EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2877

Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2877 tat-18 ta’ Diċembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

ST/15818/2023/INIT

ĠU L, 2023/2877, 19.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2877/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2877/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2877

19.12.2023

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/2877

tat-18 ta’ Diċembru 2023

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1) u fit-18 ta’ Jannar 2012, adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 (2) wara l-adozzjoni tal-konklużjonijiet li fihom il-Kunsill ikkundanna l-vjolenza u l-ksur gravi mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja.

(2)

It-terremot traġiku tas-6 ta’ Frar 2023 aggrava l-kundizzjonijiet diġà mwiegħra fil-pajjiż u żied it-tbatija tal-popolazzjoni Sirjana.

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Frar 2023, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid ir-rieda tal-Unjoni li tipprovdi aktar assistenza biex ittaffi t-tbatija fir-reġjuni affettwati kollha. Huwa appella lill-partijiet kollha fil-kunflitt biex jiġi żgurat aċċess umanitarju għall-vittmi tat-terremot fis-Sirja irrispettivament minn fejn jinsabu u appella lill-komunità umanitarja, taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, biex tiżgura t-twassil rapidu tal-għajnuna.

(4)

Il-miżuri restrittivi tal-Unjoni, inklużi dawk adottati fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, mhumiex maħsuba biex jimpedixxu l-provvista ta’ għajnuna umanitarja lil individwi fil-bżonn. Il-kummerċ fil-maġġoranza tas-setturi bejn l-Unjoni u s-Sirja, inkluż fl-ikel u l-mediċini, mhuwiex ristrett mill-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ miżuri individwali, hemm fis-seħħ eċċezzjonijiet li jippermettu li fondi u riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għal persuni u entitajiet deżinjati, fejn tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa biss għall-iskop li tingħata għajnuna umanitarja fis-Sirja jew assistenza lill-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. F’ċerti każijiet, hija meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti.

(5)

Fit-23 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/408 (3) u r-Regolament (UE) 2023/407 (4), li introduċew eżenzjoni għall-iffriżar tal-assi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi u entitajiet deżinjati, u għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tagħhom. Il-Kunsill iddeċieda li jenħtieġ li l-eżenzjoni tapplika għall-benefiċċju ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ċerti kategoriji definiti ta’ atturi involuti f’attivitajiet umanitarji u għal perjodu inizjali ta’ sitt xhur sal-24 ta’ Awwissu 2023. Fl-14 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1467 (5) u r-Regolament (UE) 2023/1462 (6), li estendew dik l-eżenzjoni sal-24 ta’ Frar 2024.

(6)

Sabiex ikun hemm rispons għall-urġenza kontinwa tal-kriżi umanitarja fis-Sirja, li ġiet aggravata mit-terremot, u bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-twassil rapidu tal-għajnuna u jiġu pprovduti prevedibbiltà u ċertezza legali għal ċerti kategoriji definiti ta’ atturi involuti f’attivitajiet umanitarji fis-Sirja li jibbenefikaw mill-eżenzjoni adottata fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/408 u r-Regolament (UE) 2023/407, huwa xieraq li dik l-eżenzjoni tittawwal sal-1 ta’ Ġunju 2024, f’konformità mad-data attwali tat-tmiem tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(7)

L-emendi inklużi f’dan ir-Regolament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha.

(8)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, id-data “24 ta’ Frar 2024” tinbidel bid-data l-“1 ta’ Ġunju 2024”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

T. RIBERA RODRÍGUEZ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/408 tat-23 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 56 I, 23.2.2023, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/407 tat-23 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 56 I, 23.2.2023, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1467 tal-14 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 180, 17.7.2023, p. 41).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1462 tal-14 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 180, 17.7.2023, p. 8).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2877/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top