This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1670
Commission Regulation (EU) 2023/1670 of 16 June 2023 laying down ecodesign requirements for smartphones, mobile phones other than smartphones, cordless phones and slate tablets pursuant to Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council and amending Commission Regulation (EU) 2023/826 (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1670 tas-16 ta’ Ġunju 2023 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ismartphones, għat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, għat-telefowns bla fili u għall-islate tablets skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/3538
ĠU L 214, 31.8.2023, p. 47–93
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 214/47 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1670
tas-16 ta’ Ġunju 2023
li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ismartphones, għat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, għat-telefowns bla fili u għall-islate tablets skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ fl-Unjoni u jħallu impatt ambjentali sinifikanti, u li għandhom potenzjal sinifikanti għal titjib permezz tad-disinn tagħhom mil-lat tal-impatt ambjentali tagħhom bla ma jinħolqu kostijiet eċċessivi. |
(2) |
Il-Kummissjoni wettqet studju preparatorju biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tat-telefowns ċellulari, tat-telefowns bla fili u tal-islate tablets. L-istudju sar flimkien mal-partijiet ikkonċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati ġew ippubblikati. |
(3) |
Iż-żieda qawwija fid-domanda għall-ismartphones u t-tablets, flimkien maż-żieda fil-funzjonalità tagħhom, ikkawżaw żieda fid-domanda għall-enerġija u l-materjali meħtieġa għall-manifattura ta’ dawn l-apparati fis-suq tal-UE u żieda fl-impatti ambjentali assoċjati tagħhom. Barra minn hekk, l-apparati spiss jiġu sostitwiti qabel iż-żmien mill-utenti u, fi tmiem il-ħajja utli tagħhom, ma jerġgħux jintużaw jew ma jiġux riċiklati biżżejjed, u dan jikkawża ħela tar-riżorsi. F’dan il-kuntest, l-istudju preparatorju identifika l-aspetti ambjentali li jrid jindirizza dan ir-Regolament. Dawk l-aspetti jikkonċernaw l-aktar l-effiċjenza fir-riżorsi u jinkludu l-evitar ta’ obsolexxenza qabel iż-żmien, ir-riparabbiltà, l-affidabbiltà tal-prodotti u tal-komponenti ewlenin tagħhom bħall-batteriji u l-iskrins, ir-riużabbiltà u r-riċiklabbiltà. |
(4) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-effiċjenza tar-riżorsi għat-telefowns ċellulari, għat-telefowns bla fili u għall-islate tablets madwar l-Unjoni biex is-suq intern jaħdem aħjar u titjieb il-prestazzjoni ambjentali ta’ dawk il-prodotti. Fid-dawl ta’ dan l-għan u tal-aspetti ambjentali li jridu jiġu indirizzati, l-istudju preparatorju wera li r-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li jkunu relatati mad-disinn għall-affidabbiltà, inkluż ir-reżistenza għall-waqgħat inċidentali, ir-reżistenza għall-grif, il-protezzjoni mit-trab u l-ilma, u l-lonġevità tal-batteriji, mal-abbiltà li jiżżarmaw u jissewwew, mad-disponibbiltà ta’ aġġornamenti tal-verżjoni tas-sistema operatorja, mat-tħassir tad-data u mat-trasferiment tal-funzjonalitajiet wara l-użu, mal-għoti ta’ informazzjoni xierqa lill-utenti, lis-sewwejja u lir-riċiklaturi, kif ukoll mar-reżistenza tal-batteriji. |
(5) |
Biex ikun żgurat li l-apparati jkunu jistgħu jissewwew b’mod effettiv, jenħtieġ li jkun hemm disponibbli firxa ta’ spare parts għas-sewwejja professjonali jew għall-utenti finali. Jenħtieġ li dawk l-ispare parts, irrispettivament minn jekk ikunux ġodda jew użati, ikollhom l-effett li jaġġornaw jew jirrestawraw il-funzjonalità tal-apparat li jkunu installati fih. |
(6) |
Biex ikun żgurat li l-apparati jkunu jistgħu jissewwew b’mod effettiv, il-prezz tal-ispare parts jenħtieġ li jkun raġonevoli u jenħtieġ li ma jiskoraġġix it-tiswija. Għat-trasparenza u biex jiġi inċentivat l-iffissar ta’ prezzijiet raġonevoli, il-prezz indikattiv qabel it-taxxa għall-ispare parts previst skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun aċċessibbli fuq sit web b’aċċess bla ħlas. |
(7) |
Bħalissa hu impossibbli jew diffiċli ħafna li s-sidien tat-telefowns ċellulari, inkluż l-ismartphones, u tat-tablets ibiddlu s-sistema operatorja tal-apparat tagħhom, li tintgħażel u tiġi mantnuta mill-manifattur b’aġġornamenti regolari. Tali aġġornamenti ġeneralment iwasslu biex jinħolqu firxa ta’ verżjonijiet maġġuri u minuri. L-aġġornamenti jistgħu jintużaw biex tkun żgurata s-sigurtà kontinwa ta’ apparat, biex jissewwew erruri fis-sistema operatorja jew biex l-utenti jingħataw funzjonalitajiet ġodda. Dawn jistgħu jiġu offruti volontarjament jew jaf ikunu obbligatorji bil-liġi tal-Unjoni. Għalhekk, biex titjieb l-affidabbiltà tal-apparati, jeħtieġ ikun żgurat li l-utenti jibqgħu jirċievu tali aġġornamenti għal perjodu minimu ta’ żmien u bla ħlas, inkluż għal perjodu wara li l-manifattur jieqaf ibigħ il-mudell tal-prodott rilevanti. Tali aġġornamenti jenħtieġ li jiġu offruti bħala aġġornamenti għall-aħħar verżjoni tas-sistema operatorja disponibbli li trid tkun installabbli fuq l-apparat, jew bħala aġġornamenti għall-verżjoni tas-sistema operatorja li kienet ġiet installata fuq il-mudell tal-prodott waqt tmiem it-tqegħid fis-suq, jew verżjonijiet sussegwenti. |
(8) |
Ir-rekwiżit dwar il-funzjonalità tat-tħassir sigur tal-kjavi kriptografika jista’ jiġi implimentat b’soluzzjonijiet tekniċi bħal, iżda mhux limitat għal, funzjonalità implimentata fil-firmware, tipikament fil-bootloader, f’software inkluż f’ambjent awtonomu li kapaċi jibbutja, jew f’software installabbli fis-sistemi operatorja appoġġati, mogħti mal-prodott. |
(9) |
Il-konsum totali tal-enerġija primarja tal-bażi installata fl-EU27 tat-telefowns ċellulari, tat-telefowns bla fili u tal-islate tablets fl-2020 tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom kien 39,5 TWh (li 28,5 TWh minnhom għall-ismartphones, 1,6 TWh għat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, 1,8 TWh għat-telefowns bla fili u 7,6 TWh għall-islate tablets), li jinkludi sehem kbir tal-konsum tal-enerġija primarja fil-produzzjoni barra mill-EU27. Minn dawn id-39,5 Twh, is-sehem attribwit għall-konsum tal-elettriku – kemm għall-produzzjoni kif ukoll għall-użu – hu 26,6 TWh (19,2 TWh, 0,9 TWh, 1,1 TWh u 5,4 TWh rispettivament, għall-ismartphones, għat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, għat-telefowns bla fili u għall-islate tablets). Mingħajr miżuri regolatorji, hu mbassar li dawk il-valuri jonqsu bi ftit l-enerġija primarja fl-2030 għal 39,3 TWh (29,3 TWh, 1,5 TWh, 1,4TWh u 7,3 TWh rispettivament, għall-ismartphones, għat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, għat-telefowns bla fili u għall-islate tablets). L-effett ikkombinat ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1669 (2) mistenni jillimita dan il-valur tal-2030 għal 25,4 TWh (18,2 TWh, 1,0 TWh, 1,1TWh u 5,2 TWh rispettivament, għall-ismartphones, għat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, għat-telefowns bla fili u għall-islate tablets), u b’hekk jiġi ffrankat madwar 33% tal-konsum tal-enerġija primarja tal-ismartphones, tat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, tat-telefowns bla fili u tal-islate tablets meta mqabbel ma’ x’jiġri jekk ma tittieħed l-ebda miżura. |
(10) |
Il-parametri rilevanti tal-prodotti jenħtieġ li jitkejlu b’metodi affidabbli, akkurati u riproduċibbli. Dawk il-metodi jenħtieġ li jikkunsidraw l-aktar metodi tal-kejl avvanzati rikonoxxuti inkluż, meta disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropej, kif elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(11) |
F’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità. |
(12) |
Biex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jenħtieġ li fid-dokumentazzjoni teknika jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, sa fejn dik l-informazzjoni tkun relatata mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(13) |
Għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jenħtieġ li jitħallew jirreferu għall-bażi tad-data dwar il-prodotti jekk id-dokumentazzjoni teknika skont ir-Regolament Delegat (UE) 2023/1669 li jkun fiha l-istess informazzjoni. |
(14) |
Biex il-konsumaturi jiġu protetti u tkun evitata ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-prodotti li jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom fil-kundizzjonijiet tat-test biex itejbu l-parametri dikjarati. |
(15) |
Minbarra r-rekwiżiti vinkolanti legalment stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu identifikati parametri referenzjarji indikattivi għall-aqwa teknoloġiji disponibbli biex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom soġġetti għal dan ir-Regolament tkun disponibbli b’mod wiesa’ u aċċessibbli faċilment, f’konformità mad-Direttiva 2009/125/KE, l-Anness I, il-parti 3, il-punt (2). |
(16) |
Ir-rieżami ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jivvaluta l-adegwatezza u l-effettività tad-dispożizzjonijiet tiegħu fil-kisba tal-għanijiet tiegħu. Il-mument meta jsir ir-rieżami jenħtieġ li, fost fatturi oħra, iqis jekk id-dispożizzjonijiet kollha ġewx implimentati u jekk ħallewx effett fuq is-suq. |
(17) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826 (4) jenħtieġ li jiġi emendat biex it-telefowns bla fili jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu ħalli tkun evitata d-duplikazzjoni mal-istess prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(18) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li jibdew japplikaw wara 21 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, biex il-manifatturi jkollhom żmien biżżejjed biex jerġgħu jiddisinjaw il-prodotti tagħhom soġġetti għal dan ir-Regolament. |
(19) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq tal-ismartphones, tat-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, tat-telefowns bla fili u tal-islate tablets.
2. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-prodotti li ġejjin:
(a) |
it-telefowns ċellulari u t-tablets bi skrin prinċipali flessibbli li l-utent jista’ jitwi ’l fuq u ’l isfel parzjalment jew kompletament; |
(b) |
l-ismartphones għal komunikazzjoni ta’ sigurtà għolja. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
(1) |
“telefown ċellulari” tfisser apparat elettroniku bla fili li jinżamm fl-idejn, bil-karatteristiċi li ġejjin:
|
(2) |
“smartphone” tfisser telefown ċellulari bil-karatteristiċi li ġejjin:
|
(3) |
“smartphone għal komunikazzjoni ta’ sigurtà għolja” tfisser smartphone bil-karatteristiċi li ġejjin:
|
(4) |
“utent professjonali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li prodott ikun sar disponibbli għaliha biex tużah waqt l-attivitajiet industrijali jew professjonali tagħha; |
(5) |
“telefown bla fili” tfisser apparat elettroniku bla fili li jinżamm fl-idejn, bil-karatteristiċi li ġejjin:
|
(6) |
“stazzjon bażi” tfisser apparat li jaġixxi bħala l-pont bejn il-konnessjoni tan-network (konnessjoni bit-telefown jew bl-internet) u handset wieħed jew aktar tat-telefown bla fili, iżda li ma jipprovdix funzjonalità ta’ ruter għal xi apparat ieħor. Stazzjon bażi tipikament jipprovdi wkoll benniena tal-iċċarġjar inkorporata għall-iċċarġjar tal-handset; |
(7) |
“benniena tal-iċċarġjar” tfisser apparat li jaġixxi bħala l-unità tal-iċċarġjar ta’ handset wieħed ta’ telefown bla fili, iżda li ma jipprovdix funzjonalità ta’ konnessjoni tan-network; |
(8) |
“slate tablet” tfisser apparat iddisinjat għall-portabbiltà u bil-karatteristiċi li ġejjin:
|
(9) |
“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell ta’ prodott speċifiku minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat; |
(10) |
“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser ġabra ta’ data li tikkonċerna l-prodotti, li tkun irranġata b’mod sistematiku u li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni li tikkonċerna l-parametri ta’ prodotti individwali tkun aċċessibbli b’mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà u minn parti dwar il-konformità, b’rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà u ta’ sigurtà speċifikati b’mod ċar, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1369; |
(11) |
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell bl-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti fir-rigward tal-informazzjoni teknika li trid tingħata, iżda li jitqiegħed fis-suq jew fis-servizz mill-istess manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat bħal mudell ieħor b’identifikatur differenti tal-mudell. |
2. Għall-finijiet tal-Annessi II sa IV, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw mid-dati indikati fih.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.
2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi kopja tal-informazzjoni dwar il-prodott mogħtija f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, u d-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
3. Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:
(a) |
minn mudell bl-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti fir-rigward tal-informazzjoni teknika li trid tingħata iżda li jiġi prodott minn manifattur differenti, jew |
(b) |
b’kalkolu abbażi ta’ disinn jew ta’ estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew mit-tnejn li huma, |
id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji dwar dan il-kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex tiġi vverifikata l-eżattezza tal-kalkolu u, meta xieraq, id-dikjarazzjoni tal-identità tal-mudelli ta’ manifatturi differenti.
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.
4. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni fl-ordni u kif stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1669. Għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-punt 2(g) tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE, jirreferu għad-dokumentazzjoni teknika mtellgħa fil-bażi tad-data dwar il-prodotti li fiha l-istess informazzjoni stipulata fir-Regolament Delegat (UE) 2023/1669.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE.
Artikolu 6
Ċirkumvenzjoni
1. Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx iqiegħdu fis-suq prodotti ddesinjati biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom waqt l-ittestjar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri li jwettqu verifiki tal-konformità tal-prodott, biex jinkiseb riżultat aktar favorevoli għal xi wieħed mill-valuri ddikjarati tal-parametri koperti mir-rekwiżiti tal-ekodisinn inklużi f’dan ir-Regolament applikabbli waqt it-tqegħid tal-prodotti fis-suq.
Dan jinkludi, iżda mhux limitat għal, il-prodotti ddisinjati biex ikunu jistgħu jindunaw li qed jiġu ttestjati (eż. billi jagħrfu l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test) u mbagħad jirrispondu billi jbiddlu awtomatikament l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom, u l-prodotti ssettjati minn qabel biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom waqt l-ittestjar.
2. Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx jippreskrivu struzzjonijiet tat-test, speċifiċi għal meta dawn il-prodotti jiġu ttestjati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri li jwettqu verifiki tal-konformità tal-prodott, li jbiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tal-prodotti biex jinkiseb riżultat aktar favorevoli għal xi wieħed mill-valuri ddikjarati tal-parametri koperti mir-rekwiżiti tal-ekodisinn inklużi f’dan ir-Regolament applikabbli waqt it-tqegħid tal-prodotti fis-suq.
Dan jinkludi, iżda mhux limitat għal, il-preskrizzjoni ta’ bidla manwali ta’ prodott bi tħejjija għat-test li tbiddel l-imġiba jew il-proprjetajiet tiegħu mill-perspettiva tal-użu normali mill-utent.
3. Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx iqiegħdu fis-suq prodotti ddesinjati biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom wara perjodu qasir mit-tqegħid tal-prodott fis-servizz li twassal għal deterjorament ta’ xi wieħed mill-valuri ddikjarati tal-parametri koperti mir-rekwiżiti tal-ekodisinn inklużi f’dan ir-Regolament applikabbli waqt it-tqegħid tal-prodotti fis-suq.
Artikolu 7
Parametri referenzjarji indikattivi
Il-parametri referenzjarji indikattivi għall-prodotti u t-teknoloġiċi bl-aqwa prestazzjoni disponibbli fis-suq nhar 20 ta' Settembru 2023 huma stabbiliti fl-Anness V.
Artikolu 8
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultat ta’ din il-valutazzjoni inkluż, jekk xieraq, proposta ta’ abbozz ta’ reviżjoni, lill-Forum ta’ Konsultazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) sa 20 ta' Settembru 2027.
Ir-rieżami għandu jivvaluta b’mod partikolari:
(a) |
il-ħtieġa ta’ reviżjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biex tkun tirrifletti l-evoluzzjoni tas-suq; |
(b) |
l-adegwatezza tal-inklużjoni tal-ismart wearables fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-istabbiliment ta’ rekwiżiti ġeneriċi u speċifiċi għalihom; |
(c) |
l-adegwatezza li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn dwar ir-reżistenza tal-islate tablets għall-waqgħat inċidentali; |
(d) |
l-adegwatezza li tiżdied l-istrettezza tar-rekwiżit dwar ir-reżistenza tal-batterija f’ċikli; |
(e) |
l-adegwatezza li tiġi definita batterija standardizzata li tista’ tintuża b’mod interkambjabbli f’firxa ta’ telefowns ċellulari u slate tablets; |
(f) |
il-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti li jippermettu jew itejbu t-tiswija u l-aġġornabbiltà bi spare parts użati u/jew ta’ partijiet terzi; |
(g) |
il-ħtieġa li tiġi riveduta jew estiża l-lista tal-ispare parts, id-disponibbiltà tal-ispare parts għal kull grupp fil-mira, inkluż is-sewwejja professjonali u l-utenti finali, u ta’ informazzjoni dwar it-tiswija, li għalihom huma stabbiliti r-rekwiżiti; |
(h) |
l-inklużjoni ta’ aktar elementi kimiċi fir-rekwiżiti tal-informazzjoni fl-Anness II; |
(i) |
il-ħtieġa li jiġu inklużi rekwiżiti tal-affidabbiltà relatati ma’ apparati li jintwew; |
(j) |
l-adegwatezza li jiġu imposti rekwiżiti fuq il-kontenut riċiklat tal-materjali; |
(k) |
l-adegwatezza li jiġu imposti aktar rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-ispare parts. |
(l) |
l-alternattiva li l-manifatturi jagħmlu d-data għall-istampar 3D tal-komponenti tal-plastik (eż. għata tal-kompartiment tal-batterija, buttuni eċċ.) disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess liberu, flimkien mal-obbligu tagħhom li jagħmlu dawn l-ispare parts disponibbli għas-sewwejja professjonali jew għall-utenti finali jew inkella bħala mezz biex jiġi ssodisfat dan l-obbligu; |
(m) |
l-adegwatezza li tiġi pprojbita s-serjalizzazzjoni tal-parts; |
(n) |
l-adegwatezza tar-rekwiżiti rigward l-aġġornamenti tal-funzjonalità tas-sistema operatorja; |
(o) |
l-adegwatezza tal-eżenzjonijiet għall-apparati li jintwew; |
(p) |
l-adegwatezza li jiddaħħlu rekwiżiti tal-ekodisinn għat-telefowns ċellulari bi skrin prinċipali flessibbli li l-utent jista’ jitwi ’l fuq u ’l isfel parzjalment jew kompletament; |
(q) |
l-adegwatezza tal-estensjoni tal-perjodi għad-disponibbiltà tal-aġġornamenti għas-sistema operatorja; |
(r) |
l-adegwatezza tal-estensjoni tal-perjodu għad-disponibbiltà tal-ispare parts. |
Artikolu 9
Emenda għar-Regolament (UE) 2023/826
Ir-Regolament (UE) 2023/826 huwa emendat kif ġej:
Fil-punt 3 tal-Anness II, l-entrata “tagħmir ieħor biex jirrekordja jew jirriproduċi l-ħoss jew l-immaġnijiet, inklużi sinjali jew teknoloġiji oħra għad-distribuzzjoni tal-ħoss u tal-immaġni għajr bit-telekomunikazzjoni, iżda esklużi l-unitajiet tal-wiri elettroniċi koperti bir-Regolament (UE) 2019/2021 u l-projetturi b’mekkaniżmi għall-iskambju tal-lentijiet ma’ oħrajn b’tul fokali differenti” hija sostitwita b’dan li ġej:
“tagħmir ieħor għall-fini tar-reġistrazzjoni jew tar-riproduzzjoni tal-ħoss u tal-immaġni, inkluż is-sinjali u teknoloġiji oħra għad-distribuzzjoni tal-ħoss u tal-immaġni għajr bit-telekomunikazzjoni, iżda għajr l-iskrins elettroniċi koperti mir-Regolament (UE) 2019/2021, it-telefowns bla fili koperti mir-Regolament (UE) 2023/1669, u l-proġetturi b’mekkaniżmi għall-iskambju tal-lentijiet b’oħrajn b’tul fokali differenti.”
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn 20 ta' Ġunju 2025. L-Artikolu 6 għandu japplika minn 20 ta' Settembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1669 tas-16 ta' Ġunju 2023 li jissupplimenta lir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-ismartphones u tal-islate tablets (Ara paġna 9 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826 tas-17 ta’ April 2023 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-enerġija f’modalità mitfi, f’modalità standby u f’modalità standby man-network tat-tagħmir elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u (KE) Nru 107/2009 (ĠU L 103, 18.4.2023, p. 29).
(5) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi
(1) |
“standby man-network” tfisser standby man-network skont it-tifsira tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) 2023/826; |
(2) |
“Pn” hija l-konsum tal-enerġija fil-modalità standby man-network, espress f’Watts u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali; |
(3) |
“spare part” tfisser parti separata li tista’ tieħu post xi parti bl-istess funzjoni jew funzjoni simili f’telefown ċellulari, f’telefown bla fili jew fi slate tablet. Il-funzjonalità tat-telefown ċellulari, tat-telefown bla fili jew tal-islate tablet titreġġa’ lura jew tiġi aġġornata meta l-parti tinbidel bi spare part. L-ispare parts jistgħu jkunu parts użati; |
(4) |
“parti serjalizzata” tfisser parti li għandha kodiċi uniku abbinat ma’ unità individwali ta’ apparat u li s-sostituzzjoni tagħha bi spare part teħtieġ l-abbinament ta’ dik l-ispare part mal-apparat b’kodiċi tas-software ħalli tkun żgurata funzjonalità sħiħa tal-ispare part u tal-apparat; |
(5) |
“sewwej professjonali” tfisser operatur jew impriża li twettaq tiswija jew manutenzjoni professjonali ta’ telefown ċellulari, telefown bla fili jew slate tablet, bħala servizz jew bil-ħsieb ta’ bejgħ mill-ġdid sussegwenti tal-apparat imsewwi; |
(6) |
“element ta’ rbit” tfisser apparat tal-hardware jew sustanza li jgħaqqdu jew iwaħħlu b’mod mekkaniku, manjetiku jew mod ieħor żewġ oġġetti, parts jew biċċiet, jew aktar. Anki l-apparat tal-hardware li jaqdi wkoll funzjoni elettrika għandu jitqies bħala element ta’ rbit; |
(7) |
“element ta’ rbit meħtieġ” tfisser element ta’ rbit li jrid jiġi żarmat skont l-istruzzjonijiet dwar it-tiswija pprovduti mill-manifatturi, mill-importaturi jew mir-rappreżentanti awtorizzati biex jinkiseb aċċess għal parti li hija maħsuba biex tinbidel bi spare part; |
(8) |
“element ta’ rbit riużabbli” tfisser element ta’ rbit li jista’ jerġa’ jintuża kompletament fl-armar mill-ġdid bl-istess skop u li ma jagħmilx ħsara lill-prodott jew lill-element ta’ rbit innifsu waqt iż-żarmar jew tal-armar mill-ġdid b’mod li l-użu mill-ġdid multiplu tiegħu jsir impossibbli; |
(9) |
“element tal-irbit rifornut” tfisser element ta’ rbit li jista’ jitneħħa u li jiġi fornut mingħajr kost addizzjonali mal-ispare part li jkun maħsub li jaqbad jew isewwi; L-adeżivi għandhom jitqiesu bħala elementi ta’ rbit rifornuti meta jiġu fornuti mal-ispare part bi kwantità li tkun biżżejjed għall-armar mill-ġdid, mingħajr kost addizzjonali; |
(10) |
“element ta’ rbit li jista’ jitneħħa” tfisser element ta’ rbit li mhuwiex element ta’ rbit riużabbli, iżda li t-tneħħija tiegħu ma tagħmilx ħsara lill-prodott, jew tħalli xi residwu, li ma jkunux jippermettu l-armar mill-ġdid. |
(11) |
“batterija” tfisser parti li tikkonsisti minn ċellola waħda jew aktar tal-batteriji, inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, ċirkwiterija elettronika b’sensuri relatati mal-batteriji għall-ġestjoni tal-batteriji, qafas/oqfsa, trej tal-batterija, brakits, ilqugħ, materjali tal-interfaċċa termali, u konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat; |
(12) |
“għatu ta’ wara” jew “assemblaġġ tal-għatu ta’ wara” tfisser il-qafas ewlieni ta’ wara, inkluż wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott: il-qafas, saff li jgħatti n-naħa ta’ wara mwaħħal mal-qafas tal-għatu ewlieni ta’ wara, l-għata tal-lenti tal-kamera li tħares lura, antenni stampati, brekits, tarki, gaskits, konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat, u materjali tal-interfaċċa termali; |
(13) |
“mikrofonu awżiljarju” tfisser mikrofonu li mhux essenzjali għas-sinjali tal-vuċi tal-utent, iżda li jipprovdi funzjonijiet sekondarji, bħal, iżda mhux limitati għal, tnaqqis tal-ħsejjes ambjentali; |
(14) |
“assemblaġġ tal-kamera ta’ quddiem” tfisser part li fiha kamera waħda jew aktar iħarsu lejn l-utent tal-apparat, inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott:
|
(15) |
“assemblaġġ tal-kamera ta’ wara” tfisser part li fiha kamera waħda jew aktar iħarsu lejn in-naħa ta’ wara tal-apparat, inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott:
|
(16) |
“konnettur tal-awdjo estern” tfisser konnettur biex is-sinjali tal-awdjo jiġu konnessi ma’ kuffji jew ma’ loudspeakers esterni jew ma’ apparat tal-awdjo simili, inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, brakits, gaskets u konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat; |
(17) |
“port estern tal-iċċarġjar” tfisser port għall-iċċarġjar bil-fili tal-batterija, possibbilment jintuża wkoll għall-iskambju tad-data u għall-iċċarġjar rivers ta’ apparat ieħor, li hu magħmul minn reċipjent tal-USB-C u minn qafas relatat u, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, jinkludi brakits, gaskets u konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat; |
(18) |
“buttuna mekkanika” tfisser swiċċ mekkaniku jew assemblaġġ ta’ swiċċijiet mekkaniċi li jistgħu jingħafsu jew buttuna li tiżżerżaq li tista’ tiġi mċaqilqa mekkanikament biex jinxtegħlu jew jintfew xi funzjonijiet bħall-volum, il-kamera, jew l-apparat u, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, jinkludi brakits, gaskets u konnessjonijiet elettriċi għal assemblaġġi oħra tal-apparat; |
(19) |
“mikrofonu/i prinċipali” tfisser il-mikrofonu/i maħsuba għas-sinjali tal-vuċi tal-utent inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, gaskets u konnessjonijiet elettriċi għal assemblaġġi oħra tal-apparat; |
(20) |
“speaker” tfisser loudspeaker u xi parti mekkanika li tiġġenera l-ħoss inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, oqfsa tal-modulu, gaskets u konnessjonijiet elettriċi għal assemblaġġi oħra tal-apparat; |
(21) |
“assemblaġġ taċ-ċappetti” tfisser part li biha apparat ikun jista’ jintewa u jibqa’ jżomm l-integrità operazzjonali tiegħu inkluż, meta rilevanti, l-oqfsa tal-moduli; |
(22) |
“mekkaniżmu mekkaniku għat-tiwi tal-iskrin” tfisser part li biha apparat, inkluż l-iskrin tiegħu, ikun jista’ jintewa u jibqa’ jżomm l-integrità operazzjonali tiegħu; |
(23) |
“ċarġer” tfisser provvista tal-enerġija esterna li tiċċarġja l-batterija ta’ telefown ċellulari, ta’ telefown bla fili jew ta’ slate tablet bil-batterija, jew li tipprovdihom l-enerġija elettrika. |
(24) |
“kexxun tas-SIM u kexxun tal-memory card” tfisser kexxun li jinfetaħ u jingħalaq għal SIM card jew għal memory card li jistgħu jitneħħew; |
(25) |
“assemblaġġ tal-iskrin” tfisser l-assemblaġġ ta’ unità tal-iskrin u, meta rilevanti, ta’ unità ta’ pannell diġitalizzatur ta’ quddiem inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott:
|
(26) |
“fojl protettiv tal-iskrin li jintewa” tfisser saff protettiv iddisinjat biex jitwaħħal fuq l-iskrin ta’ apparat li jintewa biex titjieb l-affidabbiltà u jonqos it-tkagħbir mekkaniku fuq wiċċ l-iskrin; |
(27) |
“sit web b’aċċess bla ħlas” tfisser sit web li jista’ jiġi aċċessat bla ħlas jew mingħajr ma tingħata informazzjoni personali bħal indirizz tal-email jew numru tat-telefown; |
(28) |
“analiżi tal-falliment” tfisser proċess għal ġbir u analiżi tad-data biex tinstab il-part ta’ telefown ċellulari, ta’ telefown bla fili jew ta’ slate tablet li qed tikkawża malfunzjoni; |
(29) |
“għatu protettiv separat” tfisser għatu protettiv li jista’ jiġi fornut ma’ telefown ċellulari, ma’ telefown bla fili jew ma’ slate tablet, iżda li mhux parti meħtieġa tal-qafas u ma jitqiesx parti integrali tal-prodott; |
(30) |
“kriptaġġ” tfisser trasformazzjoni (riversibbli) tad-data b’algoritmu kriptografiku biex jiġi prodott test ċifrat, jiġifieri biex jinħeba l-kontenut informattiv tad-data; |
(31) |
“kjavi” tfisser sekwenza ta’ simboli li jikkontrollaw it-tħaddim ta’ trasformazzjoni kriptografika (eż. kriptaġġ, deċiframent); |
(32) |
“żarmar” tfisser proċess biex prodott jiġi separat f’partijiet u/jew komponenti b’tali mod li mbagħad ikun jista’ jerġa’ jintrama u jitħaddem; |
(33) |
“sistema operatorja” tfisser tip ġenerali ta’ software installat minn qabel li jikkontrolla l-eżekuzzjoni tal-programmi u li jista’ jipprovdi servizzi bħal allokazzjoni tar-riżorsi, skedar, kontroll tal-input-output, u ġestjoni tad-data; normalment din tkun soġġetta għal aġġornamenti regolari li jwasslu għall-ħolqien ta’ firxa ta’ verżjonijiet maġġuri u minuri; din tinkludi l-applikazzjoni tas-software kollha installati minn qabel li l-utent ma jkunx jista’ jħassar; |
(34) |
“aġġornament tas-sigurtà” tfisser aġġornament ta’ sistema operatorja, inkluż software korrettiv tas-sigurtà, jekk ikun rilevanti għal apparat partikolari, bil-għan prinċipali li jipprovdi sigurtà mtejba lill-apparat; |
(35) |
“aġġornamenti korrettivi” tfisser aġġornamenti tas-sistema operatorja, inkluż biċċiet korrettivi, bil-għan li jsewwu xi bugs, erruri jew malfunzjonijiet fis-sistema operatorja; |
(36) |
“aġġornament tal-funzjonalità” tfisser aġġornament ta’ sistema operatorja bil-għan prinċipali li jimplimenta funzjonalitajiet ġodda; |
(37) |
“kapaċità nominali” tfisser l-ammont ta’ elettriku ddikjarat mill-manifattur li batterija tista’ twassal tul perjodu ta’ ħames (5) sigħat meta mkejjel f’kundizzjonijiet speċifiċi, espressa f’sigħat milliamperi (mAh); |
(38) |
“durabbiltà tal-batterija f’ċikli” tfisser l-għadd ta’ ċikli ta’ ċarġ/disċarġ li batterija tiflaħ sakemm il-kapaċità elettrika użabbli tagħha tilħaq it-80% tal-kapaċità nominali tagħha, espressa f’ċikli; |
(39) |
“stat taċ-ċarġ” tfisser il-kapaċità disponibbli f’batterija espressa bħala persentaġġ tal-kapaċità nominali; |
(40) |
“stat tas-saħħa” tfisser kejl tal-kundizzjoni ġenerali ta’ batterija rikarikabbli u l-abbiltà tagħha li tagħti l-prestazzjoni speċifikata meta mqabbla mal-kundizzjoni inizjali tagħha, espressa bħala l-kapaċità li jifdal ta’ ċarġ sħiħ relattiva għall-kapaċità nominali, bħala %; |
(41) |
“sistema ta’ ġestjoni tal-batterija” tfisser apparat elettroniku li jikkontrolla jew jimmaniġġa l-funzjonijiet elettriċi u termali tal-batterija, li jimmaniġġa u jaħżen id-data dwar il-parametri għar-reġistrazzjoni tad-data tal-manifattura tal-batterija, id-data tal-ewwel użu tal-batterija, in-numru taċ-ċikli tal-iċċarġjar/disċarġjar, u l-istat tas-saħħa tal-batterija, u li jikkomunika mal-prodott li fih hija inkorporata l-batterija; |
(42) |
“kapaċità pendenti” ta’ batterija tfisser il-kapaċità meta l-batterija żżomm prestazzjoni massima normali u mkejla meta mqabbla mal-kapaċità ta’ prodott ġdid; |
(43) |
“iċċarġjar intelliġenti” tfisser profil adattiv tal-iċċarġjar tal-batterija bbażat fuq algoritmi li jitgħallmu mill-imġiba tal-utent biex jottimizzaw il-profil tal-iċċarġjar ħalli jonqsu l-effetti li jillimitaw il-ħajja tal-batterija; |
(44) |
“Rcyc” tfisser ir-rata taċ-riċiklabbiltà, espressa f’%; |
(45) |
“klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress” tfisser il-firxa ta’ protezzjoni mogħtija minn qafas kontra l-ingress ta’ oġġetti solidi barranin u/jew kontra l-ingress tal-ilma, imkejla b’metodi tal-ittestjar standardizzati u espressa b’sistema tal-kodifikazzjoni li tindika l-grad ta’ din il-protezzjoni; |
(46) |
“data tat-tqegħid fis-suq” tfisser id-data tat-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell tal-prodott; |
(47) |
“data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq” tfisser id-data tat-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità ta’ mudell tal-prodott; |
(48) |
“tħassir sigur tal-kjavi kriptografika” tfisser it-tħassir effettiv tal-kjavi kriptografika użata għall-kriptaġġ u d-dekriptaġġ tad-data, li tissostitwixxi għalkollox il-kjavi b’tali mod li l-aċċess għall-kjavi oriġinali, jew għal partijiet tagħha, ma jkunx aktar fattibbli; |
(49) |
“għodda proprjetarja” tfisser għodda li mhix disponibbli għax-xiri mill-pubbliku ġenerali jew li għaliha mhi disponibbli l-ebda privattiva applikabbli għal liċenzja b’termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji; |
(50) |
“għodod bażiċi” tfisser tornavit ċatt, tornavit stilla, tornavit torx, allen key, combination spanner, tnaljetta kkombinata, tnaljetta kkombinata għat-tqaxxir tal-wajers u l-konnessjoni terminali, tnaljetta nofs tond, cutters dijagonali, tnaljetta multigrip, locking pliers, liver, pinzetta, lenti, spudger u pick; |
(51) |
“għodda disponibbli kummerċjalment” tfisser għodda disponibbli għax-xiri mill-pubbliku ġenerali, u la hija għodda bażika u lanqas għodda proprjetarja; |
(52) |
“ambjent ekwivalenti għall-produzzjoni” tfisser ambjent li hu komparabbli mal-ambjent tal-manifattura tal-prodott; |
(53) |
“ambjent tal-użu” tfisser ambjent fejn il-prodott ikun qed jintuża; |
(54) |
“ambjent ta’ workshop” tfisser ambjent li mhux ambjent tal-użu u mhux ambjent ekwivalenti għall-produzzjoni, u fejn il-makkinarju u/jew l-għodod jintużaw f’kundizzjonijiet ikkontrollati kif xieraq għall-attivitajiet tat-tiswija; |
(55) |
“ġeneralista” tfisser persuna b’għarfien ġenerali dwar it-tekniki bażiċi tat-tiswija u l-prekawzjonijiet tas-sikurezza; |
(56) |
“persuna mhux esperta” tfisser persuna mingħajr esperjenza speċifika fit-tiswija jew kwalifiki relatati; |
(57) |
“valuri dikjarati” tfisser il-valuri mogħtija mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat għall-parametri tekniċi dikjarati, ikkalkolati jew imkejla f’konformità mal-Artikolu 4, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. |
(58) |
“stat estiż għalkollox” tfisser stat tal-apparat meta l-partijiet li jiċċaqilqu kif maħsuba għall-użu, bħall-iskrins u t-tastieri, jinfetħu jew jiġu estiżi b’mod simili b’tali mod li tinkiseb l-akbar erja projettata tat-tul immultiplikat bil-wisa’; |
ANNESS II
Rekwiżiti tal-Ekodisinn
A. TELEFOWNS ĊELLULARI GĦAJR L-ISMARTPHONES
1. REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FIR-RIŻORSI
1.1. Disinn għat-tiswija u għall-użu mill-ġdid
(1) Disponibbiltà tal-ispare parts:
(a) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli lis-sewwejja professjonali mill-anqas l-ispare parts li ġejjin, inkluż l-elementi ta’ rbit, jekk ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, meta preżenti.
|
(b) |
L-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (c) ma għandhomx ikunu assemblaġġi li jinkludu aktar minn wieħed mit-tipi ta’ spare parts elenkati, għajr dan li ġej:
|
(c) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard:
|
(d) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (c) u l-proċedura għall-ordni tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa tmiem il-perjodu tad-disponibbiltà ta’ dawk l-ispare parts; |
(2) Aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni
(a) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni lis-sewwejja professjonali għall-parts koperti mill-punti 1(a) u (c) bil-kundizzjonijiet li ġejjin, sakemm dik l-informzzjoni ma tkunx disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat:
|
(b) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, l-istruzzjonijiet tat-tiswija u l-informazzjoni dwar il-manutenzjoni għall-parts ikkonċernati mill-punt 1(c) għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq. Din l-informazzjoni għandha tinkludi ċertu ta’ livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punt 1(c). |
(3) Ħin massimu għat-twassil tal-ispare parts
(a) |
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li:
|
(b) |
Fil-każ tal-ispare parts koperti mill-punt 1(a), id-disponibbiltà tal-ispare parts tista’ tkun limitata għas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b). |
(4) Informazzjoni dwar il-prezz tal-ispare parts
Tul il-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (c), il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu prezzijiet indikattivi qabel it-taxxa mill-anqas fl-euro għall-ispare parts elenkati fil-punti 1(a) u (c), inkluż il-prezz qabel it-taxxa tal-elementi ta’ rbit u tal-għodod, jekk fornuti mal-ispare part, fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat.
(5) Rekwiżiti taż-żarmar
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żarmar li ġejjin:
(a) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-assemblaġġ tal-iskrin jew tal-parts imsemmija fil-punt 1(a), għajr għall-batterija/i, ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(b) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-parts imsemmija fil-punt 1(c), għajr għall-batterija/i, ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(c) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-batterija:
|
(6) Rekwiżiti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jinkludu funzjoni tas-software li tirrisettja l-apparat għall-kunfiduzzjonijiet tal-fabbrika u li tħassar b’mod sigur u awtomatiku kull informazzjoni personali inkluż, iżda mhux bilfors biss, il-ktieb tal-kuntatti, il-messaġġi, ir-ritratti, il-videos, il-konfigurazzjonijiet u l-elenku tat-telefonati.
1.2. Disinn għall-affidabbiltà
Minn 20 ta’ Ġunju 2025:
(1) |
Reżistenza għall-waqgħat inċidentali: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jgħaddu minn test ta’ 45 waqgħa mingħajr fojl protettiv jew għatu protettiv separat, għajr għat-telefowns ċellulari li jintwew għajr l-ismartphones u ddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa, mingħajr telf tal-funzjonalità, skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness III; it-telefowns ċellulari li jintwew għajr l-ismartphones iddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa għandhom jgħaddu minn test ta’ 35 waqgħa fl-istat mhux estiż u ta’ 15-il waqgħa fl-istat estiż, mingħajr telf tal-funzjonalità, skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness III u jiġu ttestjati bil-fojl protettiv. |
(2) |
Reżistenza għall-grif: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-iskrin tal-apparat jgħaddi mit-test tar-reżistenza tal-livell 4 bl-iskala tar-reżistenza Mohs, għajr għall-ismartphones li jintwew għajr l-ismartphones u ddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa. |
(3) |
Protezzjoni mit-trab u mill-ilma: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jkunu protetti mid-dħul ta’ oġġetti solidi barranin akbar minn millimetru (1mm) u mit-titjir tal-ilma. |
(4) |
Durabbiltà tal-batterija f’ċikli: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jiksbu mill-anqas 500 ċiklu b’kapaċità pendenti ta’ 80%, li jridu jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ta’ ċċarġjar fejn ir-rata tal-iċċarġjar tkun qed tiġi limitata mis-sistema tal-ġestjoni tal-batterija u mhux mill-kapaċitajiet tal-għoti tal-enerġija tal-provvista tal-enerġija. |
(5) |
Ġestjoni tal-batterija:
|
(6) |
Aġġornamenti tas-sistema operatorja:
|
1.3. Immarkar tal-komponenti tal-plastik
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-komponenti tal-plastik li huma itqal minn 50g għandhom jiġu mmarkati billi jiġi speċifikat it-tip ta’ polimeru bis-simboli standard xierqa jew b’termini mqassra stabbiliti bejn il-marki tal-punteġġjatura “>” u “<” kif speċifikat fl-istandards disponibbli. L-immarkar għandu jkun leġibbli.
Il-komponenti tal-plastik għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-immarkar diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) |
l-immarkar ma jkunx possibbli minħabba l-forma jew id-daqs; |
(ii) |
l-immarkar ikun iħalli impatt fuq il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tal-komponent tal-plastik; |
(iii) |
l-immarkar ma jkunx teknikament possibbli minħabba l-metodu tal-ifformar. |
Għall-komponenti tal-plastik li ġejjin mhu meħtieġ l-ebda mmarkar:
(i) |
imballaġġ, tejp, tikketti u films tal-kisi li jiġġebbdu; |
(ii) |
wiring, kejbils u konnetturi, partijiet tal-lastku u komponent ieħor li ma jkollux biżżejjed erja tas-superfiċje xierqa biex l-immarkar ikollu daqs leġibbli; |
(iii) |
assemblaġġi tal-PCB, bords tal-PMMA, komponenti ottiċi, komponenti tad-disċarġjar elettrostatiku, komponenti ta’ interferenza elettromanjetika, speakers; |
(iv) |
partijiet trasparenti fejn l-immarkar ifixkel il-funzjoni tal-parti inkwistjoni. |
1.4. Rekwiżiti tar-riċiklabbiltà
Minn 20 ta’ Ġunju 2025:
(1) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jagħmlu disponibbli, fuq sit web b’aċċess bla ħlas, l-informazzjoni dwar iż-żarmar meħtieġa biex jinkiseb aċċess għal xi wieħed mill-komponenti tal-prodotti msemmija fl-Anness VII, il-punt 1, tad-Direttiva 2012/19/UE. |
(2) |
L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tinkludi s-sekwenza tal-passi taż-żarmar, tal-għodod jew it-teknoloġiji meħtieġa biex jinkiseb aċċess għall-komponenti fil-mira. |
(3) |
L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tkun disponibbli għal mill-anqas 15-il sena wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità ta’ mudell tal-prodott. |
2. REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI
Minn 20 ta’ Ġunju 2025:
(1) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu fid-dokumentazzjoni teknika u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku fuq siti web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, l-informazzjoni li ġejja:
|
(2) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu struzzjonijiet lill-utent fil-forma ta’ manwal għall-utent fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat. Dawk l-istruzzjonijiet għandhom jinkludu struzzjonijiet għall-manutenzjoni tal-batterija, inkluż dawn li ġejjin:
|
(3) |
Meta l-pakkett ma jkunx jinkludi ċarġer, l-istruzzjonijiet tal-utenti msemmija fil-punt 2 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja: “Biex nibżgħu għall-ambjent, dan il-pakkett ma jinkludix ċarġer. Dan l-apparat jista’ jitħaddem b’ħafna mill-adapters tal-enerġija USB u b’kejbil tal-USB-C.” |
B. SMARTPHONES
1. REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FIR-RIŻORSI
1.1. Disinn għat-tiswija u l-użu mill-ġdid
(1) Disponibbiltà tal-ispare parts
(a) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli lis-sewwejja professjonali mill-anqas l-ispare parts li ġejjin, inkluż l-elementi ta’ rbit, jekk ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, meta preżenti.
|
(b) |
L-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (c) ma għandhomx ikunu assemblaġġi li jinkludu aktar minn wieħed mit-tipi ta’ spare parts elenkati, għajr dan li ġej:
|
(c) |
Minn 20 Ġunju2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard:
|
(d) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (c) u l-proċedura għall-ordni tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa tmiem il-perjodu tad-disponibbiltà ta’ dawk l-ispare parts; |
(2) Aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni lis-sewwejja professjonali għall-parts koperti mill-punti 1(a) u (c) bil-kundizzjonijiet li ġejjin, sakemm dik l-informzzjoni ma tkunx disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat:
(a) |
Is-sit web tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat għandu jindika l-proċess li jridu jużaw is-sewwejja professjonali biex jirreġistraw għall-aċċess għall-informazzjoni; biex jaċċettaw din it-talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lis-sewwej professjonali biex juri li:
|
(b) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba. Fil-każ ta’ rifjut, għandha tingħata ġustifikazzjoni ċara lil min jagħmel it-talba li tkun tiddeskrivi r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, li għandha tiġi revokata, jekk l-istess sewwej professjonali jitlob reġistrazzjoni bl-informazzjoni aġġornata, li tikkonforma mal-kundizzjonijiet biex jingħata l-aċċess. |
(c) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu tariffi raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex wieħed jirċievi aġġornamenti regolari ta’ din l-informazzjoni. Ir-reġistrazzjoni nnifisha għandha tingħata mingħajr ħlas. Tariffa għandha titqies raġonevoli, b’mod partikolari, meta ma tkunx tiskoraġġixxi l-aċċess billi ma tkunx tqis sa liema punt l-informazzjoni qed tintuża mis-sewwej professjonali. |
(d) |
Ladarba tiġi rreġistrata, sewwej professjonali għandu jkollha aċċess fi żmien jum wieħed (1) tax-xogħol mid-data tat-talba, għall-informazzjoni mitluba dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni tista’ tingħata għal mudell ekwivalenti jew għal mudell tal-istess familja, jekk rilevanti. |
(e) |
L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni msemmija fil-punt (a) għandu jkollha ċertu livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punti 1(a) u (c), u għandha mill-anqas tinkludi:
|
(f) |
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-partijiet terzi għandhom jitħallew jużaw u jippubblikaw informazzjoni mhux mibdula dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ppubblikata inizjalment mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat u koperta mill-punt (e) ladarba l-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun ittermina l-aċċess għal dik l-informazzjoni wara tmiem il-perjodu tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, l-istruzzjonijiet tat-tiswija u l-informazzjoni dwar il-manutenzjoni għall-parts ikkonċernati mill-punt 1(c) għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq. Din l-informazzjoni għandha tinkludi ċertu livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punt 1(c).
(3) Ħin massimu għat-twassil tal-ispare parts
(a) |
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li:
|
(b) |
Fil-każ tal-ispare parts koperti mill-punt 1(a), id-disponibbiltà tal-ispare parts tista’ tkun limitata għas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b). |
(4) Informazzjoni dwar il-prezz tal-ispare parts
Tul il-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (c), il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu prezzijiet indikattivi qabel it-taxxa mill-anqas fl-euro għall-ispare parts elenkati fil-punti 1(a) u (c), inkluż il-prezz qabel it-taxxa tal-elementi ta’ rbit u tal-għodod, jekk fornuti mal-ispare part, fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat.
(5) Rekwiżiti taż-żarmar
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żarmar li ġejjin:
(a) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-assemblaġġ tal-iskrin jew tal-parts imsemmija fil-punt 1(a), għajr għall-batterija/i, ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(b) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-parts imsemmija fil-punt 1(c), għajr għall-batterija/i, ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(c) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-batterija:
|
(6) Rekwiżiti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, mil-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jkunu:
(a) |
iwettqu kriptaġġ b’mod awtomatiku, bi kjavi ta’ kriptaġġ każwali, tad-data tal-utent maħżuna fil-ħażna interna tal-apparat; |
(b) |
jinkludu funzjoni tas-software, li tirrisettja l-apparat għall-konfigurazzjonijiet tal-fabbrika u tħassar b’mod awtomatiku l-kjavi kriptografika u tiġġenera waħda ġdida; |
(c) |
jirreġistraw id-data li ġejja mis-sistema tal-ġestjoni tal-batterija fil-konfigurazzjonijiet tas-sistema jew f’post ieħor aċċessibbli għall-utenti finali:
|
(7) Sostituzzjoni ta’ partijiet serjalizzati
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq:
(a) |
Jekk il-partijiet li jridu jiġu sostitwiti bl-ispare parts imsemmija fil-punt 1(a) ikunu partijiet serjalizzati, dawn jipprovdu aċċess nondiskriminatorju lis-sewwejja professjonali għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili meħtieġa biex tkun żgurata l-funzjonalità sħiħa ta’ dawk l-ispare parts u tal-apparat li fih jiġu installati dawk l-ispare parts waqt u wara s-sostituzzjoni; |
(b) |
Jekk il-partijiet li jridu jiġu sostitwiti bl-ispare parts imsemmija fil-punt 1(c) ikunu partijiet serjalizzati, dawn jipprovdu aċċess nondiskriminatorju lis-sewwejja professjonali u lill-utenti finali għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili meħtieġ biex tkun żgurata l-funzjonalità sħiħa ta’ dawk l-ispare parts u tal-apparat li fih jiġu installati dawk l-ispare parts waqt u wara s-sostituzzjoni; |
(c) |
Jipprovdu, fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat, deskrizzjoni tal-proċedura għan-notifika u l-awtorizzazzjoni tas-sostituzzjoni maħsuba tal-partijiet serjalizzati mis-sid tal-apparat imsemmi fil-punt (d); il-proċedura għandha tippermetti l-għoti remot tan-notifika u tal-awtorizzazzjoni; |
(d) |
Qabel ma jagħtu aċċess għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili msemmija fil-punti (a) u (b), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat jistgħu jitolbu biss li jkunu rċevew notifika u awtorizzazzjoni tas-sostituzzjoni tal-part maħsuba mis-sid tal-apparat. Dawn in-notifika u l-awtorizzazzjoni jistgħu jingħataw ukoll minn sewwej professjonali bil-kunsens espliċitu bil-miktub tas-sid; |
(e) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu aċċess għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili msemmija fil-punti (a) u (b) fi żmien tlett (3) ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba u, meta applikabbli, tan-notifika u l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (d); |
(f) |
L-aċċess għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili msemmija fil-punt (a) jista’, fir-rigward tas-sewwejja professjonali, ikun limitat għas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b). |
1.2. Disinn għall-affidabbiltà
Minn 20 ta’ Ġunju 2025:
(1) |
Reżistenza għall-waqgħat inċidentali: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jgħaddu minn test ta’ 45 waqgħa mingħajr fojl protettiv jew għatu protettiv separat, għajr għat-telefowns ċellulari li jintwew u ddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa, mingħajr telf tal-funzjonalità, skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness III; l-ismartphones li jintwew iddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa għandhom jgħaddu minn test ta’ 35 waqgħa fl-istat mhux estiż u ta’ 15-il waqgħa fl-istat estiż, mingħajr telf tal-funzjonalità, skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness III u jiġu ttestjati bil-fojl protettiv. |
(2) |
Reżistenza għall-grif: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-iskrin tal-apparat jgħaddi mit-test tar-reżistenza tal-livell 4 bl-iskala tar-reżistenza Mohs, għajr għall-ismartphones li jintwew u ddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa. |
(3) |
Protezzjoni mit-trab u mill-ilma: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jkunu protetti mid-dħul ta’ oġġetti solidi barranin akbar minn millimetru (1mm) u mit-titjir tal-ilma. |
(4) |
Durabbiltà tal-batterija f’ċikli: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jiksbu mill-anqas 800 ċiklu b’kapaċità pendenti ta’ 80%, li jridu jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ta’ ċċarġjar fejn ir-rata tal-iċċarġjar tkun qed tiġi limitata mis-sistema tal-ġestjoni tal-batterija u mhux mill-kapaċitajiet tal-għoti tal-enerġija tal-provvista tal-enerġija. |
(5) |
Ġestjoni tal-batterija:
|
(6) |
Aġġornamenti tas-sistema operatorja:
|
1.3. Immarkar tal-komponenti tal-plastik
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-komponenti tal-plastik li huma itqal minn 50g għandhom jiġu mmarkati billi jiġi speċifikat it-tip ta’ polimeru bis-simboli standard xierqa jew b’termini mqassra stabbiliti bejn il-marki tal-punteġġjatura “>” u “<” kif speċifikat fl-istandards disponibbli. L-immarkar għandu jkun leġibbli.
Il-komponenti tal-plastik għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-immarkar diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) |
l-immarkar ma jkunx possibbli minħabba l-forma jew id-daqs; |
(ii) |
l-immarkar ikun iħalli impatt fuq il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tal-komponent tal-plastik; |
(iii) |
l-immarkar ma jkunx teknikament possibbli minħabba l-metodu tal-ifformar. |
Għall-komponenti tal-plastik li ġejjin mhu meħtieġ l-ebda mmarkar:
(i) |
imballaġġ, tejp, tikketti u films tal-kisi li jiġġebbdu; |
(ii) |
wiring, kejbils u konnetturi, partijiet tal-lastku u komponent ieħor li ma jkollux biżżejjed erja tas-superfiċje xierqa biex l-immarkar ikollu daqs leġibbli; |
(iii) |
assemblaġġi tal-PCB, bords tal-PMMA, komponenti ottiċi, komponenti tad-disċarġjar elettrostatiku, komponenti ta’ interferenza elettromanjetika, speakers; |
(iv) |
partijiet trasparenti fejn l-immarkar ifixkel il-funzjoni tal-parti inkwistjoni. |
1.4. Rekwiżiti tar-riċiklabbiltà
Minn 20 ta’ Ġunju 2025:
(1) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE, jagħmlu disponibbli, fuq sit web b’aċċess bla ħlas, l-informazzjoni dwar iż-żarmar meħtieġa biex jinkiseb aċċess għal xi wieħed mill-komponenti tal-prodotti msemmija fl-Anness VII, il-punt 1, tad-Direttiva 2012/19/UE. |
(2) |
L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tinkludi s-sekwenza tal-passi taż-żarmar, tal-għodod jew it-teknoloġiji meħtieġa biex jinkiseb aċċess għall-komponenti fil-mira. |
(3) |
L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tkun disponibbli għal mill-anqas 15-il sena wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità ta’ mudell tal-prodott. |
2. REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI
Minn 20 ta’ Ġunju 2025:
(1) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu fid-dokumentazzjoni teknika u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku fuq siti web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, l-informazzjoni li ġejja:
|
(2) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu struzzjonijiet lill-utent fil-forma ta’ manwal għall-utent fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, u għandhom jinkludu:
|
(3) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li:
|
(4) |
Meta l-pakkett ma jkunx jinkludi ċarġer, l-istruzzjonijiet tal-utenti msemmija fil-punt 2 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja: “Biex nibżgħu għall-ambjent, dan il-pakkett ma jinkludix ċarġer. Dan l-apparat jista’ jitħaddem b’ħafna mill-adapters tal-enerġija USB u b’kejbil tal-USB-C.” |
C. TELEFOWNS BLA FILI
1. MODALITAJIET B’KONSUM BAXX TAL-ENERĠIJA
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li t-telefowns bla fili jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(1) |
il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby Pn man-network ta’ stazzjon bażi pprovdut b’telefown bla fili ma għandux jaqbeż il-1W, irrispettivament minn jekk il-handset ikunx fuq l-istazzjon bażi; |
(2) |
il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby Pn ta’ benniena tal-iċċarġjar mingħajr il-funzjonalità tal-istazzjon bażi fornuta ma’ telefown bla fili ma għandux jaqbeż iż-0,6W bil-handset iċċarġjat fuq il-benniena tal-iċċarġjar u ż-0,3W mingħajr il-handset fuq il-benniena tal-iċċarġjar; |
2. REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FIR-RIŻORSI
2.1. Disinn għat-tiswija u l-użu mill-ġdid
(1) Disponibbiltà tal-ispare parts
(a) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli lis-sewwejja professjonali mill-anqas l-ispare parts li ġejjin, inkluż l-elementi ta’ rbit, jekk ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, meta preżenti.
|
(b) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli lis-sewwejja professjonali u lill-utenti finali, mill-anqas l-ispare parts li ġejjin, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq:
|
(c) |
L-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (b) ma għandhomx ikunu assemblaġġi li jinkludu aktar minn wieħed mit-tipi tal-ispare parts elenkati; |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (b) u l-proċedura għall-ordni tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa tmiem il-perjodu tad-disponibbiltà ta’ dawk l-ispare parts;
It-telefowns bla fili għandhom jiġu ddisinjati biex jużaw batteriji rikarikabbli b’dimensjonijiet fiżiċi standardizzati.
(2) Aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni lis-sewwejja professjonali għall-parts koperti mill-punti 1(a) u (c) bil-kundizzjonijiet li ġejjin, sakemm dik l-informzzjoni ma tkunx disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat:
(a) |
Is-sit web tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat għandu jindika l-proċess li jridu jużaw is-sewwejja professjonali biex jirreġistraw għall-aċċess għall-informazzjoni; biex jaċċettaw din it-talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lis-sewwej professjonali biex juri li:
|
(b) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba. Fil-każ ta’ rifjut, għandha tingħata ġustifikazzjoni ċara lil min jagħmel it-talba li tkun tiddeskrivi r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, li għandha tiġi revokata, jekk l-istess sewwej professjonali jitlob reġistrazzjoni bl-informazzjoni aġġornata, li tikkonforma mal-kundizzjonijiet biex jingħata l-aċċess. |
(c) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu tariffi raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex wieħed jirċievi aġġornamenti regolari ta’ din l-informazzjoni. Ir-reġistrazzjoni nnifisha għandha tingħata mingħajr ħlas. Tariffa għandha titqies raġonevoli, b’mod partikolari, meta ma tkunx tiskoraġġixxi l-aċċess billi ma tkunx tqis sa liema punt l-informazzjoni qed tintuża mis-sewwej professjonali. |
(d) |
Ladarba tiġi rreġistrata, sewwej professjonali għandu jkollha aċċess fi żmien jum wieħed (1) tax-xogħol mid-data tat-talba, għall-informazzjoni mitluba dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni tista’ tingħata għal mudell ekwivalenti jew għal mudell tal-istess familja, jekk rilevanti. |
(e) |
L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni msemmija fil-punt (a) għandu jkollha ċertu livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punti 1(a) u (b), u għandha mill-anqas tinkludi:
|
(f) |
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-partijiet terzi għandhom jitħallew jużaw u jippubblikaw informazzjoni mhux mibdula dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ppubblikata inizjalment mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat u koperta mill-punt (e) ladarba l-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun ittermina l-aċċess għal dik l-informazzjoni wara tmiem il-perjodu tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, l-istruzzjonijiet tat-tiswija u l-informazzjoni dwar il-manutenzjoni għall-parts ikkonċernati mill-punt 1(b) għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq. Din l-informazzjoni għandha tinkludi ċertu livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punt 1(b).
(3) Ħin massimu għat-twassil tal-ispare parts
(a) |
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li:
|
(b) |
Fil-każ tal-ispare parts koperti mill-punt 1(a), id-disponibbiltà tal-ispare parts tista’ tkun limitata għas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b). |
(4) Informazzjoni dwar il-prezz tal-ispare parts
Tul il-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (b), il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu prezzijiet indikattivi qabel it-taxxa mill-anqas fl-euro għall-ispare parts elenkati fil-punti 1(a) u (b), inkluż il-prezz qabel it-taxxa tal-elementi ta’ rbit u tal-għodod, jekk fornuti mal-ispare part, fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat.
(5) Rekwiżiti taż-żarmar
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żarmar li ġejjin:
(a) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess tas-sostituzzjoni tal-partijiet imsemmi fil-punt 1(a) jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(b) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-iskrin ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(c) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-iskrin ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(6) Rekwiżiti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jinkludu funzjoni tas-software li tirrisettja l-apparat għall-kunfiduzzjonijiet tal-fabbrika u li tħassar b’mod sigur u awtomatiku kull informazzjoni personali inkluż, iżda mhux bilfors biss, il-ktieb tal-kuntatti, il-messaġġi, ir-ritratti, il-videos, il-konfigurazzjonijiet u l-elenku tat-telefonati.
2.2. Immarkar tal-komponenti tal-plastik
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-komponenti tal-plastik li huma itqal minn 50g għandhom jiġu mmarkati billi jiġi speċifikat it-tip ta’ polimeru bis-simboli standard xierqa jew b’termini mqassra stabbiliti bejn il-marki tal-punteġġjatura “>” u “<” kif speċifikat fl-istandards disponibbli. L-immarkar għandu jkun leġibbli.
Il-komponenti tal-plastik għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-immarkar diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) |
l-immarkar ma jkunx possibbli minħabba l-forma jew id-daqs; |
(ii) |
l-immarkar ikun iħalli impatt fuq il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tal-komponent tal-plastik; |
(iii) |
l-immarkar ma jkunx teknikament possibbli minħabba l-metodu tal-ifformar. |
Għall-komponenti tal-plastik li ġejjin mhu meħtieġ l-ebda mmarkar:
(i) |
imballaġġ, tejp, tikketti u films tal-kisi li jiġġebbdu; |
(ii) |
wiring, kejbils u konnetturi, partijiet tal-lastku u komponent ieħor li ma jkollux biżżejjed erja tas-superfiċje xierqa biex l-immarkar ikollu daqs leġibbli; |
(iii) |
assemblaġġi tal-PCB, bords tal-PMMA, komponenti ottiċi, komponenti tad-disċarġjar elettrostatiku, komponenti ta’ interferenza elettromanjetika, speakers; |
(iv) |
partijiet trasparenti fejn l-immarkar ifixkel il-funzjoni tal-parti inkwistjoni. |
2.3. Rekwiżiti tar-riċiklabbiltà
Minn 20 ta’ Ġunju 2025:
(1) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE, jagħmlu disponibbli, fuq sit web b’aċċess bla ħlas, l-informazzjoni dwar iż-żarmar meħtieġa biex jinkiseb aċċess għal xi wieħed mill-komponenti tal-prodotti msemmija fl-Anness VII, il-punt 1, tad-Direttiva 2012/19/UE. |
(2) |
L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tinkludi s-sekwenza tal-passi taż-żarmar, tal-għodod jew it-teknoloġiji meħtieġa biex jinkiseb aċċess għall-komponenti fil-mira. |
(3) |
L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tkun disponibbli għal mill-anqas 15-il sena wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità ta’ mudell tal-prodott. |
3. REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI
Minn 20 ta’ Ġunju 2025:
(1) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu fid-dokumentazzjoni teknika u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku fuq siti web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, l-informazzjoni li ġejja:
|
(2) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu struzzjonijiet lill-utent fil-forma ta’ manwal għall-utent fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat. Meta l-pakkett ma jkunx jinkludi ċarġer, l-istruzzjonijiet tal-utenti għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja: “Biex nibżgħu għall-ambjent, dan il-pakkett ma jinkludix ċarġer. Dan l-apparat jista’ jitħaddem b’ħafna mill-adapters tal-enerġija USB u b’kejbil tal-USB-C.” |
D. SLATE TABLETS
1. REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FIR-RIŻORSI
1.1. Disinn għat-tiswija u l-użu mill-ġdid
(1) Disponibbiltà tal-ispare parts
(a) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli lis-sewwejja professjonali mill-anqas l-ispare parts li ġejjin, inkluż l-elementi ta’ rbit, jekk ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, meta preżenti.
|
(b) |
L-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (c) ma għandhomx ikunu assemblaġġi li jinkludu aktar minn wieħed mit-tipi ta’ spare parts elenkati, għajr dan li ġej:
|
(c) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard:
|
(d) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (c) u l-proċedura għall-ordni tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa tmiem il-perjodu tad-disponibbiltà ta’ dawk l-ispare parts; |
(2) Aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni lis-sewwejja professjonali għall-parts koperti mill-punti 1(a) u (c) bil-kundizzjonijiet li ġejjin, sakemm dik l-informzzjoni ma tkunx disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat:
(a) |
Is-sit web tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat għandu jindika l-proċess li jridu jużaw is-sewwejja professjonali biex jirreġistraw għall-aċċess għall-informazzjoni; biex jaċċettaw din it-talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lis-sewwej professjonali biex juri li:
|
(b) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba. Fil-każ ta’ rifjut, għandha tingħata ġustifikazzjoni ċara lil min jagħmel it-talba li tkun tiddeskrivi r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, li għandha tiġi revokata, jekk l-istess sewwej professjonali jitlob reġistrazzjoni bl-informazzjoni aġġornata, li tikkonforma mal-kundizzjonijiet biex jingħata l-aċċess. |
(c) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu tariffi raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex wieħed jirċievi aġġornamenti regolari ta’ din l-informazzjoni. Ir-reġistrazzjoni nnifisha għandha tingħata mingħajr ħlas. Tariffa għandha titqies raġonevoli, b’mod partikolari, meta ma tkunx tiskoraġġixxi l-aċċess billi ma tkunx tqis sa liema punt l-informazzjoni qed tintuża mis-sewwej professjonali. |
(d) |
Ladarba tiġi rreġistrata, sewwej professjonali għandu jkollha aċċess fi żmien jum wieħed (1) tax-xogħol mid-data tat-talba, għall-informazzjoni mitluba dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni tista’ tingħata għal mudell ekwivalenti jew għal mudell tal-istess familja, jekk rilevanti. |
(e) |
L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni msemmija fil-punt (a) għandu jkollha ċertu livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punti 1(a) u (c), u għandha mill-anqas tinkludi:
|
(f) |
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-partijiet terzi għandhom jitħallew jużaw u jippubblikaw informazzjoni mhux mibdula dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ppubblikata inizjalment mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat u koperta mill-punt (e) ladarba l-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun ittermina l-aċċess għal dik l-informazzjoni wara tmiem il-perjodu tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, l-istruzzjonijiet tat-tiswija u l-informazzjoni dwar il-manutenzjoni għall-parts ikkonċernati mill-punt 1(c) għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq. Din l-informazzjoni għandha tinkludi ċertu livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punt 1(c).
(3) Ħin massimu għat-twassil tal-ispare parts
(a) |
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li:
|
(b) |
Fil-każ tal-ispare parts koperti mill-punt 1(a), id-disponibbiltà tal-ispare parts tista’ tkun limitata għas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b). |
(4) Informazzjoni dwar il-prezz tal-ispare parts
Tul il-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (c), il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu prezzijiet indikattivi qabel it-taxxa mill-anqas fl-euro għall-ispare parts elenkati fil-punti 1(a) u (c), inkluż il-prezz qabel it-taxxa tal-elementi ta’ rbit u tal-għodod, jekk fornuti mal-ispare part, fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat.
(5) Rekwiżiti taż-żarmar
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żarmar li ġejjin:
(a) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-assemblaġġ tal-iskrin jew tal-parts imsemmija fil-punt 1(a), għajr għall-batterija/i, ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(b) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-parts imsemmija fil-punt 1(c), għajr għall-batterija/i, ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(c) |
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-batterija:
|
(6) Rekwiżiti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, mil-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jkunu:
(a) |
iwettqu kriptaġġ b’mod awtomatiku, bi kjavi ta’ kriptaġġ każwali, tad-data tal-utent maħżuna fil-ħażna interna tal-apparat; |
(b) |
jinkludu funzjoni tas-software, li tirrisettja l-apparat għall-konfigurazzjonijiet tal-fabbrika u tħassar b’mod awtomatiku l-kjavi kriptografika u tiġġenera waħda ġdida; |
(c) |
jirreġistraw id-data li ġejja mis-sistema tal-ġestjoni tal-batterija fil-konfigurazzjonijiet tas-sistema jew f’post ieħor aċċessibbli għall-utenti finali:
|
(7) Sostituzzjoni ta’ partijiet serjalizzati
Minn 20 ta’ Ġunju 2025 jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq:
(a) |
Jekk il-partijiet li jridu jiġu sostitwiti bl-ispare parts imsemmija fil-punt 1(a) ikunu partijiet serjalizzati, dawn jipprovdu aċċess nondiskriminatorju lis-sewwejja professjonali għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili meħtieġa biex tkun żgurata l-funzjonalità sħiħa ta’ dawk l-ispare parts u tal-apparat li fih jiġu installati dawk l-ispare parts waqt u wara s-sostituzzjoni; |
(b) |
Jekk il-partijiet li jridu jiġu sostitwiti bl-ispare parts imsemmija fil-punt 1(c) ikunu partijiet serjalizzati, dawn jipprovdu aċċess nondiskriminatorju lis-sewwejja professjonali u lill-utenti finali għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili meħtieġ biex tkun żgurata l-funzjonalità sħiħa ta’ dawk l-ispare parts u tal-apparat li fih jiġu installati dawk l-ispare parts waqt u wara s-sostituzzjoni; |
(c) |
Jipprovdu, fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat, deskrizzjoni tal-proċedura għan-notifika u l-awtorizzazzjoni tas-sostituzzjoni maħsuba tal-partijiet serjalizzati mis-sid tal-apparat imsemmi fil-punt (d); il-proċedura għandha tippermetti l-għoti remot tan-notifika u tal-awtorizzazzjoni; |
(d) |
Qabel ma jagħtu aċċess għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili msemmija fil-punti (a) u (b), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat jistgħu jitolbu biss li jkunu rċevew notifika u awtorizzazzjoni tas-sostituzzjoni tal-part maħsuba mis-sid tal-apparat. Dawn in-notifika u l-awtorizzazzjoni jistgħu jingħataw ukoll minn sewwej professjonali bil-kunsens espliċitu bil-miktub tas-sid; |
(e) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu aċċess għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili msemmija fil-punti (a) u (b) fi żmien tlett (3) ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba u, meta applikabbli, tan-notifika u l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (d); |
(f) |
L-aċċess għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili msemmija fil-punt (a) jista’, fir-rigward tas-sewwejja professjonali, ikun limitat għas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b). |
1.2. Disinn għall-affidabbiltà
Minn 20 ta’ Ġunju 2025:
(1) |
Reżistenza għall-grif: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-iskrin tal-apparat jgħaddi mit-test tar-reżistenza tal-livell 4 bl-iskala tar-reżistenza Mohs, għajr għall-islate tablets li jintwew u ddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa. |
(2) |
Protezzjoni mit-tixrid inċidentali: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jkunu protetti mit-tixrid aċċidentali tal-ilma. |
(3) |
Durabbiltà tal-batterija f’ċikli: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jiksbu mill-anqas 800 ċiklu b’kapaċità pendenti ta’ 80%, li jridu jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ta’ ċċarġjar fejn ir-rata tal-iċċarġjar tkun qed tiġi limitata mis-sistema tal-ġestjoni tal-batterija u mhux mill-kapaċitajiet tal-għoti tal-enerġija tal-provvista tal-enerġija. |
(4) |
Ġestjoni tal-batterija:
|
(5) |
Aġġornamenti tas-sistema operatorja:
|
1.3. Immarkar tal-komponenti tal-plastik
Minn 20 ta’ Ġunju 2025, il-komponenti tal-plastik li huma itqal minn 50g għandhom jiġu mmarkati billi jiġi speċifikat it-tip ta’ polimeru bis-simboli standard xierqa jew b’termini mqassra stabbiliti bejn il-marki tal-punteġġjatura “>” u “<” kif speċifikat fl-istandards disponibbli. L-immarkar għandu jkun leġibbli.
Il-komponenti tal-plastik għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-immarkar diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) |
l-immarkar ma jkunx possibbli minħabba l-forma jew id-daqs; |
(ii) |
l-immarkar ikun iħalli impatt fuq il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tal-komponent tal-plastik; |
(iii) |
l-immarkar ma jkunx teknikament possibbli minħabba l-metodu tal-ifformar. |
Għall-komponenti tal-plastik li ġejjin mhu meħtieġ l-ebda mmarkar:
(i) |
imballaġġ, tejp, tikketti u films tal-kisi li jiġġebbdu; |
(ii) |
wiring, kejbils u konnetturi, partijiet tal-lastku u komponent ieħor li ma jkollux biżżejjed erja tas-superfiċje xierqa biex l-immarkar ikollu daqs leġibbli; |
(iii) |
assemblaġġi tal-PCB, bords tal-PMMA, komponenti ottiċi, komponenti tad-disċarġjar elettrostatiku, komponenti ta’ interferenza elettromanjetika, speakers; |
(iv) |
partijiet trasparenti fejn l-immarkar ifixkel il-funzjoni tal-parti inkwistjoni. |
1.4. Rekwiżiti tar-riċiklabbiltà
Minn 20 ta’ Ġunju 2025:
(1) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE, jagħmlu disponibbli, fuq sit web b’aċċess bla ħlas, l-informazzjoni dwar iż-żarmar meħtieġa biex jinkiseb aċċess għal xi wieħed mill-komponenti tal-prodotti msemmija fl-Anness VII, il-punt 1, tad-Direttiva 2012/19/UE. |
(2) |
L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tinkludi s-sekwenza tal-passi taż-żarmar, tal-għodod jew it-teknoloġiji meħtieġa biex jinkiseb aċċess għall-komponenti fil-mira. |
(3) |
L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tkun disponibbli għal mill-anqas 15-il sena wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità ta’ mudell tal-prodott. |
2. REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI
Minn 20 ta’ Ġunju 2025:
(1) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu fid-dokumentazzjoni teknika u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku fuq siti web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, l-informazzjoni li ġejja:
|
(2) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu struzzjonijiet lill-utent fil-forma ta’ manwal għall-utent fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, u għandhom jinkludu:
|
(3) |
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li:
|
(4) |
Meta l-pakkett ma jkunx jinkludi ċarġer, l-istruzzjonijiet tal-utenti msemmija fil-punt 2 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja: “Biex nibżgħu għall-ambjent, dan il-pakkett ma jinkludix ċarġer. Dan l-apparat jista’ jitħaddem b’ħafna mill-adapters tal-enerġija USB u b’kejbil tal-USB-C.” |
(1) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).
(2) Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
ANNESS III
Kejl u kalkoli
1. |
Għall-finijiet ta’ konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bi standards armonizzati, jew b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra, li jqisu l-metodi avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u li huma konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. In-numri ta’ referenza ta’ dawk l-istandards armonizzati ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU). |
2. |
Fin-nuqqas ta’ standards rilevanti u sal-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards armonizzati rilevanti fil-Ġurnal Uffiċjali, għandhom jintużaw il-metodi tal-ittestjar tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness III jew metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra, li jqisu l-metodi avvanzati ġeneralment rikonoxxuti. |
3. |
It-telefowns bla fili mqiegħda fis-suq bi stazzjon bażi għandhom jiġu ttestjati għall-konsum tal-enerġija fil-modalità standby man-network, bil-konfigurazzjonijiet tat-test li ġejjin:
|
4. |
It-telefowns bla fili mqiegħda fis-suq b’benniena tal-iċċarġjar għandhom jiġu ttestjati għall-konsum tal-enerġija fil-modalità standby, bil-konfigurazzjonijiet tat-test li ġejjin:
|
7. |
Reżistenza għall-waqgħat inċidentali jew affidabbiltà tal-waqgħat liberi ripetuti titkejjel bl-għadd ta’ waqgħat mingħajr difett fit-test tal-waqgħat liberi ripetuti. It-testijiet tal-waqgħat liberi ripetuti għandhom isiru b’ħames unitajiet ta’ kull mudell għal kull każ tat-test applikabbli. Ir-reżistenza għall-waqgħat inċidentali hi l-għadd ta’ waqgħat li jkunu rnexxew f’mill-anqas erbgħa minn kull ħames unitajiet li jkunu qed jiġu ttestjati. L-għadd ta’ waqgħat għal kull unità għandu jiġi ddeterminat bil-kundizzjonijiet tat-test li ġejjin:
|
ANNESS IIIa
Metodi tranżizzjonali
Tabella 3
Referenzi u noti kwalifikanti għat-telefowns ċellulari, it-telefowns bla fili u l-islate tablets
Parametru |
Sors |
Metodu / Titlu tat-Test ta’ Referenza |
Noti |
||||||||||||||||||||||
Rekwiżiti taż-żarmar |
CEN |
EN 45554:2020 |
Elementi ta’ rbit: irreferi għat-Tabella A.1 tal-istandard Għodod: irreferi għat-Tabella A.2 tal-istandard, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament Ambjent tax-xogħol: irreferi għat-Tabella A.4 tal-istandard Livell tal-ħiliet: irreferi għat-Tabella A.5 tal-istandard |
||||||||||||||||||||||
Protezzjoni mill-partikoli u l-ilma |
IEC |
IEC 60529:1989/AMD2:2013/COR1:2019 |
Protezzjoni mit-trab u protezzjoni minn immersjoni fl-ilma sa metru (1m) fond: IP67; protezzjoni mill-ingress ta’ oġġetti barranin solidi akbar minn millimetru (1mm) u mit-titjir tal-ilma: IP44 |
||||||||||||||||||||||
Protezzjoni mit-tixrid inċidentali |
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Għandu jsir test tat-tixrid, billi jitħallew 220mL ta’ fluss ta’ ilma dejonizzat, bla ma tiġi applikata pressjoni addizzjonali, 5cm bogħod minn tarf tal-islate tablet (distanza bejn it-tarf tat-tazza fi stat inklinat sal-unità li qed tiġi ttestjata), u mbagħad jintuża xugaman tal-karta biex jixrob b’mod ġentili l-likwidu żejjed minn fuq l-islate tablet. L-islate tablet m’għandhiex tintuża għal 24 siegħa qabel l-ispezzjoni funzjonali (kif speċifikat hawn taħt). Il-proċedura għandha ssir għal kull tarf tat-tablet bl-iskrin ’il fuq. Kull darba, wara li tkun saret il-proċedura tat-test imsemmija hawn fuq, l-unità li tkun qed tiġi ttestjata trid tkun tiffunzjona mingħajr difetti, b’referenza partikolari għall-funzjonalitajiet li ġejjin, meta applikabbli:
|
||||||||||||||||||||||
Kapaċità nominali u durabbiltà tal-batterija f’ċikli |
CENELEC |
IEC EN 61960-3:2017 |
Id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli għandha titkejjel b'din is-sekwenza tat-test:
It-testijiet għandhom isiru b’sors tal-enerġija estern, li ma jillimitax l-ġbid tal-enerġija tal-batterija u li ma jħallix lill-algoritmu tal-iċċarġjar prestabbilit speċifikat jirregola r-rata taċ-ċarġ. |
||||||||||||||||||||||
Reżistenza għall-grif |
CEN |
EN 15771:2010 |
Ir-reżistenza għall-grif għandha tiġi ttestjata fuq iż-żona viżibbli tal-iskrin, mingħajr għatu protettiv fuq l-iskrin |
||||||||||||||||||||||
Kontenut riċiklat tal-prodott jew ta’ parti |
CEN |
EN 45557:2020 |
|
||||||||||||||||||||||
Dimensjonijiet fiżiċi standardizzati tal-batteriji rikarikabbli |
IEC |
IEC 60086-2:2015 |
|
||||||||||||||||||||||
Simulatur tal-istazzjon bażi għat-test tad-durabbiltà tal-batterija |
ETSI |
ETSI TR 125 914 - V16.0.0, il-kapitolu 9 |
|
||||||||||||||||||||||
Kundizzjonijiet ambjentali tat-test tad-durabbiltà tal-batterija |
ECMA |
ECMA 383 |
Temperatura ambjentali (23±5) °C, umdità relattiva 10% sa 80%, dawl ambjentali (250±50) Lux |
||||||||||||||||||||||
Reżistenza għall-waqgħat inċidentali |
IEC |
IEC 60068-2-31, Waqgħat ripetuti – Proċedura 2 |
It-telefowns ċellulari għandhom jiġu ttestjati għar-reżistenza għall-waqgħat inċidentali, minn metru (1m) għoli; it-test għandu jsir b’ħames (5) unitajiet wara xulxin u jkun suċċess jekk mill-inqas erba’ (4) unitajiet jgħaddu mit-test. |
||||||||||||||||||||||
Reżistenza taċ-ċiklu tal-għeluq tal-kuntatt |
ASTM |
ASTM-F1578-07 |
Il-buttuni għandhom jiġu ttestjati kif integrati fl-apparat. L-apparat innifsu jaġixxi bħala l-apparat tal-monitoraġġ tal-għeluq tal-kuntatt billi jirreaġixxi kif maħsub għal għafsa tal-buttuna. L-orjentazzjoni tas-sonda tat-test għandha tkun 90 grad għall-kampjun. Għall-buttuni tal-volum, il-kriterju japplika individwalment għall-parti li tgħolli l-volum u għall-parti li tbaxxi l-volum f’buttuna kkombinata. Kriterju ta’ falliment: L-apparat ma jirrispondix għall-għafsa tal-buttuna kif maħsub. Rapport tat-test skont ASTM-F1578-07 għajr għall-bidliet fil-karatteristiċi elettriċi. It-test għandu jsir b’unità waħda, li tista’ tkun l-istess għall-buttuni kollha jew unità waħda għal kull buttuna. |
||||||||||||||||||||||
Reżistenza taċ-ċiklu tal-inserzjoni/ estrazzjoni |
IEC, EIA |
EN ISO 62680-1-3 EIA-364-09D |
It-test għandu jsir b’rata ta’ 500 ± 50 ċiklu fis-siegħa u ma għandha ssir l-ebda ħsara fiżika lil xi parti tal-port tal-iċċarġjar; jekk l-apparat jinbiegħ b’kejbil tal-iċċarġjar, dan il-kejbil għandu jintuża; jekk l-apparat jinbiegħ mingħajr kejbil tal-iċċarġjar, il-kejbil għandu jiġi speċifikat mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat. It-test għandu jsir b’unità waħda. |
||||||||||||||||||||||
Rċik |
|
EN 45555:2019 |
Għandu jiġi kkalkolat bħala r-rata tar-riċiklabbiltà bbażata fuq il-massa, bix-xenarju ta’ referenza ta’ tmiem il-ħajja li ġej:
|
||||||||||||||||||||||
Kontenut ta’ materja prima kritika (CRM) |
|
EN 45558:2019 |
Irid jiġi applikat għad-deheb bl-istess approċċ bħal għas-CRMs |
||||||||||||||||||||||
Tħassir sigur |
NIST |
Guidelines for Media Sanitization, Pubblikazzjoni Speċjali NIST 800-88 - ir-Reviżjoni 1 |
|
ANNESS IV
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika definiti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-valuri dikjarati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew fl-interpretazzjoni ta’ dawk il-valuri, biex tinkiseb il-konformità jew biex b’xi mod ieħor tiġi komunikata prestazzjoni aħjar.
Meta mudell ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu mhux konformi.
Bħala parti mill-verifika tal-konformità ta’ mudell ta’ prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura li ġejja għar-rekwiżiti msemmija fl-Anness II:
1. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell skont il-punti 2(a), (b), (c) u (d), għajr għar-rekwiżit imsemmi fil-punt 1.2.1 tal-partijiet A u B tal-Anness II (reżistenza għall-waqgħat inċidentali), test li għandu jsir b’ħames unitajiet tal-mudell skont il-punt 2(e); u għajr għar-rekwiżit imsemmi fil-punt 1.2.4 tal-partijiet A u B u tal-punt 1.2.3 tal-parti D tal-Anness II (durabbiltà tal-batterija f’ċikli), test li għandu jsir b’ħames unitajiet tal-mudell skont il-punt 2(f). |
2. |
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
3. |
Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti (2)(a), (b), (c) jew (f) ma jinkisbux, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. |
4. |
Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(d) ma jinkisibx, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. |
5. |
Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(e) ma jinkisibx, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu ħames unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, l-unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti. |
6. |
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn l-unitajiet ittestjati skont il-punt 4, meta applikabbli, il-medja aritmetika tal-valuri determinati tkun konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 4. |
7. |
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk f’dawn il-ħames unitajiet ittestjati skont il-punt 5, meta applikabbli, ir-rata ta’ suċċess tkun konformi mal-valuri rispettivi mogħtija fit-Tabella 5. |
8. |
Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 6 u 7 ma jinkisbux, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. |
9. |
Meta tittieħed deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punt 3 jew 8 jew skont it-tieni paragrafu ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu stabbiliti fl-Anness III.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 4 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fit-tielet paragrafu għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness. Għall-parametri fit-Tabella 4, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f’xi metodu ieħor tal-kejl.
Tabella 4
Tolleranzi tal-verifika
Parametri |
Tolleranzi tal-verifika |
Konsum tal-enerġija fil-modalità standby man-network [W] u l-konsum tal-enerġija fil-modalità standby [W] |
Il-valur (1) determinat ma għandux ikun aktar minn 0,10W iżjed mill-valur dikjarat. |
Durabbiltà tal-batterija f’ċikli – konfigurazzjonijiet prestabbiliti [ċikli] |
Il-valur (1) determinat ma għandux ikun aktar minn 20 ċiklu inqas mill-valur dikjarat. |
Kapaċità nominali tal-batterija (Cnom [mAh]) |
Il-valur (1) determinat ma għandux ikun aktar minn 10% iżjed mill-valur dikjarat. |
Kapaċità tal-batterija li jifdal (%) |
Il-valur determinat (1) ma għandux ikun iżjed minn 2 punti perċentwali inqas mill-valur dikjarat. |
Klassifikazzjoni tal-protezzjoni ingressa (IPxx) |
Trid tiġi verifikata skont l-istandard imsemmi fl-Anness IIIa għal dan il-parametru. |
Protezzjoni mit-tixrid inċidentali |
Trid tiġi verifikata skont l-istandard imsemmi fl-Anness IIIa għal dan il-parametru. |
Tabella 5
Rati ta’ suċċess għar-reżistenza għall-waqgħat inċidentali
Parametri |
Tolleranzi tar-rata ta’ suċċess |
Reżistenza għall-waqgħat inċidentali |
Il-valur determinat li jikkorrispondi għall-valur dikjarat għandu jintlaħaq minn mill-inqas 80% tal-unitajiet ittestjati. |
(1) fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur determinat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri dikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.
ANNESS V
Parametri referenzjarji
Waqt id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq ġiet identifikata kif ġej:
It-telefowns ċellulari:
(1) |
reżistenza għall-waqgħat inċidentali: >100 waqgħa; >>100 waqgħa għall-apparati robusti; |
(2) |
ir-reżistenza għall-grif: 6; |
(3) |
il-klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress: IP68 (flimkien ma’ batterija sostitwibbli mill-utent); |
(4) |
id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli: 1 200 ċiklu. |
It-telefowns bla fili:
(5) |
it-telefowns bla fili fil-modalità standby bi stazzjon bażi: 0,4W; |
(6) |
it-telefowns bla fili fil-modalità standby b’benniena tal-iċċarġjar biss: < 0,05W; |
(7) |
il-klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress: IP65; |
(8) |
il-kompatibbiltà ma’ batteriji b’daqs standard: iva. |
L-islate tablets:
(9) |
ir-reżistenza għall-grif: 6; |
(10) |
il-klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress: IP68; |
(11) |
id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli: 1 000 ċiklu. |