This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R0020
Commission Delegated Regulation (EU) 2025/20 of 19 December 2024 supplementing Regulation (EU) 2018/1139 of the European Parliament and of the Council by laying down requirements for the safe provision of ground handling services and for organisations providing them
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/20 tad-19 ta’ Diċembru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi rekwiżiti għall-forniment sikur ta’ servizzi fuq l-art u għall-organizzazzjonijiet li jipprovduhom
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/20 tad-19 ta’ Diċembru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi rekwiżiti għall-forniment sikur ta’ servizzi fuq l-art u għall-organizzazzjonijiet li jipprovduhom
C/2024/8926
ĠU L, 2025/20, 7.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/20/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/20 |
7.3.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/20
tad-19 ta’ Diċembru 2024
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi rekwiżiti għall-forniment sikur ta’ servizzi fuq l-art u għall-organizzazzjonijiet li jipprovduhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(1), il-punti (d) u (e) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 jistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali għall-forniment sikur tas-servizzi fuq l-art u l-organizzazzjonijiet li jipprovduhom fl-ajrudromi tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 37(2) jirrikjedi li l-fornituri tas-servizzi fuq l-art jagħmlu dikjarazzjoni rigward il-kapaċità tagħhom li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom assoċjati mal-forniment sikur tas-servizzi fuq l-art. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ ta’ sistema sħiħa u tiġi ggarantita linja bażi għas-sikurezza fl-attivitajiet kollha relatati mal-avjazzjoni, u f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-forniment ta’ servizzi fuq l-art u l-privileġġi u r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet li jipprovduhom. |
(3) |
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1139, dawk ir-regoli jridu jirriflettu l-ogħla livell u l-aqwa prattiki fil-qasam tas-servizzi fuq l-art; iridu jqisu l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (“SARPs”, Standards and Recommended Practices) applikabbli tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”, International Civil Aviation Organization) u l-esperjenza dinjija tal-operat tas-servizzi fuq l-art, kif ukoll il-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam tas-servizzi fuq l-art; iridu jkunu proporzjonati għad-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tas-servizzi fuq l-art; u jridu jipprevedu l-flessibbiltà meħtieġa għal konformità mfassla skont il-każ. |
(4) |
Ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-forniment tas-servizzi fuq l-art għall-organizzazzjonijiet kollha li jipprovdu dawk is-servizzi, inkluż l-awtoforniment ta’ servizz mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, fl-ajrudromi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
(5) |
Għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jwettqu awtoforniment ta’ servizz jew għall-operaturi tal-ajrudromi li jipprovdu servizzi fuq l-art, li diġà għandhom l-istrutturi tas-sistema ta’ ġestjoni meħtieġa skont regolamenti oħra tal-Unjoni fis-settur tal-avjazzjoni, ir-rekwiżiti tas-servizzi fuq l-art jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu integrati faċilment sabiex jinħoloq tfixkil minimu fis-sistema stabbilita tal-organizzazzjonijiet u tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi allinjat kemm jista’ jkun b’mod partikolari mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) u (UE) Nru 139/2014 (3), peress li d-dominju tas-servizzi fuq l-art huwa interfaċċa bejn l-operazzjonijiet tal-ajru u l-operazzjonijiet tal-ajrudromi, u għalhekk is-sistemi ta’ ġestjoni kif regolati minn dawn l-atti jenħtieġ li jiġu allinjati u jiġu stabbiliti l-kontroreferenzi meħtieġa. |
(6) |
Dan ir-Regolament ma jkoprix dawk l-attivitajiet tas-servizzi fuq l-art li diġà huma rregolati minn atti oħra, bħad-dispaċċ tat-titjira, il-kontroll tat-tagħbija, u s-superviżjoni fuq l-art, li huma koperti mir-Regolament (UE) Nru 965/2012, il-marshalling tal-inġenji tal-ajru, li huwa kopert mir-Regolament (UE) Nru 139/2014, jew l-immaniġġar taż-żejt, li huwa kopert mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (4). |
(7) |
F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, fir-rigward tal-awtoforniment ta’ servizz mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għall-attivitajiet ta’ awtoforniment ta’ servizzi mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru b’inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni. Jitqies li r-Regolament (UE) Nru 965/2012 jindirizza biżżejjed ir-riskji għas-sikurezza tal-attivitajiet ta’ awtoforniment ta’ servizzi imwettqa mill-operaturi li jwettqu kwalunkwe operazzjoni li mhijiex operazzjoni tat-trasport kummerċjali bl-ajru, b’inġenji tal-ajru kumplessi jew b’inġenji tal-ajru li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jtejbu u jippromwovu s-sikurezza tas-servizzi fuq l-art u kultura ta’ sikurezza fi ħdan l-organizzazzjonijiet li jipprovdu tali servizzi. Għalhekk, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdu l-għodod meħtieġa u deskrizzjoni tal-proċess għall-organizzazzjonijiet biex jimplimentaw sistema ta’ rappurtar dwar is-sikurezza, biex jgħinuhom jiġbru u janalizzaw id-data dwar is-sikurezza miksuba minn dawk ir-rapporti, u biex jistabbilixxu u jrawmu kultura ta’ sikurezza ma’ kull individwu impjegat fl-organizzazzjoni tagħhom. |
(9) |
B’dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art iridu jassumu r-responsabbiltà sħiħa għall-forniment sikur tas-servizzi, l-operazzjonijiet tagħhom, u jikkontrollaw ir-riskji operazzjonali tal-attivitajiet tagħhom, filwaqt li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jibqgħu responsabbli għas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru u għat-titjira, filwaqt li l-operaturi tal-ajrudromi jibqgħu responsabbli għall-operazzjoni sikura tal-ajrudromi. Għalhekk, l-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art jenħtieġ li jiżviluppaw u jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni bi proċessi effettivi ta’ ġestjoni tas-sikurezza li jkunu kapaċi jidentifikaw u jimmaniġġjaw ir-riskji għas-sikurezza, inklużi dawk li jirriżultaw minn interfaċċi mal-operaturi tal-inġenji tal-ajru u mal-operaturi tal-ajrudromi, permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni adegwati u proporzjonati. |
(10) |
Is-sistema ta’ ġestjoni żviluppata u implimentata mill-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art jenħtieġ li tkun proporzjonata, skalabbli għad-daqs u l-kumplessità tal-organizzazzjoni u tal-attivitajiet tagħhom, u jenħtieġ li tkopri l-ġestjoni tas-sikurezza, il-ġestjoni tal-bidliet, ir-rapportar dwar is-sikurezza, it-taħriġ tal-persunal, ir-rekords u d-dokumentazzjoni, il-manutenzjoni tat-tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art użat, l-identifikazzjoni tal-interfaċċi relatati mas-sikurezza ma’ partijiet ikkonċernati oħra involuti fl-attivitajiet tas-servizzi fuq l-art, il-proċeduri operazzjonali, u l-monitoraġġ tal-konformità. L-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art jenħtieġ li jistinkaw biex jiżviluppaw u jrawmu kultura ta’ sikurezza organizzattiva, li fiha l-impjegati jifhmu l-importanza individwali tagħhom fil-katina tas-sikurezza tal-avjazzjoni u jikkontribwixxu b’mod attiv għaż-żamma u t-titjib tal-livell ta’ sikurezza fil-kompiti operazzjonali ta’ kuljum tagħhom. Dan ir-Regolament fih dispożizzjonijiet li jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet biex jiżviluppaw u jikkultivaw kultura ta’ rapportar b’saħħitha. |
(11) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fl-indirizzar tar-riskji għas-sikurezza li jirriżultaw mill-interfaċċi bejn is-servizzi fuq l-art, l-inġenji tal-ajru u l-operazzjonijiet tal-ajrudromi, u sabiex jiġi promoss fehim komuni tal-perikli u tar-riskji, l-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-operaturi tal-ajrudromi jenħtieġ li jkollhom l-istess informazzjoni dwar is-sikurezza u data dwar is-sikurezza meta dawn ikunu rilevanti għalihom u meta dawn l-informazzjoni u d-data jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ kwalunkwe organizzazzjoni. Biex jinkiseb dan, tali organizzazzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkondividu bejniethom informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza, kif ukoll informazzjoni li tirriżulta minn rapporti dwar okkorrenzi jew spezzjonijiet u awditi ta’ sorveljanza. |
(12) |
Is-servizzi fuq l-art, ipprovduti lil inġenju tal-ajru f’ajrudrom, huma interfaċċa fihom infushom bejn l-inġenji tal-ajru u l-operazzjonijiet tal-ajrudrom. Ir-riskji għas-sikurezza li jirriżultaw minn din is-sitwazzjoni jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti kif xieraq permezz ta’ qafas regolatorju għall-interazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw dawk l-interfaċċi operazzjonali li jkollhom effett fuq is-sikurezza u japplikaw miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa biex jimminimizzaw ir-riskji operazzjonali. Fl-istess ħin, l-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddiskutu s-sikurezza fuq bażi ugwali mal-partijiet ikkonċernati l-oħra involuti f’dawk l-interfaċċi operazzjonali u jipprovdulhom il-possibbiltà li japplikaw il-proċeduri operazzjonali tagħhom stess jekk ikunu bbażati fuq il-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza tagħhom u jekk dan jiġi miftiehem mal-operatur tal-inġenji tal-ajru li lilu jipprovdu s-servizzi. |
(13) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mir-regolamenti nazzjonali eżistenti tal-Istati Membri għal dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li l-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art li diġà qed joperaw fiż-żmien meta dan ir-Regolament isir applikabbli jingħataw biżżejjed żmien u kundizzjonijiet minimi biex jaqilbu mir-regolamenti nazzjonali eżistenti tal-Istati Membri għal dan ir-Regolament. |
(14) |
It-taħriġ tal-persunal operazzjonali tas-servizzi fuq l-art huwa waħda mill-aktar miżuri importanti għall-mitigazzjoni tar-riskji għas-sikurezza fl-attivitajiet tas-servizzi fuq l-art. L-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art jenħtieġ li jiżguraw li l-persunal operazzjonali kollu involut fl-attivitajiet tas-servizzi fuq l-art ikun kompetenti biex jipprovdi dawk is-servizzi. Il-kompetenza tal-persunal operazzjonali jenħtieġ li tinżamm dejjem. Għalhekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti minimi rigward il-programm ta’ taħriġ u valutazzjoni għall-persunal rilevanti għas-sikurezza biex jiżgura li jiżviluppa u jżomm il-kompetenzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod sikur u effettiv. |
(15) |
Biex tiġi appoġġata l-mobbiltà tal-persunal fost l-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art u biex jitnaqqsu l-kostijiet tat-taħriġ meta impjegat ġdid li diġà kiseb il-kwalifiki meħtieġa fl-impjieg preċedenti jerġa’ jiġi mħarreġ mill-ġdid, il-persunal tas-servizzi fuq l-art jenħtieġ li jkun jista’ jipprovdi faċilment prova tat-taħriġ diġà kkompletat. Għalhekk, jenħtieġ li l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tipprovdi lill-impjegat kopja tar-rekords tat-taħriġ rispettivi, fuq talba, li jenħtieġ li jippermettu l-valutazzjoni faċli u r-rikonoxximent reċiproku tat-taħriġ fost l-organizzazzjonijiet soġġetti għal dan ir-Regolament. |
(16) |
Is-sikurezza tat-titjiriet u l-forniment sikur tas-servizzi fuq l-art jiddependu ħafna fuq l-użu ta’ tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art funzjonali u miżmum kif xieraq. Il-funzjonalità tat-tagħmir użat għall-forniment ta’ servizzi fuq l-art jenħtieġ li tiġi żgurata bl-applikazzjoni ta’ programm ta’ manutenzjoni, inkluża l-manutenzjoni preventiva, żviluppat u applikat f’konformità mal-istruzzjonijiet u mal-manwali tal-manifattur tat-tagħmir. Ir-regoli jenħtieġ li jkunu wkoll teknoloġikament newtrali, biex jippermettu innovazzjonijiet u adozzjoni bla xkiel ta’ teknoloġiji ġodda b’pass mgħaġġel, filwaqt li jżommu approċċ favur l-ambjent lejn l-għażla ta’ tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art. Fl-istess ħin, ir-regoli jenħtieġ li jipprovdu l-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet jadottaw u jimplimentaw prattiki u mudelli ta’ negozju li jimminimizzaw il-konġestjoni tal-ajrudromi u jagħmlu l-operazzjonijiet tal-ajrudromi aktar sikuri u aktar effiċjenti, bħall-akkomunament tat-tagħmir jew mudell ta’ “safety stack”, fejn l-ispeċifiċità tal-ajrudrom tippermetti l-implimentazzjoni ta’ tali mudelli ta’ negozju. |
(17) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura approċċ prammatiku u bbilanċjat bejn ir-regoli preskrittivi u dawk ibbażati fuq il-prestazzjoni. Il-flessibbiltà fl-approċċ lejn ir-rekwiżiti dwar il-proċeduri operazzjonali għas-servizzi fuq l-art hija kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi tas-sikurezza. Għalhekk, huwa essenzjali li r-rekwiżiti li jkopru l-proċeduri operazzjonali jibqgħu bbażati fuq il-prestazzjoni u jiddependu fuq l-applikazzjoni volontarja tal-istandards u l-prattiki tajbin tal-industrija, kif ukoll il-proċeduri operazzjonali stabbiliti sew mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru u mill-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art. |
(18) |
Ir-rekwiżiti essenzjali fl-Anness VII, il-punt 4.1(c) tar-Regolament (UE) 2018/1139 jeżiġu li l-organizzazzjonijiet jipprovdu servizzi fuq l-art f’konformità mal-istruzzjonijiet u l-proċeduri operazzjonali tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Il-proċeduri operazzjonali għall-istess servizz fuq l-art u għall-istess tip ta’ inġenju tal-ajru jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti bejn l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, u dan iżid ir-riskju ta’ żball uman peress li jista’ jwassal għal ħsara lill-inġenji tal-ajru u jipperikola s-sikurezza tat-titjira. Ir-rekwiżiti essenzjali fil-punt 4.2.3 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2018/1139 jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art jiżviluppaw il-proċeduri operazzjonali tagħhom stess għall-forniment ta’ servizzi fuq l-art. Dan ir-Regolament jippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art japplikaw il-proċeduri operazzjonali tagħhom stess jekk dan jiġi miftiehem mill-operatur tal-inġenji tal-ajru. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jagħmel lill-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art formalment iridu jagħtu rendikont ta’ għemilhom u responsabbli għas-sikurezza tas-servizzi tagħhom stess bl-applikazzjoni ta’ sistema effettiva ta’ ġestjoni tas-sikurezza. Dan jenħtieġ li jappoġġa wkoll lill-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art fl-iżvilupp, il-valutazzjoni, id-diskussjoni u l-qbil mal-operaturi tal-inġenji tal-ajru dwar proċeduri operazzjonali komuni li jkunu sikuri għaż-żewġ partijiet. Dawn l-elementi kollha, imqiegħda f’diversi rekwiżiti, jenħtieġ li jtejbu l-livell eżistenti ta’ fiduċja bejn l-operatur tal-inġenji tal-ajru u l-fornitur tiegħu ta’ servizzi fuq l-art, u jwasslu għal armonizzazzjoni tal-proċeduri operazzjonali. |
(19) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura wkoll li jipprovdi elementi solidi għall-organizzazzjonijiet biex itejbu l-analiżi tagħhom tal-kawżi tal-avvenimenti identifikati permezz tal-proċessi ta’ monitoraġġ tal-konformità tagħhom stess jew permezz tas-sorveljanza mill-awtorità nazzjonali kompetenti, kif ukoll biex itejbu l-kultura tagħhom ta’ rapportar dwar is-sikurezza. Fl-istess ħin, ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi wkoll qafas għall-forniment mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ feedback dirett u konsistenti dwar avvenimenti ta’ servizzi fuq l-art irrapportati direttament lill-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art. |
(20) |
Jeħtieġ li jingħata biżżejjed żmien lill-industrija tas-servizzi fuq l-art u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jimplimentaw il-qafas regolatorju l-ġdid wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għalhekk jenħtieġ li jiġi pprovdut perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 3 snin għall-applikabbiltà differita tiegħu u jenħtieġ li jiġi pprovdut perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 6 snin għall-applikabbiltà differita tar-rekwiżiti li jkopru l-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni. |
(21) |
Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 01/2024 (5) maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 75(2), il-punti (b) u (c), u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
(22) |
F’konformità mal-Artikolu 128(4) tar-Regolament (UE) 2018/1139, il-Kummissjoni kkonsultat esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (6), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi fuq l-art u organizzazzjonijiet li jipprovduhom fl-ajrudromi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art li jipprovdu kwalunkwe wieħed mis-servizzi fuq l-art speċifikati fil-paragrafu 2 f’ajrudrom wieħed jew aktar fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139:
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi li ġejjin ipprovduti lill-ajruplani:
(a) |
l-immaniġġar tal-passiġġieri, inklużi l-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa, inklużi l-aspetti tas-sikurezza tal-aċċettazzjoni tal-passiġġieri u tal-bagalji fl-ajrudrom, is-sikurezza tal-passiġġieri matul l-imbark u l-iżbark bl-użu ta’ tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art u matul it-tranżitu jew it-trasferiment, u t-trasport fuq l-art tal-passiġġieri bejn it-terminal tal-ajrudrom u l-inġenju tal-ajru; |
(b) |
l-immaniġġar tal-bagalji, inklużi l-identifikazzjoni, l-għażla, iż-żamma tagħhom f’żona waħda, it-trasferiment, il-wasla u t-teħid lura tal-bagalji; |
(c) |
l-attivitajiet ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru li ġejjin:
|
(d) |
l-attivitajiet ta’ turnaround tal-inġenji tal-ajru li ġejjin:
|
(e) |
l-immaniġġar tal-merkanzija u tal-posta sussegwenti f’ajrudrom:
|
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-attivitajiet u għall-organizzazzjonijiet li ġejjin li jwettquhom:
(a) |
il-marshalling tal-inġenji tal-ajru; |
(b) |
il-kompiti ta’ dispaċċ tat-titjira mwettqa minn dispaċċaturi tat-titjira kif definit fir-Regolament (UE) Nru 965/2012; |
(c) |
il-kompiti ta’ kontroll tat-tagħbija relatati mal-ippjanar tat-tagħbija, mal-kalkoli tal-massa u tal-bilanċ, mal-messaġġi u mal-komunikazzjonijiet dwar il-kontroll tat-tagħbija, u mal-ħruġ ta’ dokumenti ta’ kontroll tat-tagħbija; |
(d) |
is-superviżjoni fuq l-art; |
(e) |
l-immaniġġar taż-żejt għall-inġenju tal-ajru (inkluż ir-riforniment, il-manutenzjoni) imwettaq minn organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, organizzazzjonijiet oħra konformi mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, u organizzazzjonijiet oħra tal-manutenzjoni li jkollhom approvazzjoni maħruġa f’konformità mal-Anness 8, il-Kapitolu 6 tal-ICAO; |
(f) |
it-tindif estern tal-inġenji tal-ajru meta jitwettaq minn organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, organizzazzjonijiet oħra konformi mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, u organizzazzjonijiet oħra tal-manutenzjoni li jkollhom approvazzjoni maħruġa f’konformità mal-Anness 8, il-Kapitolu 6 tal-ICAO u l-attività tkun inkluża fil-manwal tal-manutenzjoni tal-organizzazzjoni; |
(g) |
kwalunkwe attività oħra ta’ servizzi fuq l-art meta titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, organizzazzjonijiet oħra konformi mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, u organizzazzjonijiet oħra tal-manutenzjoni li jkollhom approvazzjoni maħruġa f’konformità mal-Anness 8, il-Kapitolu 6 tal-ICAO, għall-fini tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru; |
(h) |
it-trasport fuq l-art ta’ passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ meta dan ikun l-uniku servizz ipprovdut minn entità; |
(i) |
l-awtoforniment ta’ servizz, meta jitwettaq minn operaturi tal-inġenji tal-ajru li jwettqu kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin:
|
(j) |
l-immaniġġar ta’ passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa, jew it-trasport bl-art ta’ passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ, jew it-tnejn, meta dawn ikun l-uniku servizzi fuq l-art ipprovduti minn operatur tal-ajrudrom bil-persunal tiegħu stess, mhux akkumulat ma’ servizzi oħra fuq l-art ipprovduti minn dak l-operatur tal-ajrudrom. |
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
|
(2) |
“raggruppament tan-negozju uniku ta’ organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art” tfisser żewġ organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art jew aktar li jipprovdu servizzi f’aktar minn Stat Membru wieħed u li huma rreġistrati f’territorji li għalihom japplikaw it-Trattati, li jiffaċilitaw l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u tal-proċessi tal-organizzazzjoni ewlenin tagħhom għall-fini tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż l-applikazzjoni tal-istess politiki, proċessi u proċeduri għall-komponenti tas-sistemi ta’ ġestjoni tagħhom bħall-ġestjoni tas-sikurezza, id-dokumentazzjoni, il-monitoraġġ tal-konformità, il-ġestjoni tal-bidliet, it-taħriġ tal-persunal tas-servizzi fuq l-art, il-proċeduri operazzjonali, u l-programm ta’ manutenzjoni għat-tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art; |
(3) |
“immaniġġar tal-passiġġieri” tfisser attivitajiet relatati ma’ kwalunkwe tip ta’ assistenza lill-passiġġieri li jaslu, jitilqu, fi trasferiment jew fi tranżitu, inkluż, fejn applikabbli, l-aċċettazzjoni tal-passiġġieri u tal-bagalji, il-kontroll tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u tal-biljetti tal-ajru, il-ħruġ tal-karta tal-imbarkazzjoni, l-attivitajiet mal-gate, l-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri; |
(4) |
“tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art (GSE)” tfisser vettura mobbli motorizzata jew mhux motorizzata, apparat jew biċċa tagħmir li hija ddisinjata, mibnija u użata għall-forniment ta’ servizzi fuq l-art fiż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom; |
(5) |
“immaniġġar tal-bagalji” tfisser proċess li jikkonsisti f’diversi passi li jkopru l-għażla tal-bagalji, iż-żamma tal-bagalji f’żona waħda, it-trasport tal-bagalji miż-żona tal-għażla għall-inġenju tal-ajru u viċi versa, il-bagalji li jitħallew mal-gate, il-wasla tal-bagalji, il-bagalji mmaniġġati ħażin, ir-rikonċiljazzjoni tal-bagalji; |
(6) |
“servizz ta’ forniment tal-fjuwil ġol-ajruplan” tfisser il-konsenja ta’ fjuwil lil inġenju tal-ajru; |
(7) |
“tneħħija tas-silġ mill-inġenju tal-ajru” tfisser proċedura fuq l-art li permezz tagħha l-ġlata, is-silġ, il-borra jew is-silġ maħlul jitneħħew minn inġenju tal-ajru sabiex jiġu pprovduti superfiċji mhux ikkontaminati. Il-proċess jista’ jikkombina t-tneħħija tas-silġ u t-trattament kontra s-silġ imwettqa f’żewġ stadji; |
(8) |
“trattament kontra s-silġ fuq inġenju tal-ajru” tfisser proċedura fuq l-art li tipprovdi protezzjoni kontra l-formazzjoni ta’ ġlata jew silġ u l-akkumulazzjoni ta’ borra jew silġ maħlul fuq superfiċji ttrattati tal-inġenju tal-ajru għal perjodu ta’ żmien limitat (ħin taż-żamma); |
(9) |
“turnaround ta’ inġenju tal-ajru” tfisser proċess ikkoordinat ta’ attivitajiet assoċjati mal-immaniġġar ta’ inġenju tal-ajru, il-passiġġieri, il-bagalji, il-posta u l-merkanzija tiegħu, li jseħħu f’intervall ta’ ħin predeterminat bejn il-wasla tal-inġenju tal-ajru u t-tluq tiegħu; |
(10) |
“tagħbija tal-inġenji tal-ajru” tfisser l-istivar tat-tagħbija jew tal-apparati għat-tagħbija tal-unità (ULDs) abbord l-inġenju tal-ajru f’konformità mal-istruzzjonijiet għat-tagħbija; |
(11) |
“bagalji” tfisser il-proprjetà personali jew oġġetti oħra ta’ passiġġier jew membru tal-ekwipaġġ li jinġarru fuq titjira; |
(12) |
“merkanzija” tfisser oġġetti jew proprjetà li jinġarru fuq inġenju tal-ajru, għajr bagalji, posta, materjal tal-kumpanija, posta tal-kumpanija, u provvisti għal matul it-titjira, li ma jiġux ikkunsmati jew użati matul it-titjira; |
(13) |
“posta” tfisser dispaċċi ta’ korrispondenza u oġġetti oħra, minbarra l-posta tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, offruti u maħsuba għat-twassil lejn servizzi postali f’konformità mar-regoli tal-Unjoni Postali Universali (UPU); |
(14) |
“irmunkar ta’ inġenju tal-ajru” tfisser il-moviment ’il quddiem ta’ inġenju tal-ajru fis-servizz jew barra mis-servizz bl-użu ta’ potenza esterna ta’ tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art li jappoġġa l-attrezzatura għall-inżul tal-inġenju tal-ajru jew li jkun imwaħħal miegħu; |
(15) |
“pushback ta’ inġenju tal-ajru” tfisser il-moviment ta’ inġenju tal-ajru minn pożizzjoni ta’ parkeġġ b’wiċċu ’l ġewwa bl-użu ta’ potenza esterna ta’ tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art. L-operazzjoni tista’ tinvolvi żbarra ta’ rmunkar; |
(16) |
“apparat għat-tagħbija tal-unità (ULD)” tfisser apparat għar-raggruppament u għall-irbit tal-merkanzija, tal-posta u tal-bagalji għat-trasport bl-ajru li huwa kontejner tal-inġenju tal-ajru jew kombinazzjoni ta’ pallet tal-inġenju tal-ajru u xibka tal-pallet tal-inġenju tal-ajru, li huwa ddisinjat biex jiġi marbut direttament mis-sistema tat-tagħbija tal-merkanzija tal-inġenju tal-ajru (CLS, Cargo Loading System); |
(17) |
“kontroll tat-tagħbija” tfisser proċess taħt ir-responsabbiltà tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jitgħabba b’mod sikur u effiċjenti qabel kull titjira; |
(18) |
“organizzazzjoni li tipprovdi servizzi fuq l-art f’aktar minn Stat Membru wieħed” tfisser organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art jew operatur tal-inġenji tal-ajru li jimmaniġġa s-servizzi huwa stess li jipprovdi servizzi f’ajrudromi f’aktar minn Stat Membru wieħed u li jkun issorveljat minn aktar minn awtorità kompetenti waħda. Dan jinkludi organizzazzjonijiet li jistgħu jew ma jistgħux ikunu parti minn raggruppament ta’ negozju ta’ organizzazzjoni ta’ servizzi fuq l-art uniku jew ta’ raggruppament ta’ negozju ta’ trasportatur tal-ajru uniku; |
(19) |
“awditu” tfisser proċess sistematiku, indipendenti u ddokumentat sabiex tinkiseb evidenza u sabiex din tiġi evalwata b’mod oġġettiv sabiex jiġi deċiż sa liema punt huma ssodisfati r-rekwiżiti; |
(20) |
“spezzjoni” tfisser, fil-kuntest tal-monitoraġġ u tas-sorveljanza tal-konformità, evalwazzjoni indipendenti u dokumentata tal-konformità permezz ta’ osservazzjoni u ġudizzju akkumpanjata, kif xieraq, minn kejl jew ittestjar, sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli; billi spezzjoni tista’ tkun parti minn verifika, imma tista’ ssir ukoll barra mill-pjan normali ta’ verifika, b’mod partikolari, biex jiġi vverifikat l-għeluq ta’ ċertu sejba; |
(21) |
“oġġetti perikolużi (DG, Dangerous Goods)” tfisser oġġetti jew sustanzi li jistgħu jkunu ta’ periklu għas-saħħa, is-sikurezza, il-proprjetà jew l-ambjent u li jidhru fil-lista ta’ oġġetti perikolużi fl-Istruzzjonijiet Tekniċi jew li huma kklassifikati skont dawk l-Istruzzjonijiet; |
(22) |
“Struzzjonijiet Tekniċi tal-ICAO” tfisser id-Dok 9284 tal-ICAO “Istruzzjonijiet Tekniċi għat-Trasport Sikur ta’ Oġġetti Perikolużi bl-Ajru”; |
(23) |
“notifika lill-kaptan (NOTOC, Notification to Captain)” tfisser informazzjoni bil-miktub preċiża u li tista’ tinqara sew ipprovduta lill-kmandant jew lill-bdot fil-kmand dwar it-trasportazzjoni ta’ oġġetti perikolużi jew merkanzija speċjali oħra li trid tinġarr abbord l-inġenju tal-ajru; |
(24) |
“kultura ġusta” tfisser kultura ġusta kif definita fl-Artikolu 2, il-punt 12, tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); |
(25) |
“immaniġġar tal-inġenji tal-ajru” tfisser l-attivitajiet u l-komunikazzjonijiet kollha fuq l-art li jseħħu fiż-żona tal-moviment, inklużi r-riforniment u t-tneħħija tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru, it-tneħħija tas-silġ mill-inġenji tal-ajru u t-trattament kontra s-silġ, ir-riforniment bl-ilma tajjeb għax-xorb, is-servizzi tat-tojlit u tal-ilma mormi, l-immaniġġar tal-catering, is-servizzi tat-tindif tal-inġenji tal-ajru, il-forniment u t-tħaddim ta’ tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art, l-aċċess għall-inġenji tal-ajru, l-irbit tal-inġenji tal-ajru fuq l-art, it-tagħbija u l-ħatt tal-inġenji tal-ajru, l-imbuttar jew l-irmonk tal-inġenji tal-ajru, it-twaħħil u t-tneħħija tat-tagħmir, it-tħaddim tal-vetturi u t-tagħmir fil-viċinanza immedjata tal-inġenju tal-ajru; |
(26) |
“pont tal-imbark tal-passiġġieri” tfisser kuritur teleskopiku li jestendi minn terminal tal-ajruport għal inġenju tal-ajru għall-imbark u għall-iżbark tal-passiġġieri; |
(27) |
“koordinazzjoni tat-turnaround” tfisser funzjoni ta’ servizzi fuq l-art bi rwol ta’ sikurezza, li tikkoordina l-attivitajiet ta’ mmaniġġar tar-rampa u tintemm mar-rilaxx (dispaċċ) ta’ titjira mat-tlestija tas-servizzi fuq l-art lill-inġenju tal-ajru fuq ir-rampa; |
(28) |
“kompartiment tal-merkanzija” tfisser iż-żona ta’ inġenju tal-ajru li tista’ tintuża għat-trasport tal-merkanzija, u/jew tal-bagalji; |
(29) |
“żona ta’ rbit tat-tagħmir (ERA, Equipment Restraint Area)” tfisser żona ta’ lqugħ ta’ sikurezza madwar l-inġenju tal-ajru, li għandha tibqa’ ħielsa mill-ostruzzjoni u mir-residwi ta’ oġġetti barranin qabel u wara l-wasla u t-tluq tal-inġenju tal-ajru u matul l-immanuvrar tal-inġenju tal-ajru lejn u mill-istand tal-parkeġġ, ħlief għat-tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art u l-persunal meħtieġ għall-immanuvrar; |
(30) |
“struzzjonijiet dwar it-tagħbija” tfisser sett ta’ struzzjonijiet li jappoġġaw lill-persuna li tissorvelja t-tagħbija tal-inġenju tal-ajru biex tiżgura t-tagħbija korretta u sikura tal-inġenju tal-ajru; |
(31) |
“dokumentazzjoni dwar il-massa u l-bilanċ” tfisser dokumenti li fihom data dwar il-massa u l-bilanċ tal-inġenju tal-ajru, iċ-ċentru tal-gravità, it-tagħbija tal-inġenju tal-ajru, in-notifika lill-kaptan (NOTOC) għal oġġetti perikolużi, l-istruzzjonijiet dwar it-tagħbija, l-informazzjoni dwar it-tagħbija, |
Artikolu 4
Kundizzjonijiet u proċeduri għall-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi fuq l-art
Il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi fuq l-art biex jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom u d-disponibbiltà għalihom tal-mezzi, biex iwettqu r-responsabbiltajiet għall-forniment sikur ta’ servizzi kif imsemmi fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139, għandhom ikunu kif stabbilit fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
L-organizzazzjonijiet li diġà jipprovdu servizzi fuq l-art fi tas-27 ta' Marzu 2025 għandhom jissottomettu dikjarazzjoni f’konformità mal-punt ORGH.DEC.100 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament minn tas-27 ta' Marzu 2024, f’konformità ma’ pjan stabbilit u maqbul mal-awtorità kompetenti tagħhom kif identifikat fil-punt ORGH.GEN.105 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu japplika minn tas-27 ta' Marzu 2028.
3. Madankollu, il-punt ORGH.MGM.201 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandu japplika minn tas-27 ta' Marzu 2031.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/965/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/139/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1321/oj).
(5) https://www.easa.europa.eu/en/document-library/opinions/opinion-no-012024.
(6) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/376/oj).
ANNESS I
RESPONSABBILTAJIET TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAS-SERVIZZI FUQ L-ART FIR-RIGWARD TAL-FORNIMENT SIKUR TAS-SERVIZZI U L-KUNDIZZJONIJIET U L-PROĊEDURI GĦAD-DIKJARAZZJONI
(PARTI-ORGH)
SUBPARTI GEN
REKWIŻITI ĠENERALI
ORGH.GEN.100 Kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar dawn li ġejjin:
(a) |
ir-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet elenkati fid-definizzjoni tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament, li jipprovdu servizzi fuq l-art f’ajrudrom wieħed jew aktar fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139; |
(b) |
il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn dawk l-organizzazzjonijiet. |
ORGH.GEN.105 Awtorità kompetenti
(a) |
L-awtorità kompetenti responsabbli biex tirċievi dikjarazzjonijiet minn organizzazzjoni li tipprovdi servizzi fuq l-art f’ajrudrom fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn jinsab l-ajrudrom. |
(b) |
Raggruppament tan-negozji wieħed ta’ organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art jew operatur tal-inġenju tal-ajru li jagħmel awtoforniment tas-servizzi li jkollu s-sede prinċipali tan-negozju tiegħu fi Stat Membru u li jipprovdi servizzi fuq l-art f’aktar minn Stat Membru wieħed għandu jissottometti dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru fejn tinsab is-sede prinċipali tan-negozju tal-organizzazzjoni. |
(c) |
Is-sede prinċipali tan-negozju ta’ raggruppament tan-negozji wieħed ta’ organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art imsemmi fil-punt (b) għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-kriterji kollha li ġejjin:
|
ORGH.GEN.110 Responsabbiltajiet tal-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tkun responsabbli għall-forniment sikur tas-servizzi f’konformità ma’ dawn kollha li ġejjin:
|
(b) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tistabbilixxi manwal tas-servizzi fuq l-art f’konformità mal-punt ORGH.DOC.110 u għandha topera f’konformità miegħu. |
(c) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tistabbilixxi standards u objettivi għat-twettiq sikur tal-attivitajiet tas-servizzi fuq l-art u għandha tiżviluppa proċeduri operazzjonali biex dawn jintlaħqu. Għandha tiddefinixxi wkoll il-funzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet, inklużi t-teħid tad-deċiżjonijiet, l-awtorità, il-kompiti u r-responsabbiltajiet assoċjati ta’ dawk il-funzjonijiet. |
(d) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li l-membri kollha tal-persunal involuti fl-attivitajiet tas-servizzi fuq l-art:
|
(e) |
Meta tuża kwalunkwe tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art (GSE, Ground Support Equipment) biex twettaq attivitajiet ta’ servizzi fuq l-art, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tistabbilixxi u timplimenta programm ta’ manutenzjoni għall-GSE tagħha. |
ORGH.GEN.115 Bidu tal-operazzjoni
Organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tista’ tibda topera f’ajrudrom meta tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ikunu ġew stabbiliti arranġamenti formali mal-operatur ta’ dak l-ajrudrom; |
(b) |
l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tkun iddikjarat l-attività tagħha lill-awtorità kompetenti bl-użu tal-formola stabbilita fl-Appendiċi 1. |
ORGH.GEN.120 Mezzi ta’ konformità
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tista’ tuża mezzi alternattivi ta’ konformità (l-AltMoC) għall-mezzi aċċettabbli ta’ konformità (AMC, Acceptable Means of Compliance) adottati mill-Aġenzija biex turi l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
(b) |
Jekk l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tuża l-AltMoC, hija għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti bil-lista ta’ dawk l-AltMoC u għandha tagħmilhom disponibbli għall-awtorità kompetenti fi żmien xieraq għall-finijiet ta’ sorveljanza. |
(c) |
Jekk organizzazzjoni li tipprovdi servizzi fuq l-art f’aktar minn Stat Membru wieħed u li jkollha s-sede prinċipali tan-negozju tagħha fi Stat Membru tapplika AltMoC għal ajrudromi fi Stat Membru wieħed biss, l-organizzazzjoni għandha tinforma biss lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Jekk tali organizzazzjoni tapplika l-AltMoC għall-istazzjonijiet kollha tagħha fl-Istati Membri, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru fejn tinsab is-sede prinċipali tan-negozju tagħha. |
ORGH.GEN.125 Użu tal-istandards tal-industrija
Sabiex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha rigward il-forniment sikur tas-servizzi fuq l-art, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tista’ tuża l-proċeduri operazzjonali jew l-istandards tal-industrija tagħha stess jew it-tnejn li huma.
ORGH.GEN.130 Ġestjoni tal-bidliet
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżviluppa, timplimenta u żżomm proċess bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha biex tiġġestixxi l-bidliet fil-proċessi, fil-proċeduri u fis-servizzi stabbiliti tagħha. Jekk il-bidliet jaffettwaw direttament il-kapaċità tagħha li tipprovdi servizzi fuq l-art b’mod sikur, hija għandha tiżgura dan li ġej:
|
(b) |
Jekk il-bidliet jaffettwaw id-dikjarazzjoni tagħha, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha taġġorna d-dikjarazzjoni u tippreżentaha lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed. |
(c) |
Minkejja l-punti (a) u (b), il-valutazzjoni tar-riskji li jirriżultaw minn kwalunkwe bidla ppjanata u d-dokumentazzjoni relatata għandha tkun proporzjonata għad-daqs u għall-kumplessità tal-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art. |
(d) |
Minkejja l-punti (a), (b) u (c), l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jwettqu awtoforniment ta’ servizzi u l-operaturi tal-ajrudromi li jipprovdu servizzi fuq l-art jistgħu japplikaw il-proċess diġà eżistenti tagħhom għall-ġestjoni tal-bidliet għall-finijiet ta’ ġestjoni tal-bidliet relatati mal-forniment tas-servizzi fuq l-art. |
(e) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti bid-dokumentazzjoni rilevanti li tkopri l-punt (a) fi żmien xieraq għal awditu jew spezzjoni. |
ORGH.GEN.140 Aċċess
Sabiex jiġi ddeterminat jekk organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art hijiex qed taġixxi f’konformità mad-dikjarazzjoni tagħha, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura, fi kwalunkwe ħin, li l-persuni debitament awtorizzati mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza ta’ dik l-organizzazzjoni:
(a) |
jingħataw aċċess għal kwalunkwe faċilità, dokument, reġistru, data, proċedura jew kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-attività tal-organizzazzjoni; |
(b) |
jitħallew iwettqu jew jixhdu kwalunkwe azzjoni, spezzjoni, test, valutazzjoni jew eżerċizzju li l-awtorità kompetenti jidhrilha li huma meħtieġa. |
ORGH.GEN.145 Għoti ta’ dokumentazzjoni għall-finijiet ta’ sorveljanza
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tissottometti d-dokumenti li ġejjin fl-aħħar verżjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti kif identifikata fil-punt ORGH.GEN.105, preferibbilment f’format elettroniku, f’perjodu ta’ żmien miftiehem b’mod komuni mal-awtorità kompetenti u fi żmien xieraq qabel awditu jew spezzjoni ta’ sorveljanza:
(a) |
jekk applikabbli, lista tal-AltMoC użati għall-attivitajiet tas-servizzi fuq l-art; |
(b) |
il-manwal tas-servizzi fuq l-art tal-organizzazzjoni; |
(c) |
kwalunkwe dokument ieħor mitlub mill-awtorità kompetenti bi tħejjija għal awditu jew spezzjoni. |
ORGH.GEN.150 Sejbiet u azzjonijiet korrettivi
(a) |
Meta l-awtorità kompetenti tindika s-sejbien ta’ nuqqas ta’ konformità, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tieħu l-passi li ġejjin fil-perjodu ta’ żmien determinat mill-awtorità kompetenti:
|
(b) |
Apparti l-punt (a), fil-każ ta’ organizzazzjoni li tipprovdi servizzi fuq l-art f’aktar minn Stat Membru wieħed li tista’ tkun jew ma tkunx parti minn raggruppament tan-negozji wieħed, is-sejbiet indikati dwar l-operazzjoni jew komponent tas-sistema ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni fi stazzjon wieħed u l-pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva u l-azzjonijiet korrettivi relatati għandhom jiġu kkomunikati mill-persuna responsabbli f’dak l-istazzjon lill-uffiċċju prinċipali tal-organizzazzjoni fis-sede prinċipali tan-negozju tagħha. |
(c) |
Meta n-nuqqas ta’ konformità jaffettwa direttament ir-riskju għas-sikurezza fi ħdan l-operatur tal-inġenju tal-ajru jew l-operatur tal-ajrudrom, jew ir-responsabbiltajiet tagħhom, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tinforma, mingħajr dewmien żejjed, lill-operatur tal-ajrudrom u lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru kkonċernati bl-azzjonijiet elenkati fil-punt (a) u, jekk ikun xieraq, tikkoordina tali azzjonijiet magħhom fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-punt (a). |
ORGH.GEN.155 Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza u direttivi dwar is-sikurezza
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha timplimenta, mingħajr dewmien żejjed, kwalunkwe miżura ta’ sikurezza jew direttiva dwar is-sikurezza awtorizzata mill-awtorità kompetenti bħala reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza. |
(b) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tinforma, mingħajr dewmien żejjed, lill-operatur tal-inġenju tal-ajru li lilu tipprovdi s-servizzi u lill-operaturi tal-ajrudrom ikkonċernati bl-implimentazzjoni tal-miżuri jew tad-direttivi dwar is-sikurezza msemmija fil-punt (a). |
ORGH.GEN.160 Rapportar ta’ okkorrenzi relatati mas-sikurezza
(a) |
Bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha msemmija fil-punt ORGH.MGM.200 ta’ dan l-Anness, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ rapportar għall-okkorrenzi u l-avvenimenti relatati mas-sikurezza li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u tar-Regolament (UE) 2018/1139, kif ukoll l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tagħhom. Din is-sistema għandha tinkludi r-rapportar obbligatorju u volontarju. |
(b) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tirrapporta:
|
(c) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tittrażmetti wkoll ir-rapport tal-okkorrenza msemmi fil-punt (b) lill-operatur tal-ajrudrom fejn ikun seħħ l-avveniment u lill-operatur tal-inġenju tal-ajru affettwat. Jekk ikun rilevanti, ir-rapport għandu jiġi trażmess ukoll lill-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u lil kwalunkwe organizzazzjoni oħra tas-servizzi fuq l-art ikkonċernata li topera fl-ajrudrom tal-okkorrenza. |
(d) |
Ir-rapporti dwar l-okkorrenzi:
|
(e) |
Għar-rapporti msemmija fil-punt (b), l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tipproduċi, meta jkun rilevanti, rapport ta’ segwitu li jipprovdi dettalji tal-azzjonijiet li biħsiebha tieħu biex tipprevjeni okkorrenzi simili fil-futur, hekk kif dawn l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati. Ir-rapport ta’ segwitu għandu:
|
ORGH.GEN.165 Sistema ta’ rapportar dwar is-sikurezza
(a) |
Is-sistema ta’ rapportar imsemmija fil-punt ORGH.GEN.160 għandu jkun fiha l-mezzi u l-proċeduri meħtieġa biex l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tkun tista’ ttejjeb u tippromwovi l-forniment sikur tas-servizzi fuq l-art u kultura ta’ sikurezza fi ħdan l-organizzazzjoni. Hija għandha:
|
(b) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandu jkollha proċeduri biex:
|
(c) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tagħmel arranġamenti biex tiġbor kwistjonijiet ta’ sikurezza relatati mal-attivitajiet ikkuntrattati msemmija fil-punt ORGH.MGM.205. |
(d) |
Is-sistema ta’ rapportar dwar is-sikurezza għandha tkun proporzjonata għad-daqs u għall-kumplessità tal-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art. |
ORGH.GEN.170 Sustanzi psikoattivi u mediċini
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha timplimenta proċedura biex tiżgura li l-membri tal-persunal tagħha:
|
(b) |
Il-proċedura għandha tiġi inkluża fis-sistema ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art. |
SUBPARTI MGM
SISTEMA TA’ ĠESTJONI
ORGH.MGM.200 Rekwiżiti ġenerali għas-sistema ta’ ġestjoni
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżviluppa u timplimenta sistema ta’ ġestjoni proporzjonata għat-tip u l-kumplessità tal-attivitajiet, id-daqs tal-organizzazzjoni, u l-kuntest operazzjonali, għall-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza; għandha timmira għal titjib kontinwu ta’ din is-sistema u tiżgura t-trawwim ta’ kultura ta’ sikurezza fl-organizzazzjoni tagħha. Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tkopri s-sistemi u l-proċessi kollha meħtieġa biex l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha. |
(b) |
Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tinkludi dan li ġej:
|
(c) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiddokumenta l-proċessi tas-sistema ta’ ġestjoni msemmija fil-punti (b)(1) sa (7). |
(d) |
Minkejja l-punti (a), (b) u (c), jekk l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tkun parti minn entità ġuridika li jkollha ċertifikat, approvazzjoni jew awtorizzazzjoni addizzjonali waħda jew aktar jew tiddikjara l-attività tagħha f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tista’ tintegra s-sistema ta’ ġestjoni tagħha mas-sistema ta’ ġestjoni li tkun diġà stabbilita skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal dak iċ-ċertifikat, l-approvazzjoni, l-awtorizzazzjoni jew id-dikjarazzjoni, skont il-każ. |
ORGH.MGM.201 Sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni f’konformità mal-Anness (Parti-IS.D.OR) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1645 (1) biex tiżgura l-ġestjoni xierqa tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni li jista’ jkollhom impatt fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni.
ORGH.MGM.205 Servizzi jew prodotti kuntrattati
(a) |
Meta l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art, għall-fini tal-operat tagħha jew tal-konformità tagħha ma’ dan ir-Regolament, tidħol f’kuntratti għal servizzi jew prodotti li mhumiex iċċertifikati, approvati, awtorizzati jew koperti minn dikjarazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, dawk is-servizzi jew il-prodotti għandhom jiġu pprovduti ladarba l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tkun applikat il-proċess tal-ġestjoni tas-sikurezza biex tiġġestixxi r-riskju ta’ dawk is-servizzi jew il-prodotti għall-operat tagħha stess. |
(b) |
Meta l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tidħol f’kuntratti għal servizzi jew prodotti li huma ċċertifikati, awtorizzati, approvati jew iddikjarati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni li tipprovdi dawk is-servizzi jew il-prodotti għandha tkun responsabbli għas-sikurezza tagħhom, f’konformità mar-regolamenti tal-avjazzjoni tal-UE applikabbli għal dik l-organizzazzjoni u mar-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I jew tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(c) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura dan kollu li ġej:
|
ORGH.MGM.210 Persunal
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha taħtar maniġer responsabbli. Din il-persuna:
|
(b) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha taħtar persuna kompetenti waħda jew aktar għall-funzjonijiet li ġejjin:
|
(c) |
Il-persuna kompetenti għall-funzjoni tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjoni kollha tas-servizzi fuq l-art. Il-persuna kompetenti għal din il-funzjoni għandha taġixxi indipendentement minn funzjonijiet oħra fi ħdan l-organizzazzjoni, għandu jkollha aċċess dirett għall-maniġer responsabbli u għal persunal maniġerjali ieħor, kif rilevanti għal kwistjonijiet ta’ sikurezza, u għandha tirrapporta lill-maniġer responsabbli. L-arranġamenti li ġejjin jistgħu japplikaw:
|
(d) |
Il-persuna kompetenti għall-funzjoni tat-taħriġ dwar is-servizzi fuq l-art għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ taħriġ u valutazzjoni u l-kompetenza kontinwa tal-persunal involut fl-attivitajiet ta’ servizzi fuq l-art. Il-persuna kompetenti għal din il-funzjoni għandu jkollha aċċess dirett għall-maniġer responsabbli u għall-ġestjoni xierqa għal kwistjonijiet ta’ taħriġ. |
(e) |
Il-persuna kompetenti għall-funzjoni tal-operazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni u l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-attivitajiet kollha tas-servizzi fuq l-art fl-ajrudromi kollha jew reġjonalment, kif stabbilit mill-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art u deskritt fl-istandards u fl-objettivi tagħha f’konformità mal-punt ORGH.GEN.110(c). Il-persuna kompetenti għal din il-funzjoni għandu jkollha aċċess dirett għall-maniġer responsabbli u għall-ġestjoni xierqa għal kwistjonijiet operazzjonali. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru, id-detenturi ta’ ċertifikat tal-operatur tal-ajru, li jwettqu awtoforniment ta’ servizzi jistgħu jintegraw din il-funzjoni fil-funzjoni diġà eżistenti tal-persuna nnominata tal-organizzazzjoni għall-operazzjonijiet fuq l-art. |
(f) |
Il-persuna kompetenti għall-funzjoni tal-operazzjonijiet tal-merkanzija għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni u l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operazzjonijiet kollha tal-merkanzija fl-ajrudromi kollha jew reġjonalment, kif stabbilit mill-organizzazzjoni u deskritt fl-istandards u l-objettivi tagħha f’konformità mal-punt ORGH.GEN.110(c). |
(g) |
Barra minn hekk, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tistabbilixxi l-funzjonijiet li ġejjin:
|
(h) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tistabbilixxi għadd proporzjonat ta’ funzjonijiet superviżorji filwaqt li tqis l-istruttura tal-organizzazzjoni u l-għadd ta’ persunal impjegat. Il-persuni li jeżerċitaw funzjonijiet superviżorji għandhom jikkoordinaw, jagħtu pariri u jiżguraw li l-individwi f’tim iwettqu l-attivitajiet ta’ servizzi fuq l-art f’konformità mal-istandards u l-proċeduri operazzjonali stabbiliti inklużi fil-manwal tas-servizzi fuq l-art tal-organizzazzjoni. Id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuna jew tal-persuni li jeżerċitaw dawk il-funzjonijiet għandhom ikunu definiti sew, u għandu jsir kwalunkwe arranġament ieħor biex jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom. Il-funzjonijiet superviżorji għandhom jiġu eżerċitati minn individwi kompetenti bil-ħiliet li jiżguraw it-twettiq tal-attivitajiet ta’ servizzi fuq l-art skont l-istandards tal-organizzazzjoni speċifikati fil-manwal tas-servizzi fuq l-art. |
(i) |
L-istess persuna tista’ tissodisfa aktar minn funzjoni waħda msemmija fil-punti (b), (g) u (h) jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(j) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandu jkollha persunal suffiċjenti u kkwalifikat għall-forniment sikur tas-servizzi fuq l-art f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
ORGH.MGM.215 Faċilitajiet
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura d-disponibbiltà tal-faċilitajiet li jippermettu t-twettiq u l-ġestjoni tal-kompiti u l-attivitajiet ippjanati kollha previsti fl-Anness I u fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(b) |
Meta l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tuża maħżen fil-bini ta’ ajrudrom fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 biex taħżen u tħejji oġġetti tal-merkanzija li jkun fihom oġġetti perikolużi, għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
ORGH.MGM.220 Software użat għall-forniment ta’ servizzi fuq l-art
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li s-software li tuża għall-forniment ta’ servizzi fuq l-art ikun funzjonali u ma jaffettwax b’mod negattiv is-sikurezza tat-titjira. Hija għandha tiżgura li:
(a) |
tkun disponibbli sistema ta’ backup biex tiġi żgurata l-kontinwità operazzjonali f’każ ta’ ħsara; |
(b) |
id-data tkun faċilment aċċessibbli u tista’ tiġi rkuprata fuq talba minn persuni awtorizzati; |
(c) |
jekk is-software jinkludi l-ħruġ tad-dokumenti, jikkonforma mal-punt ORGH.DOC.100; |
(d) |
il-persunal ikun mħarreġ u kompetenti biex juża s-software sabiex iwettaq il-kompiti assenjati lilu. |
SUBPARTI DEC
DIKJARAZZJONI
ORGH.DEC.100 Dikjarazzjoni — rekwiżiti ġenerali
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tissottometti dikjarazzjoni mimlija kif xieraq, inkluż l-anness għal kull ajrudrom fejn tipprovdi s-servizzi, lill-awtorità kompetenti kif identifikat fil-punt ORGH.GEN.105. |
(b) |
Jekk l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tapplika kwalunkwe waħda mill-bidliet li ġejjin li jaffettwaw il-kontenut tad-dikjarazzjoni, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b’dawk il-bidliet u tissottometti dikjarazzjoni emendata:
|
(c) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni u għandha żżomm konformità kontinwa matul l-attivitajiet tagħha. |
ORGH.DEC.105 Terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi fuq l-art
Jekk organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art ikollha l-ħsieb li twaqqaf b’mod permanenti l-forniment tas-servizzi fuq l-art f’ajrudrom, hija għandha:
(a) |
tinnotifika lill-operatur tal-ajrudrom u lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun, kif ukoll lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru milquta skont il-ftehim; |
(b) |
tippreżenta lill-awtorità kompetenti talba għal dereġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni, fid-data tat-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi. |
L-avviż minn qabel lill-operatur tal-ajrudrom imsemmi fil-punt (a) għandu jsir biżżejjed minn qabel, kif stabbilit fl-arranġamenti formali mal-operatur tal-ajrudrom, sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jieħu l-miżuri xierqa, kif meħtieġ, għall-kontinwazzjoni tas-servizz fl-ajrudrom.
Appendiċi 1
FORMOLA TA’ DIKJARAZZJONI
Anness tad-Dikjarazzjoni (*)
(*) |
Trid timtela individwalment għal kull ajrudrom fejn l-organizzazzjoni tipprovdi servizzi fuq l-art skont din id-dikjarazzjoni. |
Anness Nru XXX tad-Dikjarazzjoni għal … (1) … (2) Noti:
|
|||||||||
|
|||||||||
Id-data tal-bidu tal-operat f’dan l-ajrudrom (*): …
|
|||||||||
Lista tas-servizzi fuq l-art ipprovduti fl-ajrudrom kopert minn dan l-Anness tad-Dikjarazzjoni, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/20 |
|||||||||
L-immaniġġar tal-passiġġieri (l-Artikolu 2(2), il-punt (a)) — jekk jogħġbok speċifika: … |
☐ |
||||||||
L-immaniġġar tal-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa (l-Artikolu 2(2), il-punt (a)) |
☐ |
||||||||
L-immaniġġar tal-bagalji (l-Artikolu 2(2), il-punt (b)) — jekk jogħġbok speċifika: … |
☐ |
||||||||
Servizz ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru |
|||||||||
It-tħaddim tal-GSE użat għas-servizzi fuq l-art (l-Artikolu 2(2), il-punt (c)(i)) |
☐ |
||||||||
Ir-riforniment u t-tneħħija tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru — servizzi ta’ forniment tal-fjuwil ġol-ajruplan (l-Artikolu 2(2), il-punt (c)(ii)) |
☐ |
||||||||
Is-servizz ta’ manutenzjoni tat-tojlits tal-inġenji tal-ajru (l-Artikolu 2(2), il-punt (c)(iii)) |
☐ |
||||||||
Is-servizz ta’ manutenzjoni tal-ilma tajjeb għax-xorb tal-inġenji tal-ajru (l-Artikolu 2(2), il-punt (c)(iv)) |
☐ |
||||||||
It-tindif estern tal-inġenji tal-ajru (l-Artikolu 2(2), il-punt (c)(v)) |
☐ |
||||||||
It-tneħħija tas-silġ/il-proċedura kontra l-formazzjoni tas-silġ tal-inġenji tal-ajru (l-Artikolu 2(2), il-punt (c)(vi)); speċifika wkoll jekk hijiex ipprovduta s-superviżjoni tat-tneħħija tas-silġ/il-proċedura kontra l-formazzjoni tas-silġ: … |
☐ |
||||||||
Attivitajiet ta’ turnaround |
|||||||||
L-attivitajiet ta’ wasla tal-inġenji tal-ajru (l-Artikolu 2(2), il-punt (d)(i)) |
☐ |
||||||||
It-tagħbija/il-ħatt ta’ inġenji tal-ajru (l-Artikolu 2(2), il-punt (d)(ii)) |
☐ |
||||||||
Is-superviżjoni tat-tagħbija (l-Artikolu 2(2), il-punt (d)(ii)) |
☐ |
||||||||
L-attivitajiet ta’ tluq mill-inġenji tal-ajru (l-Artikolu 2(2), il-punt (d)(iii)) |
☐ |
||||||||
L-irmonk/il-pushback tal-inġenji tal-ajru (l-Artikolu 2(2), il-punt (d)(iv)):
|
☐ |
||||||||
Immaniġġar tal-merkanzija u tal-posta |
|||||||||
L-aċċettazzjoni tal-merkanzija f’isem l-operatur tal-inġenju tal-ajru (l-Artikolu 2(2), il-punt (e)(i)) |
☐ |
||||||||
Iż-żamma f’żona waħda u l-ħżin finali (l-Artikolu 2(2), il-punt (e)(ii)) |
☐ |
||||||||
L-użin u l-ittaggjar finali tal-ULD (l-Artikolu 2(2), il-punt (e)(iii)) |
☐ |
||||||||
L-iċċekkjar finali qabel it-trasport bl-ajru (l-Artikolu 2(2), il-punt (e)(iv)) |
☐ |
||||||||
It-trasport tal-merkanzija/posta fuq l-art bejn il-punt tal-iċċekkjar finali u l-inġenju tal-ajru (l-Artikolu 2(2), il-punt (e)(v)) |
☐ |
||||||||
Oġġetti perikolużi |
|
||||||||
L-immaniġġar tal-passiġġieri |
☐ |
||||||||
L-immaniġġjar tal-bagalji |
☐ |
||||||||
L-aċċettazzjoni tal-oġġetti perikolużi bħala merkanzija |
☐ |
||||||||
L-immaniġġar tal-oġġetti perikolużi bħala merkanzija |
☐ |
DOKUMENT TAS-SUBPARTI
DOKUMENTI U REKORDS
ORGH.DOC.100 Sistemi ta’ dokumenti u rekords
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tistabbilixxi sistema ta’ dokumenti u sistema ta’ rekords bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha. |
(b) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li d-dokumenti u r-rekords kollha u kwalunkwe emenda assoċjata jkunu aċċessibbli għall-persunal tal-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għal finijiet ta’ dmir, u għall-awtoritajiet, jew għal entitajiet oħra għal finijiet ta’ awditjar jew spezzjoni, fuq talba. Ir-rekords għandhom ikunu traċċati faċilment u jistgħu jiġu rkuprati faċilment matul il-perjodu ta’ żamma meħtieġ. |
(c) |
Id-dokumenti u r-rekords għandhom jinħażnu b’tali mod li jiġu protetti mill-ħsara, mill-alterazzjoni u mis-serq. |
(d) |
Id-dokumenti u r-rekords għandhom ikunu jistgħu jinqraw faċilment fi kwalunkwe format li jistgħu jkunu. L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tispeċifika fid-dokumentazzjoni tagħha l-metodu tar-rimi jew tat-tħassir tad-dokumenti u tar-rekords. |
ORGH.DOC.105 Żamma ta’ rekords
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha żżomm ir-rekords f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali tal-Istat(i) Membru/i fejn l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tipprovdi s-servizzi tagħha. |
(b) |
Minkejja l-punt (a), l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha żżomm ir-rekords li ġejjin kif ġej jew f’konformità ma’ rekwiżiti applikabbli oħra, skont liema minnhom ikun l-itwal:
|
ORGH.DOC.110 Manwal għas-servizzi fuq l-art
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tinkludi l-elementi li ġejjin fil-manwal tagħha tas-servizzi fuq l-art:
|
(b) |
Il-manwal tas-servizzi fuq l-art jista’ jikkonsisti f’sett ta’ dokumenti separati interkonnessi permezz ta’ kontroreferenzi. |
(c) |
L-operaturi tal-ajrudromi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jwettqu servizzi fuq l-art jistgħu jintegraw l-elementi tas-servizzi fuq l-art fil-manwali eżistenti tagħhom. |
(d) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li kwalunkwe informazzjoni meħuda minn dokumenti kkontrollati oħra bħal dawk imsemmija fil-punti (a)(2) u (a)(3) jew dokumenti oħra li huma rilevanti għall-forniment sikur tas-servizzi fuq l-art, u kwalunkwe emenda tagħhom, tkun riflessa b’mod korrett u f’waqtu fil-manwal tas-servizzi fuq l-art. |
(e) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li l-manwal tas-servizzi fuq l-art:
|
(f) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha:
|
(g) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li l-istruzzjonijiet tax-xogħol u l-proċeduri operazzjonali jaqblu mal-partijiet rilevanti tal-manwal tas-servizzi fuq l-art u huma miktuba jew ikkomunikati b’lingwa u b’mod li jistgħu jinftiehmu mill-persunal rilevanti. |
SUBPARTI TRG
TAĦRIĠ TAL-PERSUNAL TAS-SERVIZZI FUQ L-ART
ORGH.TRG.100 Programm ta’ taħriġ u ta’ valutazzjoni
(a) |
Bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżviluppa u timplimenta programm ta’ taħriġ u valutazzjoni għall-persunal tagħha, biex tiżgura li dawn jiksbu l-kompetenza meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont l-istandards u l-objettivi stabbiliti f’konformità mal-punt ORGH.GEN.110(c) u biex tiżgura kompetenza kontinwa tal-persunal. |
(b) |
Il-programm ta’ taħriġ u ta’ valutazzjoni għandu:
|
(c) |
Filwaqt li jitqiesu l-kompiti u r-responsabbiltajiet speċifiċi għall-funzjonijiet individwali, il-programm ta’ taħriġ u valutazzjoni għandu jkopri l-elementi li ġejjin:
|
(d) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura, bħala parti mill-programm ta’ taħriġ u ta’ valutazzjoni tagħha, il-kompetenza kontinwa tal-persunal billi żżomm l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet tagħhom f’livell li jippermettilhom iwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità mal-istandards u mal-objettivi stabbiliti mill-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art f’konformità mal-punt ORGH.GEN.110(c). Dan għandu jsir billi jitwettqu t-tipi ta’ taħriġ imsemmija fil-punti (e) sa (h), li kull wieħed minnhom jikkonkludi b’fażi ta’ valutazzjoni. |
(e) |
It-taħriġ rikorrenti għandu jitwettaq mhux aktar tard minn kull 36 xahar. It-taħriġ rikorrenti jista’ jitlesta fi kwalunkwe data fl-aħħar 3 xhur kalendarju tal-intervall ta’ rikorrenza, u mbagħad il-perjodu l-ġdid tal-intervall jista’ jibda fid-data tat-tlestija tal-aħħar taħriġ rikorrenti. |
(f) |
It-taħriġ ta’ aġġornament għandu jitwettaq meta individwu ma jkunx jista’ juri l-kompetenza meħtieġa fil-funzjoni assenjata jew ma jkunx wettaq kompiti fil-funzjoni assenjata għal bejn 3 xhur u 12-il xahar konsekuttivi. Il-kontenut u l-forma tal-għoti tat-taħriġ ta’ aġġornament għandhom jiġu adattati għat-tul tal-pawża. It-taħriġ ta’ aġġornament jista’ jitwettaq ukoll bħala forma ta’ varjazzjonijiet staġjonali tal-attivitajiet. It-taħriġ ta’ aġġornament għandu jitwettaq, bħala subkategorija ta’ taħriġ ta’ aġġornament, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(g) |
It-taħriġ għall-kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ individwu għandu jitwettaq meta jkun hemm lakuni fil-prestazzjoni tal-individwu identifikati matul l-operazzjoni ta’ kuljum jew meta individwu ma jkunx wettaq kompiti fil-funzjoni assenjata għal bejn 12-il xahar sa 24 xahar konsekuttivi. Dan għandu jinkludi taħriġ dwar il-lakuni identifikati fil-prestazzjoni u valutazzjoni tal-kompetenza. |
(h) |
It-taħriġ mill-ġdid skont il-programm ta’ taħriġ inizjali għandu jitwettaq meta individwu ma jkunx wettaq kompiti fil-funzjoni assenjata għal aktar minn 24 xahar konsekuttivi. |
(i) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li l-persuni li jipprovdu t-taħriġ u li jwettqu l-valutazzjoni jkunu kompetenti dwar is-suġġett li jrid jiġi mgħallem u jkollhom il-ħiliet biex jagħtu t-taħriġ u jwettqu l-valutazzjoni b’mod effettiv. |
(j) |
Il-programm ta’ taħriġ u ta’ valutazzjoni għandu jiġi inkluż fil-manwal tas-servizzi fuq l-art tal-organizzazzjoni u għandu jiġi rieżaminat regolarment għal titjib. |
ORGH.TRG.105 Rekwiżiti addizzjonali relatati mat-taħriġ
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li jintużaw faċilitajiet, mezzi, tagħmir u għodod xierqa għall-għoti tat-taħriġ u għat-twettiq tal-valutazzjonijiet. |
(b) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li l-materjal tat-taħriġ jiġi pprovdut b’lingwa li tista’ tinftiehem mill-persunal tas-servizzi fuq l-art ikkonċernat. |
(c) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha żżomm rekords tat-taħriġ u l-valutazzjonijiet u l-kwalifiki assoċjati. Għandha tipprovdi kopja ta’ dawn ir-rekords lill-individwu, fuq talba. Dawn ir-rekords għandhom jinkludu d-dettalji li ġejjin:
|
ORGH.TRG.110 Taħriġ dwar l-oġġetti perikolużi
(a) |
L-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art, inkluż dawk li ma jimmaniġġawx oġġetti perikolużi, għandhom jimplimentaw u jżommu programm ta’ taħriġ dwar oġġetti perikolużi għall-persunal tas-servizzi fuq l-art, proporzjonat mal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom u inkluż id-detezzjoni tal-oġġetti perikolużi mhux iddikjarati jew iddikjarati ħażin u r-rapportar ta’ avvenimenti ta’ oġġetti perikolużi, f’konformità mal-punt GH.OPS.020 u l-Anness 18 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u l-Istruzzjonijiet Tekniċi tal-ICAO. |
(b) |
Il-persunal għandu jirċievi wkoll taħriġ dwar il-proċeduri speċifiċi tal-oġġetti perikolużi tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li għalihom l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tipprovdi servizzi ta’ mmaniġġar tal-oġġetti perikolużi. |
(c) |
Għandu jsir taħriġ rikorrenti dwar l-oġġetti perikolużi sa mhux aktar tard minn kull 24 xahar. |
(d) |
Il-persunal ta’ organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art li jwettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet li ġejjin għandu jkun eżentat mill-konformità mal-punt (a):
|
SUBPARTI GSE
TAGĦMIR TA’ APPOĠĠ FUQ L-ART
ORGH.GSE.100 Tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art – Rekwiżiti ġenerali
(a) |
Bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandu jkollha proċess biex tiżgura li l-GSE użat għall-forniment ta’ servizzi fuq l-art ikun:
|
(b) |
Għall-fini tal-punt (a), l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art:
|
(c) |
Meta l-operatur tal-ajrudrom jipprovdi tagħmir, faċilitajiet jew installazzjonijiet għall-forniment ta’ servizzi fuq l-art, bħal faċilitajiet għat-tneħħija tas-silġ, sistema ċentralizzata għall-immaniġġar tal-bagalji, pontijiet tal-imbark tal-passiġġieri u pontijiet tal-ajru, l-aspetti li ġejjin għandhom jiġu ċċarati u ddokumentati kmieni kemm jista’ jkun bejn l-operatur tal-ajrudrom u l-utenti ta’ tali tagħmir, faċilitajiet jew installazzjonijiet:
|
ORGH.GSE.105 Programm ta’ manutenzjoni tat-tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art
(a) |
Bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tistabbilixxi u timplimenta programm ta’ manutenzjoni, biex iżżomm is-sistemi u t-tagħmir meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi fuq l-art fi stat ta’ operazzjoni li ma jfixkilx is-sikurezza tal-persuni, tal-inġenji tal-ajru u ta’ vetturi jew tagħmir ieħor, u r-regolarità tal-effiċjenza tal-operazzjonijiet. Hija għandha tiżgura dan li ġej:
|
(b) |
Il-programm ta’ manutenzjoni għandu jkun adegwat għall-frekwenza u għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu ta’ biċċa partikolari ta’ GSE. Dan għandu jinkludi, bħala minimu:
|
(c) |
Il-programm ta’ manutenzjoni għandu josserva l-prinċipji tal-fatturi umani. |
(d) |
Il-programm ta’ manutenzjoni għandu jiżgura l-konformità mal-intervall tas-servizz speċifikat matul il-ħajja tal-GSE. |
(e) |
Meta l-manutenzjoni tal-GSE titwettaq minn organizzazzjonijiet oħra li jipparteċipaw fi ftehim dwar l-akkomunament tat-tagħmir jew fi ftehim ta’ kiri, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li r-responsabbiltà għall-manutenzjoni tiġi ddokumentata. |
ORGH.GSE.110 Akkomunament tat-tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art
(a) |
Meta l-GSE jiġi pprovdut mill-operatur tal-ajrudrom jew minn organizzazzjoni oħra f’ajrudrom, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tista’, fejn xieraq, tidħol fi ftehim dwar l-akkomunament tal-GSE ma’ organizzazzjonijiet oħra li jipprovdu servizzi fuq l-art f’dak l-ajrudrom. L-operatur tal-ajrudrom għandu jinżamm infurmat b’dan il-ftehim f’kull mument. |
(b) |
Fil-każ ta’ GSE akkomunat, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li l-arranġament speċifiku mal-organizzazzjoni li tipprovdi l-GSE jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din is-Subparti u dawk applikabbli għas-servizzi kuntrattati f’dan ir-Regolament, inkluż l-iżgurar tat-taħriġ tal-persunal għat-tħaddim tal-GSE, il-proċeduri operazzjonali għall-użu tal-GSE, kif ukoll il-programm ta’ manutenzjoni tal-GSE. |
(c) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha timplimenta b’mod effettiv ir-rekwiżiti tas-sikurezza stabbiliti permezz tal-ftehim tal-akkomunament tal-GSE. Hija għandha tiżgura li l-livell ta’ sikurezza ma jkunx taħt l-istandards stabbiliti mis-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tagħha stess. F’każ bħal dan, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tista’ titlob rieżami tar-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ftehim tal-akkomunament tal-GSE flimkien mal-organizzazzjonijiet l-oħra involuti fil-ftehim. |
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1645 tal-14 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni għall-organizzazzjonijiet koperti bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 139/2014 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 u (UE) Nru 139/2014 (ĠU L 248, 26.9.2022, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/1645/oj).
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/923/oj).
ANNESS II
RESPONSABBILTAJIET TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAS-SERVIZZI FUQ L-ART FIR-RIGWARD TAL-PROĊEDURI OPERAZZJONALI GĦAS-SERVIZZI FUQ L-ART
(PARTI-GH.OPS)
GH.OPS.005 Responsabbiltajiet ġenerali għall-forniment ta’ servizzi fuq l-art
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura, għall-attivitajiet kollha tas-servizzi fuq l-art li twettaq, li:
|
(b) |
F’konformità mal-punt 4.1(c) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tipprovdi servizzi f’konformità mal-istruzzjonijiet u mal-proċeduri tal-operatur tal-inġenju tal-ajru. Madankollu, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tista’ tapplika l-proċeduri operazzjonali tagħha stess f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(c) |
Jekk l-istruzzjonijiet u l-proċeduri pprovduti mill-operatur tal-inġenju tal-ajru jkunu differenti mill-proċeduri operazzjonali tal-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art, għandhom jipprevalu l-proċeduri tal-operatur tal-inġenju tal-ajru. L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tindirizza mal-operatur tal-inġenju tal-ajru kwalunkwe differenza konfliġġenti li tista’ taffettwa s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, tal-passiġġieri tiegħu, jew tal-persunal tas-servizzi fuq l-art malli jiġu identifikati, u għandha tiddetermina flimkien mal-operatur tal-inġenju tal-ajru jekk l-implimentazzjoni tal-proċeduri operazzjonali tal-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art hijiex aċċettata minflok. |
(d) |
Il-proċeduri operazzjonali tal-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandhom:
|
(e) |
F’konformità mal-punt 4.1(b) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tikkonforma, sa fejn ikun rilevanti għall-attivitajiet li twettaq, mal-proċeduri pprovduti lilha mill-operatur tal-ajrudrom relatati mal-aspetti operazzjonali li ġejjin imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 139/2014:
|
(f) |
Il-proċeduri tal-operatur tal-ajrudrom li jkopru l-elementi fil-punt (e) għandhom jipprevalu fuq il-proċeduri bl-istess ambitu tal-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art jew tal-operatur tal-inġenju tal-ajru. L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tindirizza kwalunkwe struzzjoni jew proċedura konfliġġenti mal-operatur tal-ajrudrom malli dawn ikunu ġew identifikati. |
(g) |
Mingħajr preġudizzju għall-punti (a) sa (f), sabiex jiġi żgurat li s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-persuni fuq l-art ma tiġix kompromessa matul il-forniment tas-servizzi fuq l-art, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tista’ tiddeċiedi li tapplika proċeduri operazzjonali aktar stretti abbażi tal-proċeduri u l-istruzzjonijiet tal-operatur tal-inġenju tal-ajru jew tal-operatur tal-ajrudrom jekk tqis li l-kuntest operazzjonali lokali jeħtieġ prekawzjonijiet addizzjonali tas-sikurezza. Dawn l-elementi addizzjonali ta’ sikurezza għandhom jiġu ddokumentati u kkomunikati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jew lill-operaturi tal-ajrudrom ikkonċernati, kif applikabbli. |
(h) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li kopja tal-istruzzjonijiet u tal-proċeduri operazzjonali rilevanti tkun disponibbli għall-persunal tagħha, skont il-kompiti tagħhom u li dawn jiġu kkomunikati b’mod li jiżgura l-fehim tagħhom. L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura wkoll li l-persunal tagħha jkun kapaċi jifhem u jikkonforma mal-istruzzjonijiet u l-proċeduri mill-operatur tal-ajrudrom u/jew mill-awtoritajiet kompetenti li jistgħu jiġu pprovduti biss bil-lingwa nazzjonali. |
GH.OPS.010 Interfaċċi ma’ organizzazzjonijiet oħra
Bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħha, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandu jkollha proċess biex tidentifika l-interfaċċi mal-operatur tal-ajrudrom u mal-operatur(i) tal-inġenji tal-ajru li lilhom tipprovdi s-servizzi. Il-proċess biex jiġu indirizzati l-interfaċċi għandu:
(a) |
ikopri l-proċeduri operazzjonali speċifiċi tal-operatur tal-inġenju tal-ajru, l-ambjent tal-ajrudrom lokali, il-proċeduri tas-sikurezza u/jew ir-restrizzjonijiet operazzjonali, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza u bi qbil mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; |
(b) |
jiżgura, f’koordinazzjoni mal-operatur tal-ajrudrom, li l-partijiet rilevanti tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tiegħu jkunu kompatibbli u komplementari ma’ dawk tal-operatur tal-ajrudrom kif imsemmi fil-punt ADR.OR.D.025 u tal-operatur tal-inġenju tal-ajru; |
(c) |
jiżgura komunikazzjoni reċiproka u kondiviżjoni ta’ informazzjoni rilevanti għas-sikurezza fuq bażi regolari, kif rilevanti, mal-organizzazzjonijiet affettwati mill-attivitajiet ta’ servizzi fuq l-art. |
GH.OPS.020 Immaniġġar tal-oġġetti perikolużi
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li l-immaniġġar tal-oġġetti perikolużi jitwettaq f’kull ħin f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness 18 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u mal-Istruzzjonijiet Tekniċi tal-ICAO relatati ma’ dak l-Anness, kif ukoll l-istruzzjonijiet u l-proċeduri tal-operatur tal-inġenju tal-ajru. |
(b) |
L-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art li ma jkunux involuti fl-immaniġġar tal-oġġetti perikolużi għandhom jirrifjutaw oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi moħbija jew mhux iddikjarati u għandhom jirrapportaw id-detezzjoni tal-oġġetti perikolużi mhux iddikjarati jew iddikjarati ħażin f’konformità mal-punt ORGH.GEN.160(b)(2). |
(c) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li l-persunal involut fl-immaniġġar tal-oġġetti perikolużi jkollu aċċess għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li lilhom jiġu pprovduti s-servizzi u japplika l-varjazzjonijiet speċifiċi għalihom. |
GH.OPS.025 Trasport fuq l-art ta’ passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ minn operatur ta’ ajrudrom
Meta operatur ta’ ajrudrom jipprovdi servizzi tat-trasport fuq l-art għall-passiġġieri u għall-membri tal-ekwipaġġ bil-persunal tiegħu stess, bħala servizz uniku jew flimkien mal-immaniġġar ta’ passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa, bħala parti mill-eżenzjoni speċifikata fl-Artikolu 2(3)(h) jew (j) ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin tal-Anness I u tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
is-Subparti ORGH.GSE; |
(b) |
il-punt GH.OPS.300; |
(c) |
il-punt GH.OPS.305. |
GH.OPS.030 Lingwa komuni
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li l-membri tal-persunal tagħha jkunu jistgħu jikkomunikaw b’mod effettiv għall-kompiti operazzjonali ta’ kuljum tagħhom bil-lingwa/i jew bis-sinjali bl-idejn li jistgħu jinftiehmu bejniethom jew, skont il-funzjonijiet assenjati lilhom, mill-persunal tal-ajrudrom jew mill-ekwipaġġ tal-ajru.
SUBPARTI 1
IMMANIĠĠAR TAL-PASSIĠĠIERI
GH.OPS.100 Immaniġġar tal-passiġġieri – rekwiżiti ġenerali
(a) |
Il-proċeduri tal-immaniġġar tal-passiġġieri stabbiliti mill-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandhom ikopru r-riskji għas-sikurezza, inkluż il-ġarr tal-oġġetti perikolużi fil-bagalji tal-passiġġieri jew fuq il-persuna, relatati mal-attivitajiet li ġejjin:
|
(b) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li r-rekwiżiti tal-ajrudrom relatati mal-kontroll tal-persuni bil-mixi jiġu osservati matul l-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri. |
GH.OPS.105 Kontroll tal-passiġġieri fuq ir-rampa
(a) |
L-aċċess tal-passiġġieri fuq ir-rampa jew fuq kwalunkwe żona operazzjonali oħra għandu josserva r-rekwiżiti applikabbli dwar il-kontroll tal-persuni bil-mixi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 139/2014. L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li l-passiġġieri ma jiċċaqilqux barra miż-żona jew il-passaġġ iddeżinjat/immarkat b’mod ċar għall-passaġġ bejn it-terminal tal-ajrudrom u l-inġenju tal-ajru u ma jaqsmux iż-żoni ta’ periklu tal-inġenju tal-ajru mmarkati. |
(b) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tapplika l-istruzzjonijiet u l-proċeduri tal-operatur tal-inġenju tal-ajru sakemm ma jkunx hemm qbil differenti mal-operatur tal-inġenju tal-ajru. Meta jintużaw taraġ tal-passiġġieri, pontijiet tal-imbark tal-passiġġieri jew pontijiet tal-ajru għall-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri, il-proċeduri operazzjonali għandhom ikopru s-sikurezza tal-passiġġieri waqt l-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri. |
GH.OPS.110 Immaniġġar ta’ passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa minn operatur ta’ ajrudrom
Meta operatur ta’ ajrudrom iwettaq immaniġġar tal-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa bil-persunal tiegħu stess, bħala servizz uniku jew flimkien mat-trasport fuq l-art tal-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa u tal-membri tal-ekwipaġġ, bħala parti mill-eżenzjoni speċifikata fl-Artikolu 2(3)(h) jew (j) ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin tal-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
is-Subparti ORGH.GSE; |
(b) |
il-punt GH.OPS.100(a)(2) applikabbli għal dawk il-passiġġieri; |
(c) |
il-punt GH.OPS.305 dwar l-operat tal-GSE. |
SUBPARTI 2
IMMANIĠĠAR TAL-BAGALJI
GH.OPS.200 Immaniġġar tal-bagalji – rekwiżiti ġenerali
(a) |
Il-proċeduri tas-sikurezza għall-immaniġġar tal-bagalji għandhom ikopru l-fażijiet li ġejjin, skont il-firxa ta’ operazzjonijiet tal-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art:
|
(b) |
L-immaniġġar tal-oġġetti perikolużi fil-bagalji għandu jsir f’konformità mal-Anness 18 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u mal-Istruzzjonijiet Tekniċi tal-ICAO relatati ma’ dak l-Anness u mal-proċeduri u l-istruzzjonijiet tal-operatur tal-inġenju tal-ajru dwar l-oġġetti perikolużi fil-bagalji tal-passiġġieri. |
(c) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tikkonforma ma’ kwalunkwe proċedura addizzjonali tal-ajrudrom, skont l-infrastruttura ċentralizzata pprovduta mill-operatur tal-ajrudrom għall-immaniġġar tal-bagalji. |
(d) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li l-persunal involut fl-immaniġġar tal-bagalji jirċievi taħriġ dwar is-sikurezza rilevanti għall-kompiti tiegħu u jifhem il-konsegwenzi tal-prestazzjoni tiegħu fuq is-sikurezza tat-titjira. |
SUBPARTI 3
SERVIZZ TA’ MANUTENZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU
GH.OPS.300 Sikurezza fuq ir-rampa
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha timplimenta, minbarra l-proċeduri tal-operatur tal-ajrudrom applikabbli għal dik l-organizzazzjoni bħala utent tal-ajrudrom, proċeduri operazzjonali biex tkopri r-riskji għas-sikurezza tal-ħidma madwar l-inġenju tal-ajru u fiż-żona tas-sikurezza tal-ajrudrom, kif ġej:
(a) |
il-proċeduri tal-operatur tal-ajrudrom rigward l-attivitajiet li ġejjin:
|
(b) |
il-proċeduri operazzjonali tal-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art rigward l-attivitajiet li ġejjin:
|
(c) |
Il-proċeduri operazzjonali msemmija fil-punt (b) għandhom jiġu adattati għall-kuntest operazzjonali tal-ajrudrom, kif ukoll għall-kundizzjonijiet ġeografiċi u tat-temp speċifiċi tiegħu. |
GH.OPS.305 Rekwiżiti ġenerali għat-tħaddim ta’ tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha timplimenta proċeduri għat-tħaddim sikur tal-GSE, b’azzjonijiet speċifiċi ta’ sikurezza biex tindirizza r-riskju ta’ tagħmir li jkun qed joqrob, il-pożizzjonament, l-ibbrejkjar, l-immanuvrar, l-ipparkjar, it-tluq minn ħdejn l-inġenju tal-ajru u ż-żona fejn l-inġenju tal-ajru jkun qed jingħata servizz, inkluż it-tagħmir użat għat-trasport fuq l-art ta’ passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa, kif ukoll l-irbit tat-tagħmir meta ma jkunx qed jintuża u l-ipparkjar f’żoni apposta. |
(b) |
Is-sewqan tal-GSE fir-rampa u fiż-żona tal-moviment għandu josserva l-proċeduri tal-ajrudrom żviluppati f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-Anness IV (ADR.OPS) tar-Regolament (UE) Nru 139/2014. |
(c) |
Il-GSE kollha użati, motorizzati u mhux motorizzati, għandhom jinżammu kif xieraq u għandhom jikkonformaw mal-programm ta’ manutenzjoni msemmi fis-Subparti ORGH.GSE tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Il-pontijiet tal-imbark tal-passiġġieri jew it-taraġ tal-passiġġieri għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe FOD biex tiġi żgurata l-evakwazzjoni rapida tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġi f’każ ta’ emerġenza waqt ir-riforniment bil-passiġġieri abbord, l-imbark tal-passiġġieri jew l-iżbark. |
(d) |
Għandha tiġi applikata politika ta’ “la tmissx” sakemm il-GSE ma jkunx mgħammar b’sensuri ta’ prossimità jew ta’ livellar awtonomu, skont it-tip ta’ GSE, jew f’ċirkostanzi speċifikament aċċettati meħtieġa mit-tip tal-GSE li jkun qed jitħaddem. |
GH.OPS.310 Riforniment u tneħħija tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru
(a) |
Is-servizzi tar-riforniment u tat-tneħħija tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru jistgħu jiġu pprovduti mill-istess organizzazzjoni responsabbli għall-forniment ta’ servizzi oħra fuq l-art jew minn fornitur ta’ servizz tal-forniment tal-fjuwil ġol-ajruplan. |
(b) |
Minbarra li jiżgura l-konformità mal-punt GH.OPS.005, il-fornitur ta’ servizz tal-forniment tal-fjuwil ġol-ajruplan għandu jkun responsabbli għal dan li ġej:
|
(c) |
Il-fornitur tas-servizz tal-forniment tal-fjuwil ġol-ajruplan għandu jkollu r-responsabbiltajiet li ġejjin:
|
(d) |
Ir-riforniment jew it-tneħħija tal-fjuwil f’ħangars jew bini magħluq simili għandhom jitwettqu biss bl-approvazzjoni tal-operatur tal-inġenju tal-ajru u tal-operatur tal-ajrudrom u f’konformità mal-proċeduri speċjali żviluppati minnhom. |
GH.OPS.320 Servizz ta’ manutenzjoni tal-ilma tajjeb għax-xorb
Il-proċeduri għas-servizz ta’ manutenzjoni tal-ilma tajjeb għax-xorb għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt GH.OPS.005 kif ukoll mar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
(a) |
il-koordinament mal-operatur tal-ajrudrom biex jiġi żgurat dan li ġej:
|
(b) |
l-osservazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti legali applikabbli tal-Unjoni dwar it-tagħmir ta’ protezzjoni personali għall-persunal li jwettaq is-servizz ta’ manutenzjoni tal-ilma tajjeb għax-xorb; |
(c) |
il-mitigazzjoni xierqa tar-riskju tal-produzzjoni ta’ FOD matul din l-attività. |
GH.OPS.325 Servizz ta’ manutenzjoni tat-tojlits tal-inġenji tal-ajru
Il-proċeduri għas-servizz ta’ manutenzjoni tat-tojlits tal-inġenji tal-ajru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt GH.OPS.005 kif ukoll mar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
(a) |
id-deskrizzjoni tal-miżuri applikabbli f’każ ta’ tnixxija; |
(b) |
l-identifikazzjoni fil-pront ta’ kwalunkwe tnixxija u l-immaniġġar tagħha skont l-istruzzjonijiet; |
(c) |
l-osservazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti legali applikabbli tal-Unjoni rigward it-tagħmir ta’ protezzjoni personali għall-persunal li jwettaq servizzi ta’ manutenzjoni tat-tojlits tal-inġenji tal-ajru; |
(d) |
il-mitigazzjoni xierqa tar-riskju tal-produzzjoni ta’ FOD waqt is-servizz ta’ manutenzjoni tat-tojlits tal-inġenji tal-ajru. |
GH.OPS.330 Tindif estern tal-inġenji tal-ajru
Il-proċeduri għat-tindif estern tal-inġenji tal-ajru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt GH.OPS.005 kif ukoll mar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
(a) |
it-tindif estern tal-inġenju tal-ajru bi prodotti approvati mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru biex tiġi evitata ħsara lill-inġenju tal-ajru; |
(b) |
l-għeluq xieraq tal-pannelli u l-bibien esterni tal-inġenju tal-ajru wara li jitlesta t-tindif; |
(c) |
l-osservazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti legali applikabbli tal-Unjoni rigward it-tagħmir ta’ protezzjoni personali għall-persunal li jwettaq it-tindif estern tal-inġenji tal-ajru; |
(d) |
l-użu ta’ żona ddedikata għat-tindif estern tal-inġenji tal-ajru, kif stabbilit mill-operatur tal-ajrudrom, jekk applikabbli; |
(e) |
il-mitigazzjoni xierqa tar-riskju tal-produzzjoni ta’ FOD matul it-tindif estern tal-inġenji tal-ajru. |
GH.OPS.335 Tneħħija tas-silġ mill-inġenji tal-ajru u proċedura kontra l-formazzjoni tas-silġ
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li jiġu ppjanati u li jitwettaq l-iċċekkjar meħtieġ biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tas-servizz qabel l-istaġun kiesaħ fi żmien xieraq biex l-operazzjonijiet ta’ tneħħija tas-silġ u l-proċedura kontra l-formazzjoni tas-silġ jitwettqu b’mod sikur. |
(b) |
Minbarra l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt GH.OPS.005, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tkun responsabbli biex tiżgura li l-fluwidi użati għat-tneħħija tas-silġ u għall-proċedura kontra l-formazzjoni tas-silġ jikkonformaw mal-istandards tal-kwalità tal-fluwidu, li jitwettaq ittestjar perjodiku, u li jiġi pprovdut ħżin xieraq. |
(c) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tikkoopera mal-operatur tal-ajrudrom u ma’ kwalunkwe awtorità u organizzazzjoni rilevanti biex tippermetti l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-fluwidu tat-tneħħija tas-silġ u tal-proċedura kontra l-formazzjoni tas-silġ għal finijiet ta’ protezzjoni ambjentali. |
(d) |
Meta l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art tuża pjattaformi u stands remoti biex tipprovdi servizzi ta’ tneħħija tas-silġ u proċeduri kontra l-formazzjoni tas-silġ, hija għandha taħtar koordinatur għat-tneħħija tas-silġ u timplimenta proċedura li tinkludi:
|
SUBPARTI 4
TURNAROUND TAL-INĠENJI TAL-AJRU
GH.OPS.400 Koordinazzjoni tal-attivitajiet tat-turnaround tal-inġenji tal-ajru
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura l-forniment sikur tas-servizzi fuq l-art u tal-immaniġġar tal-inġenji tal-ajru matul it-turnaround billi tistabbilixxi funzjoni għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tat-turnaround. Il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tat-turnaround għandha tqis il-pjan tat-turnaround speċifikat mill-operatur tal-inġenju tal-ajru. |
(b) |
Meta aktar minn organizzazzjoni waħda tas-servizzi fuq l-art tkun involuta fil-forniment tas-servizzi fuq l-art lill-istess operatur tal-inġenju tal-ajru skont il-pjan tat-turnaround tal-operatur tal-inġenju tal-ajru, l-organizzazzjonijiet tas-servizzi fuq l-art ikkonċernati għandhom jaqblu [bejniethom] dwar liema waħda hija responsabbli għall-funzjoni ta’ koordinazzjoni tat-turnaround sakemm dan ma jkunx stabbilit mill-operatur tal-inġenju tal-ajru. |
(c) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art responsabbli għall-koordinazzjoni tat-turnaround tal-inġenji tal-ajru għandu jkollha proċedura bil-miktub għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tat-turnaround li tinkludi l-aspetti li ġejjin:
|
(d) |
Il-pjan tat-turnaround applikat għal kull inġenju tal-ajru għandu josserva l-ispeċifiċitajiet tat-tip ta’ inġenju tal-ajru u l-limitazzjonijiet tal-inġenju tal-ajru. Il-koordinazzjoni tat-turnaround għandha tqis il-kuntest operazzjonali tal-ajrudrom. |
(e) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tosserva r-rekwiżit li tallerta lis-servizzi ta’ emerġenza tal-ajrudrom f’konformità mal-punt ADR.OPS.D.050 tar-Regolament (UE) Nru 139/2014 għal aċċidenti u inċidenti fuq ir-rampa. |
GH.OPS.405 Wasla tal-inġenju tal-ajru
(a) |
Il-proċeduri operazzjonali relatati mal-wasla tal-inġenju tal-ajru għandhom ikunu xierqa għat-tip ta’ inġenju tal-ajru u għandhom ikopru:
|
(b) |
L-istand tal-parkeġġ għandu jiġi spezzjonat qabel il-wasla tal-inġenju tal-ajru u għandhom jiġu applikati l-proċeduri applikabbli tal-operatur tal-ajrudrom. |
GH.OPS.410 Irbit tal-inġenji tal-ajru fuq l-art
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandu jkollha u timplimenta proċeduri operazzjonali biex tiżgura li l-inġenju tal-ajru jkun marbut biex jiġi evitat kwalunkwe moviment mhux intenzjonat, f’konformità mal-proċeduri u mal-istruzzjonijiet tal-operatur tal-inġenju tal-ajru jew, kif miftiehem mal-operatur tal-inġenju tal-ajru, f’konformità mal-proċeduri operazzjonali tal-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art. |
(b) |
Il-proċeduri msemmija fil-punt (a) għandhom jinkludu miżuri ta’ sikurezza biex jiġi żgurat li l-persunal tas-servizzi fuq l-art b’kompiti speċifiċi li jridu jitwettqu f’din il-fażi biss jitħalla javviċina l-inġenju tal-ajru qabel ma jintfew id-dwal għal kontra l-ħabtiet u l-magni jintfew. |
(c) |
Iż-żona tal-irbit tat-tagħmir għandha tkun immarkata billi jitqiegħdu koni tas-sikurezza madwar iż-żoni tal-inġenju tal-ajru li huma suxxettibbli għal ħsara fuq l-art. |
GH.OPS.415 Tagħbija u ħatt tal-inġenji tal-ajru
Il-proċeduri operazzjonali għat-tagħbija u għall-ħatt tal-inġenji tal-ajru għandhom jiżguraw dan li ġej:
(a) |
it-tagħbija tal-inġenji tal-ajru ssir f’konformità mal-istruzzjonijiet bil-miktub dwar it-tagħbija, u jiġu osservati l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti tat-tagħbija relatati mal-oġġetti perikolużi u ma’ merkanzija speċjali, posta, oġġetti tal-bagalji jew tagħmir oħra fil-kompartiment; |
(b) |
l-istabbiltà tal-inġenju tal-ajru tinżamm matul il-ħatt u t-tagħbija; |
(c) |
it-tim tal-ħatt ikollu d-dokumentazzjoni xierqa tat-titjira li tkun se tasal; |
(d) |
il-kompartiment tal-merkanzija tal-inġenju tal-ajru jkun vojt qabel it-tagħbija ħlief fil-każ ta’ titjiriet ta’ tranżitu jew fejn l-istruzzjonijiet tal-operatur tal-inġenju tal-ajru jiddikjaraw mod ieħor, u ma jkun hemm l-ebda ħsara jew tnixxija; jekk tiġi identifikata xi ħsara, l-operatur tal-inġenju tal-ajru għandu jiġi infurmat; |
(e) |
it-tagħbija ssir b’tali mod li ma ssirx ħsara lill-kompartiment tal-merkanzija jew lill-bibien tal-kompartiment tal-merkanzija; |
(f) |
il-ULDs u tagħmir mhux marbut ieħor ikunu f’kundizzjoni li jistgħu jintużaw, ma jkunx fihom ilma jew borra, u ma jkunx hemm merkanzija bil-ħsara jew li qed tnixxi; |
(g) |
l-oġġetti u l-ULDs mgħobbija fil-kompartimenti tal-merkanzija jkunu marbutin kif xieraq biex jiġi pprevenut kwalunkwe moviment jew bdil fil-pożizzjoni matul it-titjira; |
(h) |
it-tip ta’ ULD mgħobbi fuq l-inġenju tal-ajru jikkorrispondi għal dak li jkun speċifikat fl-istruzzjonijiet dwar it-tagħbija; |
(i) |
il-bibien tal-kompartiment tal-merkanzija jkunu magħluqa sew; |
(j) |
kwalunkwe bidla tal-aħħar minuta relatata mat-tagħbija tal-bagalji jew tal-merkanzija tiġi rreġistrata fuq id-dokumentazzjoni tal-massa u tal-bilanċ u titqassam għall-informazzjoni tal-persuni identifikati fil-proċedura tal-operatur tal-inġenju tal-ajru; |
(k) |
id-dokument tal-massa u tal-bilanċ li jkun fih l-istruzzjonijiet dwar it-tagħbija jiġi ffirmat mill-persuna responsabbli għas-superviżjoni tat-tagħbija biex tikkonferma li t-tagħbija u d-distribuzzjoni tat-tagħbija tal-inġenju tal-ajru jkunu tlestew skont l-istruzzjonijiet; |
(l) |
tkun żgurata komunikazzjoni relatata mat-tagħbija u mad-distribuzzjoni tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru bejn il-persuna responsabbli għas-superviżjoni tat-tagħbija u l-persuna responsabbli għall-ippjanar tat-tagħbija u l-ħruġ tad-dokumentazzjoni relatata tal-massa u tal-bilanċ, kif ukoll kwalunkwe persuna intermedjarja oħra jekk l-ippjanar tat-tagħbija jkun funzjoni remota li ma ssirx fl-istazzjon tat-tluq; |
(m) |
kopja tad-dokumentazzjoni tal-massa u tal-bilanċ li jkun fiha l-istruzzjonijiet tat-tagħbija tinżamm fuq l-art u tkun aċċessibbli għall-persunal ta’ fuq l-art responsabbli għall-operazzjonijiet tat-titjiriet sa wara l-wasla tat-titjira; |
(n) |
it-tagħbija u l-ħatt jitwettqu b’GSE adegwat għat-tip u għall-kompitu tal-inġenju tal-ajru, skont il-każ; |
(o) |
kwalunkwe ħsara jew tħaddim ħażin identifikati fis-sistema tat-tagħbija fuq l-ajruplan tiġi nnotifikata lill-operatur tal-inġenju tal-ajru. |
GH.OPS.420 Superviżjoni tat-tagħbija
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha timplimenta proċeduri għas-superviżjoni tat-tagħbija u tal-ħatt tal-inġenji tal-ajru biex tiżgura dan li ġej:
(a) |
l-għoti ta’ informazzjoni lit-tim tal-ħatt f’konformità mal-messaġġi tat-tagħbija riċevuti qabel il-ħatt tal-inġenju tal-ajru u l-għoti ta’ informazzjoni lit-tim tat-tagħbija f’konformità mal-istruzzjonijiet dwar it-tagħbija qabel it-tagħbija tal-inġenju tal-ajru; |
(b) |
il-monitoraġġ tal-ħatt u tat-tagħbija tal-inġenju tal-ajru, filwaqt li jiġi żgurat li t-tagħbija kollha tkun intatta u ma jkun hemm l-ebda ħsara jew tnixxija qabel it-tagħbija; |
(c) |
it-tagħbija u l-irbit tal-bagalji u tal-oġġetti tal-merkanzija fil-pożizzjoni indikata fuq il-pakkett, sabiex jiġi evitat il-moviment tagħhom fi kwalunkwe direzzjoni u sabiex tinżamm is-segregazzjoni tagħhom f’konformità mar-rekwiżiti tal-oġġetti perikolużi; |
(d) |
il-verifika li jkun hemm konformità mal-passi kollha msemmija fil-punt GH.OPS.415; |
(e) |
l-iċċekkjar tat-tagħbija mad-dokumentazzjoni relatata bħall-manifest tal-merkanzija, il-manifest tal-bagalji, jew in-NOTOC tat-tagħbija speċjali, jekk disponibbli; |
(f) |
il-konferma li t-tagħbija qed issir kif speċifikat fil-formola finali tal-istruzzjonijiet dwar it-tagħbija; |
(g) |
ir-rapportar ta’ kwalunkwe devjazzjoni mit-tagħbija ppjanata u ta’ kwalunkwe oġġett speċjali, b’piż żejjed jew mhux standard ippreżentat għat-tagħbija li ma jkunx diġà inkluż fl-istruzzjonijiet tat-tagħbija. |
GH.OPS.425 Apparati għat-tagħbija tal-unità
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura dan li ġej fir-rigward tal-ULDs kemm għat-tagħbija tal-bagalji kif ukoll tal-merkanzija:
(a) |
l-istruzzjonijiet tal-operatur tal-inġenju tal-ajru jiġu segwiti fir-rigward tal-użu korrett tat-tip ta’ ULD u li l-ULDs ikunu fil-limiti aċċettabbli stabbiliti skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u jkunu vojta qabel l-użu; |
(b) |
il-ULDs jiġu ċċekkjati biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jintużaw qabel iż-żamma tal-merkanzija f’żona waħda u li ma jaqbżux il-limiti permessi tal-kapaċità għas-servizz; |
(c) |
il-ULDs li ma jistgħux jintużaw jiġu ttikkettati u jitneħħew mill-użu; |
(d) |
għall-ULDs fil-forma ta’ kontejner ta’ inġenju tal-ajru, ikun hemm arranġamenti fis-seħħ ma’ sid il-ULD għat-tiswija jew għar-rimi tal-ULDs bil-ħsara; |
(e) |
il-proċess tat-tagħbija tal-merkanzija fil-ULD ikun josserva l-proċeduri operazzjonali relatati ma’ dawn kollha li ġejjin:
|
(f) |
kull ULD fil-forma ta’ kontejner tal-inġenju tal-ajru jkun identifikat permezz ta’ kodiċijiet jew marki uniċi ta’ identifikazzjoni; |
(g) |
l-ULDs jinħażnu f’kundizzjonijiet li jipprevjenu l-ħsara tagħhom; il-ħżin fuq l-art ma għandux ikun permess; |
(h) |
Għandu jkun hemm konformità mal-limitazzjonijiet tal-ħżin stabbiliti mill-operatur tal-ajrudrom u meta jinqabeż l-għadd ippjanat ta’ ULDs maħżuna fl-ajruport, l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandu jkollha proċeduri u arranġamenti mal-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex tittrasporta l-ULDs lejn postijiet oħra disponibbli malajr kemm jista’ jkun; |
(i) |
il-ULDs jiġu ttrasportati u mmaniġġati b’mod sikur biex jiġu evitati ħsarat lill-ULD u lit-tagħbija, lill-inġenju tal-ajru jew lil vetturi jew tagħmir ieħor u korrimenti lill-persuni; |
(j) |
il-ULDs ikunu marbuta sew biex jiġu evitati movimenti mhux ikkontrollati f’kundizzjonijiet avversi tat-temp; |
(k) |
il-ULDs jiġu ċċekkjati u l-ħsarat jiġu rrapportati lill-operatur tal-inġenju tal-ajru skont l-istruzzjonijiet tal-operatur tal-inġenju tal-ajru; |
(l) |
il-persunal involut fl-immaniġġar tal-ULD ikun imħarreġ kif xieraq; |
(m) |
f’każ ta’ akkomunament tal-ULD, l-organizzazzjonijiet ikkonċernati għandhom jistabbilixxu u jiddokumentaw responsabbiltajiet ċari ta’ kull parti involuta fl-akkomunament. |
GH.OPS.430 Attivitajiet tat-tluq tal-inġenji tal-ajru
(a) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tikkoordina t-tluq tal-inġenji tal-ajru mal-organizzazzjonijiet l-oħra involuti f’din l-attività. |
(b) |
Il-proċedura operazzjonali għall-istartjar tal-magna għandha tiżgura:
|
GH.OPS.435 Irmonk u pushback tal-inġenji tal-ajru
(a) |
Ir-responsabbiltà għall-operazzjonijiet tal-irmonk/pushback tal-inġenji tal-ajru tista’ tinqasam bejn diversi organizzazzjonijiet. L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tkun responsabbli għal dan li ġej:
|
(b) |
Minbarra r-rekwiżiti elenkati fil-punt (a), l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tapplika l-proċeduri tal-ajrudrom stabbiliti mill-operatur tal-ajrudrom f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 139/2014 fir-rigward tal-movimenti tal-inġenji tal-ajru fuq l-art, b’mod partikolari l-punti ADR.OPS.B.028, ADR.OPS.B.080, ADR.OPS.D.001, ADR.OPS.D.015, ADR.OPS.D.040. |
GH.OPS.440 Komunikazzjoni u frażjoloġija
(a) |
Il-komunikazzjoni bejn l-ekwipaġġ tat-titjira u l-persuni tas-servizzi fuq l-art responsabbli għall-pushback/irmonk tal-inġenju tal-ajru għandha tiżgura t-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru u s-sikurezza tal-okkupanti tiegħu u tal-persuni, kif ukoll tal-vetturi u ta’ inġenji tal-ajru oħra fuq l-art. |
(b) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tiżgura li l-persunal tagħha josserva l-frażjoloġija standard għall-operazzjonijiet tal-pushback/irmonk tal-inġenji tal-ajru kif stabbilit fil-punt SERA.14001 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012. |
SUBPARTI 5
IMMANIĠĠAR TAL-MERKANZIJA U TAL-POSTA
GH.OPS.500 Immaniġġar tal-merkanzija u tal-posta – Rekwiżiti ġenerali
(a) |
L-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2.2(e), il-punti (i) sa (iv), ta’ dan ir-Regolament jistgħu jitwettqu f’terminal tal-merkanzija jew f’maħżen tal-merkanzija f’ajrudrom jew maġenbu. |
(b) |
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha tapplika l-proċeduri operazzjonali għall-immaniġġar tal-merkanzija u tal-posta pprovduti mill-operatur tal-inġenju tal-ajru sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-operatur tal-inġenju tal-ajru. |
(c) |
Minkejja l-punt (a), l-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandu jkollha u timplimenta proċeduri operazzjonali għat-trasport sikur tal-merkanzija u tal-posta li jkopru l-aspetti li ġejjin:
|
(d) |
L-operazzjonijiet tal-merkanzija jistgħu jitwettqu flimkien mill-persunal kwalifikat tal-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art u tal-operatur tal-inġenju tal-ajru, kif miftiehem minn qabel. |
GH.OPS.505 Immaniġġar tal-merkanzija speċjali, ħlief l-oġġetti perikolużi
L-organizzazzjoni tas-servizzi fuq l-art għandha timmaniġġa l-merkanzija speċjali f’konformità mal-proċeduri operazzjonali pprovduti mill-operatur tal-inġenju tal-ajru jew, meta jkun miftiehem mal-operatur tal-inġenju tal-ajru, f’konformità mal-proċeduri operazzjonali tagħha stess imsemmija f’GH.OPS.500(a).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/20/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)