This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1627
Commission Regulation (EU) 2023/1627 of 10 August 2023 amending Annex I to Regulation (EU) No 10/2011 as regards the authorisation of the substance bis(2-ethylhexyl)cyclohexane-1,4-dicarboxylate (FCM No 1079) (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1627 tal-10 ta’ Awwissu 2023 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tas-sustanza bis(2-etileżil)ċikloeżan-1,4-dikarbossilat (Nru FCM 1079) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1627 tal-10 ta’ Awwissu 2023 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tas-sustanza bis(2-etileżil)ċikloeżan-1,4-dikarbossilat (Nru FCM 1079) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/5281
ĠU L 201, 11.8.2023, pp. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1627
tal-10 ta’ Awwissu 2023
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tas-sustanza bis(2-etileżil)ċikloeżan-1,4-dikarbossilat (Nru FCM 1079)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (e) u (i) u l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (2) jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel. B’mod partikolari, l-Anness I ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ sustanzi awtorizzati li jistgħu jintużaw intenzjonalment fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel. |
(2) |
Fl-11 ta’ Diċembru 2019, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika favorevoli (3) dwar l-użu tas-sustanza bis(2-etileżil)ċikloeżan-1,4-dikarbossilat (“DEHCH”, Nru CAS 84731-70-4, Nru FCM 1079), bħala addittiv (plastifikant) fil-klorur tal-polivinil (PVC) sa 25 % w/w f’kuntatt ma’ ikel milwiem, aċiduż u b’livell baxx ta’ alkoħol għall-ħżin fit-tul f’temperatura ambjentali jew inqas (imkessaħ u ffriżat). Barra minn hekk, abbażi ta’ studju xjentifiku pprovdut lill-Awtorità, l-Awtorità kkonkludiet li s-sustanza ma tqajjimx tħassib dwar il-ġenotossiċità u nnotat li ma ġie osservat l-ebda effett avvers sal-ogħla doża ttestjata ta’ 1 000 mg/kg ta’ piż tal-ġisem (bw) kuljum fi studji dwar it-tossiċità b’doża ripetuta. Madankollu, minħabba l-inċertezza dwar il-potenzjal ta’ akkumulazzjoni tas-sustanza fil-bnedmin, ikkonkludiet li l-migrazzjoni tas-sustanza jenħtieġ li ma taqbiżx iż-0,05 mg/kg ta’ ikel, u li s-sustanza jenħtieġ li tintuża biss fil-PVC f’kuntatt mal-ikel, li għalih huma assenjati s-simulanti A (10 % etanol) u B (3 % aċidu aċetiku), f’temperatura ambjentali jew inqas. |
(3) |
Għalhekk jixraq li tiġi awtorizzata s-sustanza bis(2-etileżil)ċikloeżan-1,4-dikarbossilat. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).
(3) EFSA Journal 2020; 18(1):5973
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni numerika:
“1079 |
|
84731-70-4 |
bis(2-etileżil)ċikloeżan-1,4-dikarbossilat (DEHCH) |
iva |
le |
le |
0,05 |
|
Għandu jintuża biss bħala addittiv fil-klorur tal-polivinil (PVC) sa 25 % w/w f’temperatura ambjentali jew inqas f’kuntatt mal-ikel li għalih it-Tabella 2 tal-Anness III tassenja is-simulanti tal-ikel A jew B.” |
|