Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1142

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1142 tad-9 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu importati skont ċerti kwoti tariffarji wara l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka

    C/2023/3683

    ĠU L 151, 12.6.2023, p. 5–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1142/oj

    12.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 151/5


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1142

    tad-9 ta’ Ġunju 2023

    li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu importati skont ċerti kwoti tariffarji wara l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni u jipprevedi regoli speċifiċi.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 (3) jistabbilixxi r-regoli għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni mfassla biex jintużaw skont l-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali (il-prinċipju “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”).

    (3)

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994, dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fuq ir-rati tal-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/912 (4), jemenda l-kwantitajiet ta’ prodotti li għandhom jiġu importati taħt xi kwoti tariffarji miftuħa favur l-Istati Uniti u xi kwoti tariffarji miftuħa għall-pajjiżi l-oħra kollha. Huma kkonċernati l-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni li ġejjin: 09.0035, 09.0040, 09.0041, 09.0055, 09.0056, 09.0059, 09.0070, 09.0073, 09.0083, 09.0089, 09.0093, 09.0094, 09.0123, 09.0147, 09.4002, 09.4038, 09.4116, 09.4123, 09.4127 u 09.4170.

    (4)

    Jenħtieġ li l-emendi li saru minn dak il-Ftehim jiġu riflessi fl-Annessi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988.

    (5)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 jiġu emendati skont dan.

    (6)

    Huma meħtieġa dispożizzjonijiet tranżizzjonali biex jiġi ċċarat kif għandhom jiġu ttrattati s-sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu bħala riżultat tal-emendi tal-kwantitajiet ta’ prodotti li għandhom jiġu importati taħt il-kwoti tariffarji kkonċernati. Dan jikkonċerna l-kwoti tariffarji li huma ġestiti f’perjodi maqsuma f’subperjodi. Dan jikkonċerna wkoll il-kwoti tariffarji li huma ġestiti f’konformità mal-prinċipju ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, meta l-emenda tal-kwantitajiet twassal għal żieda fil-kwantità ta’ kwota tariffarja li tkun ġiet eżawrita jew għal tnaqqis tal-kwantità disponibbli ta’ kwota tariffarja għall-prodotti li diġà ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761

    l-Annessi II, III, VIII, u X huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988

    l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    1.   Fir-rigward tal-emendi introdotti mill-Artikolu 1, meta l-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ kwota tariffarja partikolari jkun diġà beda fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, id-differenza bejn il-kwantità l-ġdida u l-kwantità diġà allokata għandha tkun disponibbli:

    (a)

    mill-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jekk il-perjodu tal-kwota tariffarja ma jkunx maqsum f’subperjodi;

    (b)

    skont ir-regoli speċifiċi applikabbli għal kull kwota tariffarja, jekk il-kwota tariffarja jkollha perjodu maqsum f’subperjodi.

    Jekk subperjodu wieħed jew aktar ikunu diġà skadew fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, id-differenza bejn il-kwantità l-ġdida disponibbli fis-subperjodi li tkun skadiet qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u l-kwantità effettivament allokata għandha tkun disponibbli mill-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Fir-rigward tal-emendi introdotti mill-Artikolu 2, id-differenza bejn il-kwantità l-ġdida u l-kwantità diġà rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tkun disponibbli mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    F’każ ta’ żieda fil-kwantità stabbilita fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988, jekk fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament il-perjodu rilevanti tal-kwota tariffarja jkun diġà beda u l-kwantità li kienet disponibbli qabel tkun ġiet eżawrita, id-differenza bejn il-kwantità l-ġdida u l-kwantità preċedenti għandha tiġi allokata lill-operaturi skont l-ordni kronoloġika tad-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. L-operaturi li importaw il-merkanzija tagħhom barra mill-kwota qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u li se jibbenefikaw mill-allokazzjoni tal-kwantità addizzjonali, għandhom jiġu rimborżati d-differenza bejn id-dazju diġà mħallas u d-dazju fil-kwota.

    F’każ ta’ tnaqqis fil-kwantità stabbilita fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988, jekk fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament il-perjodu rilevanti tal-kwota tariffarja jkun diġà beda u tkun diġà ġiet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera kwantità ogħla mill-kwantità l-ġdida tkun diġà ġiet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-operaturi ma għandhomx jintalbu jħallsu xi dazju addizzjonali għall-kwantitajiet fil-kwota importati li jaqbżu l-volumi l-ġodda disponibbli.

    Artikolu 4

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 1 għandu japplika għall-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni għal liċenzja li jibda wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 tal-11 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni f’konformità mal-prinċipju “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel” (ĠU L 422, 14.12.2020, p. 4).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/912tal-25 ta’ April 2023 dwar l-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tar-rati tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 1).


    ANNESS I

    L-Annessi I, II, III, VIII, u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati kif ġej:

    (1)

    fl-Anness I, ir-ringiela li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4170 titħassar;

    (2)

    fl-Anness II, fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4123, ir-ringiela “Kwantità f’kg”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità f’kg

    572 000 000  kg”

    (3)

    L-Anness III huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4116, ir-ringiela “Kwantità f’kg”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità f’kg

    1 910 000  kg, diviżi kif ġej:

    1 910 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju

    Trasferiment minn subperjodi preċedenti, għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu

    Trasferiment minn subperjodi preċedenti, għas-subperjodu mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru”

    (b)

    fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4127, ir-ringiela “Kwantità f’kg”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità f’kg

    25 772 000  kg, diviżi kif ġej:

    7 153 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

    11 466 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

    7 153 000  kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu

    Trasferiment minn subperjodi preċedenti, għas-subperjodu mill-1 ta’ Settembru sat-30 ta’ Settembru”

    (4)

    fl-Anness VIII, fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4002, ir-ringiela “Kwantità f’kg”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità f’kg

    10 500 000  kg tal-piż tal-prodott, diviż kif ġej: il-kwantità disponibbli għal kull subperjodu għandha tikkorrispondi ma’ wieħed minn tnax tal-kwantità totali”

    (5)

    L-Anness X huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4038, ir-ringiela “Kwantità f’kg”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità f’kg

    5 720 000  kg tal-piż tal-prodott, diviż kif ġej: 25 % għal kull subperjodu”

    (b)

    it-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4170 titħassar.


    ANNESS II

    L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    it-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur taċ-ċereali” hija emendata kif ġej:

    (a)

    fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0073, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    2 800 000  kg piż nett”

    (b)

    fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0089, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    1 732 000  kg piż nett”

    (c)

    fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0070, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    2 700 000  kg piż nett”

    (2)

    fit-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tar-ross”, fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0083, fir-ringiela “Kwantità”, il-kwantità hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    7 000 kg”

    (3)

    it-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-frott u l-ħxejjex” hija emendata kif ġej:

    (a)

    fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0094, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    472 000 kg”

    (b)

    fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0056, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    1 244 000  kg”

    (c)

    fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0059, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    647 000 kg”

    (d)

    fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0035, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    9 770 000  kg”

    (e)

    fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0040, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    151 000 kg”

    (f)

    fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0041, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    86 223 000  kg”

    (4)

    fit-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati”, fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0093, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    6 551 000  kg”

    (5)

    fit-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib”, fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0147, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    62 917 000  kg”

    (6)

    fit-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tal-majjal”, fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0123, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    4 786 000  kg”

    (7)

    fit-taqsima taħt l-intestatura “Kwoti tariffarji fis-settur ta’ prodotti oħra elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013”, fit-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0055, ir-ringiela “Kwantità”, hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità

    4 295 000  kg”


    Top