Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42010X1113(02)

    Emendi għar-Regolament Nru 13 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M, N u O fir-rigward tal-ibbrejkjar

    ĠU L 297, 13.11.2010, p. 183–219 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/13(4)/oj

    13.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 297/183


    It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-dejta tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Emendi għar-Regolament Nru 13 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M, N u O fir-rigward tal-ibbrejkjar

    Sensiela 11 tal-emendi

    Emendi għar-Regolament 13 ippubblikat fil-ĠU L 257 tat-30 ta' Settembru 2010, p. 1.

    Li jinkorporaw:

     

    Sensiela 11 tal-emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: 11 ta' Lulju 2008

     

    Reviżjoni 6 – Emenda 1 – Rettifika 1

     

    Reviżjoni 6 – Emenda 1 – Rettifika 2

     

    Suppliment 1 għas-sensiela 11 tal-emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: 22 ta' Lulju 2009

     

    Suppliment 2 għas-sensiela 11 tal-emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: 24 ta' Ottubru 2009

     

    Rettifika 2 għas-sensiela 11 tal-emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: 24 ta' Ġunju 2009

     

    Suppliment 3 għas-sensiela 11 tal-emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: 17 ta' Marzu 2010

    Emendi fil-werrej

    It-titolu tal-Anness 16, jiġi emendat kif ġej:

    “Anness 16 –

    Kumpatibbiltà bejn vetturi tal-irmunkar u karrijiet f’konformità mal-komunikazzjonijiet tad-dejta tal-ISO11992”

    Anness 19, daħħal Appendiċijiet ġodda Nri 7 u 8, kif ġej:

     

    “Anness 19 – Appendiċi 7 – Dokument ta' informazzjoni dwar il-funzjoni ta' stabbiltà tal-vetturi

     

    Anness 19 – Appendiċi 8 – Rapport tat-test dwar il-funzjoni ta' stabbiltà tal-vetturi”

    L-Appendiċijiet 7 u 8 (ta’ qabel), jiġu numerati mill-ġdid bħala Appendiċijiet 9 u 10.

    Daħħal Anness ġdid Nru 21

    “Anness 21 – Rekwiżiti speċjali għal vetturi mgħammra b’funzjoni ta' stabbiltà tal-vetturi

    Anness 21 – Appendiċi 1 – L-użu tas-simulazzjoni tal-istabbiltà dinamika

    Anness 21 – Appendiċi 2 – L-għodda tas-simulazzjoni tal-istabbiltà dinamika u t-tisħiħ tagħha

    Anness 21 – Appendiċi 3 – Rapport tat-test tal-għodda tas-simulazzjoni tal-funzjoni ta' stabbiltà tal-vetturi”

    Emendi fit-test ewlieni tar-Regolament

    Matul it-test tar-Regolament Nru 13, issostitiwixxi r-referenza għall-“ISO 11992:2003” b’ISO 11992:2003, inkluż ISO 11992-2:2003 l-Emenda 1:2007 tiegħu’.

    Jiżdiedu paragrafi ġodda 2.34 sa 2.36, kif ġej:

    “2.34.

    ‘Funzjoni ta' Stabbiltà tal-Vetturi’ tfisser funzjoni ta' kontroll elettronika għal vettura li ttejjeb l-istabbiltà dinamika tal-vettura.

    2.34.1.

    Funzjoni ta' stabbiltà tal-vetturi tinkludi wieħed mill-kontrolli li ġejjin, jew inkella t-tnejn li huma:

    (a)

    kontroll direzzjonali;

    (b)

    kontroll kontra l-qlib.

    2.34.2.

    Funzjonijiet ta' kontroll fi ħdan il-funzjoni ta' stabbiltà tal-vetturi:

    2.34.2.1.

    ‘Kontroll direzzjonali’ tfisser funzjoni fi ħdan funzjoni ta' stabbiltà tal-vetturi li tassisti lis-sewwieq, f’każ ta' kundizzjonijiet ta' under-steering u over-steering, fi ħdan il-limiti fiżiċi tal-vettura biex iżżomm id-direzzjoni intiża mis-sewwieq fil-każ ta' vettura bil-magna, u tassistih biex iżomm id-direzzjoni tat-trejler ma' dik tal-vettura tal-irmunkar fil-każ ta' trejler.

    2.34.2.2.

    ‘Kontroll kontra l-qlib’ tfisser funzjoni fi ħdan il-funzjoni ta' stabbiltà tal-vetturi li tirreaġixxi għal qlib imminenti biex tgħin għall-istabbilizzazzjoni ta' vettura bil-magna jew ta' vettura tal-irmunkar kkombinata ma' trejler jew ta' trejler matul manuvri dinamiċi fi ħdan il-limiti fiżiċi tal-vettura.

    2.35.

    ‘Trejler suġġett’ huwa trejler li jirrappreżenta t-tip ta' trejler li jeħtieġ approvazzjoni tat-tip.

    2.36.

    Il-‘fattur tal-brejk (BF)’ huwa l-proporzjon ta' amplifikazzjoni bejn l-input u l-output tal-brejk.”

    Il-paragrafu 4.2, għal (għalissa 10) jinqara (għalissa 11)

    Daħħal paragrafu ġdid Nru 5.1.3.6.1, kif ġej:

    “5.1.3.6.1.

    L-appoġġ tal-messaġġi definit fi ħdan l-ISO 11992-2:2003 inkluża l-Emenda 1:2007 huwa speċifikat fi ħdan l-Anness 16 ta' dan ir-Regolament għall-vettura tal-irmunkar u t-trejler kif suppost.”

    Il-paragrafi 5.1.3.6.1 u 5.1.3.6.2 (ta’ qabel), jiġu enumerati mill-ġdid bħala l-paragrafi 5.1.3.6.2 u 5.1.3.6.3 rispettivament.

    Il-paragrafu 5.2.1.30.5, jitħassru r-referenza għal nota tal-qiegħ 12 u nota tal-qiegħ 12.

    Jiżdied paragrafu ġdid Nru 5.2.1.32, kif ġej (inkluża l-introduzzjoni ta' referenza għal nota tal-qiegħ ġdida 12 u nota tal-qiegħ ġdida 12):

    “5.2.1.32.

    Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 12.4. ta' dan ir-Regolament, il-vetturi kollha tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3  (12) li m’għandhomx iktar minn 3 fusijiet għandhom ikunu mgħammra b’funzjoni ta' stabbiltà tal-vetturi. Din għandha tinkludi kontroll kontra l-qlib u kontroll direzzjonali u għandha tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-Anness 21 ta' dan ir-Regolament.

    Il-paragrafu 5.2.2.17.1, jiġi emendat kif ġej (inkluża t-tneħħija tan-nota):

    “5.2.2.17.1

    Trejlers mgħammra b’funzjoni ta' stabbiltà tal-vetturi kif definit fil-paragrafu 2.34 ta' dan ir-Regolament għandhom, f’każ ta' nuqqas jew difett fi ħdan il-funzjoni tal-istabbiltà tat-trejler, jindikaw in-nuqqas jew id-difett permezz tas-sinjal ta' twissija isfar imsemmi fil-paragrafu 5.2.1.29.2 hawn fuq permezz tal-pinn numru 5 tal-konnettur tal-ISO 7638:1997.

    Is-sinjal ta' twissija għandu jkun wieħed kontinwu u għandu jibqa’ viżibbli sakemm in-nuqqas jew id-difett jibqa’ jippersisti u sakemm il-buttuna tal-ignixin (startja) tkun issettjata għall-pożizzjoni “mixgħul” (ħidma).”

    Il-paragrafu 5.2.2.22.1, titħassar ir-referenza għan-nota tal-qiegħ 19 u n-nota tal-qiegħ 19.

    Il-paragrafu 5.2.2.22.2, jiġu enumerati mill-ġdid ir-referenza għan-nota tal-qiegħ 20 u n-nota tal-qiegħ 20 bħala nota tal-qiegħ 19 u jitħassru r-referenza għan-nota tal-qiegħ 21 u n-nota tal-qiegħ 21.

    Jiżdied paragrafu ġdid Nru 5.2.2.23, kif ġej (inkluża ż-żieda ta' referenza għal nota tal-qiegħ ġdida 20 u nota tal-qiegħ ġdida 20):

    “5.2.2.23.

    Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 12.4 ta' dan ir-Regolament, il-vetturi kollha tal-kategoriji O3 u O4  (20) li m’għandhomx iktar minn 3 fusijiet u li huma mgħammra b’sospensjonijiet tal-arja għandhom ikunu mgħammra b’funzjoni ta' stabbiltà tal-vetturi. Tal-inqas din għandha tinkludi kontroll kontra l-qlib u għandha tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-Anness 21 ta' dan ir-Regolament.

    Jiżdied paragrafu ġdid Nru 12.1.6, kif ġej (inkluża n-nota tal-qiegħ 21):

    “12.1.6.

    Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-sensiela 11 tal-emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tkun qed tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-sensiela 11 tal-emendi (21).

    Jiżdied paragrafu ġdid 12.1.7, kif ġej:

    “12.1.7.

    Suppliment 1 għas-sensiela 11 tal-emendi għal dan ir-Regolament għandu jiġi applikat kif speċifikat fil-paragrafu 12.4.1.”

    Jiżdied paragrafu ġdid Nru 12.1.8., kif ġej:

    “12.1.8.

    Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-sensiela 11 tal-emendi ta' dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tkun qed tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-Suppliment 2 għas-sensiela 11 tal-emendi.”

    Jiżdied paragrafu ġdid Nru 12.2.6, kif ġej:

    “12.2.6.

    Minn 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 għas-sensiela 11 tal-emendi ta' dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu approvazzjonijiet għal vetturi eżentati mill-paragrafi 5.2.1.32 u 5.2.2.23 inklużi n-noti tal-qiegħ, fil-każ biss li dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-Suppliment 1 għas-sensiela 11 tal-emendi ta' dan ir-Regolament.”

    Jiżdied paragrafu ġdid Nru 12.2.7, kif ġej:

    “12.2.7.

    Minn 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-sensiela 11 tal-emendi ta' dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu approvazzjonijiet fil-każ biss li t-tip ta' vettura li għandha tiġi approvata jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat bis-Suppliment 2 għas-sensiela 11 tal-emendi.”

    Jiżdied paragrafu ġdid Nru 12.3.2, kif ġej:

    “12.3.2.

    Minn 84 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-sensiela 11 tal-emendi ta' dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta' vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-Suppliment 2 għas-sensiela 11 tal-emendi għal dan ir-Regolament.”

    Jiżdied paragrafu ġdid Nru 12.4, kif ġej (inkluża n-nota (*))

    “12.4.   Dispożizzjonijiet mandatorji għal vetturi mgħammra b’funzjoni ta' stabbiltà tal-vetturi

    12.4.1.

    Rekwiżiti għat-tagħmir ta' vetturi b’funzjonijiet ta' stabbiltà tal-vetturi kif speċifikat fil-paragrafi 5.2.1.32 u 5.2.2.23 ta' dan ir-Regolament, kif emendati bis-sensiela 11 tal-emendi, għandhom jiġu applikati kif ġej:

    Kategorija tal-vettura

    Data ta' applikazzjoni (mid-data wara d-dħul fis-seħħ tas-sensiela 11 tal-emendi)

    Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet fil-każ biss li t-tip ta' vettura għall-approvazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat bis-sensiela 11 tal-emendi

    Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali ta' vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-sensiela 11 tal-emendi għal dan ir-Regolament

    M2

    60 xahar

    84 xahar

    M3 (Klassi III) (*)

    12-il xahar

    36 xahar

    M3 < 16-il tunnellata (trażmissjoni pnewmatika)

    24 xahar

    48 xahar

    M3 (Klassi II u B) (trażmissjoni idrawlika)

    60 xahar

    84 xahar

    M3 (Klassi III) (trażmissjoni idrawlika)

    60 xahar

    84 xahar

    M3 (Klassi III)

    (trażmissjoni ta' kontroll pnewmatiku u trażmissjoni ta' enerġija idrawlika)

    72 xahar

    96 xahar

    M3 (Klassi II)

    (trażmissjoni ta' kontroll pnewmatiku u trażmissjoni ta' enerġija idrawlika)

    72 xahar

    96 xahar

    M3 (differenti minn dawn t’hawn fuq)

    24 xahar

    48 xahar

    N2 (trażmissjoni idrawlika)

    60 xahar

    84 xahar

    N2

    (trażmissjoni ta' kontroll pnewmatiku u trażmissjoni ta' enerġija idrawlika)

    72 xahar

    96 xahar

    N2 (differenti minn dawn t’hawn fuq)

    48 xahar

    72 xahar

    N3 (tratturi b’2fusijiet għal semitrejlers)

    12 xahar

    36 xahar

    N3

    (tratturi b’2fusijiet għal semitrejlers bi trażmissjoni ta' kontroll pnewmatiku (ABS))

    36 xahar

    60 xahar

    N3 (3 fusijiet bi trażmissjoni ta' kontroll elettriku (EBS))

    36 xahar

    60 xahar

    N3

    (2 u 3 fusijiet bi trażmissjoni ta' kontroll pnewmatiku (ABS))

    48 xahar

    72 xahar

    N3 (differenti minn dawn t’hawn fuq)

    24 xahar

    48 xahar

    O3

    (tagħbija komplessiva fuq il-fus bejn 3,5 – 7,5 tunnellati)

    48 xahar

    72 xahar

    O3 (differenti minn dawn t’hawn fuq)

    36 xahar

    60 xahar

    O4

    24 xahar

    36 xahar

    Il-paragrafi 12.4 u 12.4.1 (ta’ qabel), jiġu enumerati mill-ġdid bħala l-paragrafi 12.5 u 12.5.1.

    Emendi għall-Anness 2

    L-Anness 2, żid punti ġodda 14.14 u 14.14.1, kif ġej:

    “14.14.

    Il-vettura hija mgħammra b’funzjoni li tagħti stabbiltà lill-vettura:

    Iva/Le (2)

    Jekk iva: …

     

    Il-funzjoni li tagħti stabbiltà lill-vettura ġiet ittestjata skont ir-rekwiżiti tal-Anness 21, u tissodisfahom:

    Iva/Le (2)

    Il-funzjoni li tagħti stabbiltà lill-vettura hija tagħmir fakultattiv:

    Iva/Le (2)

    Il-funzjoni li tagħti stabbiltà lill-vettura tinkludi kontroll direzzjonali:

    Iva/Le (2)

    Il-funzjoni li tagħti stabbiltà lill-vettura tinkludi kontroll kontra l-qlib:

    Iva/Le (2)

    14.14.1.

    Fejn ikun intuża rapport tat-test skont l-Anness 19, għandu jiġi indikat in-numru tar-rapport tat-test: …”

     

    Emendi għall-Anness 10

    L-Anness 10, il-paragrafu 1.3.1, in-nota tal-qiegħ 2, tiġi emendata kif ġej:

    “(2)

    Fil-każ ta' fusijiet multipli, fejn il-firxa tal-fus bejn fus u l-fus ta' maġenbu tkun inqas minn 2,0 metri, kull fus individwali għandu jiġi kkunsidrat bħala grupp ta' fusijiet indipendenti.”

    Emendi għall-Anness 11

    Anness 11

    Il-paragrafu 2, jiġi emendat kif ġej:

    “2.

    It-terminu “identiku”, kif użat fil-paragrafi 1.1, 1.2 u 1.3 hawn fuq, ifisser identiku fir-rigward tal-karatteristiċi ġeometriċi u mekkaniċi u l-materjali użati għall-komponenti tal-vettura msemmija f’dawn il-paragrafi.

    Fil-każ ta' trejlers, dawn ir-rekwiżiti jitqiesu bħala sodisfatti, fir-rigward tal-paragrafi 1.1 u 1.2 hawn fuq, jekk l-identifikaturi msemmija fl-Appendiċi 2, il-paragrafu 3.7 ta' dan l-Anness għall-fus/brejk tat-trejler suġġett ikunu inklużi f’rapport għal fus/brejk ta' referenza.

    “Fus/brejk ta' referenza” huwa fus/brejk li jeżisti rapport tat-test dwaru msemmi fl-Appendiċi 2, il-paragrafu 3.9 ta' dan l-Anness.”

    Anness 11 – Appendiċi 1

    Tabella I, tiġi emendata kif ġej (inkluża n-nota 1):

     

    “Fusijiet tal-vettura

    Fusijiet ta' referenza

    Massa statika (P) (1)

    Forza ta' bbrejkjar meħtieġa fir-roti

    Veloċità

    Massa tat-test (Pe) (1)

    Forza tal-ibbrejkjar żviluppata fir-roti

    Veloċità

    kg

    N

    km/siegħa

    kg

    N

    km/siegħa

    Fus 1

     

     

     

     

     

     

    Fus 2

     

     

     

     

     

     

    Fus 3

     

     

     

     

     

     

    Fus 4

     

     

     

     

     

     

    Tabella III, it-tielet filliera, tiġi emendata kif ġej (inkluż it-tħassir tan-nota 2):

     

    “FUS TA' REFERENZA …

    (kopja mehmuża)

     

    RAPPORT NRU …

     

    Data …


     

    Tip-I

    Tip-III

    Forza tal-ibbrejkjar għal kull fus (N)

    (ara l-paragrafu 4.2.1, Appendiċi 2)

     

     

    Fus 1

    T1 = … % Fe

    T1 = … % Fe

    Fus 2

    T2 = … % Fe

    T2 = … % Fe

    Fus 3

    T3 = … % Fe

    T3 = … % Fe

    …”

    Anness 11 – Appendiċi 2

    Daħħal paragrafu ġdid 1.2.2, kif ġej:

    “1.2.2.

    Testijiet imwettqa skont dan l-appendiċi qabel is-Suppliment 2 għas-sensiela 11 tal-emendi għal dan ir-Regolament, li flimkien ma' kull dejta oħra ta' appoġġ mill-manifattur tal-vettura/fus/brejk jipprovdu biżżejjed informazzjoni biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tas-Suppliment 2 għas-sensiela 11 tal-emendi, jistgħu jintużaw għal rapport ġdid jew għall-estensjoni ta' rapport tat-test eżistenti mingħajr il-ħtieġa li jitwettqu t-testijiet infushom.”

    Il-paragrafu 2, jiġi emendat kif ġej:

    “2.   SIMBOLI U DEFINIZZJONIJIET

    2.1.   Simboli

    P

    =

    parti mill-massa tal-vettura li tkun qiegħda tinġarr mill-fus f’kundizzjonijiet statiċi

    F

    =

    reazzjoni normali tal-wiċċ tat-triq fuq il-fus f’kundizzjonijiet statiċi = P · g

    FR

    =

    reazzjoni statika normali totali tal-wiċċ tat-triq fuq ir-roti kollha tat-trejler

    Fe

    =

    test tat-tagħbija fuq il-fus

    Pe

    =

    Fe / g

    g

    =

    aċċellerazzjoni kawża tal-gravità: g = 9,81 m/s2

    C

    =

    torque tat-tħaddim tal-brejk

    C0

    =

    torque minimu utli għat-tħaddim tal-brejk, definizzjoni fil-paragrafu 2.2.2

    C0,dec

    =

    torque minimu utli ddikjarat għat-tħaddim tal-brejk

    Cmax

    =

    torque massimu ddikjarat tat-tħaddim tal-brejk

    R

    =

    raġġ rotolari (dinamiku) tat-tajer

    T

    =

    forza tal-brejk tal-interface bejn it-tajer u t-triq

    TR

    =

    forza totali tal-brejk tal-interface bejn it-tajer u t-triq tat-trejler

    M

    =

    torque tal-brejk = T · R

    z

    =

    rata tal-ibbrejkjar = T/F jew M/(R · F)

    s

    =

    tefgħa taċ-ċilindru tal-brejk (tefgħa ta' ħidma flimkien ma' tefgħa libera)

    sp

    =

    ara l-Anness 19, Appendiċi 9

    ThA

    =

    ara l-Anness 19, Appendiċi 9

    l

    =

    tul tal-lieva

    r

    =

    raġġ intern tad-drums tal-brejkijiet jew raġġ effettiv tad-diski tal-brejkijiet

    p

    =

    pressjoni taċ-ċilindru tal-brejk

    Nota: Simboli bis-suffiss ‘e’ jirrigwardaw il-parametri assoċjati mat-test tal-brejk ta' referenza u jistgħu jiġu miżjuda ma' simboli oħra kif ikun xieraq.

    2.2.   Definizzjonijiet

    2.2.1.   Massa tad-diska jew tad-drum

    2.2.1.1.

    Il-‘massa ddikjarata’ hija l-massa ddikjarata mill-manifattur, li hija massa rappreżentattiva tal-identifikatur tal-brejk (ara l-paragrafu 3.7.2.2. ta' dan l-Appendiċi).

    2.2.1.2.

    Il-‘massa nominali tal-ittestjar’ hija l-massa li l-manifattur jispeċifika għad-diska jew għad-drum li bihom jitwettaq it-test rilevanti mis-Servizz Tekniku.

    2.2.1.3.

    Il-‘massa attwali tal-ittestjar’ hija l-massa mkejla mis-Servizz Tekniku qabel it-test.

    2.2.2.   ‘Torque minimu utli għat-tħaddim tal-brejk’:

    2.2.2.1.

    It-torque minimu utli għat-tħaddim tal-brejk ‘C0’ huwa t-torque tal-input neċessarju biex jiġi prodott torque tal-brejk li jista’ jitkejjel. Dan it-torque jista’ jiġi ddeterminat minn estrapolazzjoni ta' kejl fi ħdan medda li ma taqbiżx il-15 fil-mija tar-rata tal-ibbrejkjar jew metodi ekwivalenti oħra (eż. l-Anness 10, il-paragrafu 1.3.1.1.).

    2.2.2.2.

    It-torque minimu utli għat-tħaddim tal-brejk ‘C0,dec’ huwa t-torque minimu utli għat-tħaddim tal-brejk iddikjarat mill-manifattur li huwa torque minimu utli għat-tħaddim tal-brejk rappreżentattiv għall-brejk (ara l-paragrafu 3.7.2.2.1. ta' dan l-appendiċi) u huwa neċessarju biex tiġi prodotta d-dijagramma 2 tal-Anness 19.

    2.2.2.3.

    It-torque minimu utli għat-tħaddim tal-brejk ‘C0,e’ huwa ddeterminat mill-proċedura kif definita fil-paragrafu 2.2.2.1. ta' hawn fuq, imkejjel mis-Servizz Tekniku fl-aħħar tat-test.

    2.2.3.   ‘Dijametru estern ta' diska’:

    2.2.3.1.

    Id-‘dijametru estern ta' diska’ huwa d-dijametru estern ta' diska ddikjarat mill-manifattur, li huwa dijametru estern rappreżentattiv tad-diska (ara l-paragrafu 3.7.2.2.1. ta' dan l-appendiċi).

    2.2.3.2.

    Id-‘dijametru estern nominali’ huwa d-dijametru estern li l-manifattur jispeċifika għad-diska li fuqha jitwettaq it-test rilevanti mis-Servizz Tekniku.

    2.2.3.3.

    Id-‘dijametru estern attwali’ huwa d-dijametru estern imkejjel mis-Servizz Tekniku qabel it-test.

    2.2.4.   It-‘tul effettiv tal-camshaft’ huwa d-distanza mil-linja ċentrali tal-S-cam sal-linja ċentrali tal-lieva operattiva.”

    Il-paragrafu 3.4., jiġi emendat kif ġej:

    “3.4.   Kundizzjonijiet tat-test (ġenerali)”

    Il-paragrafi minn 3.7. sa 3.7.3, għandhom jitħassru.

    Daħħal paragrafi ġodda minn 3.7 sa 3.9.4, kif ġej:

    “3.7.   Identifikazzjoni

    3.7.1.   Il-fus għandu jkollu fuqu, f’post viżibbli, tal-inqas l-informazzjoni ta' identifikazzjoni li ġejja, miġbura flimkien, fi kwalunkwe ordni, b’mod li jista’ jinqara u li ma jitħassarx:

    (a)

    il-manifattur tal-fus u/jew il-marka tal-fus;

    (b)

    l-identifikatur tal-fus (ara l-paragrafu 3.7.2.1 ta' dan l-appendiċi);

    (c)

    l-identifikatur tal-brejk (ara l-paragrafu 3.7.2.2 ta' dan l-appendiċi);

    (d)

    l-identifikatur Fe (ara l-paragrafu 3.7.2.3 ta' dan l-appendiċi);

    (e)

    Il-parti bażika tan-numru tar-rapport tat-test (ara l-paragrafu 3.9 ta' dan l-appendiċi).

    Jingħata eżempju hawn taħt:

     

    Manifattur tal-Fus u/jew għamla ABC

     

    ID1-XXXXXX

     

    ID2-YYYYYY

     

    ID3-11200

     

    ID4-ZZZZZZZ

    3.7.1.1.   Apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet mhux integrat għandu jkollu fuqu, f’post viżibbli, tal-inqas l-informazzjoni ta' identifikazzjoni li ġejja miġbura flimkien, fi kwalunkwe ordni, b’mod li jista’ jinqara u li ma jitħassarx:

    (a)

    Manifattur u/jew għamla;

    (b)

    Tip;

    (c)

    Verżjoni.

    3.7.1.2.   L-għamla u t-tip ta' kull lining tal-brejk għandhom ikunu viżibbli meta l-lining/pedd jiġu mmuntati fuq in-nagħla tal-brejk/pjanċa ta' sostenn b’mod li jista’ jinqara u li ma jitħassarx.

    3.7.2.   Identifikaturi

    3.7.2.1.   Identifikatur tal-fus

    L-identifikatur tal-fus jikkategorizza fus f’termini tal-forza tal-ibbrejkjar/tal-kapaċità tat-torque tiegħu kif iddikjarat mill-manifattur tal-fus.

    L-identifikatur tal-fus għandu jkun numru alfanumeriku li jkun magħmul minn erba’ karattri “ID1-” li jkunu segwiti minn massimu ta' 20 karattru.

    3.7.2.2.   Identifikatur tal-brejk

    L-identifikatur tal-brejk għandu jkun numru alfanumeriku li jkun magħmul minn erba’ karattri “ID2-” li jkunu segwiti minn massimu ta' 20 karattru.

    Brejk bl-istess identifikatur huwa brejk li ma jkunx ivarja fir-rigward tal-kriterji li ġejjin:

    (a)

    Tip ta' brejk (eż. drum (S-cam, wedge, eċċ.) jew diska tal-brejk (diska fissa, tifflowtja, singla jew doppja, eċċ.));

    (b)

    Materjal tal-bażi (eż. li fih jew ma fihx ħadid) fir-rigward tal-housing tal-kaliper, il-carrier tal-brejk, id-diska tal-brejk u d-drum tal-brejk;

    (c)

    Dimensjonijiet bis-suffiss “e” skont il-figuri 2A u 2B tal-appendiċi 5 ta' dan l-anness;

    (d)

    Il-metodu bażiku użat fil-brejk biex tiġi ġġenerata l-forza tal-ibbrejkjar;

    (e)

    Fil-każ ta' diski tal-brejkijiet, il-metodu tal-immuntar taċ-ċirku tal-frizzjoni: fiss jew jifflowtja;

    (f)

    Il-fattur tal-brejk BF;

    (g)

    Karatteristiċi differenti tal-brejk fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Anness 11 li mhumiex koperti mis-subparagrafu 3.7.2.2.1.

    3.7.2.2.1.   Differenzi permessi fi ħdan l-istess identifikatur tal-brejk

    L-istess identifikatur tal-brejk jista’ jinkludi karatteristiċi differenti tal-brejk fir-rigward tal-kriterji li ġejjin:

    (a)

    Żieda fit-torque massimu ddikjarat tat-tħaddim tal-brejk Cmax;

    (b)

    Devjazzjoni tal-massa ddikjarata tad-diska tal-brejk u tad-drum tal-brejk mdec: ± 20 fil-mija;

    (c)

    Metodu ta' kif jitwaħħlu l-lining/pedd fuq in-nagħla tal-brejk/pjanċa ta' sostenn;

    (d)

    Fil-każ ta' diski tal-brejkijiet, żieda fil-kapaċità tat-tefgħa massima tal-brejk;

    (e)

    Tul effettiv tal-camshaft;

    (f)

    Torque tal-limitu ddikjarat C0,dec;

    (g)

    ± 5 mm mid-dijametru estern iddikjarat tad-diska;

    (h)

    Tip ta' metodi ta' tkessiħ tad-diska (ivventilata/mhux ivventilata);

    (i)

    Hub (b’hub integrat, jew mingħajru);

    (j)

    Diska bi drum integrat – b’funzjoni ta' brejk tal-ipparkjar, jew mingħajrha;

    (k)

    Relazzjoni ġeometrika bejn l-uċuħ tal-frizzjoni tad-diska u l-mounting tad-diska;

    (l)

    Tip ta' lining tal-brejkijiet;

    (m)

    Varjazzjonijiet fil-materjal (esklużi kambjamenti fil-materjal ta' bażi, ara l-paragrafu 3.7.2.2) li għalihom il-manifattur jikkonferma li tali varjazzjoni fil-materjal ma tbiddilx il-prestazzjoni fir-rigward tat-testijiet meħtieġa;

    (n)

    Pjanċa ta' sostenn u nagħal.

    3.7.2.3.   Identifikatur Fe

    L-identifikatur Fe jindika t-tagħbija fuq il-fus waqt it-test. Għandu jkun numru alfanumeriku magħmul minn erba’ karattri “ID3-” li jkunu segwiti minn valur Fe f’daN, mingħajr identifikatur ta' unità “daN”.

    3.7.2.4.   Identifikatur tar-rapport tat-test

    L-identifikatur tar-rapport tat-test għandu jkun numru alfanumeriku magħmul minn erba’ karattri “ID4-” li jkunu segwiti mill-parti bażika tan-numru tar-rapport tat-test.

    3.7.3.   Apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet (integrat u mhux integrat)

    3.7.3.1.   Tipi ta' apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet

    Apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet tal-istess tip ma jvarjax fir-rigward tal-kriterji li ġejjin:

    (a)

    Bodì: materjal ta' bażi (eż. li fih jew li ma fihx ħadid, ħadid fondut jew azzar mikwi);

    (b)

    Mument massimu permess tax-xaft tal-brejk;

    (c)

    Aġġustament tal-prinċipju operattiv, eż. dipendenti fuq l-għafsa (spustament), dipendenti fuq il-pressjoni jew elettroniku/mekkaniku.

    3.7.3.2.   Verżjonijiet ta' apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet, fir-rigward tal-imġiba tal-aġġustament

    Apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet fi ħdan tip li għandu impatt fuq l-ispazju ħieles għat-tħaddim tal-brejk huwa meqjus bħala verżjoni differenti.

    3.8.   Kriterji tat-test

    L-ittestjar għandu juri konformità mar-rekwiżiti kollha stipulati fl-Appendiċi 2 ta' dan l-anness.

    Fil-każ li jkun hemm ħtieġa ta' rapport tat-test ġdid jew ta' estensjoni tar-rapport tat-test għal fus/brejk immodifikat fi ħdan il-limiti speċifikati fil-paragrafu 3.7.2.2.1 il-kriterji li ġejjin jintużaw biex tiġi ddeterminata in-neċessità ta' iktar testijiet, billi jittieħdu inkonsiderazzjoni konfigurazzjonijiet tal-agħar każijiet bi ftehim mas-Servizz Tekniku.

    It-taqsiriet murija hawn taħt jintużaw fit-tabella li ġejja:

    CT (test komplut)

    Test skont l-Anness 11, Appendiċi 2:

    3.5.1

    Test supplimentari tal-prestazzjoni kiesħa

    3.5.2

    Test ta' fade (Test tat-tip I) (**)

    3.5.3

    Test ta' fade (Test tat-tip III) (**)

    Test skont l-Anness 19:

    4.

    Karatteristiċi tal-prestazzjoni kiesħa għal brejkijiet tat-trejlers (**)

    FT (test ta' fade)

    Test skont l-Anness 11, Appendiċi 2:

    3.5.1

    Test supplimentari tal-prestazzjoni kiesħa

    3.5.2

    Test ta' fade (Test tat-tip I) (**)

    3.5.3

    Test ta' fade (Test tat-tip III) (**)


    Differenzi skont il-paragrafu 3.7.2.2.1 ta' hawn fuq

    Kriterji tat-test

    (a)

    Żieda fit-torque massimu ddikjarat tat-tħaddim tal-brejk Cmax

    Bidla permessa mingħajr testijiet addizzjonali

    (b)

    Devjazzjoni tal-massa ddikjarata tad-diska tal-brejk u tad-drum tal-brejk mdec: ± 20 fil-mija

    CT: L-iktar varjant ħafif għandu jiġi ttestjat. Jekk it-test nominali tal-massa għal varjant ġdid jiddevja inqas minn 5 fil-mija minn varjant ittestjat preċedentement b’valur nominali ogħla, it-test tal-eħfef verżjoni jista’ ma jsirx.

    Il-massa tat-test attwali tal-kampjun ittestjat tista’ tvarja ± 5 fil-mija mit-test nominali tal-massa.

    (c)

    Metodu ta' kif jitwaħħlu l-lining/pedd fuq in-nagħla tal-brejk/ pjanċa ta' sostenn

    L-agħar każ speċifikat mill-manifattur u li dwaru ntlaħaq ftehim min-naħa tas-Servizzi Tekniċi li jkunu qed iwettqu t-test

    (d)

    Fil-każ ta' diski tal-brejkijiet, żieda fil-kapaċità tat-tefgħa massima tal-brejk

    Bidla permessa mingħajr testijiet addizzjonali

    (e)

    Tul effettiv tal-camshaft

    Huwa meqjus li l-agħar każ huwa l-ebusija tat-torsjoni tal-camshaft l-aktar baxxa u dan għandu jiġi vverifikat permezz ta’:

    (i)

    FT jew

    (ii)

    Bidla permessa mingħajr testijiet addizzjonali jekk tkun tista’ tintwera permezz ta' kalkoli l-influwenza fir-rigward tat-tefgħa u l-forza tal-ibbrejkjar. F’dan il-każ, ir-rapport tat-test għandu jindika l-valuri ta' estrapolazzjoni li ġejjin: se, Ce, Te, Te/Fe.

    (f)

    Tork tal-limitu ddikjarat C0,dec

    Għandu jiġi ċċekkjat li l-prestazzjoni tal-brejk tibqa’ fi ħdan il-kurituri tad-Dijagramma 2 tal-Anness 19.

    (g)

    ± 5 mm mid-dijametru estern iddikjarat tad-diska

    L-agħar każ tat-test huwa meqjus bħala l-iżgħar dijametru

    Id-dijametru estern attwali tal-kampjun ittestjat jista’ jvarja ± 1 mm mid-dijametru estern nominali speċifikat mill-manifattur tal-fus.

    (h)

    Tip ta' metodi ta' tkessiħ tad-diska (ivventilata/mhux ivventilata)

    Kull tip għandu jiġi ttestjat.

    (i)

    Hub (b’hub integrat, jew mingħajru)

    Kull tip għandu jiġi ttestjat.

    (j)

    Diska bi drum integrat – b’funzjoni ta' brejk tal-ipparkjar jew mingħajrha

    Ittestjar mhux meħtieġ għal din il-karatteristika.

    (k)

    Relazzjoni ġeometrika bejn l-uċuħ tal-frizzjoni tad-diska u l-mounting tad-diska

    Ittestjar mhux meħtieġ għal din il-karatteristika.

    (l)

    Tip ta' lining tal-brejkijiet

    Kull tip ta' lining tal-brejkijiet

    (m)

    Varjazzjonijiet fil-materjal (esklużi kambjamenti fil-materjal ta' bażi, ara l-paragrafu 3.7.2.2) li għalihom il-manifattur jikkonferma li tali varjazzjoni fil-materjal ma tbiddilx il-prestazzjoni fir-rigward tat-testijiet meħtieġa

    Testijiet mhumiex meħtieġa għal din il-kondizzjoni

    (n)

    Pjanċa ta' sostenn u nagħal

    L-agħar każijiet tal-kondizzjonijiet tat-test (***):

    Pjanċa ta' sostenn: ħxuna minima

    Nagħla: l-eħfef nagħla tal-brejk

    3.8.1.

    Jekk apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet jiddevja minn wieħed ittestjat skont il-paragrafi 3.7.3.1 u 3.7.3.2 ikun neċessarju test addizzjonali skont il-paragrafu 3.6.2 ta' dan l-appendiċi.

    3.9.   Rapport tat-test

    3.9.1.   In-numru tar-rapport tat-test

    In-numru tar-rapport tat-test jikkonsisti f’żewġ partijiet: parti bażika u suffiss li jidentifika l-livell tal-ħruġ tar-rapport tat-test.

    Il-parti bażika, li tikkonsisti f’20 karattru, u s-suffiss għandhom ikunu sseparati minn xulxin b’mod ċar billi tintuża tikka jew slexx.

    Il-parti bażika tar-rapport tat-test għandha tkopri biss brejkijiet li jkollhom l-istess identifikatur tal-brejk u l-istess fattur tal-brejk (skont il-paragrafu 4 tal-Anness 19 ta' dan ir-Regolament).

    3.9.2.   Kodiċi tat-test

    Minbarra n-numru tar-rapport tat-test, “kodiċi tat-test” li jkun magħmul minn massimu ta' tmien karattri (eż. ABC123) għandu jindika r-riżultati tat-test applikabbli għall-identifikaturi u l-kampjun tat-test, li huwa deskritt permezz tad-dettalji mogħtija fil-paragrafu 3.7 ta' hawn fuq.

    3.9.3.   Riżultati tat-test

    3.9.3.1.

    Ir-riżultat tat-testijiet imwettqa skont il-paragrafi 3.5 u 3.6.1 ta' dan l-appendiċi għandu jiġi rrappurtat fuq formola, li l-mudell tagħha huwa disponibbli fl-Appendiċi 3 ta' dan l-anness.

    3.9.3.2.

    Fil-każ ta' brejk installat b’apparat ta' aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet ir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont il-paragrafu 3.6.2 ta' dan l-appendiċi għandhom jiġu rrappurtati fuq formola, li l-mudell tagħha huwa disponibbli fl-Appendiċi 4 ta' dan l-anness.

    3.9.4.   Dokument ta' informazzjoni

    Dokument ta' informazzjoni, provdut mill-manifattur tal-fus jew tal-vettura, li fih tal-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Appendiċi 5 ma' dan l-anness għandu jkun parti mir-Rapport tat-Test.

    Id-dokument ta' informazzjoni għandu jidentifika, jekk applikabbli, il-varjanti differenti tat-tagħmir tal-brejk/fus fir-rigward tal-kriterji essenzjali elenkati fil-paragrafu 3.7.2.2.1 ta' hawn fuq.”

    Il-paragrafu 4.1., jiġi emendat kif ġej:

    “4.1.   Verifika tal-komponenti

    L-ispeċifikazzjoni tal-brejk tal-vettura li għandha tgħaddi minn proċedura ta' approvazzjoni tat-tip għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3.7 u 3.8 ta' hawn fuq.”

    Il-paragrafi minn 4.1.1 sa 4.1.7, għandhom jitħassru.

    Il-paragrafu 4.3.1.4, il-formola, tiġi emendata kif ġej:

    Formula

    Il-paragrafu 4.3.2, il-formola, tiġi emendata kif ġej:

    Formula

    Anness 11 – Appendiċi 3

    Jiġi emendat kif ġej (inkluż it-tħassir tal-figuri 1A, 1B, 2A u 2B):

    “APPENDIĊI 3

    Kampjun ta’ formola ta’ rapport tat-test kif preskritta fil-paragrafu 3.9 tal-appendiċi 2 ma’ dan l-anness

    RAPPORT TAT-TEST Nru …

     

    Parti bażika: ID4- …

     

    Suffiss: …

    1.   GENERALI

    1.1.

    Manifattur tal-fus (isem u indirizz): …

    1.1.1.

    Ghamla tal-manifattur tal-fus: …

    1.2.

    Manifattur tal-brejk (isem u indirizz): …

    1.2.1.

    Identifikatur tal-brejk ID2-: …

    1.2.2.

    Apparat ta’ aggustament awtomatiku ghall-brejk: integrat/mhux integrat (2)

    1.3.

    Dokument ta’ Informazzjoni tal-Manifattur: …

    2.   REGISTRAZZJONI TAT-TEST

    Id-dejta li gejja ghandha tigi rregistrata ghal kull test:

    2.1.

    Kodici tat-test (ara l-paragrafu 3.9.2 tal-Appendici 2 ma’ dan l-anness): …

    2.2.

    Kampjun tat-test: (identifikazzjoni preciza tal-varjant ittestjat relatat mad-Dokument ta’ Informazzjoni tal-Manifattur. Ara wkoll il-paragrafu 3.9.2 tal-Appendici 2 ma’ dan l-anness)

    2.2.1.

    Fus

    2.2.1.1.

    Identifikatur tal-fus: ID1-…

    2.2.1.2.

    Identifikazzjoni tal-fus ittestjat: …

    2.2.1.3.

    Test tat-taghbija fuq il-fus (identifikatur Fe): ID3-… daN

    2.2.2.

    Brejk

    2.2.2.1.

    Identifikatur tal-brejk: ID2-…

    2.2.2.2.

    Identifikazzjoni tal-brejk ittestjat: …

    2.2.2.3.

    Kapacità massima tat-tefgha tal-brejk (3): …

    2.2.2.4.

    Tul effettiv tal-camshaft (4): …

    2.2.2.5.

    Varjazzjoni tal-materjal skont il-paragrafu 3.8 (m) tal-Appendici 2 ma’ dan l-anness: …

    2.2.2.6.

    Drum tal-brejk/diska (2)

    2.2.2.6.1.

    Massa attwali tad-diska/drum waqt it-test (2): …

    2.2.2.6.2.

    Dijametru nominali estern tad-diska (3): …

    2.2.2.6.3.

    Tip ta’ tkessih tad-diska vventilata/mhux ivventilata (2)

    2.2.2.6.4.

    B’hub integrat, jew minghajru (2)

    2.2.2.6.5.

    Diska bi drum integrat – b’funzjoni tal-brejk tal-ipparkjar, jew minghajrha (2)  (3)

    2.2.2.6.6.

    Relazzjoni geometrika bejn l-ucuh tal-frizzjoni tad-diska u l-mounting tad-diska: …

    2.2.2.6.7.

    Materjal tal-bazi: …

    2.2.2.7.

    Lining jew pedd tal-brejk (2)

    2.2.2.7.1.

    Manifattur: …

    2.2.2.7.2.

    Ghamla: …

    2.2.2.7.3.

    Tip: …

    2.2.2.7.4.

    Metodu ta’ tqabbid tal-lining/pedd fuq in-naghla tal-brejk/pjanca ta’ sostenn (2): …

    2.2.2.7.5.

    Hxuna tal-pjanca ta’ sostenn, it-toqol tan-naghal jew informazzjoni ohra li tipprovdi deskrizzjoni (Dokument ta’ Informazzjoni tal-Manifattur) (2):

    2.2.2.7.6.

    Materjal ta’ bazi tan-naghla tal-brejk/pjanca ta’ sostenn (2): …

    2.2.3.

    Apparat ta’ aggustament awtomatiku ghall-brejk (mhux applikabbli fil-kaz ta’ apparat integrat ta’ aggustament awtomatiku ghall-brejk) (2)

    2.2.3.1.

    Manifattur (isem u indirizz): …

    2.2.3.2.

    Ghamla: …

    2.2.3.3.

    Tip: …

    2.2.3.4.

    Verzjoni: …

    2.2.4.

    Rota/i (dimensjonijiet ara l-Figuri 1A u 1B fl-Appendici 5 ta’ dan l-anness)

    2.2.4.1.

    Ragg tad-dawrien ta’ referenza (Re) tat-tajer bit-taghbija fuq il-fus (Fe) waqt it-test: …

    2.2.4.2.

    Data ta’ meta r-rota twahhlet waqt l-ittestjar:

    Daqs tar-rota

    Daqs tar-rimm

    Xe (mm)

    De (mm)

    Ee (mm)

    Ge (mm)

     

     

     

     

     

     

    2.2.5.

    Tul tal-lieva le: …

    2.2.6.

    Ċilindru tal-brejk.

    2.2.6.1.

    Manifattur: …

    2.2.6.2.

    Għamla: …

    2.2.6.3.

    Tip: …

    2.2.6.4.

    (Test) Numru ta’ identifikazzjoni: …

    2.3.

    Riżultati tat-test (irranġati biex jingħata kas tar-reżistenza waqt il-mixi ta’ 0,01 · Fe)

    2.3.1.

    Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji O2 u O3

    Tip ta’ test:

    0

    I

    L-Anness 11, l-Appendiċi 2, il-paragrafu:

    3.5.1.2

    3.5.2.2/3

    3.5.2.4

    Il-veloċitajiet tat-test

    km/siegħa

    40

    40

    40

    Pressjoni taċ-ċilindru tal-brejk pe

    kPa

     

     

    Ħin tal-ibbrejkjar

    min

    2,55

    Forza tal-brejk żviluppata Te

    daN

     

     

     

    Effikaċja tal-brejk Te/Fe

     

     

     

    Tefgħa taċ-ċilindru tal-brejk se

    mm

     

     

    Torque tat-tħaddim tal-brejk Ce

    Nm

     

     

    Torque tal-limitu tat-tħaddim tal-brejk C0,e

    Nm

     

     

    2.3.2.

    Fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija O4

    Tip ta’ test:

    0

    III

    L-Anness 11, l-Appendiċi 2, il-paragrafu:

    3.5.1.2

    3.5.3.1

    3.5.3.2

    Veloċità tat-test inizjali

    km/h

    60

     

    60

    Veloċità tat-test finali

    km/h

     

     

     

    Pressjoni taċ-ċilindru tal-brejk pe

    kPa

     

     

    Numru ta’ applikazzjonijiet tal-brejk

    20

    Tul taċ-ċiklu tal-ibbrejkjar

    s

    60

    Forza tal-brejk żviluppata Te

    daN

     

     

     

    Effikaċja tal-brejk Te/Fe

     

     

     

    Tefgħa taċ-ċilindru tal-brejk se

    mm

     

     

    Torque tat-tħaddim tal-brejk Ce

    Nm

     

     

    Torque tal-limitu tat-tħaddim tal-brejk C0,e

    Nm

     

     

    2.3.3.

    Din il-parti għandha timtela biss meta l-brejk ikun ġie sottopost għall-proċedura tat-test definita fil-paragrafu 4 tal-Anness 19 ta’ dan ir-Regolament biex jiġu vverifikati l-karatteristiċi tal-prestazzjoni kiesħa tal-brejk permezz tal-fattur tal-brejk (BF).

    2.3.3.1.

    Fattur tal-brejk BF:

    2.3.3.2.

    Torque tal-limitu tat-tħaddim tal-brejk C0,dec Nm

    2.3.4.

    Prestazzjoni tal-apparat ta’ aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet (jekk applikabbli)

    2.3.4.1.

    Ħidma libera skont il-paragrafu 3.6.3. tal-Anness 11, Appendiċi 2: iva / le (2)

    3.   FIRXA TA’ APPLIKAZZJONI

    Il-firxa ta’ applikazzjoni tispeċifika l-varjanti tal-fus/brejk li huma koperti f’dan ir-rapport tat-test, billi turi liema elementi varjabbli huma koperti mill-kodiċi tat-test individwali.

    4.   Dan it-test sar u r-riżultati ġew irrapportati skont l-Appendiċi 2 mal-Anness 11 u fejn xieraq, il-paragrafu 4 tal-Anness 19 mar-Regolament Nru 13 kif emendat l-aħħar bis-sensiela … ta’ emendi.

    Fit-tmiem tat-test definit fil-paragrafu 3.6 tal-Anness 11, Appendiċi 2 (5), ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.2.8.1 tar-Regolament Nru 13 kienu kkunsidrati bħala sodisfatti/mhux sodisfatti. (2)

    IS-SERVIZZ TEKNIKU (6) LI QED JAGĦMEL IT-TEST

    Iffirmat: …Data: …

    5.   AWTORITÀ TA’ APPROVAZZJONI (6)

    Iffirmat: …Data: …

    L-Anness 11 – l-Appendiċi 4,

    il-punt 1.1, issostitwixxi “Tagħbija fuq il-fus teknikament permissibbli (Pe)” b’ “Tagħbija fuq il-fus ittestjata (identifikatur Fe): ID3-”

    Jiżdied Appendiċi 5 ġdid mal-Anness 11, kif ġej:

    “APPENDIĊI 5

    Fus tat-trejler u dokument ta’ informazzjoni dwar il-brejkijiet fir-rigward tal-proċedura alternattiva tat-Tip I u t-Tip II

    1.   ĠENERALI

    1.1.

    Isem u indirizz tal-manifattur tal-fus jew tal-vettura: …

    2.   DEJTA DWAR IL-FUS

    2.1.

    Manifattur (isem u indirizz): …

    2.2.

    Tip/varjant: …

    2.3.

    Identifikatur tal-fus: ID1-…

    2.4.

    Tagħbija tal-fus ittestjata (Fe): … daN

    2.5.

    Dejta dwar ir-roti u l-brejk skont il-figuri 1A u 1B li ġejjin

    Figura 1A

    Image

    Figura 1B

    Image

    3.   BREJK

    3.1.

    Informazzjoni ġenerali

    3.1.1.

    Għamla: …

    3.1.2.

    Manifattur (isem u indirizz): …

    3.1.3.

    Tip ta’ brejk (eż. drum/diska): …

    3.1.3.1.

    Varjant (eż. S-cam, wedge singlu, eċċ.): …

    3.1.4.

    Identifikatur tal-brejk: ID2-…

    3.1.5.

    Dejta dwar il-brejk skont il-figuri 2A u 2B li ġejjin:

    Figura 2A

    Image

    Figura 2B

    Image

    xe (mm)

    ae (mm)

    he (mm)

    ce (mm)

    de (mm)

    ee (mm)

    α0e

    α1e

    be (mm)

    re (mm)

    Ae (cm2)

    S1e (mm)

    S2e (mm)

    S3e (mm)

    3.2.

    Dejta dwar id-drum tal-brejk

    3.2.1.

    Aġġustament awtomatiku tal-brejkijiet (estern/integrat): …

    3.2.2.

    Torque massimu ddikjarat għat-tħaddim tal-brejk Cmax: …Nm

    3.2.3.

    Effiċjenza mekkanika: η = …

    3.2.4.

    Torque iddikjarat tal-limitu tat-tħaddim tal-brejk C0,dec: …Nm

    3.2.5.

    Tul effettiv tal-camshaft: … mm

    3.3.

    Drum tal-brejk

    3.3.1.

    Dijametru massimu tal-wiċċ tal-frizzjoni (limitu ta’ konsum) … mm

    3.3.2.

    Materjal ta’ bażi: …

    3.3.3.

    Massa ddikjarata: … kg

    3.3.4.

    Massa nominali: … kg

    3.4.

    Lining tal-brejk

    3.4.1.

    Manifattur u indirizz …

    3.4.2.

    Għamla: …

    3.4.3.

    Tip: …

    3.4.4.

    Identifikazzjoni (identifikazzjoni tat-tip fuq il-lining): …

    3.4.5.

    Ħxuna minima (limitu ta’ konsum): … mm

    3.4.6.

    Metodu ta’ kif jitwaħħal il-materjal ta’ frizzjoni man-nagħla tal-brejk: …

    3.4.6.1.

    L-agħar każ ta’ twaħħil (f’każ ta’ iktar minn wieħed): …

    3.5.

    Dejta dwar id-diska tal-brejk

    3.5.1.

    Tip ta’ konnessjoni mal-fus (assjali, radjali, integrat, eċċ.): …

    3.5.2.

    Tagħmir ta’ aġġustament tal-brejkijiet (estern/integrat): …

    3.5.3.

    Tefgħa massima ta’ attwazzjoni: … mm

    3.5.4.

    Forza ta’ input massima ddikjarata ThAmax: …daN

    3.5.4.1.

    Cmax = ThAmax · le: … Nm

    3.5.5.

    Raġġ ta’ frizzjoni: re = …mm

    3.5.6.

    Tul tal-lieva: le = … mm

    3.5.7.

    Proporzjon bejn l-input/l-output (le/ee): i = …

    3.5.8.

    Effiċjenza mekkanika: η = …

    3.5.9.

    Forza ddikjarata tal-limitu tat-tħaddim tal-brejk ThA0,dec: … N

    3.5.9.1.

    C0,dec = ThA0,dec · le: … Nm

    3.5.10.

    Ħxuna minima tar-rotor (limitu ta’ konsum): …mm

    3.6.

    Dejta dwar id-diska tal-brejk

    3.6.1.

    Deskrizzjoni tat-tip tad-diska: …

    3.6.2.

    Konnessjoni/immuntar mal-hub: …

    3.6.3.

    Ventilazzjoni (iva/le): …

    3.6.4.

    Massa ddikjarata: … kg

    3.6.5.

    Mass nominali: … kg

    3.6.6.

    Dijametru estern iddikjarat: … mm

    3.6.7.

    Dijametru estern minimu: … mm

    3.6.8.

    Dijametru intern taċ-ċirku ta’ frizzjoni: … mm

    3.6.9.

    Wisa’ tal-kanal tal-ventilazzjoni (jekk applikabbli): …mm

    3.6.10.

    Materjal ta’ bażi: …

    3.7.

    Dejta dwar il-pedd tal-brejk

    3.7.1.

    Manifattur u indirizz: …

    3.7.2.

    Għamla: …

    3.7.3.

    Tip: …

    3.7.4.

    Identifikazzjoni (identifikazzjoni tat-tip fuq il-pedd tal-pjanċa ta’ sostenn): …

    3.7.5.

    Ħxuna minima (limitu tal-konsum): … mm

    3.7.6.

    Metodu ta’ kif jitwaħħal il-materjal ta’ frizzjoni mal-pedd tal-pjanċa ta’ sostenn: …

    3.7.6.1.

    L-agħar każ ta’ twaħħil (f’każ ta’ iktar minn wieħed): …”

    Emendi għall-Anness 13

    L-Anness 13, il-Paragrafu 4.3, jiġi emendat kif ġej:

    “4.3.

    Fl-eventwalità ta' ħsara, kif definita fil-paragrafu 4.1. hawn fuq, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

    Vetturi bil-mutur

    :

    Il-prestazzjoni residwa tal-brejkijiet għandha tkun dik preskritta għall-vettura inkwistjoni f’każ ta' ħsara ta' parti mit-trażmissjoni tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz kif stipulat fil-paragrafu 5.2.1.4 ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rekwiżit m’għandux jitqies li jitbiegħed mir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-ibbrejkjar sekondarju.

    Trejlers

    :

    Il-prestazzjoni residwa tal-brejkijiet għandha tkun dik stipulata fil-paragrafu 5.2.2.15.2 ta' dan ir-Regolament.”

    Emendi għall-Anness 16

    L-Anness 16, jiġi emendat kif ġej:

    “ANNESS 16

    Kompatibbiltà bejn il-vetturi tal-irmonk u t-trejlersf’konformità mal-komunikazzjonijiet tad-dejta iso11992

    1.   ĠENERALI

    1.1.

    Ir-rekwiżiti ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw biss għall-vetturi tal-irmonk u għal trejlers mgħammra b’linja tal-kontroll elettrika kif hemm stipulat fil-paragrafu 2.24 ta’ dan ir-Regolament.

    1.2.

    Il-konnettur ISO7638 jipprovdi provvista tal-enerġija għas-sistema tal-ibbrejkjar jew għas-sistema tal-ibbrejkjar anti-lock tat-trejler. F’każ ta’ vetturi mgħammra b’linja tal-kontroll elettrika kif stipulat fil-paragrafu 2.24 tar-Regolament, dan il-konnettur jipprovdi wkoll interface għall-komunikazzjoni tad-dejta permezz tal-pinnijiet 6 u 7 – ara l-paragrafu 5.1.3.6 tar-Regolament.

    1.3.

    Dan l-Anness jiddefinixxi rekwiżiti applikabbli għall-vettura tal-irmonk u għat-trejler skont l-appoġġ tal-messaġġi kif definit fi ħdan l-ISO 11992-2:2003, inkluża l-Emenda1:2007.

    2.   Il-parametri definiti fi ħdan l-ISO 11992-2:2003, inkluża l-Emenda 1:2007, li huma trażmessi mil-linja tal-kontroll elettrika għandhom jiġu appoġġjati kif jidher hawn taħt:

    2.1.

    Il-funzjonijiet u l-messaġġi relatati li ġejjin huma dawk speċifikati fi ħdan dan ir-Regolament li għandhom jiġu appoġġjati mill-vettura tal-irmonk jew mit-trejler fejn ikun xieraq:

    2.1.1.

    Messaġġi trażmessi mill-vettura tal-irmonk lit-trejler:

    Funzjoni/Parametru

    ISO 11992-2:2003

    Referenza

    ir-Regolament Nru 13

    Referenza

    Valur tad-domanda għall-brejk tas-servizz/brejk sekondarju

    EBS11

    Byte 3-4

    l-Anness 10,

    il-paragrafu 3.1.3.2

    Valur tad-domanda għall-brejk b’żewġ ċirkwiti elettriċi

    EBS12

    Byte 3 Bit 1-2

    ir-Regolament Nru 13,

    il-paragrafu 5.1.3.2

    Linja ta’ kontroll pnewmatiku

    EBS12

    Byte 3 Bit 5-6

    ir-Regolament Nru 13,

    il-paragrafu 5.1.3.2

    2.1.2.

    Messaġġi trażmessi mit-trejler lill-vettura tal-irmonk:

    Funzjoni/Parametru

    ISO 11992-2:2003

    Referenza

    ir-Regolament Nru 13

    Referenza

    VDC Attiv/passiv

    EBS21 Byte 2

    Bit 1-2

    l-Anness 21,

    il-paragrafu 2.1.6

    Provvista elettrika għall-vettura suffiċjenti/insuffiċjenti

    EBS22 Byte 2

    Bit 1-2

    ir-Regolament Nru 13,

    il-paragrafu 5.2.2.20

    Talba ta’ sinjal aħmar ta’ twissija

    EBS22 Byte 2

    Bit 3-4

    ir- Nru 13,

    il-paragrafi 5.2.2.15.2.1, 5.2.2.16 and 5.2.2.20

    Talba ta’ bbrejkjar tal-linja ta’ forniment

    EBS22 Byte 4

    Bit 3-4

    ir-Regolament Nru 13,

    il-paragrafu 5.2.2.15.2

    Talba ta’ bozoz tal-waqfien

    EBS22 Byte 4

    Bit 5-6

    ir-Regolament Nru 13,

    il-paragrafu 5.2.2.22.1

    Provvista pnewmatika għall-vettura suffiċjenti/insuffiċjenti

    EBS23 Byte 1

    Bit 7-8

    ir-Regolament Nru 13,

    il-paragrafu 5.2.2.16

    2.2.

    Meta t-trejler jittrażmetti l-messaġġi li ġejjin, il-vetturi tal-irmonk għandha tipprovdi twissija lis-sewwieq:

    Funzjoni/Parametru

    ISO 11992-2:2003

    Referenza

    Twissija lis-sewwieq meħtieġa

    VDC Attiv/Passiv (7)

    EBS21 Byte 2

    Bit 1-2

    l-Anness 21, il-paragrafu 2.1.6

    Talba ta’ sinjal aħmar ta’ twissija

    EBS22 Byte 2

    Bit 3-4

    ir-Regolament Nru 13, il-paragrafu 5.2.1.29.2.1

    2.3.

    Il-messaġġi li ġejjin kif stipulati fl-ISO 11992-2:2003, inkluża l-Emenda 1:2007, għandhom ikunu appoġġjati mill-vettura tal-irmonk jew mit-trejler:

    2.3.1.

    Messaġġi trażmessi mill-vettura tal-irmonk għat-trejler:

    Attwalment m’hemm l-ebda messaġġi definiti.

    2.3.2.

    Messaġġi trażmessi mit-trejler għall-vettura tal-irmonk:

    Funzjoni/Parametru

    ISO 11992-2:2003 Referenza

    Brejk tas-servizz ta’ vettura attiv/passiv

    EBS22 Byte 1, Bit 5-6

    Sistema ta’ bbrejkjar permezz ta’ linja tal-kontroll elettrika appoġġjata

    EBS22 Byte 4, Bit 7-8

    Indiċi tad-dejta ġeometrika

    EBS24 Byte 1

    Kontenut tal-indiċi tad-dejta ġeometrika

    EBS24 Byte 2

    2.4.

    Il-messaġġi li ġejjin għandhom ikunu appoġġjati mill-vettura tal-irmonk jew mit-trejler fejn ikun xieraq meta l-vettura tiġi mgħammra b’funzjoni assoċjata ma’ dak il-parametru:

    2.4.1.

    Messaġġi trażmessi mill-vettura tal-irmonk għat-trejler:

    Funzjoni/Parametru

    ISO 11992-2:2003 Referenza

    Tip ta’ Vettura

    EBS11 Byte 2, Bit 3-4

    VDC (Kontroll Dinamiku tal-Vettura) Attiv/passiv (8)

    EBS11 Byte 2, Bit 5-6

    Valur tad-domanda għall-brejk għal quddiem jew għax-xellug tal-vettura

    EBS11 Byte 7

    Valur tad-domanda għall-brejk għal wara jew għal-lemin tal-vettura

    EBS11 Byte 8

    Sistema ROP (Protezzjoni kontra l-Qlib) mixgħula/mitfija (9)

    EBS12 Byte 1, Bit 3-4

    Sistema YC (Kontroll tal-Yaw) mixgħula/mitfija (10)

    EBS12 Byte 1, Bit 5-6

    Ixgħel/itfi s-sistema ROP (Protezzjoni kontra l-Qlib) tat-trejler (9)

    EBS12 Byte 2, Bit 1-2

    Ixgħel/itfi s-sistema YC (Kontroll tal-Yaw) (10)

    EBS12 Byte 2, Bit 3-4

    Talba għal għajnuna għall-forza tal-ġbid

    RGE11 Byte 1, Bit 7-8

    Fus tal-irfigħ 1 – talba għal pożizzjoni

    RGE11 Byte 2, Bit 1-2

    Fus tal-irfigħ 2 - talba għal pożizzjoni

    RGE11 Byte 2, Bit 3-4

    Talba ta’ llokkjar tal-fus tal-istering

    RGE11 Byte 2, Bit 5-6

    Sekondi

    TD11 Byte 1

    Minuti

    TD11 Byte 2

    Sigħat

    TD11 Byte 3

    Xhur

    TD11 Byte 4

    Ġurnata

    TD11 Byte 5

    Sena

    TD11 Byte 6

    Bilanċ tal-minuti lokali

    TD11 Byte 7

    Bilanċ tas-sigħat lokali

    TD11 Byte 8

    2.4.2.

    Messaġġi trażmessi mit-trejler għall-vettura tal-irmonk:

    Funzjoni/Parametru

    ISO 11992-2:2003 Referenza

    Appoġġ tad-distribuzzjoni tal-forza tal-brejk fil-ġenb jew fil-fus

    EBS21 Byte 2, Bit 3-4

    Veloċità tal-vettura bbażata fuq ir-rota

    EBS21 Byte 3-4

    Aċċellerazzjoni laterali

    EBS21 Byte 8

    L-ABS tal-vettura attiv/passiv

    EBS22 Byte 1, Bit 1-2

    Talba ta’ sinjal isfar ta’ twissija

    EBS22 Byte 2, Bit 5-6

    Tip ta’ vettura

    EBS22 Byte 3, Bit 5-6

    Assistenza li turi li hemm rampa tat-tagħbija fil-viċin

    EBS22 Byte 4, Bit 1-2

    Total tat-tagħbija tal-fus

    EBS22 Byte 5-6

    Pressjoni tat-tajer suffiċjenti/insuffiċjenti

    EBS23 Byte 1, Bit 1-2

    Lining tal-brejk suffiċjenti/insuffiċjenti

    EBS23 Byte 1, Bit 3-4

    L-istatus tat-temperatura tal-brejk

    EBS23 Byte 1, Bit 5-6

    Identifikazzjoni tat-tajer /rota (pressjoni)

    EBS23 Byte 2

    Identifikazzjoni tat-tajer /rota (lining)

    EBS23 Byte 3

    Identifikazzjoni tat-tajer /rota (temperatura)

    EBS23 Byte 4

    Pressjoni tat-tajer (pressjoni attwali tat-tajer)

    EBS23 Byte 5

    Lining tal-brejk

    EBS23 Byte 6

    Temperatura tal-brejk

    EBS23 Byte 7

    Pressjoni taċ-ċilindru tal-brejk l-ewwel fus tar-rota tax-xellug

    EBS25 Byte 1

    Pressjoni taċ-ċilindru tal-brejk l-ewwel fus tar-rota tal-lemin

    EBS25 Byte 2

    Pressjoni taċ-ċilindru tal-brejk it-tieni fus tar-rota tax-xellug

    EBS25 Byte 3

    Pressjoni taċ-ċilindru tal-brejk it-tieni fus tar-rota tal-lemin

    EBS25 Byte 4

    Pressjoni taċ-ċilindru tal-brejk it-tielet fus tar-rota tax-xellug

    EBS25 Byte 5

    Pressjoni taċ-ċilindru tal-brejk it-tielet fus tar-rota tal-lemin

    EBS25 Byte 6

    Sistema ROP (Protezzjoni kontra l-Qlib) mixgħula/mitfija (11)

    EBS25 Byte 7, Bit 1-2

    Sistema YC (Yaw Control) mixgħula/mitfija (12)

    EBS25 Byte 7, Bit 3-4

    Għajnuna għat-trazzjoni

    RGE21 Byte 1, Bit 5-6

    Fus tal-irfigħ pożizzjoni 1

    RGE21 Byte 2, Bit 1-2

    Fus tal-irfigħ pożizzjoni 2

    RGE21 Byte 2, Bit 3-4

    Illokkjar tal-fus tal-istering

    RGE21 Byte 2, Bit 5-6

    Identifikazzjoni tat-tajer / tar-rota

    RGE23 Byte 1

    Temperatura tat-tajer

    RGE23 Byte 2-3

    Informazzjoni dwar telf ta’ arja (tajer)

    RGE23 Byte 4-5

    Informazzjoni dwar pressjoni minima tat-tajer

    RGE23 Byte 6, Bit 1-3

    2.5.

    L-appoġġ tal-messaġġi l-oħra kollha kif definit fi ħdan l-ISO 11992-2:2003, inkluża l-Emenda 1:2007, mhuwiex obbligatorju għall-vettura tal-irmonk u t-trejler.”

    Emendi għall-Anness 17

    Anness 17,

    Jiżdiedu paragrafi ġodda 3.2.2.6 u 3.2.2.7, kif ġej:

    “3.2.2.6.   Jinxtegħlu l-bozoz ta' waqfien

    Issimula l-messaġġ EBS 22 byte 4 bits 5 sa 6 ssettja għal 00 u ċċekkja li l-bozoz ta' waqfien mhumiex mixgħulin.

    Issimula l-messaġġ EBS 22 byte 4 bits 5 sa 6 ssettja għal 01 u ċċekkja li l-bozoz ta' waqfien huma mixgħulin.

    3.2.2.7.   Intervent tal-Funzjoni tal-Istabbiltà tat-Trejler

    Issimula l-messaġġ EBS 21 byte 2 bits 1 sa 2 issettja għal 00 u ċċekkja li s-sinjal ta' twissija tas-sewwieq definit fil-paragrafu 2.1.6 ta' Anness 21 mhux mixgħul.

    Issimula l-messaġġ EBS 21 byte 2 bits 1 sa 2 issettja għal 01 u ċċekkja li s-sinjal ta' twissija tas-sewwieq definit fil-paragrafu 2.1.6 ta' Anness 21 huwa mixgħul.”

    Jiżdied paragrafu ġdid Nru 3.2.3.2., kif ġej:

    “3.2.3.2.

    Il-paragrafu 2.4.1 tal-Anness 16 jiddefinixxi messaġġi addizzjonali li għandhom, f’ċirkostanzi speċifiċi, ikunu appoġġjati mill-vettura tal-irmonk. Kontrolli addizzjonali jistgħu jitwettqu biex jiġi vverifikat l-istatus tal-messaġġi appoġġjati biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.1.3.6.2 tar-Regolament huma sodisfatti.”

    Jiżdiedu paragrafi ġodda 4.2.2.4 sa 4.2.2.6, kif ġej:

    “4.2.2.4.   Ibbrejkjar bi kmand awtomatiku

    F’każ li t-trejler jinkludi funzjoni li t-tħaddim tagħha jirriżulta f’intervent ta' bbrejkjar bi kmand awtomatiku, għandhom jiġu ċċekkjati l-punti li ġejjin:

    Jekk ma jkun iġġenerat l-ebda bbrejkjar bi kmand awtomatiku, iċċekkja li l-messaġġ EBS 22 byte 4 bits 5 sa 6 jkun issettjat għal 00.

    Issimula intervent ta' bbrejkjar bi kmand awtomatiku, meta d-deċellerazzjoni li tirriżulta tkun ≥ 0,7 m/sec2, iċċekkja li l-messaġġ EBS 22 byte 4 bits 5 sa 6 jkun issettjat għal 01.

    4.2.2.5.   Funzjoni tal-Istabbiltà tal-Vettura

    Fil-każ ta' trejler mgħammar b’funzjoni ta' stabbiltà tal-vettura, għandhom jitwettqu l-kontrolli li ġejjin:

     

    Meta l-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura tkun inattiva, iċċekkja li l-messaġġ EBS 21 byte 2 bits 1 sa 2 ikun issettjat għal 00.

     

    Issimula intervent tal-funzjoni tal-kontroll tal-istabbiltà tal-vettura kif speċifikat fil-paragrafu 2.2.4 tal-Anness 21 u ċċekkja li l-messaġġ EBS 21 byte 2 bits 1 sa 2 ikun issettjat għal 01.

    4.2.2.6.   Appoġġ tal-linja tal-kontroll elettrika

    Fejn is-sistema tal-ibbrejkjar tat-trejler ma tkunx tappoġġja bbrekjar permezz tal-linja tal-kontroll elettrika, iċċekkja li l-messaġġ EBS 22 byte 4 bits 7 sa 8 jkun issettjat għal 00.

    Fejn is-sistema tal-ibbrejkjar tat-trejler tappoġġja l-linja tal-kontroll elettrika, iċċekkja li l-messaġġ EBS 22 byte 4 bits 7 sa 8 jkun issettjat għal 01.”

    Jiżdied paragrafu ġdid Nru 4.2.3.2., kif ġej:

    “4.2.3.2.

    Il-paragrafu 2.4.2 tal-Anness 16 jiddefinixxi messaġġi addizzjonali li għandhom, f’ċirkostanzi speċifiċi, ikunu appoġġjati mit-trejler. Kontrolli addizzjonali jistgħu jitwettqu biex jiġi vverifikat l-istatus tal-messaġġi appoġġjati biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.1.3.6.2 tar-Regolament huma sodisfatti.”

    Emendi għall-Anness 19

    Anness 19,

    Jiżdied paragrafu ġdid Nru 1.1.5, kif ġej:

    “1.1.5.

    Funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura (referenza għall-paragrafu 6).”

    Il-paragrafu 2.2.3, għall-“Appendiċi 7” aqra l-“Appendiċi 9”

    Il-paragrafu 4.2.2, jiġi emendat kif ġej:

    “4.2.2.

    Il-fattur tal-brejk huwa ddeterminat permezz tal-użu tal-formola li ġejja:

    Formula

    u għandu jiġi vverifikat għal kull wieħed mill-materjali tal-lining jew pedd speċifikat fil-paragrafu 4.3.1.3.”

    Il-paragrafu 4.3.2.3, jiġi emendat kif ġej:

    “4.3.2.3.

    It-torque minimu ddikjarat C0,dec

    Jiżdiedu paragrafi ġodda minn 6 sa 6.6.1, kif ġej:

    “6.   Funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura

    6.1.   Ġenerali

    6.1.1.

    Din is-sezzjoni tiddefinixxi proċedura ta' ttestjar biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi dinamiċi ta' vettura mgħammra bil-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura li tkun magħmula, tal-inqas, minn waħda mill-funzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    kontroll direzzjonali;

    (b)

    kontroll kontra l-qlib.

    6.2.   Dokument ta' informazzjoni

    6.2.1.

    Il-manifattur tas-sistema/vettura għandu jipprovdi lis-Servizz Tekniku b’Dokument ta' Informazzjoni dwar il-funzjoni(jiet) ta' kontroll li jeħtieġu verifika ta' prestazzjoni. Dan id-dokument għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni definita fl-Appendiċi 7 ta' dan l-Anness.

    6.3.   Definizzjoni tal-vetturi tat-test

    6.3.1.

    Fuq il-bażi tal-funzjoni(jiet) tal-kontroll tal-istabbiltà u tal-applikazzjoni(jiet) tagħhom definiti fid-dokument ta' informazzjonit tal-manifattur, is-Servizz Tekniku għandu jwettaq verifika tal-prestazzjoni. Dan jista’ jinkludi manuvra dinamika waħda, jew iktar, kif stipulat fil-paragrafu 2.2.3 tal-Anness 21 ta' dan ir-Regolament, fuq trejler(s) li għandhom sa tliet fusijiet li huma rappreżentattivi tal-applikazzjoni(jiet) definiti fil-paragrafu 2.1 tad-dokument tal-informazzjoni tal-manifattur.

    6.3.1.1.

    Meta jkunu qed jintgħażlu t-trejler(s) għall-evalwazzjoni, għandha wkoll tingħata konsiderazzjoni lill-fatturi li ġejjin:

    (a)

    Tip ta' sospensjoni: għal kull grupp ta' sospensjoni, eż. pnewmatika bbilanċjata, għandu jiġi evalwat trejler ta' dik l-ispeċifikazzjoni;

    (b)

    Bażi tar-rota: il-bażi tar-rota m’għandhiex tkun fattur li jillimita;

    (c)

    Tip ta' brejk: l-approvazzjoni għandha tkun limitata għal trejlers b’S-cam jew diski tal-brejkijiet iżda f’każ li jkun hemm tipi oħra disponibbli, jista’ jkun hemm il-bżonn ta' ttestjar komparattiv;

    (d)

    Sistema ta' bbrejkjar: is-sistema/i li għandhom jiġu evalwati għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti kollha ta' dan ir-Regolament.

    6.4.   Skeda tat-test

    6.4.1.

    Biex tiġi evalwata l-funzjoni tal-kontroll tal-istabbiltà tal-vettura, għandu jintlaħaq ftehim dwar it-testijiet użati bejn il-manifattur tas-sistema/vettura u s-Servizz Tekniku u dan il-ftehim għandu jinkludi kondizzjonijiet, skont il-funzjoni li tkun qed tiġi evalwata li, mingħajr l-intervent tal-funzjoni tal-kontroll tal-istabbiltà, jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' kontroll direzzjonali jew qlib. Il-manuvri dinamiċi, il-kondizzjonijiet tat-test u r-riżultati għandhom jiġu inklużi fir-rapport tat-test.

    6.5.   Vetturi tal-irmonk

    6.5.1.

    Il-vettura tal-irmonk użata għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura (trejler) għandu jkollha l-konnessjonijiet pnewmatiċi u elettriċi neċessarji u jekk il-vettura tal-irmonk tkun mgħammra b’funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura kif stipulat fil-paragrafu 2.34 ta' dan ir-Regolament, dik il-funzjoni għandha tintefa.

    6.6.   Rapport tat-test

    6.6.1.

    Għandu jitħejja rapport tat-test, li l-kontenut tiegħu għandu tal-inqas ikun dak stipulat fl-Appendiċi 8 ta' dan l-Anness.”

    Jiżdied Appendiċi ġdid Nru 7 mal-Anness 19, kif ġej:

    “APPENDIĊI 7

    Dokument ta’ informazzjoni dwar il-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura

    1.   ĠENERALI

    1.1.

    Isem il-manifattur

    1.2.

    Isem is-sistema

    1.3.

    Varjazzjonijiet tas-sistema

    1.4.

    Funzjoni ta’ kontroll (direzzjonali/qlib/it-tnejn) inkluża spjegazzjoni tal-funzjoni bażika u/jew il-filosofija tal-kontroll

    1.5.

    Konfigurazzjonijiet tas-sistema (fejn ikun xieraq)

    1.6.

    Identifikazzjoni tas-sistema

    2.   APPLIKAZZJONIJIET

    2.1.

    Lista ta’ tipi ta’ trejlers u konfigurazzjonijiet li jeħtieġu approvazzjoni

    2.2.

    Dijagrammi skematiċi tal-konfigurazzjonijiet rispettivi installati fuq it-trejlers definiti fil-punt 2.1 ta’ hawn fuq billi jiġu kkunsidrati l-punti li ġejjin:

    (a)

    Fusijiet tal-irfigħ

    (b)

    Fusijiet tal-istering

    (c)

    Konfigurazzjonijiet tal-ibbrejkjar anti-lock

    2.3.

    Ambitu tal-applikazzjoni fir-rigward tat-tip ta’ sospensjoni:

    (a)

    Sospensjoni tal-arja: kwalunkwe tip ta’ sospensjoni tal-arja bi ‘trailing arm’ ibbilanċjata

    (b)

    Sospensjonijiet oħra: għandhom jiġu definiti individwalment mill-manifattur, il-mudell u t-tip (bilanċjati/mhux bilanċjati)

    2.4.

    Informazzjoni addizzjonali (jekk applikabbli) għall-applikazzjoni tal-kontroll direzzjonali u/jew tal-funzjoni(jiet) tal-kontroll tal-qlib

    3.   DESKRIZZJONI TAL-KOMPONENTI

    3.1.   Sensers esterni għall-kontrollur

    (a)

    Funzjoni

    (b)

    Limitazzjonijiet fuq il-pożizzjoni tas-sensers

    (c)

    Identifikazzjoni, eż. numru/i tal-part

    3.2.   Kontrollur(i)

    (a)

    Deskrizzjoni ġenerali u funzjoni

    (b)

    Identifikazzjoni, eż. numru/i tal-part

    (c)

    Limitazzjonijiet fuq il-pożizzjoni tal-kontrollur(i)

    (d)

    Karatteristiċi addizzjonali

    3.3.   Modulaturi

    (a)

    Deskrizzjoni ġenerali u funzjoni

    (b)

    Identifikazzjoni

    (c)

    Limitazzjonijiet

    3.4.   Tagħmir tal-Elettriku

    (a)

    Dijagrammi taċ-ċirkwiti

    (b)

    Metodi ta’ alimentazzjoni

    3.5.   Ċirkwiti pnewmatiċi

    Sistemi skematiċi li jinkludu l-konfigurazzjonijiet tal-ibbrejkjar anti-lock assoċjati mat-tipi ta’ trejlers definiti fil-paragrafu 6.2.1 ta’ dan l-Anness.

    3.6.   Aspetti tas-sikurezza tas-sistema elettronika skont l-Anness 18 ta’ dan ir-Regolament

    3.7.   Kompatibbiltà Elettromanjetika

    3.7.1.

    Dokumentazzjoni li turi l-konformità mar-Regolament Nru 10 inkluża s-sensiela 02 tal-emendi.”

    Jiżdied Appendiċi ġdid Nru 8 mal-Anness 19, kif ġej:

    “APPENDIĊI 8

    Rapport tat-test dwar il-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura

    Nru TAR-RAPPORT TAT-TEST: …

    1.   IDENTIFIKAZZJONI

    1.1.

    Manifattur tal-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura (isem u indirizz): …

    1.2.

    Isem is-sistema/il-mudell tagħha: …

    1.3.

    Funzjoni ta’ kontroll: …

    2.   SISTEMA/I U INSTALLAZZJONIJIET APPROVATI

    2.1.

    Konfigurazzjonijiet ta’ bbrejkjar anti-lock (fejn xieraq): …

    2.2.

    Medda ta’ applikazzjoni (tip(i) ta’ trejlers u numru ta’ fusijiet): …

    2.3.

    Identifikazzjoni tas-sistema: …

    2.4.

    Karatteristiċi addizzjonali: …

    3.   DEJTA U RIŻULTATI TAT-TEST

    3.1.

    Dejta dwar il-vettura tat-test (inklużi l-ispeċifikazzjoni u l-funzjonalità tal-vettura tal-irmonk): …

    3.2.

    Informazzjoni dwar is-superfiċi tat-test: …

    3.3.

    Informazzjoni addizzjonali: …

    3.4.

    Testijiet/simulazzjonijiet dimostrattivi użati għall-evalwazzjoni tal-kontroll direzzjonali u l-kontroll kontra l-qlib fejn ikun xieraq: …

    3.5.

    Riżultati tat-test: …

    3.6.

    Evalwazzjoni skont l-Anness 18 ta’ dan ir-Regolament: …

    4.   LIMITI TAL-ISTALLAZZJONI

    4.1.

    Tip ta’ sospensjoni: …

    4.2.

    Tip ta’ brejk: …

    4.3.

    Pożizzjoni tal-komponenti fuq it-trejler: …

    4.4.

    Konfigurazzjonijiet tal-ibbrejkjar anti-lock: …

    4.5.

    Rakkomandazzjonijiet/limitazzjonijiet oħra (eż. fusijiet tal-irfigħ, fusijiet tal-istering, eċċ.): …

    5.   HEMŻIET: …

    6.   DATA TAT-TEST: …

    7.   Dan it-test twettaq, u r-riżultati ġew irrapportati skont l-Anness 19 tar-Regolament tal-ECE Nru 13 kif emendat l-aħħar mis- sensiela … ta’ emendi.

    IS-SERVIZZ TEKNIKU (13) LI JWETTAQ IT-TEST

    Iffirmat: … Data: …

    8.   AWTORITÀ TAL-APPROVAZZJONI (13)

    Iffirmat: … Data: …

    L-Appendiċijiet 7 u 8 jiġu enumerati mill-ġdid bħala Appendiċijiet 9 u 10.

    Emendi għall-Anness 20

    Anness 20,

    Il-paragrafu 2.1.3, jiġi emendat kif ġej:

    “2.1.3.

    Pakkett ta' dokumentazzjoni li jkun fih l-informazzjoni rilevanti ta' verifika, inklużi l-kalkoli rilevanti, fejn ikun xieraq, għal dawn li ġejjin:

    Rekwiżiti tal-Prestazzjoni

    Referenza fl-Anness 20

    Prestazzjoni kiesħa tal-ibbrejkar tas-servizz

    3

    Prestazzjoni tal-brejk tal-ipparkjar

    4

    Prestazzjoni tal-brejk awtomatiku (emerġenza)

    5

    Ħsara fis-sistema ta' distribuzzjoni tal-ibbrejkjar

    6

    Il-brejk anti-lock

    7

    Funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura

    8

    Kontrolli funzjonali

    9”

    Jiżdiedu paragrafi ġodda minn 8 sa 8.2.1.4, kif ġej:

    8.   Proċedura alternattiva biex tintwera l-prestazzjoni ta' trejler mgħammar bil-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura.

    8.1.   L-Evalwazzjoni ta' trejler skont il-paragrafu 2. tal-Anness 21 ta' dan ir-Regolament tista’ titwarrab fil-mument tal-approvazzjoni tat-tip tat-trejler jekk il-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura tkun konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-Anness 19 ta' dan ir-Regolament.

    8.2.   Verifika

    8.2.1.   Verifika tal-komponenti u l-installazzjoni

    L-ispeċifikazzjoni tas-sistema tal-ibbrejkjar, li fiha l-funzjoni tal-kontroll tal-istabbiltà hija integrata u hija installata fuq it-trejler li jrid jgħaddi mill-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi vverifikata billi jiġu sodisfatti l-kriterji kollha li ġejjin:

     

    Kundizzjoni

    Kriterji

    8.2.1.1.

    (a)

    Senser(s)

    Ma jistax isir tibdil

    (b)

    Kontrollur(i)

    Ma jistax isir tibdil

    (c)

    Modulatur(i)

    Ma jistax isir tibdil

    8.2.1.2.

    Tipi ta' trejlers kif definiti fir-rapport tat-test

    Ma jistax isir tibdil

    8.2.1.3.

    Konfigurazzjonijiet tal-installazzjoni kif definiti fit-rapport tat-test

    Ma jistax isir tibdil

    8.2.1.4.

    Għal limitazzjonijiet oħra, irreferi għall-paragrafu 4 tar-rapport tat-test kif deskritt fl-Appendiċi 8 tal-Anness 19 ta' dan ir-Regolament

    Ma jistax isir tibdil”

    Il-paragrafi minn 8 sa 8.1.7.1 (ta’ qabel), jiġu enumerati mill-ġdid bħala l-paragrafi minn 9 sa 9.1.7.1.

    Il-paragrafi 8.1.8 u 8.1.8.1 (ta’ qabel), jiġu enumerati mill-ġdid bħala l-paragrafi 9.1.9 u 9.1.9.1.

    Jiżdiedu paragrafi ġodda 9.1.8 u 9.1.8.1, kif ġej:

    “9.1.8.   Funzjoni ta' stabbiltà tal-vettura

    9.1.8.1.

    Għal raġunijiet prattiċi, il-verifika tal-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura għandha tkun limitata għall-kontroll tal-installazzjoni kif definit fil-paragrafu 8.2 ta' hawn fuq u għall-osservazzjoni tas-sekwenza korretta tas-sinjal ta' twissija biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda ħsara.”

    Jiżdied Anness ġdid Nru 21, kif ġej (inklużi l-Appendiċijiet minn 1 sa 3 tiegħu):

    ANNESS 21

    Rekwiżiti speċjali għal vetturi mgħammra bil-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura

    1.   ĠENERALI

    Dan l-Anness jiddefinixxi r-rekwiżiti speċjali għal vetturi mgħammra bil-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura, skont il-paragrafi 5.2.1.32 u 5.2.2.23 ta’ dan ir-Regolament.

    2.   REKWIŻITI

    2.1.   Vetturi bil-magna

    2.1.1.

    Meta vettura tkun mgħammra bil-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura, kif definit fil-paragrafu 2.34 ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika dan li ġej:

     

    Fil-każ ta’ kontroll direzzjonali, il-funzjoni għandu jkollha l-possibbiltà li awtomatikament tikkontrolla individwalment il-veloċità tar-roti tax-xellug u tal-lemin fuq kull fus jew fuq fus għal kull grupp ta’ fusijiet (14) permezz ta’ bbrejkjar selettiv ibbażat fuq l-evalwazzjoni tal-imġiba attwali tal-vettura meta mqabbla mad-determinazzjoni tal-imġiba tal-vettura mistennija mis-sewwieq. (15)

     

    Fil-każ ta’ kontroll kontra l-qlib, il-funzjoni għandu jkollha l-kapaċità li awtomatikament tikkontrolla l-veloċitajiet tar-roti tal-inqas fuq żewġ roti minn kull fus jew grupp ta’ fusijiet (14) permezz ta’ bbrejkjar selettiv jew ta’ bbrejkjar bi kmand awtomatiku bbażat fuq l-evalwazzjoni tal-imġiba attwali tal-vettura li tista’ twassal għall-qlib ta’ vettura. (15)

     

    Fiż-żewġ każijiet, il-funzjoni mhijiex meħtieġa:

    (a)

    Meta l-veloċità tal-vettura tkun inqas minn 20 km/siegħa;

    (b)

    Sakemm it-test awtomatiku inizjali tal-istartjar u l-kontrolli tal-kredibbiltà jkunu tlestew;

    (c)

    Meta l-vettura tkun qed tinstaq bir-rivers.

    2.1.2.

    Biex titwettaq il-funzjonalità ddefinita hawn fuq, il-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura għandha tinkludi, minbarra bbrejkjar selettiv u/jew ibbrejkjar bi kmand awtomatiku, tal-inqas dan li ġej:

    (a)

    L-abbiltà li jiġi kkontrollat ir-rendiment massimu tal-qawwa;

    (b)

    Fil-każ ta’ kontroll direzzjonali: id-determinazzjoni tal-imġiba attwali tal-vettura minn valuri tar-rata tal-yaw, aċċellerazzjoni laterali, veloċitajiet tar-rota, u mill-input ta’ kontroll tas-sewwieq għas-sistemi ta’ bbrejkjar u ta’ stering u għall-magna. Għandha tintuża biss informazzjoni li tiġi ġġenerata abbord. Jekk dawn il-valuri ma jitkejlux b’mod dirett, l-evidenza tal-korrelazzjoni adegwata mal-valuri direttament imkejla taħt il-kondizzjonijiet kollha tas-sewqan (eż. inkluż sewqan f’mina) għandha tintwera lis-servizz tekniku meta tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

    (c)

    Fil-każ ta’ kontroll tal-qlib: id-determinazzjoni tal-imġiba attwali tal-vettura minn valuri ta’ forza vertikali fuq it-tajer(s) (jew tal-inqas l-aċċellerazzjoni laterali u l-veloċitajiet tar-roti) u mill-input ta’ kontroll tas-sewwieq għas-sistema ta’ bbrejkjar u għall-magna. Għandha tintuża biss informazzjoni li tiġi ġġenerata abbord. Jekk dawn il-valuri ma jitkejlux b’mod dirett, l-evidenza tal-korrelazzjoni adegwata mal-valuri direttament imkejla taħt il-kondizzjonijiet kollha tas-sewqan (eż. inkluż sewqan f’mina) għandha tintwera lis-servizz tekniku meta tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

    (d)

    Fil-każ ta’ vettura tal-irmonk mgħammra skont il-paragrafu 5.1.3.1 ta’ dan ir-Regolament: L-abbiltà li jintużaw il-brejkijiet ta’ servizz tat-trejler permezz tal-linja/i ta’ kontroll rispettivi indipendentement mis-sewwieq.

    2.1.3.

    Il-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura għandha tintwera lis-Servizz Tekniku permezz ta’ manuvri dinamiċi fuq vettura waħda. Dan jista’ jitwettaq permezz ta’ paragun ta’ riżultati miksuba mill-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura li tinxtegħel u tintefa għal kondizzjoni partikolari ta’ tagħbija. Bħala alternattiva għat-twettiq ta’ manuvri dinamiċi għal vetturi oħra u kondizzjonijiet ta’ tagħbija oħrajn, immuntati mal-istess sistema ta’ stabbiltà tal-vettura, jistgħu jiġu sottomessi r-riżultati tat-testijiet attwali tal-vettura jew tas-simulazzjonijiet tal-kompjuter.

    L-użu tas-simulatur huwa definit fl-Appendiċi 1 ma’ dan l-anness.

    L-ispeċifikazzjoni u l-validazzjoni tas-simulatur huma definiti fl-Appendiċi 2 ma’ dan l-anness.

    Sakemm jintlaħaq ftehim dwar proċeduri ta’ testijiet unifikati, il-manifattur tal-vettura u s-Servizz Tekniku għandhom jaqblu dwar il-metodu li bih għandha titwettaq din id-dimostrazzjoni u dan għandu jinkludi kondizzjonijiet kritiċi ta’ kontroll direzzjonali u ta’ kontroll kontra l-qlib kif inhu xieraq għall-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura mmuntata fuq il-vettura bil-metodu ta’ dimostrazzjoni u r-riżultati għandhom jiġu mehmuża mar-rapport tal-approvazzjoni tat-tip. Dan jista’ jitwettaq fi kwalunke mument li ma jkunx dak li fih tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

    Bħala mezz li bih tista’ tintwera l-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura, kull waħda mill-manuvri dinamiċi li ġejjin għandha tintuża (16):

    Kontroll Direzzjonali

    Kontroll kontra l-Qlib

    Test għat-tnaqqis tar-raġġ

    Test ta’ steady state circular

    Test ta’ step steer input

    J-turn

    Sine with dwell

     

    J-turn

     

    Bdil tal-korsija singla μ-split

     

    Bdil tal-korsija doppja

     

    Test ta’ reversed steering jew test ‘fish hook’

     

    Test tal-asymmetrical one period sine steer jew test tal-pulse steer input

     

    Biex tintwera repetizzjoni, il-vettura għandha tkun soġġetta għat-tieni dimostrazzjoni billi jintużaw il-manuvri magħżula.

    2.1.4.

    Interventi tal-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura għandhom jiġu indikati lis-sewwieq minn sinjal ta’ twissija ottika speċifiku. L-indikazzjoni għandha tkun preżenti bil-kundizzjoni li l-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura tkun fil-modalità ‘intervent’. Is-sinjali ta’ twissija speċifikati fil-paragrafu 5.2.1.29 ta’ dan ir-Regolament għandhom jintużaw għal dan l-iskop.

    L-interventi tal-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura użati fi kwalunkwe proċess ta’ tagħlim biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi operattivi tal-vettura m’għandhomx jiġġeneraw is-sinjal imsemmi hawn fuq.

    Is-sinjal għandu jkun viżibbli għas-sewwieq, anki matul il-ġurnata, b’tali mod li s-sewwieq ikun jista’ faċilment jivverifika l-kondizzjoni sodisfaċenti tas-sinjal mingħajr ma jiċċaqlaq mis-sedil tas-sewwieq.

    2.1.5.

    Ħsara jew difett fil-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura għandhom jiġu nnutati u indikati lis-sewwieq permezz tas-sinjal ta’ twissija ottiku speċifiku li jixgħel isfar, imsemmi fil-paragrafu 5.2.1.29.1.2 ta’ dan ir-Regolament.

    Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun kostanti u għandu jibqa’ jidher sakemm il-ħsara jew id-difett jibqgħu jippersistu u s-swiċċ tal-ignixin (startjar) ikun fil-pożizzjoni ‘mixgħula’ (ħidma).

    2.1.6.

    Fil-każ ta’ vettura bil-magna mgħammra b’linja tal-kontroll elettrika u kkonnettjata bl-elettriku ma’ trejler b’linja tal-kontroll elettrika, is-sewwieq għandu jiġi mwissi permezz ta’ sinjal ta’ twissija ottiku speċifiku kull darba li t-trejler jipprovdi l-informazzjoni ‘VDC Active’ permezz tal-parti tal-komunikazzjonijiet tad-dejta tal-linja tal-kontroll elettrika. Is-sinjal ottiku definit fil-paragrafu 2.1.4 ta’ hawn fuq jista’ jintuża għal dan l-iskop.

    2.2.   Trejlers

    2.2.1.

    Meta trejler ikun mgħammar b’funzjoni ta’ stabbiltà tal-vettura kif definit fil-paragrafu 2.34 ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika dan li ġej:

     

    Fil-każ ta’ kontroll direzzjonali, il-funzjoni għandu jkollha l-abbiltà li tikkontrolla awtomatikament u b’mod individwali l-veloċità tar-roti tax-xellug u tal-lemin fuq kull fus jew fus ta’ kull grupp ta’ fusijiet (14) permezz ta’ bbrejkjar selettiv ibbażat fuq l-evalwazzjoni tal-imġiba attwali tat-trejler b’paragun mad-determinazzjoni tal-imġiba relattiva tal-vettura tal-irmonk. (15)

     

    Fil-każ ta’ kontroll kontra l-qlib, il-funzjoni għandu jkollha l-abbiltà li tikkontrolla awtomatikament il-veloċitajiet tar-rota, tal-inqas, fuq żewġ roti ta’ kull fus jew grupp ta’ fusijiet (14) permezz ta’ bbrejkjar selettiv jew ibbrejkjar li jkun jaħdem b’mod awtomatiku abbażi tal-evalwazzjoni tal-imġiba attwali tat-trejler li tista’ tikkaġuna qlib. (15)

    2.2.2.

    Biex titwettaq il-funzjonalità definita hawn fuq, il-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura għandha tinkludi, flimkien ma’ bbrejkjar bi kmand awtomatiku u fejn hu xieraq ibbrejkjar selettiv, tal-inqas dawn il-punti li ġejjin:

    (a)

    Id-determinazzjoni tal-imġiba attwali tat-trejler mill-valuri tal-forza vertikali fuq it-tajer(s), jew tal-inqas mill-aċċellerazzjoni laterali u mill-veloċitajiet tar-roti. Għandha tintuża biss informazzjoni li tiġi ġġenerata abbord. Jekk dawn il-valuri ma jitkejlux b’mod dirett, l-evidenza tal-korrelazzjoni adegwata mal-valuri direttament imkejla taħt il-kondizzjonijiet kollha tas-sewqan (eż. inkluż sewqan f’mina) għandha tintwera lis-servizz tekniku meta tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

    2.2.3.

    Il-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura għandha tintwera lis-Servizz Tekniku permezz ta’ manuvri dinamiċi fuq vettura waħda. Dan jista’ jitwettaq permezz ta’ paragun ta’ riżultati miksuba mill-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura li tinxtegħel u tintefa fil-każ ta’ kondizzjoni partikolari ta’ tagħbija. Bħala alternattiva għat-twettiq ta’ manuvri dinamiċi għal vetturi oħra u kondizzjonijiet ta’ tagħbija oħrajn, mgħammrin bl-istess sistema ta’ stabbiltà tal-vettura, jistgħu jiġu sottomessi r-riżultati tat-testijiet attwali tal-vettura jew tas-simulazzjonijiet tal-kompjuter.

    L-użu tas-simulatur huwa definit fl-Appendiċi 1 ma’ dan l-anness.

    L-ispeċifikazzjoni u l-validazzjoni tas-simulatur huma definiti fl-Appendiċi 2 ma’ dan l-anness.

    Sakemm jintlaħaq ftehim dwar proċeduri ta’ testijiet unifikati, il-manifattur tal-vettura u s-Servizz Tekniku għandhom jaqblu dwar il-metodu li bih għandha titwettaq din id-dimostrazzjoni u dan għandu jinkludi kondizzjonijiet kritiċi ta’ kontroll direzzjonali u ta’ kontroll kontra l-qlib kif xieraq għall-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura mmuntata fuq il-vettura bil-metodu ta’ dimostrazzjoni u r-riżultati għandhom jiġu mehmuża mar-rapport tal-approvazzjoni tat-tip. Dan jista’ jitwettaq fi kwalunke mument li ma jkunx dak li fih tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

    Bħala mezz li bih tista’ tintwera l-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura, kull waħda mill-manuvri dinamiċi li ġejjin għandha tintuża (16):

    Kontroll Direzzjonali

    Kontroll kontra l-Qlib

    Test għat-tnaqqis tar-raġġ

    Test ta’ steady state circular

    Test ta’ step steer input

    J-turn

    Sine with dwell

     

    J-turn

     

    Bdil tal-korsija singla μ-split

     

    Bdil tal-korsija doppja

     

    Test ta’ reversed steering jew test ‘fish hook’

     

    Test tal-asymmetrical one period sine steer jew test tal-pulse steer input

     

    Biex tintwera l-possibbiltà tar-repetizzjoni, il-vettura għandha tkun soġġetta għat-tieni dimostrazzjoni billi jintużaw il-manuvri magħżula.

    2.2.4.

    Trejlers mgħammra b’linja tal-kontroll elettrika, meta kkonnettjati b’mod elettriku ma’ vettura tal-irmonk b’linja tal-kontroll elettrika, għandhom jipprovdu l-informazzjoni ‘VDC active’ permezz tal-parti tal-komunikazzjonijiet tad-dejta tal-linja tal-kontroll elettrika meta l-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura tkun fil-modalità ‘intervent’. L-interventi tal-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura użati fi kwalunkwe proċess ta’ tagħlim biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi operattivi tal-vettura m’għandhomx jiġġeneraw l-informazzjoni msemmija hawn fuq.

    2.2.5.

    Biex tiġi mmassimizzata l-prestazzjoni tat-trejlers li jużaw is-sistema ‘select-low’ tali trejlers ikollhom il-permess li jbiddlu l-modalità tal-kontroll għas-sistema ‘select-high’ matul intervent tal-‘Funzjoni tal-Istabbiltà tal-Vettura’.

    APPENDIĊI 1

    L-Użu Tas-Simulazzjoni Tal-Istabbiltà Dinamika

    L-effettività tal-funzjoni direzzjonali u/jew tal-kontroll tal-istabbiltà kontra l-qlib ta’ vettura bil-magna u ta’ trejlers tal-kategoriji M, N u O, tista’ tiġi ddeterminata b’simulazzjoni tal-kompjuter.

    1.   L-UŻU TAS-SIMULAZZJONI

    1.1

    Il-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura għandha tintwera mill-manifattur tal-vettura lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew lis-Servizz Tekniku bl-istess manuvri dinamiċi bħal dawk użati għad-dimostrazzjoni prattika fil-paragrafu 2.1.3 jew 2.2.3 tal-Anness 21.

    1.2.

    Is-simulazzjoni għandha tkun mezz li bih tkun tista’ tintwera l-prestazzjoni tal-istabbiltà tal-vettura meta l-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura tkun mixgħula jew mitfija, u meta l-vettura tkun mgħobbija kif ukoll mhux mgħobbija.

    1.3.

    Is-simulazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-użu ta’ għodda vvalidata għad-disinn u s-simulazzjoni. Il-verifika għandha titwettaq billi jintużaw l-istess manuvri kif definiti fil-paragrafu 1.1 hawn fuq.

    Il-metodu li bih tiġi vvalidata l-għodda tas-simulazzjoni huwa spjegat fl-Anness 21, Appendiċi 2.

    APPENDIĊI 2

    Għodda ta’ simulazzjoni ta’ stabbiltà dinamika u l-validazzjoni tagħha

    1.   SPEĊIFIKAZZJONI TAL-GĦODDA TA’ SIMULAZZJONI

    1.1.   Il-metodu ta’ simulazzjoni għandu jqis il-fatturi prinċipali li jinfluwenzaw il-moviment direzzjonali u l-irrolljar tal-vettura. Mudell tipiku jista’ jinkludi l-parametri tal-vettura li ġejjin f’forma espliċita jew impliċita:

    (a)

    Fus/rota;

    (b)

    Sospensjoni;

    (c)

    Tajer;

    (d)

    Xażi/korp tal-vettura;

    (e)

    Power train/driveline, fejn ikun xieraq;

    (f)

    Sistema ta’ brejk;

    (g)

    Tagħbija.

    1.2.   Il-Funzjoni tal-Istabbiltà tal-Vettura għandha tiżdied mal-mudell ta’ simulazzjoni permezz ta’:

    (a)

    subsistema (mudell ta’ software) tal-għodda ta’ simulazzjoni, jew

    (b)

    kaxxa ta’ kontroll elettroniku f’konfigurazzjoni ta’ ‘hardware-in-the-loop’.

    1.3.   Fil-każ ta’ trejler, is-simulazzjoni għandha titwettaq meta dan ikun igganċjat ma’ vettura tal-irmonk rappreżentattiva.

    1.4   Kondizzjoni għat-tagħbija tal-vettura

    1.4.1.

    Is-simulatur għandu jkun kapaċi jqis il-kondizzjonijiet ta’ vettura mgħobbija kif ukoll mhux mgħobbija.

    1.4.2.

    It-tagħbija għandha tkun ikkunsidrata bħala tagħbija fissa bi proprjetajiet (massa, distribuzzjoni tal-massa u għoli massimu rakkomandat taċ-ċentru tal-gravità) speċifikati mill-manifattur.

    2.   VALIDAZZJONI TAL-GĦODDA TA’ SIMULAZZJONI

    2.1.

    Il-validità tal-għodda applikata għad-disinn u s-simulazzjoni għandha tiġi vverifikata permezz ta’ paraguni ma’ test(ijiet) prattiku/prattiċi. It-test(ijiet) utilizzati għall-validazzjoni għandhom ikunu dawk li, mingħajr azzjoni ta’ kontroll, jistgħu jwasslu għal telf ta’ kontroll direzzjonali (understeer u oversteer) jew telf ta’ kontroll kontra l-qlib kif xieraq għall-funzjonalità tal-funzjoni tal-kontroll tal-istabbiltà installata fuq vettura rappreżentattiva.

    Matul it-test(ijiet) l-elementi varjabbli tal-moviment li ġejjin, kif xieraq, għandhom jiġu rreġistrati jew ikkalkolati f’konformità mal-ISO 15037 il-Parti 1:2005: Kondizzjonijiet ġenerali għal karozzi tal-passiġġieri jew il-Parti 2:2002: Kondizzjonijiet ġenerali għal vetturi tqal u karozzi tal-linja (skont il-kategorija tal-vettura):

    (a)

    veloċità tal-yaw;

    (b)

    aċċellerazzjoni laterali;

    (c)

    tagħbija fuq ir-rota jew kapaċità ta’ rfigħ fuq ir-rota;

    (d)

    veloċità frontali;

    (e)

    input tas-sewwieq.

    2.2.

    L-objettiv huwa li jintwera li l-imġiba simulata tal-vettura u t-tħaddim tal-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura huma komparabbli ma’ dawk li wieħed jista’ jara fit-testijiet prattiċi tal-vettura.

    2.3.

    Is-simulatur jista’ jitqies ivvalidat meta l-output tiegħu jkun komparabbli mar-riżultati prattiċi tat-testijiet provduti minn tip ta’ vettura partikolari matul manuvra/i magħżula minn dawk definiti fil-paragrafu 2.1.3 jew 2.2.3 tal-Anness 21, kif inhu xieraq.

    Fil-każ ta’ test ta’ steady state circular, il-gradient tal-understeer għandu jkun il-mezz li bih isir il-paragun.

    Fil-każ ta’ manuvra dinamika, ir-relazzjoni tal-attivazzjoni u s-sekwenza tal-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura fit-test tas-simulazzjoni u f’dak prattiku tal-vettura għandha tkun il-mezz li bih isir il-paragun.

    2.4.

    Il-parametri fiżiċi li jvarjaw meta wieħed iqabbel il-vettura ta’ referenza mal-konfigurazzjonijiet simulati tal-vettura għanhom jiġu mmodifikati kif xieraq fis-simulazzjoni.

    2.5.

    Għandu jitħejja rapport tat-test bis-simulatur li l-mudell għalih huwa definit fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness u kopja tiegħu hija mehmuża mar-rapport tal-approvazzjoni tal-vettura.

    APPENDIĊI 3

    Rapport tat-test dwar l-għodda ta’ simulazzjoni għall-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura

    RAPPORT TAT-TEST Nru: …

    1.   IDENTIFIKAZZJONI

    1.1.

    Isem u indirizz tal-manifattur tal-għodda ta’ simulazzjoni

    1.2.

    Identifikazzjoni tal-għodda ta’ simulazzjoni: isem/mudell/numru (ħardwer u softwer)

    2.   AMBITU TAL-APPLIKAZZJONI

    2.1.

    Tip ta’ vettura: (eż. trakk, trattur, karozza tal-linja, semitrattur, trejler bil-fus fin-nofs, trejler sħiħ)

    2.2.

    Konfigurazzjoni tal-vettura: (eż. 4 × 2, 4 × 4, 6 × 2, 6 × 4, 6 × 6)

    2.3.

    Fatturi li jillimitaw: (eż. sospensjoni mekkanika biss)

    2.4.

    Manuvri li għalihom ġie vvalidat is-simulatur:

    3.   TEST(IJIET) TA’ VERIFIKA TAL-VETTURA

    3.1.

    Deskrizzjoni tal-vettura/i inkluża l-vettura tal-irmonk f’każ ta’ testijiet fuq it-trejlers:

    3.1.1.

    Identifikazzjoni tal-vettura/i: għamla/mudell/VIN

    3.1.1.1.

    Tagħmir mhux standard:

    3.1.2.

    Deskrizzjoni tal-vettura, inklużi l-konfigurazzjoni tal-fus/sospensjoni/roti, il-magna u d-driveline, is-sistema/i ta’ bbrejkjar u l-kontenut tal-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura (kontroll direzzjonali/kontroll kontra l-qlib), is-sistema ta’ stering, bl-isem/mudell/numru ta’ identifikazzjoni:

    3.1.3.

    Dejta dwar il-vettura użata fis-simulazzjoni (espliċita):

    3.2.

    Deskrizzjoni tat-test(ijiet) inklużi l-pożizzjoni(jiet), il-kondizzjonijiet tat-triq/superfiċi tat-test, temperaturi u data/i:

    3.3.

    Riżultati – mgħobbija u mhux mgħobbija - bil-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura mixgħula u mitfija, inklużi l-elementi varjabbli tal-moviment imsemmija fl-Anness 21, Appendiċi 2, paragrafu 2.1 kif inhu xieraq:

    4.   RIŻULTATI TAL-SIMULAZZJONI

    4.1.

    Parametri u valuri tal-vettura użati fis-simulazzjoni li ma jittiħdux mill-vettura attwali li tkun qed tiġi ttestjata (impliċiti):

    4.2.

    Riżultati – mgħobbija u mhux mgħobbija - bil-funzjoni tal-istabbiltà tal-vettura mixgħula u mitfija għal kull test imwettaq skont il-paragrafu 3.2 ta’ dan l-Appendiċi, inklużi l-elementi varjabbli tal-moviment imsemmija fl-Anness 21, Appendiċi 2, paragrafu 2.1 kif inhu xieraq:

    5.   Dan it-test sar u r-riżultati ġew irrapportati skont l-Appendiċi 2 mal-Anness 21 tar-Regolament Nru 13 tal-ECE kif emendat l-aħħar bis-sensiela … ta’ emendi.

    Servizz Tekniku li qed iwettaq it-test (17)

    Iffirmat: …Data: …

    Awtorità tal-Approvazzjoni (17): …

    Iffirmat: …Data: …


    (*)  Klassi III kif definita fir-Regolament Nru 107.”

    (1)  Ara l-paragrafu 2.1 tal-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness”

    (**)  Jekk applikabbli

    (***)  M’hemm bżonn tal-ebda test jekk il-manifattur jista’ juri li bidla ma taffettwax l-ebusija

    (7)  Il-VDC (Kontroll Dinamiku tal-Vettura) kif stipulat fi ħdan l-ISO 11992-2:2003, inkluża l-Emenda 1:2007, huwa definit fi ħdan dan ir-Regolament bħala l-Funzjoni ta’ Stabbiltà tal-Vettura – ara l-paragrafu 2.34. tar-Regolament.

    (8)  Il-VDC (Kontroll Dinamiku tal-Vettura) kif definit fi ħdan l-ISO 11992-2:2003, inkluża l-Emenda 1:2007, huwa definit fi ħdan dan ir-Regolament bħala l-Funzjoni tal-Istabbiltà tal-Vettura – ara l-paragrafu 2.34. tar-Regolament.

    (9)  L-ROP (Protezzjoni kontra l-Qlib) kif definita fi ħdan l-ISO 11992-2:2003, inkluża l-Emenda 1:2007, hija definita fi ħdan dan ir-Regolament bħala l-Kontroll kontra l-Qlib – ara l-paragrafu 2.32.2.2 tar-Regolament.

    (10)  Il-YC (Kontroll tal-Yaw) kif definit fi ħdan l-ISO 11992-2:2003, inkluża l-Emenda 1:2007, huwa definit fi ħdan dan ir-Regolament bħala l-Kontroll Direzzjonali – ara l-paragrafu 2.32.2.1 tar-Regolament.

    (11)  L-ROP (Protezzjoni kontra l-Qlib) kif definita fi ħdan l-ISO 11992-2:2003, inkluża l-Emenda 1:2007, hija definita fi ħdan dan ir-Regolament bħala l-Kontroll kontra l-Qlib – ara l-paragrafu 2.32.2.2 tar-Regolament

    (12)  Il-YC (Kontroll tal-Yaw) kif definit fi ħdan l-ISO 11992-2:2003, inkluża l-Emenda 1:2007, huwa definit fi ħdan dan ir-Regolament bħala l-Kontroll Direzzjonali – ara l-paragrafu 2.32.2.1 tar-Regolament.

    (13)  Għandu jiġi ffirmat minn persuni differenti anki meta s-Servizz Tekniku u l-Awtorità tal-Approvazzjoni jkunu l-istess jew inkella, tinħareġ awtorizzazzjoni mill-Awtorità tal-Approvazzjoni separata mar-rapport.

    (14)  Fil-każ ta’ iżjed minn fus wieħed, fejn il-firxa bejn fus wieħed u dak ta’ ħdejh tkun akbar minn 2m, kull fus individwali għandu jitqies bħala grupp ta’ fusijiet indipendenti.

    (15)  Interazzjoni addizzjonali ma’ sistemi jew komponenti oħra tal-vettura hija permessa. Meta dawn is-sistemi jew komponenti jkunu soġġetti għal Regolamenti speċjali, tali interazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dawk ir-Regolamenti, eż. interazzjoni mas-sistema tal-istering għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Nru 79 għal stering korrettiv.

    (16)  F’każ li l-użu tal-ebda waħda mill-manuvri definiti hawn fuq ma jwassal għal telf ta’ kontroll direzzjonali jew ta’ kontroll kontra l-qlib kif inhu xieraq, tista’ tintuża manuvra alternattiva bi qbil mas-Servizz Tekniku.

    (17)  Irid ikun iffirmat minn persuni differenti jekk is-Servizz Tekniku u l-Awtorità ta’ Approvazzjoni jkunu l-istess organizzazzjoni.


    Top