ddisinjati u magħmula b’tali mod li, f’kull wieħed miż-żewġ settings, is-sors tad-dawl jinżamm fil-pożizzjoni bil-preċiżjoni meħtieġa għall-fanali ta’ quddiem iddisinjati għal traffiku fuq naħa waħda tat-triq biss. Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi verifikata permezz ta’ spezzjoni viżwali u, fejn meħtieġ, permezz ta’ test fitting.
5.4. Konfigurazzjoni tal-illuminazzjoni għal kundizzjonijiet tat-traffiku differenti
5.4.1. Fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ traffiku li jimxi fuq naħa waħda tat-triq (jew fuq il-lemin jew fuq ix-xellug) biss, għandhom jittieħdu miżuri adatti sabiex jimpedixxu l-iskumdità għal min juża tat-triq f’pajjiż fejn it-traffiku jimxi fuq in-naħa l-oħra tat-triq tal-pajjiż li għalih ikun ġie ddisinjat il-fanal ta’ quddiem (6). Dawn il-miżuri jistgħu jkunu:
(a) |
Il-ħabi ta’ parti taż-żona tal-lenti tal-fanal ta’ quddiem ta’ barra; |
(b) |
Il-moviment ‘l isfel tar-raġġ. Il-moviment orizzontali huwa awtorizzat; |
(c) |
Kwalunkwe miżura oħra biex tneħħi jew tnaqqas il-parti asimetrika tar-raġġ. |
5.4.2. Wara l-applikazzjoni ta’ din (dawn) il-miżura (miżuri) għandhom jiġu sodisfatti dawn ir-rekwiżiti rigward l-intensità luminuża tal-fanal ta’ quddiem bl-aġġustament mhux mibdul meta mqabbel ma’ dak għad-direzzjoni tat-traffiku oriġinali
5.4.2.1. |
Raġġ baxx ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u adattat għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug:
|
5.4.2.2. |
Raġġ baxx ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug u adattat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin:
|
5.5. Fuq fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jipprovdu alternattivament raġġ għas-sewqan u raġġ baxx jew raġġ baxx u/jew raġġ għas-sewqan iddisinjat biex isir dawl fil-liwjiet, kwalunkwe apparat mekkaniku, elettromekkaniku jew apparat ieħor inkorporat fil-fanal ta’ quddiem għal dawn l-iskopijiet (7) għandu jinbena b’tali mod li:
5.5.1. |
L-apparat ikun b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ li jitħaddem għal 50 000 darba f’kundizzjonijiet normali tal-użu. Sabiex tiġi verifikata l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit, is-Servizz Tekniku responsabbi għat-testijiet tal-approvazzjoni jista’:
|
5.5.2. |
Fil-każ ta’ falliment, l-intensità luminuża tal-fanal ta’ quddiem ‘il fuq mil-linja H-H m’għandhiex taqbeż il-valuri ta’ raġġ baxx skont il-paragrafu 6.2.6; Barra minn hekk, fuq fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jipprovdu raġġ baxx u/jew għas-sewqan sabiex issir dawl fil-liwjiet, intensità luminuża ta’ mill-inqas 2 500 cd għandha tinkiseb fil-punt tat-test 25 V (linja VV, 1,72 D). |
5.5.3. |
Jew ir-raġġ baxx prinċipali jew ir-raġġ għas-sewqan jista’ dejjem jinkiseb mingħajr ebda possibbiltà li l-mekkaniżmu jieqaf bejn iż-żewġ pożizzjonijiet; |
5.5.4. |
L-utent ma jistax, b’għodod ordinarji, jibdel il-forma jew il-pożizzjoni tal-partijiet li jiċċaqilqu. |
5.6. Testijiet kumplementari għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-Anness 4 sabiex jiżguraw li ma jkunx hemm tibdil eċċessiv fil-prestazzjoni fotometrika.
5.7. Komponenti li jittrażmettu d-dawl magħmula minn materjal tal-plastik għandhom jiġu ttestjati skont ir-rekwiżiti tal-Anness 5.
5.8. Sostitwibbiltà ta’ sorsi tad-dawl
5.8.1. Is-sors(i) tad-dawl li jitfa’(jitfgħu) l-gass użat f’fanali ta’ quddiem li jitfgħu l-gass jew f’sistemi tal-illuminazzjoni distribwita għandhom ikunu sostitwibbli u approvati skont ir-Regolament Nru 99 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip. Madankollu, sors(i) tad-dawl li jitfa’/jitfgħu l-gass mhux approvat(i) skont ir-Regolament Nru 99 jista’/jistgħu jintuża(w) biss fil-każ fejn ikun(u) parti mhux sostitwibbli ta’ ġeneratur tad-dawl. Madankollu, fil-każ ta’ sistemi tal-illuminazzjoni distribwita, il-ġeneratur tad-dawl jista’ jkun sostitwibbli mingħajr l-użu ta’ għodod speċjali kif ukoll fil-każ fejn is-sors tad-dawl użat ma jkunx approvat.
5.8.2. Fil-każ fejn sors tad-dawl wieħed jew iktar minn wieħed tal-filament (addizzjonali) jintużaw fil-fanal ta’ quddiem li jitfa’ l-gass, dawn is-sorsi tad-dawl tal-filament għandhom jiġu approvati skont ir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, bil-kundizzjoni li ma ssir ebda restrizzjoni fuq l-użu fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.
5.8.3. Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li l-fanal tal-filament, jekk applikabbli, ma jkun jista’ jitwaħħal f’ebda pożizzjoni ħlief dik korretta.
5.8.4. Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass sostitwibbli u fil-każ ta’ sorsi tad-dawl tal-filament addizzjonali, it-tagħmir għaż-żamma tal-fanal għandu jikkonforma mal-karatteristiċi dimensjonali kif stabbiliti fil-karta tad-dejta tal-Pubblikazzjoni IEC 60061, rilevanti għall-kategorija tas-sors(i) tad-dawl użat(i). Is-sorsi(i) tad-dawl għandu(hom) jkun(ikunu) joqgħod(joqgħodu) faċilment fil-fanal ta’ quddiem.
5.9. Sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass mhux sostitwibbli u mhux approvati skont ir-Regolament Nru 99 użati fis-sistemi tal-illuminazzjoni distribwita għandhom, barra minn hekk, ikunu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti (korrispondenti għal dawk speċifikati fir-Regolament Nru 99 għall-approvazzjoni ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass):
5.9.1. |
Tqabbid, run-up u hot-restrike kif preskritt fil-paragrafu 3.6 tar-Regolament Nru 99; |
5.9.2. |
Kulur kif preskritt fil-paragrafu 3.9 tar-Regolament Nru 99. Il-kulur għandu jkun abjad; |
5.9.3. |
Radjazzjoni ultravjola kif preskritta fil-paragrafu 3.10 tar-Regolament Nru 99, jekk ikun indikat hekk fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni (il-paragrafu 2.2.2 imsemmi qabel). |
5.10. Il-fanal ta’ quddiem u sistema tal-ballast m’għandhomx jiġġeneraw disturbi radjati jew fil-linja elettrika li jikkawżaw difett fil-funzjoni ta’ sistemi oħra elettriċi/elettroniċi tal-vettura (8).
5.11. Jekk ikun meħtieġ għall-proċedura tal-ittestjar, il-kumpanija tal-ittestjar tista’ teħtieġ mill-manifattur kampjuni tal-ittestjar addizzjonali, bankijiet tal-ittestjar (tagħmir taż-żamma) jew provvisti tal-elettriku speċjali.
5.12. Il-proċedura tal-ittestjar għandha titwettaq skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-immuntar tal-manifattur.
5.13. Il-fanal ta’ quddiem (jekk mgħammar b’moduli LED) u l-modulu(i) LED infushom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti speċifikati fl-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament. Il-konformità mar-rekwiżiti għandha tiġi ttestjata.
6. ILLUMINAZZJONI
6.1. Dispożizzjonijiet ġenerali
6.1.1. Fanali ta’ quddiem jew sistemi tal-illuminazzjoni distribwita għandhom ikunu magħmula b’tali mod li b’sors tad-dawl adattat li jitfa’ l-gass jagħtu illuminazzjoni adegwata mingħajr ma jgħammxu meta jitfgħu r-raġġ baxx, u illuminazzjoni tajba meta jitfgħu r-raġġ għas-sewqan.
6.1.2. L-intensità luminuża prodotta mill-fanal ta’ quddiem għandha titkejjel b’distanza ta’ 25 m permezz ta’ ċellola fotoelettrika li għandha tinkludi fiha erja meħtieġa fi ħdan kaxxa bi ġnub ta’ 65 mm. Il-punt HV huwa l-punt taċ-ċentru tas-sistema ta’ koordinament b’assi polari vertikali. Il-linja h hija orizzontali permezz ta’ HV (ara l-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament).
6.1.3. Il-fanal ta’ quddiem jew is-sistemi tal-illuminazzjoni distribwita għandhom jiġu kkunsidrati sodisfaċenti jekk ir-rekwiżiti fotometriċi stabbiliti f’dan il-paragrafu 6 jintlaħqu b’sors ta’ dawl wieħed, li jkun intuża mill-inqas matul 15-il ċiklu, skont l-Anness 4, il-paragrafu 4 tar-Regolament Nru 99.
Meta s-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass ikun approvat skont ir-Regolament Nru 99 għandu jkun sors tad-dawl standard (étalon) u l-fluss tal-luminożità tiegħu jista’ jkun differenti mill-fluss tal-luminożità oġġettiv speċifikat fir-Regolament Nru 99. F’dan il-każ, il-valuri tal-intensità luminuża jridu jiġu rranġati skont dan.
Il-korrezzjoni msemmija qabel ma tapplikax għal sistemi tal-illuminazzjoni distribwita li jużaw sors tad-dawl li jitfa’ l-gass mhux sostitwibbli jew għall-fanali ta’ quddiem bil-ballast(s) totalment jew parzjalment integrat(i).
Meta s-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass ma jkunx approvat skont ir-Regolament Nru 99 għandu jkun sors tad-dawl tal-produzzjoni mhux sostitwibbli.
6.1.4. Id-dimensjonijiet li jiddeterminaw il-pożizzjoni tal-ark fis-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard jidhru fil-karta tad-dejta rilevanti tar-Regolament Nru 99.
6.1.5. Il-konformità fotometrika għandha tiġi ċċekkjata skont il-paragrafu 6.2.6 jew 6.3 ta’ dan ir-Regolament. Dan huwa validu wkoll għaż-żona tal-punt tal-waqfien bejn 3°R u 3°L (metodu tal-kejl għall-kulur tal-punt tal-waqfien qed jiġi kkunsidrat).
6.1.6. Il-kulur tad-dawl tar-raġġi mitfugħa mill-fanali ta’ quddiem li jużaw sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għandu jkun abjad.
6.1.7. Erba’ sekondi wara t-tqabbid ta’ fanal tad-dawl, mgħammar b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass mal-ballast mhux integrat mas-sors tad-dawl, u li ma jkunx tħaddem għal 30 minuta jew iktar:
6.1.7.1. |
Mill-inqas 37 500 cd għandu jinkiseb fil-punt HV, għall-fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ għas-sewqan biss. |
6.1.7.2. |
Mill-inqas 6 250 cd għandu jinkiseb fil-punt 50 V għall-fanali ta’ qudddiem li jipproduċu raġġ baxx biss jew funzjonijiet alternattivi ta’ raġġ baxx u raġġ għas-sewqan kif deskritt fil-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament. |
6.1.7.3. |
Fi kwalunkwe każ il-provvista tal-elettriku għandha tkun suffiċjenti sabiex tiżgura ż-żieda meħtieġa fl-impuls tal-kurrent għoli. |
6.2. Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-raġġi baxxi
6.2.1. Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża tal-fanal ta’ quddiem tar-raġġ baxx għandha tinkorpora “punt tal-waqfien” (ara l-Figura 1 hawn taħt), li jippermetti li l-fanal ta’ quddiem jiġi aġġustat korrettament għall-qisien fotometriċi u għall-immirar fuq il-vettura.
Il- “punt tal-waqfien” għandu jipprovdi:
(a) |
Għal raġġi tat-traffiku fuq in-naħa tal-lemin:
|
(b) |
Għal raġġi tat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug:
|
F’kull każ il-parti “minkeb – spalla” għandu jkollha tarf ippuntat.
6.2.2. Il-fanal ta’ quddiem għandu jkun immirat viżwalment permezz tal-“punt tal-waqfien” (ara l-Figura 1) kif ġej: L-aġġustament għandu jitwettaq bl-użu ta’ skrin vertikali ċatt imqiegħed f’distanza ta’ 10 m jew 25 m (kif indikat fit-Taqsima 9 tal-Anness 1) quddiem il-fanal ta’ quddiem u f’angoli retti mal-assi H-V kif jintwera fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament. L-iskrin għandu jkun wiesa’ biżżejjed biex jippermetti l-eżaminazzjoni u l-aġġustament tal-“punt tal-waqfien” tar-raġġ baxx fuq mill-inqas 5° fuq kull naħa tal-linja V-V.
6.2.2.1. Għal aġġustament vertikali: il-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” titressaq ‘il fuq minn taħt il-linja B u tiġi aġġustata għall-pożizzjoni nominali tagħha wieħed fil-mija (0.57 gradi) taħt il-linja H-H;
Figura 1
Test ta 'immaġni
Nota: L-iskali jkunu differenti għal-linji vertikali u orizzontali.
6.2.2.2. Għal aġġustament orizzontali: il-parti “minkeb–spalla” tal-“punt tal-waqfien” għandha titressaq:
|
Għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin mil-lemin għax-xellug u għandha titqiegħed orizzontalment wara ċ-ċaqliq tagħha sabiex:
Jew |
|
Għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug mix-xellug għal-lemin u għandha titqiegħed orizzontalment wara l-moviment tagħha sabiex:
|
6.2.2.3. Meta fanal ta’ quddiem immirat hekk ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6.2.5, 6.2.6 u 6.3, l-allinjament tiegħu jista’ jinbidel, bil-kundizzjoni li l-assi tar-raġġ ma jiġix imċaqlaq:
|
Orizzontalment mil-linja A b’iktar minn:
|
|
Vertikalment mhux iktar minn 0,25° ‘il fuq jew ‘l isfel mil-linja B. |
6.2.2.4. Jekk, madankollu, aġġustament vertikali ma jistax jitwettaq ripetutament lill-pożizzjoni meħtieġa fi ħdan it-tolleranzi deskritti fil-paragrafu 6.2.2.3 imsemmi qabel, il-metodu strumentali tal-Anness 10, il-paragrafi 2 u 3. għandu jiġi applikat sabiex tiġi ttestjata l-konformità mal-kwalità minima meħtieġa tal-“punt tal-waqfien” u biex jitwettaq l-aġġustament vertikali u orizzontali tar-raġġ.
6.2.3. Meta mmirat b’dan il-mod, il-fanal ta’ quddiem jeħtieġ, jekk l-approvazzjoni tiegħu tintalab biss għal raġġ baxx, li jikkonforma biss mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 6.2.4 u 6.2.5 isfel; ekk huwa maħsub li jiġu provduti kemm raġġ baxx kif ukoll raġġ għas-sewqan, għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6.2.4 sa 6.2.6.
6.2.4. Sors ta’ dawl li jitfa’ l-gass wieħed biss huwa awtorizzat għal kull fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx. Massimu ta’ żewġ sorsi tad-dawl addizzjonali huma awtorizzati kif ġej:
6.2.4.1. Sors tad-dawl wieħed addizzjonali skont ir-Regolament Nru37 jew modulu wieħed jew iktar minn wieħed addizzjonali LED jistgħu jintużaw fil-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx biex jikkontribwixxi għad-dawl fil-liwjiet.
6.2.4.2. Sors tad-dawl addizzjonali wieħed skont ir-Regolament Nru 37, u/jew modulu(i) LED wieħed jew iktar minn wieħed fil-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx, jista’ jintuża għall-ġenerazzjoni ta’ radjazzjoni infraħamra. Huwa/huma għandu(għandhom) jiġi(jiġu) attivat(i) biss fl-istess ħin bħas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass. F’każ li s-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass ma jaħdimx, dan is-sors tad-dawl addizzjonali u/jew il-modulu(moduli) LED jintefa/jintfew awtomatikament.
6.2.4.3. F’każ ta’ falliment ta’ sors tad-dawl addizzjonali jew modulu LED, il-fanal ta’ quddiem għandu jkompli jissodisfa r-rekwiżiti tar-raġġ baxx.
6.2.4.4. Kundizzjonijiet ta’ kejl fir-rigward tas-sorsi tad-dawl
6.2.4.4.1. |
Fil-każ ta’ sors tad-dawl li jaħdem bl-emissjoni ta’gass: Il-vultaġġ applikat lit-terminali tal-ballast(s) ikun jew 13,2 V +/– 0,1 għal sistemi 12 V jew kif speċifikat mod ieħor (Ara l-Anness 7). |
6.2.4.4.2. |
Fil-każ ta’ sors ta’ dawl bil-filament skont ir-Regolament Nru. 37: Il-fanal għandu jiġi kkontrollat permezz ta’ fanal tal-filament standard (étalon) mingħajr kulur maħsub għal vultaġġ nominali ta’ 12 V. Matul il-kontroll tal-fanal ta’ quddiem, il-vultaġġ fit-terminali tal-fanal tal-filament għandu jiġi rregolat sabiex jinkiseb il-fluss tal-luminożità ta’ referenza kif indikat fil-folja tad-dejta rilevanti tar-Regolament Nru. 37. |
6.2.4.4.3. |
Fil-każ ta’ modulu(moduli) LED: Il-fanal għandu jitkejjel f’6,3 V, 13,2 V jew 28,0 V rispettivament, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament. Modulu(moduli) LED imħaddem(imħaddma) b’ger tal-kontroll ta’ sors tad-dawl elettroniku għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) kif speċifikat mill-applikant. |
6.2.5. Wara iktar minn 10 minuti wara t-tqabbid, l-intensitajiet luminużi fuq punti tat-test imsemmija fit-tabella hawn taħt u fl-Anness 3, Figura B (jew riflessi mal-linja VV għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
Punti jew segmenti |
Deżinjazzjoni (**) |
Intensità luminuża (cd) |
Angolu orizzontali (gradi) |
Angolu vertikali (gradi) |
|||||||||||||||||
Mass. |
Min. |
||||||||||||||||||||
Kwalunkwe punt fiż-żona A (kkonfinat mill-koordinati li ġejjin fi gradi) 8L 8L 8R 8R 6R 1,5R V-V 4L 1U 4U 4U 2U 1,5U 1,5U H-H H-H |
625 |
|
|
|
|||||||||||||||||
2 |
B 50 L |
350 |
|
3,43 L |
0,57 u |
||||||||||||||||
3 |
75 R |
|
12 500 |
1,15 R |
0,57 D |
||||||||||||||||
4 |
50 L |
18 480 |
|
3,43 L |
0,86 D |
||||||||||||||||
5 |
25 L1 |
18 800 |
|
3,43 L |
1,72 D |
||||||||||||||||
6 |
50 V. |
|
7 500 |
0 |
0,86 D |
||||||||||||||||
7 |
50 R |
|
12 500 |
1,72 R |
0,86 D |
||||||||||||||||
8 |
25 L2 |
|
2 500 |
9 L |
1,72 D |
||||||||||||||||
9 |
25 R1 |
|
2 500 |
9 R |
1,72 D |
||||||||||||||||
10 |
25 L3 |
|
1 250 |
15 L |
1,72 D |
||||||||||||||||
11 |
25 R2 |
|
1 250 |
15 R |
1,72 D |
||||||||||||||||
12 |
15 L |
|
625 |
20 L |
2,86 D |
||||||||||||||||
13 |
15 R |
|
625 |
20 R |
2,86 D |
||||||||||||||||
14 |
|
|
8 L |
4 u |
|||||||||||||||||
15 |
|
|
0 |
4 u |
|||||||||||||||||
16 |
|
|
8 R |
4 u |
|||||||||||||||||
17 |
|
|
4 L |
2 u |
|||||||||||||||||
18 |
|
|
0 |
2 u |
|||||||||||||||||
19 |
|
|
4 R |
2 u |
|||||||||||||||||
20 |
|
|
65 |
8 R |
0 |
||||||||||||||||
21 |
|
|
125 |
4 L |
0 |
||||||||||||||||
Bidla mill-kategorija A għall-kategorija B |
Segment I |
|
3 750 |
5,15 L sa 5,15 R |
0,86 D |
||||||||||||||||
C - D |
|
1 750 |
|
2,5 R |
1 u |
||||||||||||||||
E sa F |
Segment III u taħt |
12 500 |
|
9,37 L sa 8,53 R |
4,29 D |
||||||||||||||||
|
E max R |
43 800 |
|
Lemin tal-linja VV |
Fuq 1,72 D |
||||||||||||||||
|
E max L |
31 300 |
|
Xellug tal-linja VV |
|
||||||||||||||||
Nota: Fit-tabella:
|
6.2.6. Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.5 imsemmi qabel għandhom japplikaw ukoll għall-fanali ta’ quddiem iddisnjati biex jipprovdu dawl fil-liwjiet u/jew li jinkludu s-sors tad-dawl addizzjonali jew il-modulu(i) LED imsemmija fil-paragrafu 6.2.4.2. Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem iddisinjat biex jipprovdi dawl fil-liwjiet l-allinjament tiegħu jista’ jitbiddel, bil-kundizzjoni li l-assi tar-raġġ ma jiġix imċaqlaq vertikalment b’iktar minn 0,2°.
6.2.6.1. Jekk dawl fil-liwjiet jinkiseb permezz ta’:
6.2.6.1.1. |
Tidwir tar-raġġ baxx jew ċaqliq orizzontalment tal-liwja tal-minkeb tal-punt tal-waqfien, il-kejl għandu jitwettaq wara li l-assemblaġġ komplut tal-fanal ta’ quddiem ikun ġie mmirat mill-ġdid orizzontalment, eż. permezz ta’ gonjometru; |
6.2.6.1.2. |
Ċaqliq ta’ parti ottika waħda jew iktar minn waħda tal-fanal ta’ quddiem mingħajr ma tiġi mċaqalqa orizzontalment il-liwja tal-minkeb tal-punt tal-waqfien, għandu jitwettaq kejl b’dawn il-partijiet fil-pożizzjoni estrema tat-tħaddim tagħhom; |
6.2.6.1.3. |
Mezzi ta’ sors ta’ dawl wieħed addizzjonali jew modulu(i) LED wieħed jew iktar minn wieħed mingħajr ma tiġi mċaqilqa orizzontalment il-liwja tal-minkeb tal-punt tal-waqfien, għandu jitwettaq kejl b’dan is-sors tad-dawl jew modulu(i) LED attivati. |
6.3. Dispożizzonijiet dwar raġġi għas-sewqan
6.3.1. Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem iddisinjat biex jipprovdi raġġ għas-sewqan u raġġ baxx, għandu jittieħed kejl tal-intensità luminuża tar-raġġ għas-sewqan bl-istess allinjament tal-fanal ta’ quddiem bħal dak għall-kejl skont il-paragrafu 6.2.5 imsemmi qabel; fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem li tipprovdi raġġ għas-sewqan biss, din għandha tiġi aġġustata b’tali mod biex l-erja tal-intensità luminuża massima tiġi ċċentrata fuq il-punt ta’ intersezzjoni tal-linji H-H u V-V; dan il-fanal ta’ quddiem għandu jissodisfa biss ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 6.3. Il-vultaġġi tal-ittestjar huma l-istess bħal fil-paragrafu 6.2.4.4.
6.3.2. Huwa possibbli li jintużaw diversi sorsi tad-dawl għal raġġ għas-sewqan, dawn is-sorsi tad-dawl ikunu mniżżla fir-Regolament Nru 37 (f’dan il-każ il-fanali tal-filament għandhom jitħaddmu fil-fluss tal-luminożità ta’ referenza tagħhom), fir-Regolament Nru 99 u/jew jistgħu jkunu modulu(moduli) LED. Fejn jintuża aktar minn sors ta’ dawl wieħed biex jipprovdi r-raġġ għas-sewqan, dawn is-sorsi tad-dawl għandhom jitħaddmu flimkien biex ikun iddeterminat il-valur massimu tal-intensità luminuża (IM).
Huwa possibbli wkoll li parti mir-raġġ għas-sewqan prodott minn waħda minn dawn is-sorsi tad-dawl tintuża esklussivament għal sinjali tal-ħin qosra (flash to pass) kif dikjarat mill-applikant. Dan għandu jiġi indikat fl-illustrazzjoni rilevanti u għandha tiddaħħal nota fil-formola ta’ komunikazzjoni.
6.3.3. B’referenza għall-Anness 3, Figura C, u t-tabella t’hawn taħt, id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża tar-raġġ għas-sewqan għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin.
Punt tat-Test |
Koordinati angolari Gradi |
Intensità luminuża meħtieġa cd |
|
|
Min. |
H-5L |
0,0, 5,0 L |
6 250 |
H-2.5L |
0,0, 2,5 L |
25 000 |
H-2.5R |
0,0, 2,5 R |
25 000 |
H-5R |
0,0, 5,0 R |
6 250 |
6.3.3.1. Il-punt tal-intersezzjoni (HV) tal-linji HH u VV għandu jinstab fl-isolux li jirrappreżenta 80 fil-mija tal-intensità luminuża massima. Dan il-valur massimu (IM) ma għandux ikun inqas minn 43 800 cd.
6.3.3.2. Il-valur massimu (IM) ma għandu, fl-ebda cirkostanza, jaqbeż il-215 000 cd;
6.3.4. Il-marka ta’ referenza (IM) ta’ din l-intensità luminuża massima, li tissemma fil-paragrafu 6.3.3.2 aktar ‘il fuq, għandha tinkiseb permezz tal-proporzjon:
I′M = IM/4 300.
Dan il-valur għandu jitqarreb għall-valur 7,5 – 10 – 12,5 – 17,5 - 20 – 25 – 27,5 – 30 – 37,5 – 40 – 45 – 50.
6.4. Dispożizzjonijiet dwar rifletturi mobbli
6.4.1. Bil-fanal imwaħħal skont il-pożizzjonijiet kollha deskritti fil-paragrafu 2.1.4, il-fanal ta’ quddiem għandu jissodisfa r-rekwiżiti fotometriċi tal-paragrafu 6.2 jew 6.3, jew it-tnejn li huma.
6.4.2. Testijiet addizzjonali jitwettqu wara li r-riflettur ikun ġie mmejjel vertikalment ‘il fuq bl-angolu msemmi fil-paragrafu 2.1.4 jew 2 gradi, skont liema jkun l-iżgħar, permezz tat-tagħmir għall-immirar tal-fanali ta’ quddiem. Il-fanal ta’ quddiem imbagħad jiġi mmirat mill-ġdid ‘l isfel (permezz tal-gonjometru), u l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi għandhom jintlaħqu fil-punti li ġejjin:
Raġġ baxx prinċipali |
: |
HV u 75 R (75 L rispettivament); |
Raġġ għas-sewqan |
: |
IM u l-punt HV (perċentwal ta’ IM). |
Jekk l-apparat tal-immirar ma jippermettux moviment kontinwu, tintgħażel il-pożizzjoni l-iktar viċin ta’ 2 gradi.
6.4.3. Ir-riflettur jerġa jinġieb lura fil-pożizzjoni angolari nominali tiegħu kif definit fil-paragrafu 6.2.2, u l-gonjometru jitressaq lura fil-pożizzjoni oriġinali. Ir-riflettur jixxaqleb vertikalment ‘l isfel bl-angolu msemmi fil-paragrafu 2.1.4, jew 2 gradi, skont liema jkun l-iżgħar, permezz tal-apparat li jimmira l-fanal ta’ quddiem. Il-fanal ta’ quddiem mbagħad jiġi mmirat mill-ġdid ‘il fuq (permezz tal-gonjometru pereżempju) u jiġu verifikati l-punti bħal fil-paragrafu 6.5.2.
7. QIES TAL-ISKUMDITÀ U/JEW DIŻABBILTÀ
L-iskumdità u/jew id-diżabbiltà kkawżati mir-raġġ baxx tal-fanali ta’ quddiem għandhom jitkejlu (9).
C. DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI ADDIZZJONALI
8. MODIFIKA TAT-TIP TA’ FANAL TA’ QUDDIEM U ESTENZJONI TAL-APPROVAZZJONI
8.1. |
Kull modifika tat-tip ta’ fanal ta’ quddiem inkluż il-ballast għandha tiġi notifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ fanal ta’ quddiem. Id-dipartiment imsemmi jista’ mbagħad jew:
|
8.2. |
Konferma jew ċaħda jew approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdiliet, għandha tintbagħat permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.1.5 msemmi qabel lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. |
8.3. |
L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estenzjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje li kull waħda mill-formoli ta’ komunikazzjoni mfassla għal din l-estenzjoni u tinforma dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
9. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. |
Il-fanali ta’ quddiem approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu mmanifatturati b’mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 6. |
9.2. |
Sabiex ikun ivverifikat li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-paragrafu 9.1. għandhom isiru kontrolli xierqa tal-produzzjoni. |
9.3. |
Id-detentur tal-approvazzjoni għandu, b’mod partikolari:
|
9.4. |
L-awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, meta jidhrilha, tivverifika l-metodi ta’ kontroll dwar il-konformità applikabbli għal kull unità ta’ produzzjoni.
|
9.5. |
Fanali ta’ quddiem b’difetti evidenti ma jiġux ikkunsidrati. |
9.6. |
Il-marka ta’ referenza ma tiġix ikkunsidrata. |
9.7. |
Il-punti ta’ kejl 14 sa 21 mill-paragrafu 6.2.6 ta’ dan ir-Regolament ma jiġux ikkunsidrati. |
10. PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
10.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti ma jiġux sodisfatti jew jekk fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ma jikkonformax mat-tip approvat. |
10.2. |
Fil-każ ta’ Parti kontraenti għall-Ftehim li japplika r-Regolament preżenti jirtira omologazzjoni li qabel kien ta, dan għandu jinforma b’dan minnufih lill-Partijiet l-oħrajn kontraenti li japplikaw ir-Regolament preżenti, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-eżempju tal-Anness 1 tar-Regolament preżenti. |
11. PRODUZZJONI MWAQQFA DEFINITTIVAMENT
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ fanal ta’ quddiem approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
12. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti, l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.
13. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
13.1. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 f’dan ir-Regolament l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01. |
13.2. |
Sa 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament rigward il-bidliet introdotti mis-serje 01 ta’ emendi li jirrigwardaw il-proċeduri tal-ittestjar fotometriku li jinvolvu l-użu tas-sistema ta’ koordinati sferiċi u l-ispeċifikazzjoni tal-valuri tal-intensità luminuża, u sabiex is-Servizzi Tekniċi (il-laboratorji tat-testijiet) ikunu jistgħu jaġġornaw it-tagħmir tal-ittestjar tagħhom, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi fejn jintuża tagħmir tal-ittestjar eżistenti b’konverżjoni xierqa tal-valuri, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
13.3. |
Minn 60-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk il-fanal ta’ quddiem ikun jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi. |
13.4. |
Approvazzjonijiet eżistenti għal fanali ta’ quddiem li diġa’ ġew mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 għandhom jibqgħu validi indefinittivament. |
13.5. |
Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estenzjonijiet ta’ approvazzjonijiet għas-serje preċedenti ta’ dan ir-Regolament. |
(1) Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jwaqqaf Parti Kontraenti ta’ dan il-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament milli tipprojbixxi li “PL” (Lenti tal-Plastik) approvata għal fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament tingħaqad ma’ apparat mekkaniku li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem (jiġifieri b’wajpers) fuq vetturi li tirreġistra.
(2) Għal sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass ara r-Regolament Nru 99.
(3) Jekk il-lenti ma tistax tinqala’ mill-isruttura ewlenija tal-fanal ta’ quddiem, marka unika skont il-paragrafu 4.2.5. għandha tkun suffiċjenti.
(4) In-numri differenti tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.
(5) Rekwiżiti tekniċi għal sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass: ara r-Regolament Nru 99.
(6) L-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni ta’ fanali mgħammra b’dawn il-miżuri huma mogħtija fir-Regolament Nru 48.
(7) 7/Dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għall-iswiċċ tal-kontroll.
(8) Il-konformità mar-rekwiżiti għall-kumpatibbiltà elettromanjetika hija rilevanti għat-tip ta’ vettura individwali.
(*) L-intensitajiet tal-illuminazzjoni fil-punti 14 sa 19 għandhom ikunu tali li:
|
14 + 15 + 16 ≥ 190 cd u |
|
17 + 18 + 19 ≥ 375 cd. |
(**) Għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug, l-ittra R għandha tiġi sostitwita permezz ta’ ittra L u viċe versa.
(9) Dan ir-rekwiżit għandu jkun -suġġett ta’ rakkomandazzjoni għall-benefiċċju tal-amministrazzjonijiet.
ANNESS 2
EŻEMPJI TA’ ARRANĠAMENTI TA’ MARKI TAL-APPROVAZZJONI
Figura 1
Il-fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq huwa fanal ta’ quddiem approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), bin-numru tal-approvazzjoni 2439, li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat bis-serje 01 ta’ emendi. Ir-raġġ baxx huwa maħsub għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin biss.
Il-Figura 30 tindika li l-intensità luminuża massima tar-raġġ baxx hija bejn 123 625 u 145 125 candela.
Nota: In-numru tal-approvazzjoni u simboli addizzjonali għandhom jitqegħdu viċin iċ-ċirku u jew ‘il fuq minn jew taħt l-ittra “E”, jew fuq in-naħa tal-lemin jew tax-xellug ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri li jiffurmaw in-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-ittra “E”, u jħarsu lejn l-istess direzzjoni.
L-użu tan-numri Rumani bħala numru tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra.
Figura 2
|
Figura 3a
|
Il-fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq huwa fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, fir-rigward kemm tar-raġġ baxx kif ukoll tar-raġġ għas-sewqan u ddisinjat:
Għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug biss |
Għaż-żewġ sistemi tat-traffiku, permezz ta’ aġġustament kif meħtieġ tas-setting tal-unità ottika jew is-sors tad-dawl fuq il-vettura |
Figura 3b
Figura 4
|
Figura 5
|
Il-fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq huwa fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass għar-raġġ baxx biss u huwa mgħammar b’lenti ta’ materjal tal-plastik, u ddisinjat:
Għaż-żewġ sistemi tat-traffiku |
Għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin biss |
Figura 6
Il-fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq huwa fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, b’sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għar-raġġ għas-sewqan, u huwa kkombinat jew raggruppat jew inkorporat reċiprokament ma’ fanal għaċ-ċpar fuq quddiem.
Figura 7 a
|
Figura 7b
|
Il-fanal ta’ quddiem li jkollu l-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq huwa fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi:
B’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass fir-rigward tar-raġġ baxx biss u huwa ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug biss. |
L-istess arranġament bħall-Figura 6, iżda l-fanal għaċ-ċpar fuq quddiem ma jistax jinxtegħel simultanjament mar-raġġ għas-sewqan. |
Figura 8
|
Figura 9
|
Identifikazzjoni ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, u jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik,
u kkombinat jew raggruppat jew inkorporat reċiprokament ma’ raġġ għas-sewqan R 8 tal-aloġenu. |
iddisinjata għaż-żewġ sistemi ta’ traffiku. |
Ir-raġġ baxx m’għandux jinxtegħel simultanjament mar-raġġ għas-sewqan tal-aloġenu. Ir-raġġ baxx huwa maħsub għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin biss. |
Ir-raġġ baxx m’għandux jinxtegħel simultanjament ma’ fanal ta’ quddiem ieħor inkorporat reċiprokament. |
Figura 10
Il-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq tidentifika sistema tal-illuminazzjoni distribwita li tuża sors tad-dawl li jitfa’ l-gass u tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, fir-rigward kemm tar-raġġ baxx kif ukoll tar-raġġ għas-sewqan għaż-żewġ sistemi tat-traffiku.
Eżempji ta’ mmarkar simplifikat possibbli għal fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament imwaħħla fuq quddiem tal-vettura
Figura 11
(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma u l-arranġament ġenerali tal-apparat li jagħti sinjali bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka tal-approvazzjoni)
Mudell A
Mudell B
Mudell C
Mudell D
Nota: L-erba’ kampjuni li jidhru fuq jikkorrispondu ma’ apparat tad-dawl li jkollhom marka tal-approvazzjoni relatata ma’:
|
Fanal li jitwaħħal fuq quddiem approvat skont is-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 7, għal installazzjoni fuq in-naħa tax-xellug; |
|
Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx li jitfa’ l-gass iddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u fuq in-naħa tax-xellug u raġġ għas-sewqan li jitfa’ l-gass b’intensità massima inkluża bejn 123 625 u 145 125 (kif indikat min-numru 30), approvat skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u li jinkorpora lenti tal-materjal ta-plastik; |
|
Fanal għaċ-ċpar fuq quddiem approvat skont is-serje 02 ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru 19 u li jinkorpora lenti tal-materjal tal-plastik; |
|
Fanal tal-indikejter ta’ quddiem tal-kategorija 1a approvat skont is-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 6. |
Figura 12
Fanal inkorporat reċiprokament jew raggruppat ma’ fanal ta’ quddiem
Eżempju 1
L-eżempju ta’ hawn fuq fuq jikkorrispondi mal-marka ta’ lenti maħsuba biex tintuża f’tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jiġifieri:
Jew:
Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx iddisinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u raġġ għas-sewqan b’intensità luminuża massima inkluża bejn 80 625 u 96 750 candelas (kif indikat min-numru 20) approvata fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 8 kif emendat mis-serje 04 ta’ emendi 04, u
Fanal li jitwaħħal quddiem approvat skont is-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 7,
Jew
Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx li jitfa’ l-gass u raġġ għas-sewqan b’intensità luminuża massima inkluża bejn 123 625 u 145 125 candelas (kif indikat min-numru 30), iddisinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, li jkun inkorporat reċiprokament mal-istess fanal li jitwaħħal quddiem bħal fuq,
Jew
Anke kwalunkwe wieħed mill-fanali ta’ quddiem imsemmija qabel approvati bħala fanal wieħed.
L-isruttura ewlenija tal-fanal ta’ quddiem għandu jkollu l-uniku numru tal-approvazzjoni validu, pereżempju:
|
|
jew |
|
jew |
|
jew |
|
Eżempju 2
L-eżempju li jidher fuq jikkorrispondi mal-marki ta’ lenti tal-plastik u jintuża f’assemblaġġ ta’ żewġ fanali ta’ quddiem approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) bin-numru tal-approvazzjoni 81151, li jikkonsisti fi:
|
Fanal ta’ quddiem li jitfa’ raġġ baxx tal-aloġenu ddisinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u raġġ għas-sewqan tal-aloġenu b’intensità luminuża massima bejn x u y candelas, li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 8 u, |
|
Fanal ta’ quddiem li jitfa’ raġġ għas-sewqan li jitfa’ l-gass b’intensità luminuża massima inkluża bejn w u z candelas, li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi, l-intensitajiet luminużi massimi tal-kontributuri tar-raġġ għas-sewqan fit-totalità tagħhom inklużi bejn 123 625 u 145 125 candelas kif jidher bin-numru 30. |
Figura 13
Moduli LED
Il-modulu LED li jkollu l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl li jidher fuq ġie approvat flimkien ma’ fanal approvat fl-Italja (E3) bin-numru tal-approvazzjoni 17325.
ANNESS 3
SISTEMA TAL-KEJL TAL-KOORDINATI SFERIĊI U L-POSTIJIET TAL-PUNTI TAT-TEST
Figura A
Sistem għall-kejl tal-koordinati sferiċi
Test ta 'immaġni
Figura B
Raġġ baxx għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin
Il-postijiet tal-punt tat-test għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug huma riflessi fuq il-linja VV
Figura C
Punti tat-test tar-raġġ għas-sewqan
ANNESS 4
TESTIJIET TAL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOMETRIKA TA’ FANALI TA’ QUDDIEM WAQT LI QED JITĦADDMU
Test fuq fanali ta’ quddiem kompluti
Ladarba l-valuri fotometriċi jkunu tkejlu skont il-preskrizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, fil-punt għal Imax għal raġġ għas-sewqan u fil-punti HV, 50 R u B 50 L għal raġġ baxx (jew HV, 50 L, B 50 R għal fanali ta’ quddiem iddisinjati għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug) kampjun ta’ fanal ta’ quddiem komplut għandu jiġi ttestjat għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika waqt it-tħaddim. “Fanal ta’ quddiem komplut” għandha tfisser il-fanal komplut innifsu inkluż(i) il-ballast(s) u dawk il-partijiet tal-istruttura u l-fanali ta’ madwaru li jistgħu jaffettwaw id-dissipazzjoni termali tiegħu.
It-testijiet għandhom jitwettqu:
(a) |
F’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f’temperatura tal-ambjent ta’ 23 °C ± 5 °C, u l-kampjun tat-test ikun immuntat fuq bażi li tirrappreżenta l-installazzjoni korretta tal-vettura; |
(b) |
Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl sostitwibbli: billi jintużaw sorsi ta’ dawl tal-filament minn produzzjoni tal-massa, li jkunu ntużaw għal mill-inqas siegħa, jew sorsi ta’ dawl li jitfgħu l-gass minn produzzjoni tal-massa, li jkunu ntużaw għal mill-inqas 15-il siegħa jew moduli LED minn produzzjoni tal-massa li jkunu ntużaw għal mill-inqas 48 siegħa u mkessħa għal temperatura ambjentali qabel ma jinbdew it-testijiet kif speċifikat f’dan ir-Regolament. Il-moduli LED provduti mill-applikant għandhom jintużaw. |
It-tagħmir tal-kejl għandu jkun ekwivalenti għal dak użat matul testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-fanali ta’ quddiem.
Il-kampjun tal-ittestjat għandu jitħaddem mingħajr ma jiġi żmuntat minn jew aġġustat mill-ġdid fir-relazzjoni tal-immuntar tal-ittestjar tiegħu. Is-sors tad-dawl użat għandu jkun sors tad-dawl tal-kategorija speċifikata għal dak il-fanal ta’ quddiem.
1. TEST GĦALL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOMETRIKA
It-testijiet għandhom jitwettqu f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f’temperatura ambjentali ta’ 23 ± 5 °C, bil-fanal ta’ quddiem kompluta mmuntata fuq bażi li tirrapreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura.
1.1. Fanal ta’ quddiem nadif
Il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għal 12-il siegħa kif deskritt fis-sottoparagrafu 1.1.1 u jiġi kkontrollat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.1.2.
1.1.1. Proċedura tat-test
Il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għal perjodu skont il-ħin speċifikat, sabiex:
(a) |
Fil-każ fejn funzjoni waħda biss tad-dawl (raġġ għas-sewqan jew raġġ baxx) għandha tiġi approvata, is-sors tad-dawl korrispondenti għandu jinxtegħel għall-ħin preskritt (1); |
(b) |
Fil-każ ta’ fanal ta’ raġġ baxx u fanal ta’ raġġ għas-sewqan inkorporati reċiprokament jew fil-każ ta’ fanal għaċ-ċpar fuq quddiem u fanal ta’ quddiem b’raġġ għas-sewqan inkorporati reċiprokament:
|
(c) |
Fil-każ ta’ funzjonijiet tad-dawl raggruppati, il-funzjonijiet individwali kollha għandhom jinxtegħlu simultanjament għall-ħin speċifikat għall-funzjonijiet tad-dawl individwali (a), b’kunsiderazzjoni wkoll tal-użu ta’ funzjonijiet tad-dawl inkorporati reċiprokament (b), skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. |
(d) |
Fil-każ ta’ raġġ baxx maħsub biex jipprovdi dawl fil-liwjiet flimkien ma’ sors tad-dawl, dan is-sors tad-dawl għandu jinxtegħel għal 1 m, u jintefa għal 9 minuti matul l-attivazzjoni tar-raġġ baxx biss (ara l-Appendiċi). |
(e) |
F’każ li r-raġġ għas-sewqan juża diversi sorsi tad-dawl skont il-paragrafu 6.3.2 u jekk l-applikant jiddikjara li parti mir-raġġ għas-sewqan (wieħed minn dawn is-sorsi tad-dawl addizzjonali) għandu jintuża esklussivament għal sinjali għal ħin qasir (flash to pass), it-test għandu jitwettaq mingħajr din il-parti tar-raġġ għas-sewqan. |
1.1.1.2. Vultaġġ tal-ittestjar
Il-vultaġġ għandu jiġi applikat għat-terminali tal-kampjun tal-ittesjtar kif ġej:
(a) |
Fil-każ ta’ sors(i) tad-dawl tal-filament sostitwibbli mħaddma direttament fil-kundizzjonijiet tas-sistema tal-vultaġġ tal-vettura: it-test għandu jitwettaq b’6,3 V, 13,2 V jew 28,0 V kif applikabbli minbarra jekk l-applikant jispeċifika li l-kampjun għall-ittestjar jista’ jintuża b’vultaġġ differenti. F’dan il-każ, it-test għandu jitwettaq bis-sors tad-dawl tal-filament imħaddem bl-ogħla vultaġġ li jista’ jintuża. |
(b) |
Fil-każ ta’ sors(i) tad-dawl li jitfa’(jitfgħu) l-gass sostitwibbli: Il-vultaġġ tat-test tal-kontroll elettroniku tas-sors tad-dawl huwa ta’ 13,2 ± 0,1 V għal sistema tal-vultaġġ tal-vettura ta’ 12 V, ħlief jekk speċifikat mod ieħor fl-applikazzjoni tal-approvazzjoni. |
(c) |
Fil-każ ta’ sors tad-dawl mhux sostitwibbli mħaddem direttament fil-kundizzjonijiet tas-sistema tal-vultaġġ tal-vettura: Il-kejl kollu fuq unitajiet tad-dawl mgħammra b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (sorsi tad-dawl tal-filament u/jew oħrajn) għandu jsir b’6,3 V, 13,2 V jew 28,0 V jew b’vultaġġi oħra skont is-sistema tal-vultaġġ tal-vettura kif speċifikat mill-applikant rispettivament. |
(d) |
Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl, sostitwibbli jew mhux sostitwibbli, li jitħaddmu indipendentement mill-vultaġġ tal-provvista tal-vettura u kkontrollati totalment mis-sistema, jew, fil-każ ta’ sorsi tad-dawl provduti b’apparat tal-provvista u tat-tħaddim, il-vultaġġi tal-ittestjar kif speċifikati fuq għandhom jiġu applikati lit-terminali tad-dħul ta’ dak l-apparat. Il-laboratorju tal-ittestjar jista’ jitlob mill-manifattur l-apparat tal-provvista u tat-tħaddim jew provvista tal-elettriku speċjali meħtieġa biex tipprovdi s-sors(i) tad-dawl. |
(e) |
Modulu(i) LED għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) b’6,75 V, 13,2 V jew 28,0 V rispettivament, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament. Modulu(i) LED imħaddem(imħaddma) b’ger tal-kontroll ta’ sors tad-dawl elettroniku għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) kif speċifikat mill-applikant. |
(f) |
Meta fanali ta’ senjalazzjoni jkunu raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament f’kampjun għall-ittestjar u jaħdmu b’vultaġġi ma jkunux il-vultaġġi nominali ta’ 6 V, 12 V jew 24 V rispettivament, il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif iddikjarat mill-manifattur għall-funzjonament fotometriku korrett ta’ dak il-fanal. |
1.1.2. Riżultati tal-ittestjar
1.1.2.1. Spezzjoni viżwali:
Ladarba l-fanal ta’ quddiem ikun ġie stabilizzat għat-temperatura ambjentali, il-lenti tal-fanal ta’ quddiem u l-lenti esterna, jekk applikabbli, għandhom jitnaddfu b’ċarruta tal-qoton nadifa u niedja. Din għandha mbagħad tiġi spezzjonata viżwalment; ebda tgħawwiġ, deformazzjoni, tixqiq jew bidla fil-kulur la tal-lenti tal-fanal ta’ quddiem u lanqas tal-lenti esterna, jekk applikabbli, ma għandu jidher.
1.1.2.2. Test fotometriku:
Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-valuri fotometriċi għandhom jiġu verifikati għall-punti li ġejjin:
|
Raġġ baxx:
|
|
Raġġ għas-sewqan: Punt Imax. |
Immirar ieħor jista’ jitwettaq sabiex jippermetti kwalunkwe deformazzjoni tal-bażi tal-fanal ta’ quddiem minħabba s-sħana (il-bidla fil-pożizzjoni tal-linja tal-punt tal-waqfien hija koperta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness).
Ħlief għall-punt B50 L, diskrepanza ta’ 10 fil-mija bejn il-karatteristiċi fotometriċi u l-valuri mkejla qabel it-test hija permissibbli nkluż it-tolleranzi tal-proċedura fotometrika. Sal-punt B50 L, il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur fotometriċi mkejla qabel it-test b’iktar minn 170 cd.
1.2. Fanal ta’ quddiem maħmuġ
Wara li tiġi ttestjata kif speċifikat fis-sottoparagrafu 1.1 imsemmi qabel, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għal siegħa kif deskritt fis-sottoparagrafu 1.1.1, wara li jkun ġie ppreparat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.2.1, u verifikat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.1.2.
1.2.1. Preparazzjoni tal-fanal ta’ quddiem
1.2.1.1. Taħlita tal-ittestjar
1.2.1.1.1. |
Għal fanal ta’ quddiem bil-lenti ta’ barra tal-ħġieġ:
|
1.2.1.1.2. |
Għal fanal ta’ quddiem bil-lenti ta’ barra tal-plastik:
|
1.2.1.2. Applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar fuq il-fanal ta’ quddiem:
It-taħlita tal-ittestjar għandha tiġi applikata b’mod uniformi fuq il-wiċċ kollu li jemetti d-dawl tal-fanal ta’ quddiem u mbagħad titħalla tinxef. Din il-proċedura għandha tiġi ripetuta sakemm il-valur ta’ dawl ikun naqas għal 15-20 fil-mija tal-valuri mkejla għal kull wieħed minn dawn il-punti fil-kundizzjonijiet deskritti f’dan l-Anness:
|
Il-punt ta’ Emax fir-raġġ baxx/fir-raġġ għas-sewqan u fir-raġġ għas-sewqan biss, |
|
50 R u 50 V (5) għall-fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ baxx biss, iddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin, |
|
50 L u 50 V (5) għall-fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ baxx biss, iddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin. |
2. TEST GĦALL-BIDLA FIL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-PUNT TAL-WAQFIEN TAĦT L-EFFETT TAS-SĦANA
Dan it-test jikkonsisti fil-verifika li t-tendenza vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana ma taqbiżx valur speċifikat għal fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx li jkun qed jitħaddem.
Il-fanal ta’ quddiem ittestjat skont il-paragrafu 1. għandu jiġi soġġett għat-test deskritt fil-paragrafu 2.1, mingħajr ma jitneħħa jew jiġi aġġustat mill-ġdid fir-rigward tal-immuntar tal-ittestjar tiegħu.
Jekk il-fanal ta’ quddiem ikollu riflettur jiċċaqlaq, il-pożizzjoni l-iktar viċin il-linja angolari vertikali medja biss għandha tintgħażel għal dan it-test.
2.1. Test għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx
It-test għandu jitwettaq f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq b’temperatura ambjentali ta’ 23 ± 5 °C.
Permezz tal-użu ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gas minn produzzjoni tal-massa jkun intuża għal mill-inqas 15-il siegħa, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem b’funzjoni ta’ raġġ baxx mingħajr ma jiġi żmuntat jew aġġustat mill-ġdid fir-rigward tal-immuntar tal-ittestjar tiegħu. (Għall-iskop ta’ dan it-test, il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2). Il-pożizzjoni tal-linja ta’ waqfien fil-parti orizzontali tagħha (bejn VV u l-linja vertikali li tgħaddi mill-punt B 50 L għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin jew B 50 R għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug) għandha tkun ivverifikata 3 minuti (r3) u 60 minuta (r60) rispettivament wara li titħaddem.
Il-kejl tal-varjazzjoni fil-pożizzjoni tal-linja tal-punt tal-waqfien kif deskritt qabel għandu jitwettaq permezz ta’ kwalunkwe metodu li jagħti preċiżjoni aċċettabbli u riżultati li jistgħu jistgħu riprodotti.
2.2. Riżultati tal-ittestjar
2.2.1. |
Ir-riżultat f’milliradians (mrad) għandu jiġi kkunsidrat aċċettabbli għal bozza ta’ quddiem b’raġġ għaddieni meta l-valur assolut irreġistrat fuq il-bozza ta’ quddiem ma jkunx aktar minn 1,0 mrad (Δ r1 ≤ 1,0 mrad) ‘il fuq u mhux iktar minn 2,0 mrad (Δ r1 ≤ 2,0 mrad) ‘l isfel. |
2.2.2. |
Madankollu, jekk dan il-valur ikun:
Għandu jiġi ttestjat kampjun ta’ fanal ta’ quddiem ieħor kif deskritt fil-paragrafu 2.1 wara li jkun ġie suġġett tliet darbiet wara xulxin għaċ-ċiklu deskritt aktar ‘l isfel, sabiex tiġi stabbilizzata l-pożizzjoni tal-partijiet mekkaniċi tal-fanal ta’ quddiem fuq bażi li tirrappreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura:
|
(1) Meta l-fanal ta’ quddiem ittestjat huwa raggruppat u/jew reċiprokament inkorporat ma’ fanali li jagħtu s-sinjal, dawn tal-aħħar għandhom jinxtegħlu sakemm idum it-test. Fil-każ ta’ fanal tal-indikejter, għandu jinxtegħel billi jteptep, b’rata indaqs għal meta jkun mitfi u mixgħul.
(2) Jekk jinxtegħlu żewġ sorsi tad-dawl jew aktar sinultanjament meta jintuża t-teptip tal-fanali ta’ quddiem, dan ma għandux jiġi kunsidrat użu normali tas-sorsi tad-dawl simultanjament.
(3) 3/NaCMC jirrappreżenta l-melħ tas-sodu tal-karbossimetilċelluloża, ġeneralment imsejjaħ CMC. L-NaCMC użat fit-taħlita tal-ħmieġ għandu jkollu grad ta’ sostituzzjoni (DS) ta’ 0,6-0,7 u viskożità ta’ 200-300 cP għal soluzzjoni ta’ 2 fil-mija f’temperatura ta’ 20 °C.
(4) It-tolleranza fuq il-kwantità hija minħabba l-ħtieġa li jinkiseb ħmieġ li jinfirex b’mod korrett fuq il-lenti tal-plastik kollha.
(5) 50 V jinsab 375 mm ‘l isfel minn HV fuq il-linja vertikali VV fuq l-iskrin f’distanza ta’ 25 m.
Appendiċi
Ħarsa ġenerali lejn perjodi operattivi li jikkonċernaw it-test għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fototmetrika
Taqsiriet |
: |
P: Fanal b’raġġ baxx D: Fanal tar-raġġ għas-sewqan (D1 + D2 tfisser żewġ raġġi għas-sewqan) F: Fanal taċ-ċpar għal quddiem |
|
Tfisser ċiklu ta' 15-il minuta mitfi u 5 minuti mixgħul |
|
Tfisser ċiklu ta' 9 minuti mitfi u minuta mixgħul |
|
Tfisser ċiklu ta' 15-il minuta mixgħul u 5 minuti mitfi |
Dawn il-fanali ta’ quddiem raggruppati u l-fanali għaċ-ċpar fuq quddiem kollha flimkien mas-simboli tal-immarkar miżjuda qed jingħataw bħala eżempji u mhumiex eżawrjenti.
ANNESS 5
Rekwiżiti għall-fanali li jinkorporaw lentijiet magħmula minn materjal tal-plastik - l-ittestjar tal-lenti jew tal-kampjuni tal-materjal u tal-fanali kompleti
1. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI
1.1. |
Il-kampjuni provduti skont il-paragrafi 2.2.5 u 2.3 ta’ dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafi 2.1 sa 2.5 isfel. |
1.2. |
Iż-żewġ kampjuni ta’ fanali/sistemi kompluti provduti skont il-paragrafu 2.2.4 ta’ dan ir-Regolament u li jinkorporaw lentijiet tal-plastik, għandhom, fir-rigward tal-materjal tal-lenti, jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet isfel. |
1.3. |
Il-kampjuni ta’ lentijiet ta’ materjal tal-plastik jew kampjuni ta’ materjal għandhom jiġu suġġetti, mar-riflettur li huma maħsuba biex jitwaħħlu miegħu (fejn applikabbli), għal testijiet tal-approvazzjoni fl-ordni kronoloġika indikata fit-tabella A riprodotta fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. |
1.4. |
Madankollu, jekk il-manifattur tal-fanal ikun jista’ jagħti evidenza li l-prodott diġà jkun għadda mit-testijiet preskritti fil-paragrafi 2.1 sa 2.5 isfel, jew it-testijiet ekwivalenti skont Regolament ieħor, dawk it-testijiet ma jkollhomx għalfejn jiġu ripetuti; it-testijiet biss preskritti fl-Appendiċi 1, tabella B, għandhom ikunu obbligatorji. |
1.5. |
Jekk il-fanali ta’ qudddiem ikunu ddisinjati għall-installazzjoni fuq in-naħa tal-lemin biss, jew għall-installazzjoni fuq in-naħa tax-xellug biss, testijiet skont dan l-Anness jistgħu jitwettqu fuq kampjun wieħed biss, skont l-għażla tal-applikant. |
2. IT-TESTIJIET
2.1. Reżistenza għal tibdil fit-temperatura
2.1.1. It-testijiet
Tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandhom jiġu soġġetti għal ħames ċikli ta’ tibdil fit-temperatura u fl-umdità (RH = umdità relattiva) skont dan il-programm:
(a) |
3 sigħat f’40 ± 2 °C u 85-95 fil-mija RH; |
(b) |
siegħa f’ 23 ± 5 °C u 60-75 fil-mija RH; |
(c) |
15 sigħat f’– 30 ± 2 °C; |
(d) |
siegħa f’ 23 ± 5 °C u 60-75 fil-mija RH; |
(e) |
3 sigħat f’80 ± 2 °C; |
(f) |
1 siegħa f’ 23 ± 5 °C u 60-75 fil-mija RH. |
Qabel dan it-test, il-kampjuni għandhom jinżammu f’23 ± 5 °C u 60-75 fil-mija RH għal mill-inqas erba’ sigħat.
Nota: |
Il-perjodi ta’ siegħa f’23 ± 5 °C għandhom jinkludu l-perjodi ta’ tranżizzjoni minn temperatura għall-oħra li jkunu meħtieġa sabiex jiġu evitati l-effetti ta’ xokk termali. |
2.1.2. Pożizzjonijiet fotometriċi
2.1.2.1. Il-metodu
Għandu jitwettaq kejl fotometriku fuq il-kampjuni qabel u wara t-test.
Dan il-kejl għandu jsir bl-użu ta’ fanal standard, fil-punti li ġejjin:
B 50 L u 50 R għar-raġġ baxx ta’ fanal b’raġġ baxx jew fanal b’raġġ baxx/għas-sewqan (B 50 R u 50 L fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem maħsuba għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug);
Imax għar-raġġ għas-sewqan.
2.1.2.2. Riżultati
Il-varjazzjoni bejn il-valuri fotometriċi mkejla fuq kull kampjun qabel u wara t-test m’għandhiex taqbeż l-10 fil-mija inklużi t-tolleranzi tal-proċedura fotometrika.
2.2. Reżistenza għal aġenti atmosferiċi u kimiċi
2.2.1. Reżistenza għal aġenti atmosferiċi
Tliet kampjuni ġodda (lentijiet jew kampjuni tal-materjal) għandhom ikunu esposti għal radjazzjoni minn sors li għandu firxa tal-enerġija spettrali simili għal dik ta’ korp iswed f’temperatura ta’ bejn 5 500 K u 6 000 K. Il-filtri xierqa għandhom jitqiegħdu bejn is-sors u l-kampjuni sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-radjazzjonijiet b’distanzi bejn il-punti korrispondenti f’mewġiet elettromanjetiċi iżgħar minn 295 nm u akbar minn 2 500 nm. Il-kampjuni għandhom ikunu esposti għal illuminazzjoni enerġetika ta’ 1 200 W/m2 ± 200 W/m2 għal perjodu b’tali mod li l-enerġija luminuża li jirċievu tkun daqs 4 500 MJ/m2 ± 200 MJ/m2. Fil-kumpartiment, it-temperatura mkejla fuq il-pannell l-iswed imqiegħed fuq livell flimkien mal-kampjuni għandha tkun 50 ± 5 °C. Sabiex tiġi żgurata espożizzjoni regolari, il-kampjuni għandhom iduru madwar is-sors ta’ radjazzjoni b’veloċità ta’ bejn 1 u 5 min–1.
Il-kampjuni għandhom jiġu sprejjati b’ilma distillat b’konduttività ta’ inqas minn 1 mS/m f’temperatura ta’ 23 ± 5 °C, skont dan iċ-ċiklu:
Sprejjar |
: |
5 minuti; |
6.12 Tnixxif |
: |
25 minuta |
2.2.2. Reżistenza għal aġenti kimiċi
Wara li jkunu twettqu t-test deskritt fil-paragrafu 2.2.1 imsemmi qabel u l-kejl deskritt fil-paragrafu 2.2.3.1 isfel, il-wiċċ ta’ barra tal-imsemmija tliet kampjuni għandu jiġi trattat kif deskritt fil-paragrafu 2.2.2.2 bit-taħlita definita fil-paragrafu 2.2.2.1 isfel.
2.2.2.1. Taħlita tal-ittestjar
It-taħlita tal-ittestjar għandha tkun magħmula minn 61,5 fil-mija n-eptan, 12,5 fil-mija toluwen, 7,5 fil-mija etil tetraklorur, 12,5 fil-mija trikloroetilene u 6 fil-mija ksilene (volum fil-mija).
2.2.2.2. Applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar
Xarrab biċċa ċarruta tal-qoton (skont ISO 105) sakemm ma tkunx tista’ tixrob aktar fit-taħlita ddefinita fil-paragrafu 2.2.2.1 ta’ aktar ‘il fuq u, f’10 sekondi, applikaha għal 10 minuti mal-wiċċ ta’ barra tal-kampjun bi pressjoni ta’ 50 N/cm2, li tikkorrispondi għal forza ta’ 100 N applikata fuq superfiċje tat-test kbira 14 × 14 mm.
Matul dan il-perjodu ta’ 10-minuti, iċ-ċarruta għandha tixxarrab għal darb’oħra bit-taħlita sabiex il-kompożizzjoni tal-likwidu applikat tkun kontinwament identika ma’ dik tat-taħlita tal-ittestjar preskritta.
Matul il-perjodu tal-applikazzjoni, huwa permissibbli li tkun ikkompensata l-pressa applikata fuq il-kampjun sabiex ma jitħalliex jixxaqqaq.
2.2.2.3. Tindif
Fit-tmiem tal-applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar, il-kampjuni għandhom jitnixxfu fil-miftuħ u mbagħad jinħaslu bis-soluzzjoni deskritta fil-paragrafu 2.3 (Reżistenza għad-diterġenti) f’ 23 ± 5 °C.
Wara l-kampjuni għandhom jitlaħalħu b’attenzjoni bl-ilma distillat li jkun fih mhux iktar minn 0,2 fil-mija ta’ impuritajiet f’23 ± 5 °C u mbagħad jintmesħu b’ċarruta ratba.
2.2.3. Riżultati
2.2.3.1. Wara t-test tar-reżistenza għall-aġenti atmosferiċi, il-wiċċ ta’ barra tal-kampjuni m’għandux ikollu xquq, brix, tixlif u deformazzjonijiet, u l-varjazzjoni medja fit-trażmissjoni , imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ma’ dan l-Anness m’għandhiex teċċedi 0,020 (Δtm < 0,020).
2.2.3.2. Wara t-test tar-reżistenza għall-aġenti kimiċi, il-kampjuni m’għandhomx ikollhom traċċi ta’ tbajja’ kimiċi li probabbli jikkawżaw varjazzjoni fid-diffużjoni tal-fluss, li l-varjazzjoni medja tagħhom , imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness m’għandhiex teċċedi 0,020 (Δdm < 0,020).
2.2.4. Reżistenza għal radjazzjonijiet tas-sorsi tad-dawl
Għandu jitwettaq dan it-test:
|
Kampjuni ċatti ta’ kull komponent tal-plastik li jittrażmetti d-dawl tal-fanal ta’ quddiem jiġu esposti għad-dawl tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass. Il-parametri bħall-angoli u d-distanzi ta’ dawn il-kampjuni għandhom ikunu l-istess bħal fil-fanal ta’ quddiem. Dawn il-kampjuni għandu jkollhom l-istess kulur u trattament tas-superfiċje, jekk applikabbli, bħall-partijiet tal-fanal ta’ quddiem. |
|
Wara 1 500 siegħa ta’ esponiment kontinwu, l-ispeċifikazzjonijiet kulurimetriċi tad-dawl trażmess għandhom ikunu jintlaħqu b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard ġdid, u s-superfiċji tal-kampjuni għandhom ikunu ħielsa minn xquq, grif, laqxiet jew deformazzjoni. |
2.3. Reżistenza għal diterġenti u idrokarburi
2.3.1. Reżistenza għal diterġenti
Il-wiċċ ta’ barra ta’ tliet kampjuni (lentijiet jew kampjuni tal-materjal) għandu jissaħħan għal 50 ± 5 °C u mbagħad tiġi mgħaddsa għal ħames minuti f’taħlita miżmuma f’23 ± 5 °C u magħmula minn 99 parti ilma distillat li jkun fih mhux iktar minn 0,02 fil-mija impuritajiet u parti waħda alkjlaril sulfonat.
Fi tmiem it-test, il-kampjuni jitnixxfu fuq 50 ± 5 °C. Il-wiċċ tal-kampjuni għandu jitnaddaf b’ċarruta niedja.
2.3.2. Reżistenza għal idrokarburi
Il-wiċċ ta’ barra ta’ dawn it-tliet kampjuni mbagħad jingħorok ħafif għal minuta waħda b’biċċa drapp tal-qoton mgħaddsa b’taħlita magħmula minn 70 % ta’ n-eptan u 30 % ta’ toluwen (perċentwal tal-volum), imbagħad imnixxef fl-arja beraħ.
2.3.3. Riżultati
Wara li dawn iż-żewġ testijiet t’hawn fuq twettqu suċċessivament, il-valur medju tal-varjazzjoni fit-trażmissjoni , imkejjel fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness m’għandux jeċċedi 0,010 (Δtm < 0,010).
2.4. Reżistenza għal deterjorazzjoni mekkanika
2.4.1. Metodu ta’ deterjorazzjoni mekkanika
Il-wiċċ ta’ barra tat-tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandu jiġi soġġett għat-test uniformi ta’ deterjorazzjoni mekkanika permezz tal-metodu deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.
2.4.2. Riżultati
Wara dan it-test, il-varjazzjonijiet:
Fit-trażmissjoni |
: |
|
U fid-diffużjoni |
: |
|
Għandhom jitkejlu skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 fiż-żona speċifikata fil-paragrafu 2.2.4 imsemmi qabel. Il-valur medju tat-tliet kampjuni għandu jkun tali li:
|
Δtm ≤ 0,100; |
|
Δdm ≤ 0,050. |
2.5. Test tat-twaħħil tal-kisjiet, jekk applikabbli
2.5.1. Preparazzjoni tal-kampjun
Superfiċje b’erja ta’ 20 mm × 20 mm tal-kisi ta’ lenti għandha tinqata’ b’xafra jew b’labra f’xibka ta’ kwadri b’daqs bejn wieħed u ieħor ta’ 2 mm × 2 mm. Il-pressjoni fuq ix-xafra jew fuq il-labra għandha tkun biżżejjed li tal-inqas taqtal-kisi.
2.5.2. Deskrizzjoni tat-test
Trid tintuża strixxa li teħel ta’ forza ta’ twaħħil ta’ 2 N/(cm ta’ wisa’) ± 20 % imkejla fil-kundizzjonijiet standard spjegati fl-Appendiċi 4 tal-Anness preżenti. Dan it-tejp li jwaħħal ta’ wisa’ minimu ta’ 25 mm, għandu jingħafas għal mill-inqas ħames minuti mal-wiċċ ippreparat skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.5.1.
Imbagħad it-tarf tat-tejp li jwaħħal għandu jitgħabba b’mod li l-forza tat-twaħħil mas-superfiċje kkunsidrata hija bbilanċjata b’forza perpendikulari għal dik is-superfiċje. F’dan l-istadju, it-tejp għandu jitqatta’ b’veloċità kostanti ta’ 1,5 m/s ± 0,2 m/s.
2.5.3. Riżultati
M’għandu jkun hemm ebda ħsara evidenti fiż-żona maqsuma f’kaxex. Ħsarat fl-intersezzjonijiet bejn il-kaxex jew fit-truf tal-qatgħat għandhom jiġu permessi, bil-kundizzjoni li ż-żona tal-ħsara ma taqbiżx il-15 fil-mija tas-superfiċje maqsuma f’kaxex.
2.6. Testijiet tal-fanal ta’ quddiem komplut li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik
2.6.1. Reżistenza għal deterjorazzjoni mekkanika tas-superfiċje tal-lenti
2.6.1.1. It-testijiet
Il-lenti tal-fanal kampjun Nru 1 għandha tiġi soġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.4.1 imsemmi qabel.
2.6.1.2. Riżultati
Wara t-test, ir-riżultati tal-kejl fotometriku mwettaq fuq il-fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament ma għandhomx jaqbżu:
(a) |
B’aktar minn 30 fil-mija l-valuri massimi preskritti fil-punti B50L u HV u b’aktar minn 10 fil-mija taħt il-valuri minimi preskritti fil-punt 75 R (fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug, il-punti li għandhom jiġu kkunsidrati huma B50R, HV u 75 L) jew |
(b) |
B’aktar minn 10 fil-mija taħt il-valuri minimi preskritti għal HV fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ għas-sewqan biss. |
2.6.2. Test tat-twaħħil tal-kisjiet, jekk applikabbli
Il-lenti tal-fanal kampjun Nru 2 għandha tiġi soġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.5 imsemmi qabel.
Appendiċi 1
ORDNI KRONOLOGIKA TA’ TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI
A. Testijiet fuq materjal plastiku (lentijiet jew kampjuni ta’ materjali provduti skont il-paragrafu 2.2.4 ta’ dan ir-Regolament)
Kampjuni It-testijiet |
Lentijiet jew kampjuni tal-materjal |
Lentijiet |
||||||||||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
11 |
12 |
13 |
14 |
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
||
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
||
|
x |
x |
x |
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
||
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
x |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
x |
|
|
|
|
B. Testijiet fuq fanali ta’ quddiem kompluti (provduti skont il-paragrafu 2.2.3 ta’ dan ir-Regolament)
It-testijiet |
Fanal ta’ quddiem komplut |
|||
Kampjun Nru |
||||
1 |
2 |
|||
|
x |
|
||
|
x |
|
||
|
|
x |
Appendiċi 2
Metodu tal-kejl tad-diffużjoni u t-trażmissjoni tad-dawl
1. TAGĦMIR (ARA L-FIGURA)
Ir-raġġ ta’ kollimatur K b’nofs diverġenza β/2 = 17,4 × 10–4 rd huwa limitat b’dijaframma DT b’fetħa ta’ 6 mm li magħha titqiegħed l-istand tal-kampjun.
Lenti akromatika konverġenti L2, korretta għall-aberrazzjonijiet sferiċi tgħaqqad id-dijaframma DT mar-riċevitur R; id-dijametru tal-lenti L2 għandu jkun tali li ma tinħoloqx dijaframma bid-dawl imxerred mill-kampjun f’kon b’nofs angolu ta’ fuq ta’ β/2 = 14°.
Dijaframma annulari DD bl-angoli α/2 = 1° u αmax/2 = 12° titqiegħed fil-pjan fokali tal-immaġni tal-lenti L2.
Il-parti ċentrali li mhix trasparenti tad-dijaframma tkun meħtieħa biex jiġi eliminat id-dawl li jkun ġej direttament mis-sors tad-dawl. Għandu jkun possibbli li titneħħa l-parti ċentrali tad-dijaframma mir-raġġ tad-dawl b’tali mod li din tmur lura eżatt għall-pożizzjoni oriġinali tagħha.
Id-distanza L2 DT u t-tul fokali F2 (1) tal-lenti L2 għandhom jintgħażlu b’mod li l-immaġni ta’ DT tkopri kompletament ir-riċevitur R.
Meta l-fluss inizjali li jolqot is-superfiċje jissemma bħala 1 000 unità, il-preċiżjoni assoluta ta’ kull qari għandha tkun aħjar minn unità waħda.
2. IL-KEJL
Għandu jittieħed il-qari li ġej:
Qari |
Bil-kampjun |
Bil-parti ċentrali ta’ DD |
Kwantità rappreżentata |
T1 |
le |
le |
Fluss li jolqot is-superfiċje fil-qari inizjali |
T2 |
Iva (qabel it-test) |
le |
Il-fluss trażmess mill-materjal il-ġdid f’medda ta’ 24° |
T3 |
Iva (wara t-test) |
le |
Il-fluss trażmess mill-materjal ttestjat f’medda ta’ 24° |
T4 |
Iva (qabel it-test) |
Iva |
Fluss imxerred mill-materjal il-ġdid |
T5 |
Iva (wara t-test) |
Iva |
Fluss imxerred mill-materjal ittestjat |
Figura 1
L-arranġament ottiku għall-kejl tal-varjazzjonijiet fid-diffużjoni u t-trażmissjoni
(1) Għal L2 huwa rrakkomandat li tintuża distanza fokali ta’ madwar 80 mm.
Appendiċi 3
METODU TAL-ITTESTJAR BL-ISPREJ
1. TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR
1.1. L-apparat tal-isprejjar
Għandu jintuża spray gun mgħammar b’żennuna b’dijametru ta’ 1,3 mm li tippermetti ġiri tal-likwidu ta’ 0,24 ± 0,02 l/minuta fi pressjoni ta’ 6,0 bar – 0,+ 0,5 bar.
Taħt dawn il-kundizzjonijiet ta’ tħaddim, għandu jinkiseb merżuq b’dijametru ta’ 170 mm ± 50 mm fuq il-wiċċ espost għad-deterjorament, f’distanza ta’ 380 mm ± 10 mm miż-żennuna.
1.2. Taħlita tal-ittestjar
It-taħlita tal-ittestjar għandha tkun magħmula minn:
(a) |
Ramel siliċiku ta’ ebusija 7 fuq l-iskala ta’ Mohr u b’daqs ta’ granula ta’ bejn 0 u 0,2 mm b’distribuzzjoni prattikament normali, li għandha fattur angulari ta’ minn 1,8 sa 2; |
(b) |
Ilma li l-ebusija tiegħu ma jkunx aktar minn 205 g/m3 għal 25 g ta’ ramel għal kull litru ta’ ilma. |
2. IT-TEST
Is-superfiċje ta’ barra tal-lentijiet tal-fanal għandha tiġi soġġetta darba jew iktar minn darba għall-azzjoni tal-ġett tar-ramel prodott kif deskritt fuq. Il-ġett għandu jiġi sprejjat kważi b’mod perpendikulari mas-superfiċje li għandu jiġi ttestjat.
Id-deterjorazzjoni għandha tiġi verifikata permezz ta’ kampjun wieħed jew iktar minn wieħed tal-ħġieġ imqiegħed bħala referenza ħdejn il-lentijiet li għandhom jiġu ttestjati. It-taħlita għandha tiġi sprejjata sakemm il-varjazzjoni fid-diffużjoni tad-dawl fuq il-kampjun jew kampjuni mkejla permezz tal-metodu deskritt fl-Appendiċi 2, ikun tali li:
Diversi kampjuni ta’ referenza jistgħu jintużaw sabiex jiġi verifikat li s-superfiċje kollha li għandha tiġi ttestjata tkun iddeterjorat b’mod omoġenju.
Appendiċi 4
TEST TAT-TWAĦĦIL TAT-TEJP ADEŻIV
1. L-GĦAN
Dan il-metofu jippermetti li tiġi determinata l-forza lineari tat-twaħħil f’kundizzjonijiet standard tat-tejp adeżiv ma’ plejt tal-ħġieġ.
2. IL-PRINĊIPJU
Kejl tal-forza meħtieġa biex jinqala’ tejp adeżiv minn ma’ plejt tal-ħġieġ f’angolu ta’ 90°.
3. KUNDIZZJONIJIET ATMOSFERIĊI SPEĊIFIKATI
Il-kundizzjonijiet tal-ambjent għandhom ikunu b’temperatura ta’ 23 ± 5 °C u 65 ± 15 fil-mija umdità relattiva (RH).
4. IL-BIĊĊIET TAT-TEST
Qabel it-test, ir-romblu tal-kampjun tat-tejp li jwaħħal għandu jiġi kundizzjonat għaal 24 siegħa fl-atmosfera speċifikata (ara l-para. 3 imsemmi qabel).
Ħames biċċiet tat-test, kull waħda twila 400 mm, għandhom jiġu ttestjati minn kull romblu. Dawn il-biċċiet tal-ittestjar għandhom jittieħdu mir-romblu wara li l-ewwel tliet dawriet jkunu ntremew.
5. PROĊEDURA
It-test għandu jitwettaq fil-kundizzjonijiet ambjentali speċifikati fil-paragrafu 3.
Ħu l-ħames biċċiet tat-test filwaqt li tħoll it-tejp b’mod radjali b’veloċità ta’ madwar 300 mm/sek, imbagħad applikahom fi 15-il sekonda bil-mod kif ġej:
|
Waħħal it-tejp mal-plejt tal-ħġieġ progressivament billi togħrok b’mod ħafif bis-saba’ mat-tul kollu, mingħajr pressa eċċessiva, b’tali mod li ma titħalla ebda bużżieqa tal-arja bejn it-tejp u l-plejt tal-ħġieġ. |
|
Ħalli l-assemblaġġ fil-kundizzjonijiet atmosferiċi speċifikati għal 10 minuti. |
|
Aqla’ madwar 25 mm mill-biċċa tat-test minn mal-folja fi pjan perpendikulari għall-assi tal-biċċa tat-test. |
|
Waħħal il-plejt u itwi lura t-tarf ħieles tat-tejp f’angolu ta’ 90°. Applika forza b’tali mod li l-linja ta’ separazzjoni bejn it-tejp u l-plejt tkun perpendikulari ma’ din il-forza u perpendikulari mal-plejt. |
|
Iġbed biex taqla’ b’veloċità ta’ 300 mm/s ± 30 mm/s u ħu nota tas-saħħa meħtieġa. |
6. RIŻULTATI
Il-ħames valur miksuba għandhom jitqegħdu fl-ordni u għandu jittieħed il-valur medju bħala r-riżultat tal-kejl. Dan il-valur għandu jiġi espress f’Newtons għal kull ċentimetru ta’ wisa’ tat-tejp.
ANNESS 6
ĊENTRU TA’ REFERENZA
Din il-marka mhux obbligatorja taċ-ċentru ta’ referenza għandha titqiegħed fuq il-lenti fl-intersezzjoni tagħha mal-assi ta’ referenza tar-raġġ baxx, u wkoll fuq il-lentijet tar-raġġi għas-sewqan meta ma jkunu la raggruppati la kkombinati u lanqas inkorporati reċiprokament ma’ raġġ baxx.
L-illustrazzjoni li tidher fuq tirrappreżenta l-marka taċ-ċentru ta’ referenza kif proġettata fuq pjan sostanzjalment tanġenti għal-lenti madwar iċ-ċentru taċ-ċirku. Il-linji li jikkostitwixxu din il-marka jistgħu jkunu jew solidi jew bit-tikek.
ANNESS 7
MARKI TAL-VULTAĠĠ
Din il-marka għandha titqiegħed fuq l-isruttura ewlenija ta’ kull fanal ta’ quddiem li jinkludi biss sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass u ballast, u fuq kull parti esterna tal-ballast. |
|
Din il-marka għandha titqiegħed fuq l-isruttura ewlenija ta’ kull fanal ta’ quddiem li jinkludi mill-inqas sors ta’ dawl li jitfa’ l-gass wieħed u ballast. |
Is-ballasts huma ddisinjati għal sistema ta’ netwerk ta’ ** volts. |
|
Is-ballasts huma ddisinjati għal sistema ta’ netwerk ta’ ** volts. |
|
|
Ebda wieħed mill-fanali tal-filament u/jew il-modulu(i) LED li fih il-fanal ta’ quddiem ma huwa ddisinjat għal sistema ta’ netwerk ta’ 24 volts. |
ANNESS 8
IR-REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROĊEDURI TA’ KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
1. ĠENERALI
1.1. |
Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati milħuqa minn perspettiva mekkanika u ġeometrika, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet fil-manifattura inevitabbli skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
1.2. |
Fir-rigward tal-prestazzjoni fotometrika, il-konformità tal-fanali ta’ quddiem minn produzzjoni tal-massa m’għandhiex tiġi kkontestata jekk, fl-ittestjar tal-prestazzjoni fotometrika ta’ kwalunkwe fanal ta’ quddiem magħżula kif ġie ġie u mkejla f’13,2 V ± 0,1 V jew kif speċifikat mod ieħor u:
|
1.3. |
Fir-rigward tal-verifika tal-bidla fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana, din il-proċedura għandha tiġi applikata:
|
1.4. |
Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità. |
1.5. |
Jekk, madankollu, aġġustament vertikali ma jkunx jista’ jitwettaq ripetutament fil-pożizzjoni meħtieġa fi ħdan it-tolleranzi deskritti fil-paragrafu 6.2.2.3 ta’ dan ir-Regolament, kampjun wieħed għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafi 2 u 3 tal-Anness 10. |
2. REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR
Għal kull tip ta’ fanal ta’ quddiem id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq mill-inqas dawn it-testijiet, f’intervalli xierqa. It-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
Jekk kwalunkwe teħid ta’ kampjuni juri nuqqas ta’ konformità fir-rigward tat-tip ta’ test ikkonċernat, kampjuni addizzjonali għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati. Il-manifattur għandu jieħu passi biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni kkonċernata.
2.1. Natura tat-testijiet
Testijiet ta’ konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u l-verifika tal-bidla fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana.
2.2. Metodi użati fit-testijiet
2.2.1. |
It-testijiet għandhom ġeneralment jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
2.2.2. |
Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, metodi ekwivalenti jistgħu jintużaw bil-kunsens tal-awtorità kompetenti responsabbli għal testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur huwa responsabbli biex jipprova li l-metodi applikati jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
2.2.3. |
L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrazzjonijiet regolari tal-apparat tal-ittestjar u l-korrelazzjoni tiegħu mal-kejl imwettaq minn awtorità kompetenti. |
2.2.4. |
Fil-każijiet kollha l-metodi ta’ referenza għandhom ikunu dawk ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-iskop ta’ verifika amministrattiva u teħid ta’ kampjuni. |
2.3. Natura ta’ teħid ta’ kampjuni
Kampjuni ta’ fanali ta’ quddiem għandhom jingħażlu kif ġie ġie mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi ifisser set ta’ fanali ta’ quddiem tal-istess tip, definit skont il-metodi tal-produzzjoni tal-manifattur.
L-evalwazzjoni għandha ġeneralment tkopri produzzjoni tas-serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista’ jiġbor flimkien rekords dwar l-istess tip minn diversi fabbriki, bil-kundizzjoni li dawn jaħdmu taħt l-istess sistema ta’ kwalità u ġestjoni tal-kwalità.
2.4. Karatteristiċi fotometriċi mkejlin u rreġistrati
Il-fanali ta’ quddiem parti mill-kampjun għandhom jiġu soġġetti għall-kejl fotometriku fil-punti stabbiliti fir-Regolament, bil-qari limitat għall-punti Imax, HV (2), HL, HR (3) fil-każ ta’ raġġ għas-sewqan, u għall-punti B 50 L (jew R) (1), HV, 50 V, 75 R (jew L) u 25 L2 (jew R2) fil-każ tar-raġġ baxx (ara l-figura fl-Anness 3).
2.5. Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità
Il-manifattur huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tat-test u sabiex jiddefinixxi, bi qbil mal-awtorità kompetenti, kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu sabiex jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-Paragrafu 9.1 ta’ dan ir-Regolament.
Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ affidabilità ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta’ suċċess f’kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 9 (l-ewwel teħid tal-kampjuni) tkun ta’ 0,95.
(1) L-ittri fil-parenteżi jirreferu għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug.
(2) Meta r-raġġ għas-sewqan ikun inkorporat reċiprokament mar-raġġ baxx, HV fil-każ tar-raġġ għas-sewqan għandu jkun l-istess punt tal-kejl bħal fil-każ tar-raġġ baxx.
(3) HL u HR: punti fuq “hh” fi 2,5 gradi fuq ix-xellug u fuq il-lemin tal-punt HV rispettivament.
ANNESS 9
REKWIŻITI MINIMI GĦAL TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR
1. ĠENERALI
1.1. |
Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati li ntlaħqu minn perspettiva mekkanika u ġeometrika, skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk applikabbli, jekk id-differenzi ma jaqbżux deviazzjonijiet inevitabbli fil-manifattura. |
1.2. |
Fir-rigward tal-prestazzjoni fotometrika, il-konformità tal-fanali ta’ quddiem minn produzzjoni tal-massa m’għandhiex tiġi kkontestata jekk, fl-ittestjar tal-prestazzjoni fotometrika ta’ kwalunkwe fanal ta’ quddiem magħżula kif ġie ġie u mkejla f’13,2 V ± 0,1 V jew kif speċifikat mod ieħor u:
|
1.3. |
Fir-rigward tal-verifika tal-bidla fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana, din il-proċedura għandha tiġi applikata:
|
1.4. |
Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità. |
1.5. |
Jekk, madankollu, aġġustament vertikali ma jkunx jista’ jitwettaq ripetutament fil-pożizzjoni meħtieġa fi ħdan it-tolleranzi deskritti fil-paragrafu 6.2.2.3 ta’ dan ir-Regolament, kampjun wieħed għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafi 2 u 3 tal-Anness 10. |
2. L-EWWEL TEĦID TAL-KAMPJUNI
Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni erba’ fanali ta’ quddiem jintagħżlu kif ġie ġie. L-ewwel kampjun minn tnejn jiġi mmarkat A, it-tieni kampjun minn tnejn jiġi mmarkat B.
2.1. Il-konformità ma tiġix ikkontestata:
2.1.1. |
Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità tal-fanali ta’ quddiem minn produzzjoni tal-massa m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjoni tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem fid-direzzjonijiet sfavorevoli jkunu:
|
2.1.2. |
Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A jiġu ssodisfati. |
2.2. Il-konformità tiġi kkontestata:
2.2.1. |
Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ fanali ta’ quddiem minn produzzjoni tal-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur mitlub jagħmel mezz li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:
|
2.2.2. |
Jew jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A ma jkunux issodisfati. |
2.3. Approvazzjoni rtirata
Il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-paragrafu 10 applikat jekk, wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:
2.3.1. |
Kampjun A
|
2.3.2. |
Kampjun B
|
2.3.3. |
Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjuni A u B ma jkunux issodisfati. |
3. IT-TEĦID RIPETUT TAL-KAMPJUNI
Fil-każijiet ta’ A3, B2, B3 teħid ta’ kampjuni ripetut, it-tielet kampjun C ta’ żewġ fanali ta’ quddiem u u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ fanali ta’ quddiem, magħżula minn stokk manifatturat wara l-allinjament, ikun meħtieġ fi żmien xahrejn wara n-notifika.
3.1. Il-konformità ma tiġix ikkontestata
3.1.1. |
Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ fanali ta’ quddiem minn produzzjoni tal-massa m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-miżuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:
|
3.1.2. |
Jew jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C. |
3.2. Il-konformità tiġi kkontestata:
3.2.1. |
Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ fanali ta’ quddiem minn produzzjoni tal-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur mitlub jagħmel mezz li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:
|
3.3. Approvazzjoni rtirata
Il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-paragrafu 11. applikat jekk, wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:
3.3.1. |
Kampjun C
|
3.3.2. |
Kampjun D
|
3.3.3. |
Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni C u D ma jkunux issodisfati. |
4. BIDLA FIL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-LINJA TAL-PUNT TAL-WAQFIEN
Fir-rigward tal-verifika tal-bidla fil-pożizzjonijiet vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana, din il-proċedura għandha tiġi applikata:
|
Wieħed mill-fanali ta’ quddiem tal-kampjun A wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-anness għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness 4 wara li jiġi soġġett għal tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 4. |
|
Il-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk Δr ma jeċċedix 1,5 mrad. |
|
Jekk dan il-valur jeċċedi 1,5 mrad imma m’huwiex ta’ aktar minn 2,0 mrad, it-tieni fanal ta’ quddiem tal-kampjun A għandu jiġi suġġett għat-test li warajh il-valur medju (jiġifieri bejn iż-żewġ estremi) tal-valuri assoluti rreġistrati fuq iż-żewġ kampjuni ma għandux jeċċedi 1,5 mrad. |
|
Madankollu, jekk ma jkunx hemm konformità ma’ dan il-valur ta’ 1,5 mrad fuq il-kampjun A, iż-żewġ fanali ta’ quddiem tal-kampjun B għandhom jiġu soġġetti għall-istess proċedura u l-valur ta’ Δr għal kull wieħed minnhom m’għandux jaqbeż il-1.5 mrad. |
Figura 1
(1) L-ittri fil-parenteżi jirreferu għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug.
ANNESS 10
VERIFIKA STRUMENTALI TAL-“PUNT TAL-WAQFIEN” GĦALL-FANALI TA’ QUDDIEM B’RAĠĠ BAXX
1. ĠENERALI
Fil-każ fejn japplika il-paragrafu 6.2.2.4 ta’ dan ir-Regolament, il-kwalità tal-“punt tal-waqfien” għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 isfel u l-aġġustament strumentali vertikali u orizzontali tar-raġġ għandu jitwettaq skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 isfel.
Qabel ma jitwettaq il-kejl tal-kwalità tal-“punt tal-waqfien” u l-proċedura tal-immirar strumentali, tinħtieġ mira viżwali minn qabel skont il-paragrafi 6.2.2.1 u 6.2.2.2 ta’ dan ir-Regolament.
2. KEJL TAL-KWALITÀ TAL-“PUNT TAL-WAQFIEN”
Sabiex tiġi determinata l-aktuezza minima, għandu jitwettaq kejl permezz ta’ skannjar vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” f’passi angolari ta’ 0,05° f’distanza tal-kejl ta’ jew:
(a) |
10 m b’ditekter li jkollu dijametru ta’ madwar 10 mm jew inkella ta’ |
(b) |
25 m b’ditekter li jkollu dijametru ta’ madwar 30 mm. |
Id-distanza tal-kejl li fiha jkun twettaq it-test għandha tkun reġsitrata fil-punt 9 tal-formola tal-komunikazzjoni (ara l-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament).
Sabiex tiġi determinata l-akutezza massima, għandu jitwettaq kejl permezz ta’ skannjar vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” f’passi angolari ta’ 0,05° esklussivament f’distanza tal-kejl ta’ 25 m u b’ditekter li jkollu dijametru ta’ madwar 30 mm.
Il-kwalità tal-“punt tal-waqfien” għandha tiġi kkunsidrata aċċettabbli jekk ir-rekwiżiti tal-paragrafi 2.1 sa 2.3 isfel ikunu konformi ma’ mill-inqas sett wieħed ta’ kejl.
2.1. Ma għandux ikun viżibbli iktar minn “punt tal-waqfien” wieħed (1)
2.2. Akutezza tal-“punt tal-waqfien”
Il-fattur tal-akutezza G jiġi determinat permezz ta’ skannjar vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” f’2,5° ‘il fuq mill-V-V fejn:
fejn β = il-pożizzjoni vertikali fi gradi.
Il-valur ta’ G m’għandux ikun inqas minn 0,13 (akutezza minima) u mhux iktar minn 0,40 (akutezza massima).
2.3. Linearità
Il-parti tal-“punt tal-waqfien” orizzontali li sservi għall-aġġustament vertikali għandha tkun orizzontali bejn 1,5° u 3,5° mil-linja V-V (ara figura 1 isfel).
(a) |
Il-punti ta’ inflezzjoni tal-gradjent tal-“punt tal-waqfien” fil-linji vertikali f’1,5°, 2,5° u 3,5° għandhom jiġu determinati bl-ewkwazzjoni: . |
(b) |
Id-distanza vertikali massima bejn il-punti tal-inflezzjoni determinati m’għandhiex taqbeż 0,2 °. |
3. AĠĠUSTAMENT VERTIKALI U ORIZZONTALI
Jekk il-“punt tal-waqfien” ikun konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness, l-aġġustament tar-raġġ jista’ jitwettaq strumentalment.
Figura 1
Kejl tal-kwalità tal-“punt tal-waqfien”
Nota: |
L-iskali jkunu differenti għal-linji vertikali u orizzontali. |
3.1. Aġġustament vertikali
Permezz ta’ moviment ‘il fuq minn taħt il-linja B (ara l-figura 2 isfel), jitwettaq skan vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” f’2,5° mill-V-V. Il-punt tal-inflessjoni (fejn d2 (log E)/dv2 = 0) jiġi determinat u pożizzjonat fuq il-linja B li tinsab wieħed il-mija taħt H-H.
3.2. Aġġustament orizzontali
L-applikant għandu jispeċifika wieħed minn dawn il-metodi tal-mira orizzontali:
(a) |
Il-metodu tal-“linja 0,2 D” (ara l-figura 2 isfel). Linja waħda orizzontali f’0,2° D għandha tiġi skannjata minn 5° fuq ix-xellug sa 5° fuq il-lemin wara li l-fanal ikun ġie mmirat vertikalment. Il-gradjent massimu “G” determinat permezz tal-formola fejn β tkun il-pożizzjoni orizzontali fi gradi, m’għandux ikun inqas minn 0,08. Il-punt tal-inflezzjoni li jinstab fuq il-linja 0,2 D għandu jkun fuq il-linja A. “Punt tal-waqfien” Il-punt tal-inflezzjoni li jinstab fuq il-linja 0,2 D għandu jkun fuq il-linja A. Figura 2 Aġġustament strumentali vertikali u orizzontali – Metodu ta’ skannjar tal-linja orizzontali
|
(b) |
Il-metodu tat-“3 linji” (ara l-figura 3 isfel) Tliet linji vertikali għandhom jiġu skannjati minn 2° D sa 2° U sa 1°R, 2°R, u 3°R wara li l-fanal ikun ġie mmirat vertikalment. Il-gradjenti massimi rispettivi “G” determinati permezz tal-formola: Fejn β tkun il-pożizzjoni vertikali fi gradi, m’għandhomx ikunu inqas minn 0,08. Il-punti tal-inflezzjoni li jinsabu fuq it-tliet linji għandhom jintużaw biex tinkiseb linja dritta. L-intersezzjoni ta’ din il-linja u l-linja B li tinsab waqt it-twettiq tal-mira vertikali għandha titqiegħed fuq il-linja V. “Punt tal-waqfien” Linja għall-analiżi vertikali Figura 3 Aġġustament strumentali vertikali u orizzontali – Metodu tal-iskannjar tat-tliet linji
|
(1) Dan il-paragrafu għandu jiġi emendat meta metodu tal-ittestjar oġġettiv ikun disponibbli.
ANNESS 11
REKWIŻITI GĦAL MODULI LED U FANALI TA’ QUDDIEM LI JINKLUDU MODULI LED
1. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI
1.1. |
Kull kampjun ta’ modulu LED sottomess għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament meta ttestjat bil-ger(ijiet) ta’ kontroll tas-sors tad-dawl elettroniċi provduti, jekk applikabbli. |
1.2. |
Il-modulu/i LED għandu (għandhom) jkun(ikunu) iddisinjat(ddisinjati) b’tali mod li jkun(u) u jibqa’(jibqgħu) jaħdem(jaħdmu) sew waqt l-użu normali. Barra minn hekk m’għandu jkollhom ebda difett fid-disinn jew il-manifattura. |
1.3. |
Il-modulu/i LED ma jistax(jistgħux) ikun(u) jista’(jistgħu) jitbagħbas(jitbagħbsu). |
1.4. |
Id-disinn tal-modulu/i LED li jista’(jistgħu) jinqala’(għu) għandu jkun tali li:
|
1.5. |
Ger(ijiet) tal-kontroll tas-sors tad-dawl elettroniku(ċi) jista’(jistgħu) jkun(u) parti mill-modulu/i LED. |
2. MANIFATTURA
2.1. |
L-LED(s) fuq il-modulu LED għandhom ikunu mgħammra b’elementi tat-twaħħil adattati. |
2.2. |
L-elementi ta’ twaħħil għandhom ikunu mwaħħla b’mod sod u b’saħħtu mal-LED(s) u l-modulu LED. |
3. KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR
3.1. Applikazzjoni
3.1.1. |
Il-kampjuni kollha għandhom jiġu ttestjati kif speċifikat fil-paragrafu 4 isfel; |
3.1.2. |
It-tip ta’ sorsi tad-dawl fuq MODULU LED għandhom ikunu dajowds li jitfgħu d-dawl (LEDs) kif definit fir-Regolament Nru 48 il-paragrafu 2.7.1 b’mod partikolari fir-rigward tal-element ta’ radjazzjoni viżibbli. Tipi oħra ta’ sorsi tad-dawl ma jiġux awtorizzati. |
3.2. Kundizzjonijiet tat-tħaddim
3.2.1. Kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-modulu LED
Il-kampjuni kollha għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjonijiet kif speċifikat fil-paragrafi 6.2.4.4 ta’ dan ir-Regolament. Jekk ma jiġix speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness, il-moduli LED għandhom jiġu ttestjati fil-fanal ta’ quddiem kif sottomessi mill-manifattur.
3.2.2. Temperatura ambjentali
Għall-kejl tal-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f’temperatura ambjentali ta’ 23 °C ± 5 °C.
3.3. Użu minn qabel
Fuq talba tal-applikant il-modulu LED għandu jitħaddem għal 15-il siegħa u jitberred għal temperatura ambjentali qabel ma jinbdew it-testijiet kif speċifikat f’dan ir-Regolament.
4. REKWIŻITI U TESTIJIET SPEĊIFIĊI
4.1. Radjazzjoni ultravjola
Ir-radjazzjoni ultravjola ta’ modulu LED tat-tip b’ultravjola baxx għandha tkun tali li:
fejn:
|
S(λ)(unità: 1)tkun il-funzjoni ta’ peżazzjoni spettrali; |
|
km = 683 lm/W ikun il-valur massimu tal-effiċjenza mudwala tar-radjazzjoni. |
(Għad-definizzjonijiet tas-simboli l-oħra ara l-paragrafu 4.1.1 tal-Anness 9 tar-Regolament Nru 112).
Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw intervalli ta’ nanometru. Ir-radjazzjoni ultravjola għandha tiġi ddifferenzjata skont il-valuri kif indikat fit-Tabella UV isfel:
Tabella UV
Valuri skont il-“Linji Gwida IRPA/INIRC dwar il-limiti tal-esponiment għar-radjazzjoni ultravjola”. Mewġiet elettromanjetiċi (f’nanometri) magħżula huma rappreżentattivi; valuri oħra għandhom jiġu interpolati.
λ |
S(λ) |
250 |
0,430 |
255 |
0,520 |
260 |
0,650 |
265 |
0,810 |
270 |
1,000 |
275 |
0,960 |
280 |
0,880 |
285 |
0,770 |
290 |
0,640 |
295 |
0,540 |
300 |
0,300 |
305 |
0,060 |
310 |
0,015 |
315 |
0,003 |
320 |
0,001 |
325 |
0,00050 |
330 |
0,00041 |
335 |
0,00034 |
340 |
0,00028 |
345 |
0,00024 |
350 |
0,00020 |
|
|
355 |
0,00016 |
360 |
0,00013 |
365 |
0,00011 |
370 |
0,00009 |
375 |
0,000077 |
380 |
0,000064 |
385 |
0,000053 |
390 |
0,000044 |
395 |
0,000036 |
400 |
0,000030 |
|
|