Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2722

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2722 tal-4 ta’ Diċembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

    ST/13174/2023/INIT

    ĠU L, 2023/2722, 5.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2722/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2722/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2722

    5.12.2023

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2722

    tal-4 ta’ Diċembru 2023

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/1998.

    (2)

    Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (2), il-Kunsill iddeċieda li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sat-8 ta’ Diċembru 2026.

    (3)

    F’konformità mal-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2020/1998, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw disa’ persuni fiżiċi u tliet entitajiet jiġu aġġornati.

    (4)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    O. PUENTE SANTIAGO


    (1)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13).


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    it-taqsima A (“Persuni fiżiċi”), l-entrati għad-disa’ persuni fiżiċi li ġejjin huma sostitwiti b’dan li ġej:

     

    Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

    Ismijiet

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-elenkar

    Data tal-elenkar

    “2.

    Alexander (Alexandr) Ivanovich BASTRYKIN

    Алексaндр Ивaнович БАСТРЫКИН

    Kariga/i: President tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa

    Data tat-twelid: 27.8.1953

    Post tat-twelid: Pskov, Russian SFSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Alexander Bastrykin ilu jservi bħala president tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa (il-“Kumitat”) minn Jannar 2011 (u bħala aġent president minn Ottubru sa Diċembru 2010). F’dik il-pożizzjoni, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tal-Kumitat. Uffiċjalment, il-Kumitat huwa ppresedut mill-President Russu. Fil-kapaċità tiegħu, Alexander Bastrykin, bħala president tal-Kumitat, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji.

    Alexander Bastrykin huwa responsabbli għall-kampanji mifruxa u sistematiċi ta’ repressjoni tal-Kumitat kontra l-oppożizzjoni Russa li jimmiraw u jinvestigaw il-membri tagħha. Fid-29 ta’ Diċembru 2020, il-Kumitat nieda investigazzjoni dwar il-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny, fejn ġie akkużat bi frodi fuq skala kbira. Alexei Navalny u oħrajn ippubblikaw artikli dwar is-sjieda ta’ Alexander Bastrykin tad-ditta tal-proprjetà immobbli Ċeka LAW Bohemia fis-snin 2000.

    Fl-2022, il-Kumitat Investigattiv, li Alexander Bastrykin għadu jippresiedi, akkuża lil 92 suldat Ukren b’delitti kontra l-umanità matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    2.3.2021

    6.

    WANG Junzheng

    王君正

    (ortografija Ċiniża)

    Kariga/i: Membru tal-20 Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) (Diċembru 2022-Diċembru 2026); Deputat tal-14-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (NPC, Frar 2023 - Frar 2027); Segretarju tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) fir-Reġjun Awtonomu tat-Tibet (TAR); Eks Segretarju tal-Partit tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (KPKX), u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang fiċ-Ċina; Kummissarju politiku tal-XPCC u CEO taċ-China Xinjian Group

    Data tat-twelid: Mejju 1963

    Post tat-twelid: Linyi, Shandong (China)

    Nazzjonalità: Ċiniża

    Sess: raġel

    Segretarju tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) fir-Reġjun Awtonomu tat-Tibet (TAR) sa minn Ottubru 2021. Membru tal-20 Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) (Diċembru 2022-Diċembru 2026). Deputat tal-14-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (NPC, Frar 2023 - Frar 2027).

    Eks Segretarju tal-Partit tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (KPKX) u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) fiċ-Ċina minn April 2020 sa Ottubru 2021, kif ukoll Kummissarju politiku tal-KPKX minn Mejju 2020 sa Ottubru 2021. Eks Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX, minn Frar 2019 sa Settembru 2020. Wang Junzheng okkupa wkoll karigi għolja oħra fil-KPKX.

    L-XPCC huwa organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fl-XUAR, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f’Xinjiang.

    Bħala Segretarju tal-Partit u Kummissarju Politiku tal-KPKX, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki kollha implimentati mill-KPKX. F’dik il-kariga, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira li laqat lill-Ujguri u lil popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin tagħhom, fost l-oħrajn, b’rabta mal-implimentazzjoni mill-KPKX ta’ programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn.

    Hu kien responsabbli wkoll mill-użu sistematiku mill-KPKX tal-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn bħala forza tax-xogħol furzat, b’mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton.

    Bħala Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-RAUX, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki tas-sigurtà kollha implimentati f’Xinjiang, inkluż il-programm imsemmi qabel immirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. Bħala Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX minn Frar 2019 sa Settembru 2020, Wang Junzheng kien responabbli miż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, kellu kariga politika importanti inkarigat biex jissorvelja u jimplimenta l-programm imsemmi qabel.

    22.3.2021

    7.

    WANG Mingshan

    王明山 (ortografija Ċiniża)

    Kariga/i: Deputat tal-14-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (NPC, Frar 2023 - Frar 2027); Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX); Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX

    Data tat-twelid: Jannar 1964

    Post tat-twelid: Wuwei, Gansu (China)

    Nazzjonalità: Ċiniża

    Sess: raġel

    Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX sa minn Settembru 2020. Deputat tal-14-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (NPC, Frar 2023 - Frar 2027).

    Eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) bejn l-2017 u Jannar 2021.

    Bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX sa minn Settembru 2020, Wang Mingshan hu responabbli miż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, għandu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi programm fuq skala kbira ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.

    Bħala eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-BSPX (mill-2017 sa Jannar 2021), hu kellu kariga ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta’ Xinjiang u kien responsabbli direttament mill-implimentazzjoni tal-programm imsemmi qabel. B’mod partikolari, il-BSPX uża l-“Pjattaforma Integrata ta’ Operazzjonijiet Konġunti” (PIOK), programm ta’ big data wżat biex isegwi miljuni ta’ Ujgur fir-reġjun ta’ Xinjiang u jindika lil dawk meqjusa bħala “theddida potenzjali” biex jintbagħtu f’kampijiet ta’ detenzjoni.

    Fil-kariga attwali tiegħu u minħabba l-funzjonijiet li kellu qabel, Wang Mingshan hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà tar-reliġjoni jew tat-twemmin tagħhom.

    22.3.2021

    10.

    RI Yong Gil

    (magħruf ukoll bħala RI Yong Gi, RI Yo’ng-kil, YI Yo’ng-kil)

    리영길

    (ortografija Koreana)

    Kariga/i: Kap tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean (KPA)

    Grad: Viċi Marixall

    Data tat-twelid: 1955

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)

    Sess: raġel

    Ri Yong Gil huwa l-Kap tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean (KPA). Kien il-Ministru għad-Difiża Nazzjonali tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) minn Ġunju jew Lulju 2021 sa Diċembru 2022. Kien Ministru għas-Sigurtà Soċjali minn Jannar 2021 sa Ġunju jew Lulju 2021. Kien ukoll Kap tal-Istat Maġġur tal-KPA bejn l-2018 u Jannar 2021. Ġie promoss għal Viċi Marixxall tal-KPA fl-14 ta’ April 2022.

    Bħala Kap tal-Istat Maġġur tal-KPA u eks Ministru għad-Difiża Nazzjonali, Ri Yong Gil huwa responsabbli għall-ksur serju u mifrux tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-KPA, inkluż minn membri tal-Kmand tas-Sigurtà Militari u unitajiet oħra tal-KPA.

    Il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali tar-RDPK (li qabel kien magħruf bħala l-Ministeru għas-Sigurtà tal-Poplu jew il-Ministeru għas-Sigurtà Pubblika) u l-Kmand tas-Sigurtà Militari huma istituzzjonijiet responsabbli milli jimplimentaw il-politiki ta’ sigurtà repressivi tar-RDPK, fosthom l-interrogazzjoni u l-ikkastigar ta’ nies li jaħarbu mir-RDPK “illegalment”. B’mod partikolari, il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali hu responsabbli milli jmexxi kampijiet tal-ħabs u ċentri ta’ xogħol ta’ detenzjoni fuq perjodu qasir ta’ żmien permezz tal-Uffiċċju Korrettiv tiegħu, fejn il-priġunieri/detenuti jitħallew bil-ġuħ apposta u huma soġġetti għal trattament inuman u degradanti ieħor.

    Bħala eks Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali, Ri Yong Gil huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa.

    22.3.2021

    18.

    Valery (Valeriy) Nikolaevich ZAKHAROV

    Валерий Николаевич Захаров

    (ortografija Russa)

    Kariga/i: Konsulent tas-sigurtà għall-President tas-Central African Republic (CAR)

    ID tal-Wagner Group: M-5658

    Data tat-twelid: 12.1.1970

    Post tat-twelid: Leningrad, Russian SFSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Valery Zakharov, eks membru tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB), huwa l-eks konsulent tas-sigurtà tal-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA). Huwa figura ewlenija fl-istruttura ta’ kmand tal-Wagner Group u għandu rabtiet mill-qrib mal-awtoritajiet Russi.

    Minħabba l-pożizzjoni influwenti li kellu fir-RĊA u r-rwol ewlieni tiegħu fil-Wagner Group, Valery Zakharov huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RĊA, inkluż eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji.

    Dan jinkludi l-qtil ta’ tliet ġurnalisti Russi fl-2018, li s-sigurtà tagħhom kienet ir-responsabbiltà ta’ Valery Zakharov.

    13.12.2021

    19.

    Maxim SHUGALEY

    magħruf ukoll bħala

    Maksim SHUGALEI

    Максим ШУГАЛЕЙ (ortografija Russa)

    Kariga/i: President tal-Foundation for the Defence of National Values (FDNV)

    Data tat-twelid: 24.2.1966

    Post tat-twelid: Leningrad, l-eks USSR (issa St Petersburg, Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Numru tal-Passaport jew tal-Karta tal-Identità:

    710508436 (passaport Russu)

    Maxim Shugaley huwa l-kap tal-Fondazzjoni għad-Difiża tal-Valuri Nazzjonali (FDNV), entità assoċjata mal-Wagner Group. L-FDNV topera bħala l-fergħa tar-relazzjonijiet pubbliċi ta’ Wagner Group u r-rwol ta’ Maxim Shugaley fl-FDNV jinvolvi t-tmexxija ta’ propaganda favur Wagner Group u kampanji ta’ diżinformazzjoni, inkluż biex tissaħħaħ ir-reputazzjoni tal-Wagner Group u jiġi appoġġat l-iskjerament tiegħu, kif ukoll jinterferixxi bil-moħbi f’isem il-Wagner Group fid-diversi pajjiżi li huwa attiv fihom.

    Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż il-Libja, il-Mali u r-Repubblika Ċentru-Afrikana.

    Maxim Shugaley huwa assoċjat mal-Wagner Group u huwa responsabbli għall-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-atti tal-Wagner Group permezz ta’ propaganda favur Wagner Group u diżinformazzjoni.

    25.2.2023

    21.

    Konstantin Alexandrovich PIKALOV

    Константин Александрович

    (ortografija Russa)

    Kariga/i: Wieħed mill-Kmandanti ta’ PMC Wagner Group fl-Afrika

    Data tat-twelid: 23.7.1968

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Konstantin Pikalov, bl-isem kodiċi “Mazaï” (Mazay), huwa wieħed mill-mexxejja tal-Wagner Group u huwa responsabbli għall-attivitajiet operazzjonali tal-Wagner Group fl-Afrika, b’mod partikolari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA). Huwa akkużat li kien l-istigatur tal-qtil ta’ tliet ġurnalisti Russi f’Lulju 2018. Minn April 2023, huwa wkoll il-kap ta’ grupp paramilitari ġdid (Convoy) maħluq f’Novembru 2022 biex jieħu azzjoni fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RĊA.

    Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu fi ħdan il-Wagner Group, Konstantin Pikalov huwa responsabbli għall-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RĊA.

    25.2.2023

    24.

    Alexander Alexandrovich IVANOV

    magħruf ukoll bħala: Aleksandr Alexandrovich IVANOV; Alexandre Alexandrovich IVANOV

    Александр Александрович ИВАНОВ

    (ortografija Russa)

    Kariga/i: Rappreżentant tal-ħarrieġa tal-Wagner Group fis-Central Afridan Republic

    Data tat-twelid: 14.6.1960

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Indirizz: Bangui, Central African Republic

    Alexander Ivanov huwa l-kelliem għall-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA). Huwa wkoll il-kap tal-“Officers Union for International Security” Russa, imsejħa ukoll Officers Community for International Security (COSI), kumpanija ta’ faċċata tal-Wagner li tibgħat ħarrieġa militari Russi fir-RĊA. Dawk il-ħarrieġa huma merċenarji tal-Wagner Group.

    Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi inkluż ir-RĊA.

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala rappreżentant uffiċjali tal-ħarrieġa militari Russi, Alexander Ivanov huwa involut fl-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RĊA.

    25.2.2023

    35.

    Toe UI

    magħruf ukoll bħala: Toe YI

     

    Kariga/i: Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni

    Grad: Maġġur Ġeneral

    Nazzjonalità: Myanmar/Burma

    Sess: raġel

    Il-Maġġur Ġeneral Toe Ui nħatar Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni fit-3 ta’ Frar 2023. Huwa l-eks viċi kmandant tal-Office of the Chief of Military Security Affairs (OCMSA). L-OCMSA huwa responsabbli għall-ġestjoni taċ-ċentri ta’ detenzjoni u interrogazzjoni fil-Myanmar/Burma u huwa wkoll inkarigat bil-ġbir ta’ intelligence.

    Il-persunal tal-OCMSA taħt l-awtorità ta’ Ui juża nudità sfurzata, stupru, xokkijiet elettriċi, ħruq ta’ ġenitali u vjolenza eċċessiva matul id-detenzjoni arbitrarja u l-interrogazzjoni ta’ rġiel, nisa u membri tal-komunità LGBTIQ.

    Fil-kapaċità tiegħu bħala viċi kmandant tal-OCMSA, il-Maġġur Ġeneral Toe Ui huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, inkluż detenzjonijiet arbitrarji u tortura, kif ukoll għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa.

    7.3.2023”

    (2)

    fit-taqsima B (“Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”), l-entrati għat-tliet entitajiet li ġejjin huma sostitwiti b’dan li ġej:

     

    Isem (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)

    Isem

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-elenkar

    Data tal-elenkar

    “8.

    Foundation for the Defence of National Values (FDNV)

    Fund for the Defence of National Values (FDNV)

    Foundation/organization for the Protection of National Values (FPNV)/(FZNC)

    Foundation for National Values Protection

     

    Post ta’ reġistrazzjoni: Moscow (64 Zemlyanoy Val str., building 2, office 201, Moscow, Russian Federation)

    Sit web: https://en.fznc.ru/

    Il-Foundation for the Defence of National Values (FDNV) hija assoċjata mal-Wagner Group. Il-FDNV topera bħala l-fergħa tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Wagner Group. Hija tmexxi l-propaganda favur Wagner Group u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni, inkluż biex issaħħaħ ir-reputazzjoni tal-Wagner Group u tappoġġa l-iskjerament tiegħu, u tinvolvi ruħha f’interferenza moħbija f’isem il-Wagner Group fid-diversi pajjiżi li hija attiva fihom.

    Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż il-Libja, il-Mali u r-Repubblika Ċentru-Afrikana.

    L-FDNV hija assoċjata mal-Wagner Group u hija responsabbli għall-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-atti tal-Wagner Group permezz ta’ propaganda favur il-Wagner Group, interferenza politika u diżinformazzjoni.

    25.2.2023

    10.

    Meroe Gold Co. Ltd.

    magħrufa wkoll bħala: Meroe For Agricultural & Animal Production; Al-Solag; Al-Sarraj Mining Company Ltd; Al-Sawlaj Mining Company Ltd; Al-Solaj Mining Company)

     

    Post ta’ reġistrazzjoni: Al-jref Gharb Plot 134 Blok 1h, Khartoum, Sudan

    Informazzjoni oħra: Qtugħ ta’ metall ieħor mhux ferruż mill-minjieri

    Assoċjata ma’:

    Al Sawlaj for Mining Ltd

    الصولج

    Aswar Multi Activities Co., Ltd

    Il-Meroe Gold hija entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan u marbuta mill-qrib miegħu. Billi kien affiljat mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja.

    Il-Meroe Gold hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tagħha, il-Meroe Gold tipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan.

    25.2.2023

    14.

    Syrian Republican Guard

     

    Post ta’ reġistrazzjoni: Syria

    Individwi assoċjati:

    Brigadier Ġeneral Mohamed Qasem (viċi kmandant),

    Ġeneral Malik Aliaa (kmandant suprem),

    Mohammad Nayouf, Mohamed Kaddor (kmandanti),

    President Bashar Al-Assad

    Syrian Republican Guard hija entità responsabbli għas-sigurtà tal-uffiċjali u hija parti mill-forzi tas-sigurtà Sirjani.

    Fit-tmexxija tagħha, il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa hija mifruxa, b’mod partikolari matul il-kunflitt Sirjan li għaddej. Il-vittmi rrappurtaw stupri vjolenti u tortura wara arresti arbitrarji u matul detenzjoni arbitrarja.

    Syrian Republican Guard hija parti minn approċċ sistematiku mir-reġim Sirjan biex juża l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru biex irażżan u jintimida lill-poplu Sirjan, b’mod partikolari n-nisa u l-bniet.

    Għaldaqstant, Syrian Republican Guard hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji kif ukoll vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru mifruxa.

    7.3.2023”


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2722/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top