This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 41995D0553
95/553/EC: Decision of the Representatives of the Governments of the Member States meeting within the Council of 19 December 1995 regarding protection for citizens of the European Union by diplomatic and consular representations
Id-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-istati membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tad-19 ta' Deċembru 1995 rigward il-protezzjoni ta' ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea minn rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari
Id-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-istati membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tad-19 ta' Deċembru 1995 rigward il-protezzjoni ta' ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea minn rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari
ĠU L 314, 28.12.1995, pp. 73–76
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 01/05/2018; Imħassar b' 32015L0637
Official Journal L 314 , 28/12/1995 P. 0073 - 0076
Id-deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-istati membri li jiltaqgħu fi ħdan il-kunsill tad-19 ta' Deċembru 1995 rigward il-protezzjoni ta' ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea minn rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari (95/553/KE) IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA, LI JILTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL, Jirrissolvu li jkomplu jibnu Unjoni dejjem aktar mill-qrib taċ-ċittadini tagħhom, Jieħdu akkont tal-kunċett taċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni kif introdotta bit-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, kunċett bħal dan ikun differenti mill-kunċett ta' ċittadinanza nazzjonali, u bl-ebda mod ma jissostittwixxih, Mixtieqa li jwettqu l-obbligazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8ċ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Billi arranġamenti komuni bħal dawn ta' protezzjoni għandhom isaħħu l-identità ta' l-Unjoni kif mifhuma f'pajjiżi terzi; Iżommu f'moħħhom li l-introduzzjoni ta' l-arranġamenti komuni tal-protezzjoni għaċ-ċittadini ta' l-Unjoni f'pajjiżi terzi għandha wkoll issaħħaħ l-idea ta' solidarjetà Ewropea kif mifhumha miċ-ċittadini f'dan il-każ, IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Kull ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea huwa ntitolat għall-protezzjoni konsulari mingħand ir-rappreżentazzjoni diplomatika jew konsulari ta' kwalunkwe Stat Membru jekk, fil-post li fih huwa lokalizzat, l-Istat Membru tiegħu jew xi Stat ieħor li jirrappreżentah fuq bażi permanenti ma jkollux: - rappreżentazzjoni permanenti aċċessibbli, jew - Konslu Onorarju kompetenti aċċessibbli għal materji bħal dawn. Artikolu 2 1. Ir-rappreżentazzjoni diplomatika u konsulari li tkun avviċinata għandha twieġeb għat-talba għall-protezzjoni mill-persuna kkonċernata basta jkun stabbilit li din ta' l-aħħar tkun ċittadin ta' Stat Membru ta' l-Unjoni bil-produzzjoni ta' passaport jew il-karta ta' l-identità tagħha. 2. Fil-każ ta' telf jew serq ta' dawk id-dokumenti, kwalunkwe prova oħra taċ-ċittadinanza tista' tkun aċċettata, jekk meħtieġ wara verifika ma' l-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istat Membru li tiegħu l-persuna jkollha l-pretenzjoni li hija ċittadina, jew ma' l-eqreb rappreżentazzjoni diplomatika jew konsulari ta' dak l-Istat. Artikolu 3 Rappreżentazzjonijiet diplomatika jew konsulari li jagħtu protezzjoni għandhom jittrattaw persuna li titlob l-għajnuna bħallikieku din kienet ċittadin ta' l-Istat Membru li lilu huma jirrappreżentaw. Artikolu 4 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1, rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari jistgħu jaqblu fuq arranġamenti prattiċi għall-amministrazzjoni effettiva ta' l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni. Artikolu 5 1. Il-protezzjoni riferuta fl-Artikolu 1 għandha tinkludi: (a) għajnuna fil-każi ta' mewt; (b) għajnuna fil-każi ta' inċident serju jew ta' mard serju; (ċ) għajnuna fil-każi ta' arrest jew ta' detenzjoni; (d) għajnuna lill-vittmi ta' atti kriminali vjolenti; (e) ir-riljev u r-repatriazzjoni ta' ċittadini mnikkta ta' l-Unjoni. 2. B'żieda ma dan, l-aġenti tar-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari ta' l-Istati Membri li jservu fi Stat li mhux membru jistgħu, sal-limitu li jkun fil-poteri tagħhom, li wkoll jagħtu l-għajnuna lil xi ċittadin ta' l-Unjoni li hekk jitlob f'ċirkostanzi oħrajn. Artikolu 6 1. Minkejja l-Artikolu 3 u apparti milli f'każi ta' urġenza estrema, l-ebda avvanz finanzjarju jew għajnuna ma' tista' tingħata, jew spiża tkun minfuqa f'isem ċittadin ta' l-Unjoni, mingħajr il-permess ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li tiegħu dak iċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza, li tingħata mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jew mill-eqreb missjoni diplomatika. 2. Sakemm l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru taċ-ċittadinanza ta' l-applikant espressament iwarrbu din il-ħtieġa, l-applikant għandu jintrabat li jirrifondi l-valur sħiħ ta' avvanz finanzjarju jew għajnuna u spiża nvoluta flimkien, meta applikabbli, miżata konsulari nnotifikata mill-awtoritajiet kompetenti. 3. L-impenn li jirrifondi għandu jkollu l-għamla ta' dokument li jeħtieġ lill-dak iċ-ċittadin imnikket li jirrifondi lill-Gvern ta' l-Istat Membru li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza b'xi spejjeż involuti f'ismu jew il-flus imħallsa lilu, flimkien ma' xi miżata applikabbli. 4. Il-Gvern ta' l-Istat Membru li tiegħu l-applikant għandu ċ-ċittadinanza għandu jirrifondi l-ispejjeż kollha, fuq talba, lejn il-Gvern ta' l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna. 5. Il-formati komuni ta' l-impenji li jwettqu r-rifondi huma mogħtija fl-Annessi I u II. Artikolu 7 Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ, din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta fid-dawl ta' l-esperjenza akvwistata u l-oġġettiv ta' l-Artikolu 8ċ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ meta l-Istati Membri kollha jkunu nnotifikaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li l-proċeduri meħtieġa bis-sistemi legali tagħhom għal Deċiżjoni li tkun applikabbli jkunu ġew imwettqa. Artikolu 9 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1995. Għall-Kunsill Il-President L. Atienza Serna -------------------------------------------------- ANNESS I +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------