Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1572

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1572 tal-25 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 dwar l-introduzzjoni tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. fit-territorju tal-Unjoni, għajr dawk maħsuba għat-tħawwil, li joriġinaw f’ċerti reġjuni tal-Libanu

    C/2023/4911

    ĠU L 192, 31.7.2023, p. 12–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1572/oj

    31.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 192/12


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1572

    tal-25 ta’ Lulju 2023

    li jistabbilixxi deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 dwar l-introduzzjoni tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. fit-territorju tal-Unjoni, għajr dawk maħsuba għat-tħawwil, li joriġinaw f’ċerti reġjuni tal-Libanu

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 40(2) u 41(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 52 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1614 (3) awtorizzat lill-Istati Membri jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (4) rigward it-tuberi tas-Solanum tuberosum L., għajr dawk maħsuba għat-tħawwil, li joriġinaw mir-reġjuni ta’ Akkar u Bekaa tal-Libanu (“il-pjanti speċifikati”).

    (2)

    Fit-12 ta’ Jannar 2023, il-Libanu ressaq talba għal estensjoni tad-deroga, mogħtija bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1614, lil hinn mill-31 ta’ Marzu 2023.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) 2016/2031 issostitwixxa d-Direttiva 2000/29/KE, filwaqt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (5) issostitwixxa l-Annessi I sa V ta’ dik id-Direttiva.

    (4)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra għall-protezzjoni tat-territorju tal-Unjoni minn riskji fitosanitarji. Il-punt 17(a) u (b) tal-Anness VI ta’ dak ir-Regolament jipprojbixxi l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L., sakemm ma joriġinawx f’ċerti pajjiżi jew reġjuni terzi, jew fil-pajjiżi magħrufa li huma ħielsa mill-Clavibacter sepedonicus (“il-pest speċifikat”), jew li japplikaw regoli rikonoxxuti bħala ekwivalenti għar-regoli tal-Unjoni kontra dak il-pest.

    (5)

    Il-Libanu ppreżenta informazzjoni li r-reġjuni ta’ Akkar u Bekaa kienu ħielsa mill-pest speċifikat matul l-istaġuni tat-tkabbir tal-2020, l-2021 u l-2022. Dik l-informazzjoni turi li l-pjanti speċifikati jitkabbru fil-kundizzjonijiet fitosanitarji adegwati biex tiġi żgurata l-protezzjoni tat-territorju tal-Unjoni mill-pest speċifikat. Barra minn hekk, matul l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1614, ma nstabet l-ebda preżenza tal-pest speċifikat jew ta’ pesti tal-kwarantina oħra fl-Unjoni fuq il-pjanti speċifikati matul u wara l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li dik id-deroga terġa’ tingħata soġġetta għal ċerti rekwiżiti biex jiġi żgurat li l-ebda pest tal-kwarantina fl-Unjoni ma jkun preżenti fuq il-pjanti speċifikati meta jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni.

    (6)

    Jenħtieġ li l-pjanti speċifikati jitħallew jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni mill-postijiet tal-kontroll fuq il-fruntiera deżinjati biss, biex jiġu żgurati l-kontrolli effettivi u t-tnaqqis ta’ kwalunkwe riskju fitosanitarju.

    (7)

    Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ispezzjonijiet sabiex jiġu żgurati l-kontrolli tar-riskju fitosanitarju. Jenħtieġ li l-kampjunar u l-ittestjar tal-pjanti speċifikati fil-postijiet tal-kontroll fuq il-fruntiera jitwettqu sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni f’konformità mal-iskema tal-ittestjar eżistenti stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1194 (6), peress li dik l-iskema tikkonforma mal-istandards internazzjonali l-aktar aġġornati.

    (8)

    Jenħtieġ li l-pjanti speċifikati jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni biss jekk ikunu ttikkettati kif xieraq, b’mod partikolari biex tiġi indikata l-oriġini Libaniża u li l-pjanti speċifikati mhumiex għat-tħawwil. Dan huwa meħtieġ biex jiġi evitat li l-pjanti speċifikati jitħawlu u biex jiġu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tagħhom.

    (9)

    Minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kunflitti vjolenti interni, il-Libanu ma kellux ir-riżorsi kollha biex iwettaq valutazzjoni sħiħa tal-istatus tal-pest tar-reġjuni ta’ Akkar u Bekaa, u għalhekk jeħtieġ aktar żmien biex ilesti dik il-valutazzjoni. Għalhekk, billi dan ir-Regolament jindirizza riskju fitosanitarju partikolari li għadu ma ġiex ivvalutat bis-sħiħ, ir-rekwiżiti li jipprevedi jridu jkunu temporanji, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “pjanti speċifikati” tfisser tuberi tas-Solanum tuberosum L., għajr dawk maħsuba għat-tħawwil, li joriġinaw fir-reġjuni ta’ Akkar jew Bekaa tal-Libanu;

    (2)

    “pest speċifikat” tfisser il-Clavibacter sepedonicus (Spieckermann & Kotthoff 1914) Nouioui et al. 2018;

    (3)

    “żoni ħielsa mill-pesti” tfisser dawk iż-żoni ta’ Akkar jew Bekaa fil-Libanu li ġew uffiċjalment iddikjarati mill-organizzazzjoni Libaniża għall-protezzjoni tal-pjanti, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 4 dwar ir-rekwiżiti għall-istabbiliment taż-żoni ħielsa mill-pesti (7), li huma ħielsa mill-pest speċifikat, u kkomunikati mil-Libanu lill-Kummissjoni kull sena.

    Artikolu 2

    Deroga mill-projbizzjoni tal-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni

    B’deroga mill-punti 17, (a) u (b), tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, l-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni għandha tkun permessa soġġetta għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 7 ta’ dan ir-Regolament u fl-Anness tiegħu.

    Artikolu 3

    Ċertifikat fitosanitarju

    Il-pjanti speċifikati għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jinkludi, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali”, l-elementi li ġejjin:

    (a)

    id-dikjarazzjoni “F’konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1572”;

    (b)

    in-numru/i tal-lott li jikkorrispondi/u għal kull lott speċifiku esportat;

    (c)

    l-isem taż-żona ħielsa mill-pest tal-oriġini; u

    (d)

    l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-produttur(i) rreġistrat(i) msemmi(ja) fil-punt 3 tal-Anness.

    Artikolu 4

    Rekwiżiti għall-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni

    Il-pjanti speċifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    ġew ippreżentati għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni bħala lottijiet, kull lott magħmul mill-pjanti speċifikati prodotti minn produttur wieħed u maħsuda f’żona ħielsa mill-pest waħda;

    (b)

    kull lott tal-pjanti speċifikati ma jkunx fih aktar minn 1 % tal-piż nett tiegħu magħmul mill-ħamrija u mill-materjal għat-tkabbir; u

    (c)

    jiġu mċaqilqa fil-boroż, fil-pakketti jew f’kontenituri oħra, li kull wieħed minnhom ikun ittikkettat f’konformità mal-Artikolu 6.

    Artikolu 5

    Spezzjonijiet, kampjunar u ttestjar mill-Istati Membri

    1.   Fil-postijiet tal-kontroll fuq il-fruntiera jew f’punti oħra tal-kontroll, il-pjanti speċifikati għandhom ikunu soġġetti għall-verifiki fiżiċi u tal-identità stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu.

    2.   L-ispezzjonijiet viżwali, il-kampjunar u l-ittestjar bl-għan li jinsab u jiġi identifikat il-pest speċifikat għandhom jitwettqu fuq it-tuberi sintomatiċi u asintomatiċi tal-pjanti speċifikati, f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2022/1194.

    Kampjun għandu jkun magħmul minn tal-anqas 200 tuberu tal-pjanti speċifikati.

    F’każ li lott jaqbeż il-25 tunnellata, għandu jittieħed kampjun għal kull 25 tunnellata u kampjun ieħor għall-parti tal-lott li jifdal.

    3.   Matul it-twettiq tal-ispezzjonijiet viżwali, il-kampjunar u l-ittestjar msemmija fil-paragrafu 2, u sakemm joħorġu r-riżultati ta’ dawk it-testijiet, il-lottijiet kollha tal-kunsinna kkonċernata, u l-kunsinni l-oħrajn kollha li fihom lott li joriġina mill-istess żona ħielsa mill-pest u li jinsabu taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, għandhom jibqgħu taħt is-superviżjoni uffiċjali u ma għandhomx jiġu mċaqilqa jew użati.

    4.   Meta l-preżenza tal-pest speċifikat tiġi kkonfermata wara t-tlestija tal-ittestjar imsemmi fil-paragrafu 2, il-bqija tal-kampjuni u tal-materjali tal-pjanta speċifikata li jirriżultaw mit-testijiet għandhom jinżammu u jiġu kkonservati kif xieraq, u l-lott ikkonċernat ma għandux jiġi introdott fit-territorju tal-Unjoni. Il-bqija tal-lottijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2022/1194.

    Artikolu 6

    Tikkettar għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni

    1.   Il-pjanti speċifikati għandhom jiddaħħlu biss fit-territorju tal-Unjoni b’tikketta miktuba f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u li tinkludi l-elementi li ġejjin:

    (a)

    l-indikazzjoni: “Oriġini: Il-Libanu”;

    (b)

    l-isem taż-żona ħielsa mill-pest;

    (c)

    in-numru tal-identifikazzjoni tal-produttur;

    (d)

    in-numru tal-lott;

    (e)

    l-indikazzjoni “mhux għat-tħawwil”.

    2.   It-tikketta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun inħarġet mill-organizzazzjoni Libaniża għall-protezzjoni tal-pjanti jew minn operatur professjonist taħt is-superviżjoni uffiċjali ta’ dik l-organizzazzjoni.

    Artikolu 7

    Rimi tal-iskart

    L-iskart li jirriżulta mill-imballaġġ jew mill-ipproċessar tal-pjanti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni għandu jintrema mill-operaturi professjonisti b’tali mod li l-pest speċifikat ma jistax jiġi stabbilit u mifrux fit-territorju tal-Unjoni.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ u perjodu tal-applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika sal-31 ta’ Awwissu 2026.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

    (2)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

    (3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1614 tas-26 ta’ Settembru 2019 li tawtorizza lill-Istati Membri jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-patata, għajr il-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina mir-reġjuni ta’ Akkar u Bekaa tal-Libanu (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 85).

    (4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1194 tal-11 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi l-miżuri għall-qerda tal-Clavibacter sepedonicus (Spieckermann & Kotthoff 1914) Nouioui et al. 2018 u għall-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu (ĠU L 185, 12.7.2022, p. 47).

    (7)  Glossarju tat-Termini Fitosanitarji — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 4 “Requirements for the establishment of pest free areas” mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma, 2017.


    ANNESS

    Rekwiżiti fir-rigward tal-pjanti speċifikati li għandhom jiġu ssodisfati fil-Libanu msemmija fl-Artikolu 2

    1.   Żoni tal-produzzjoni

    Il-pjanti speċifikati kienu prodotti fiż-żoni ħielsa mill-pesti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2.

    2.   Stħarriġ taż-żoni ħielsa mill-pest

    Iż-żoni ħielsa mill-pest kienu soġġetti għall-istħarriġ annwali sistematiku u rappreżentattiv biex jiġi identifikat il-pest speċifikat, imwettaq mill-organizzazzjoni Libaniża għall-protezzjoni tal-pjanti matul it-tliet snin ta’ qabel il-produzzjoni u matulha.

    L-istħarriġ seħħ fis-siti tal-produzzjoni tal-pjanti speċifiċi li jinsabu fiż-żoni ħielsa mill-pest, u fuq il-pjanti speċifikati maħżuna f’dawk iż-żoni.

    L-istħarriġ ikkonsista minn dan li ġej:

    (a)

    l-ispezzjonijiet viżwali tas-siti tal-produzzjoni matul l-istaġun tat-tkabbir;

    (b)

    l-eżami viżwali tal-pjanti speċifikati maħsuda għas-sintomi tal-pest speċifikat fuq it-tuberi maqtugħin;

    (c)

    l-ittestjar fil-laboratorju fuq il-pjanti speċifikati sintomatiċi u asintomatiċi f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2022/1194.

    L-istħarriġ ma wera l-ebda sejba tal-pest speċifikat jew ta’ kwalunkwe evidenza oħra li tista’ tindika li ż-żona mhijiex ħielsa mill-pest.

    Ir-riżultati tal-istħarriġ tas-sena kalendarja preċedenti kienu sottomessi mill-organizzazzjoni Libaniża għall-protezzjoni tal-pjanti lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena.

    3.   Produtturi

    Il-pjanti speċifikati tkabbru minn produtturi rreġistrati mill-organizzazzjoni Libaniża għall-protezzjoni tal-pjanti.

    4.   Produzzjoni minn pjanti speċifikati ċċertifikati għat-tħawwil

    Il-pjanti speċifikati tkabbru minn pjanti għat-tħawwil iċċertifikati fl-Unjoni u importati minnha fil-Libanu jew iċċertifikati mill-organizzazzjoni Libaniża għall-protezzjoni tal-pjanti bħala ħielsa mill-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni.

    5.   Siti tal-produzzjoni

    Il-pjanti speċifikati tkabbru fis-siti tal-produzzjoni fejn l-ebda pjanta speċifikata, għajr dawk imsemmija fil-punt (4), ma tkabbru matul it-tliet snin preċedenti.

    6.   Immaniġġjar

    Il-pjanti speċifikati ġew trattati bl-użu tal-makkinarju li jintuża biss għall-immaniġġjar tal-pjanti speċifikati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (1) sa (5) jew, meta jkun intuża għal skopijiet oħra, ikun tnaddaf u ġie ddiżinfettat b’mod xieraq qabel l-immaniġġjar tal-pjanti speċifikati.

    7.   Ħżin

    Il-pjanti speċifikati nħażnu fil-faċilitajiet tal-ħżin, li jintużaw biss għall-ħżin tal-pjanti speċifikati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (1) sa (6) jew, meta jkunu ntużaw għal skopijiet oħra, ikunu ġew soġġetti għall-miżuri tal- iġjene xierqa qabel ma jintużaw għall-ħżin tal-pjanti speċifikati.

    8.   Testijiet qabel l-imballaġġ u l-esportazzjoni

    Kemm jista’ jkun qrib iż-żmien tal-esportazzjoni, u immedjatament qabel l-imballaġġ, it-tuberi tal-pjanti speċifikati, inklużi t-tuberi asintomatiċi, ġew soġġetti għat-testijiet li għandhom l-għan li jsibu u jidentifikaw il-preżenza tal-pest speċifikat, f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2022/1194, u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat.

    9.   Imballaġġ

    Il-materjal tal-imballaġġ użat għall-pjanti speċifikati kien ġdid jew ġie mnaddaf u diżinfettat.


    Top