EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0944

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/944 tas-17 ta’ Jannar 2023 li jemenda u jikkoreġi l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ trasparenza applikabbli għal tranżazzjonijiet fi strumenti azzjonarji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/245

ĠU L 131, 16.5.2023, p. 1–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/944/oj

16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/944

tas-17 ta’ Jannar 2023

li jemenda u jikkoreġi l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ trasparenza applikabbli għal tranżazzjonijiet fi strumenti azzjonarji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 7(2), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 14(7), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 20(3), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 22(3), it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 23(3), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 (2), l-identifikazzjoni ta’ applikazzjoni inkonsistenti tad-dispożizzjonijiet li jiddependu fuq jekk tranżazzjoni tkunx li “ma tikkontribwix għall-formazzjoni tal-prezzijiet” jew le u filwaqt li jitqiesu l-bidliet fil-prattiċi kummerċjali minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u l-adattamenti tal-imġiba tal-parteċipanti fis-suq li jippermettu li l-informazzjoni tiġi ppubblikata bi skadenza iqsar, hemm bżonn li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament Delegat.

(2)

Il-kunċett ta’ tranżazzjonijiet li ma jikkontribwux għall-formazzjoni tal-prezzijiet, li huwa rilevanti għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni kummerċjali nnegozjata, l-obbligu tan-negozjar tal-ishma, kif ukoll l-eżenzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għal tranżazzjonijiet bilaterali, ġie interpretat b’mod differenti minn entitajiet taħt superviżjoni, li wassal biex il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar it-trasparenza ta’ wara n-negozjar tkun inkonsistenti. Biex jittejbu t-trasparenza, il-kwalità tad-data u fl-aħħar mill-aħħar tiġi ffaċilitata l-aggregazzjoni tad-data, hemm bżonn li jiġi ssimplifikat u ċċarat ir-reġim ta’ rapportar applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta’ ekwità. Biex tiġi evitata interpretazzjoni diverġenti, id-diversi dispożizzjonijiet li jiddependu fuq il-kunċett ta’ tranżazzjonijiet li ma jikkontribwux għall-formazzjoni tal-prezzijiet kemm fir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 kif ukoll fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (3), li jittratta r-rapportar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li jiġu allinjati. Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/590 fih it-tranżazzjonijiet kollha li għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti ta’ rapportar, u għalhekk jenħtieġ li t-tranżazzjonijiet separati fir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 jitneħħew.

(3)

L-allinjament tal-kunċett ta’ tranżazzjonijiet li ma jikkontribwux għall-formazzjoni tal-prezzijiet ma’ dak il-kunċett fir-Regolament Delegat (UE) 2017/590 jagħmel superfluwa d-definizzjoni ta’ “tranżazzjonijiet give-up” jew “tranżazzjonijiet give-in”, billi dik id-definizzjoni ntużat biss f’dispożizzjonijiet li jittrattaw dak il-kunċett. Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ “tranżazzjoni ta’ finanzjament tat-titoli” ma tintużax f’dak ir-Regolament Delegat. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk id-definizzjonijiet jitħassru.

(4)

Għalkemm it-trasparenza ta’ qabel in-negozjar fi strumenti azzjonarji u strumenti simili żdiedet minħabba l-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2017/587, il-livell ta’ trasparenza f’ħin reali ta’ qabel in-negozjar għadu baxx għall-fondi nnegozjati fil-borża (ETFs). Din hija konsegwenza ta’ perċentwal sinifikanti ta’ tranżazzjonijiet tal-ETF, kemm f’termini tal-għadd ta’ tranżazzjonijiet kif ukoll tal-volum innegozjat, li bħalissa jibbenefikaw minn eżenzjoni, b’mod partikolari l-eżenzjoni fuq dimensjonijiet kbar kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Għalhekk, l-objettiv ta’ dak ir-Regolament li tiżdied it-trasparenza fis-suq tal-ETF ma ntlaħaqx kompletament. Għalhekk, biex tiżdied it-trasparenza f’ħin reali ta’ qabel in-negozjar fl-ETF, hemm bżonn li jiżdied il-limitu ta’ trasparenza fuq dimensjonijiet kbar ta’ qabel in-negozjar applikabbli għall-ETFs. Iż-żieda tal-livell limitu se tiżgura li aktar tranżazzjonijiet fl-ETFs ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar f’ħin reali filwaqt li tiggarantixxi biżżejjed protezzjoni kontra l-impatt fuq il-prezzijiet għal ordnijiet kbar.

(5)

Bl-istess mod, il-livell ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għall-ETFs għadu baxx, u l-proporzjon tal-pubblikazzjoni differita tat-tranżazzjonijiet fl-ETF għadu ogħla sew minn dak għal ishma u strumenti azzjonarji oħra. Biex jiġi żgurat li aktar tranżazzjonijiet fl-ETFs ikunu soġġetti għal rekwiżit ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar f’ħin reali, hemm bżonn li jiżdied id-daqs kwalifikanti minimu ta’ tranżazzjonijiet f’ETFs li huma intitolati għal differiment ta’ 60 minuta. Dik iż-żieda fil-livell limitu tirrifletti l-bilanċ it-tajjeb bejn iż-żieda fit-trasparenza f’ħin reali u l-iżgurar ta’ protezzjoni suffiċjenti kontra l-konsegwenzi negattivi potenzjali ta’ ordnijiet viżibbli kbar.

(6)

Il-parteċipanti fis-suq kienu qed jinterpretaw ir-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għal sistemi ta’ negozjar ibridi b’mod differenti, li rriżulta f’inkonsistenza fit-trasparenza ta’ qabel in-negozjar divulgata mill-operaturi ta’ sistemi bħal dawn. Is-sistemi ibridi huma sistemi li jikkombinaw żewġ sistemi ta’ negozjar jew aktar. Biex jiġi żgurat li dawn l-operaturi jiddivulgaw informazzjoni adegwata dwar it-trasparenza ta’ qabel in-negozjar b’mod konsistenti madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għal sistemi ta’ negozjar ibridi li jiggarantixxu li r-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar ikunu allinjati ma’ dawk tas-sistemi individwali li minnhom tikkonsisti s-sistema ibrida.

(7)

L-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, bħal żieda fl-użu ta’ sistemi b’latenza iqsar, jippermettu li l-parteċipanti fis-suq jipprovdu informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet aktar kmieni. Meta jitqies dan, il-possibbiltà li l-informazzjoni ta’ wara n-negozjar differita tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn nofsinhar tal-jum ta’ negozjar li jmiss għal tranżazzjonijiet eżegwiti inqas minn sagħtejn qabel tmiem il-jum ta’ negozjar hija twila bla bżonn. Biex tiġi żgurata l-pubblikazzjoni f’waqtha tal-informazzjoni ta’ wara n-negozjar, huwa għalhekk meħtieġ li dan il-perjodu jitnaqqas għal mhux aktar tard mid-9 a.m. tal-ħin lokali tal-jum ta’ negozjar li jmiss.

(8)

Iċ-ċentri tan-negozjar, l-arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati (approved publication arrangements, APAs) u d-ditti tal-investiment ma jinterpretawx ir-rekwiżiti relatati mad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-trasparenza ta’ wara n-negozjar lill-pubbliku u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u lill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tal-kalkoli tat-trasparenza b’mod konsistenti. B’riżultat ta’ dan, tali informazzjoni hija inkompleta, mhux preċiża jew inkonsistenti. Dan idgħajjef il-potenzjal ta’ użu ta’ tali informazzjoni u l-kwalità u l-preċiżjoni tal-kalkoli tat-trasparenza bbażati fuq id-data ppreżentata. Biex tiġi promossa l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar madwar l-Unjoni, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi speċifikat aktar il-kontenut tat-talbiet għad-data, u b’mod partikolari d-dettalji li għandhom jiġu divulgati miċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u l-fornituri ta’ tapes konsolidati meta jirrapportaw data ta’ referenza u data kwantitattiva lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti.

(9)

Għalhekk jenħtieġ, li r-Regolament Delegat (UE) 2017/587 jiġi emendat skont dan.

(10)

Biex iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u d-ditti tal-investiment ikunu jistgħu jimplimentaw il-bidliet meħtieġa fis-sistemi tagħhom, jenħtieġ li ċerti emendi introdotti b’dan ir-Regolament jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024. Biex jiġu ggarantiti ċ-ċertezza tad-dritt u l-kontinwità għat-tranżazzjonijiet eżegwiti qabel l-1 ta’ Jannar 2024 iżda li jiġu ppubblikati jew emendati wara dik id-data, jenħtieġ li l-Artikoli 2, 6 u 13 u l-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/587 kif applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2023 ikomplu japplikaw għal dawk it-tranżazzjonijiet.

(11)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(12)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2017/587

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jitħassru l-punti (2) u (3);

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti minn (d) sa (i) jitħassru;

(b)

jiżdied il-punt (j) li ġej:

“(j)

it-tranżazzjoni ma tikkostitwix tranżazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 f’konformità mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (*1).

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 449).”;"

(3)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti minn (d) sa (i) jitħassru;

(b)

jiżdied il-punt (k) li ġej;

“(k)

it-tranżazzjoni ma tikkostitwix tranżazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 f’konformità mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.”;

(4)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Ordni fir-rigward ta’ ETF għandha titqies bħala ta’ dimensjoni kbira meta l-ordni tkun EUR 3 000 000 jew aktar.”;

(5)

fl-Artikolu 13, il-punti (b) (c) u (d) jitħassru;

(6)

fl-Artikolu 15(3), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

mhux aktar tard mill-ftuħ tal-jum ta’ negozjar li jkun imiss tal-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità għal tranżazzjonijiet mhux koperti fil-punt (a).”;

(7)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-suq u d-ditti ta’ investiment, inklużi d-ditti ta’ investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jużaw l-informazzjoni ppubblikata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 4(1) u l-punti (2) u (4) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għall-perjodu bejn l-ewwel Tnejn ta’ April tas-sena li fiha l-informazzjoni tiġi ppubblikata u l-jum qabel l-ewwel Tnejn ta’ April tas-sena ta’ wara.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:

“6.   Meta l-ESMA jew l-awtoritajiet kompetenti jkunu jeħtieġu informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, iċ-ċentri tan-negozjar, l-APAs u s-CTPs għandhom jipprovdu tali informazzjoni f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

7.   Meta d-daqs tan-negozjar iddeterminat għall-finijiet tal-Artikolu 7(1) u (2), l-Artikolu 8(2), il-punt (a), l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 15(1) ikun espress f’valur monetarju u l-istrument finanzjarju ma jkunx denominat f’euro, id-daqs tan-negozjar għandu jiġi kkonvertit għall-munita li fiha jkun denominat l-istrument finanzjarju billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ta’ referenza tal-euro tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti.”;

(8)

L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(9)

L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(10)

It-test stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness IV.

Artikolu 2

Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) 2017/587

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

l-arranġament huwa konformi mal-arranġamenti tekniċi ekwivalenti għal dawk speċifikati għal arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati (APA) fl-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/571 li jiffaċilita l-konsolidazzjoni tad-data b’data simili minn sorsi oħra;”;

(2)

L-Artikolu 18 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 18

Referenza għall-awtoritajiet kompetenti

(L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

L-awtorità kompetenti għal strument finanzjarju speċifiku responsabbli biex jagħmel il-kalkoli u jiggarantixxi l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 4, 7, 11 u 17 għandha tkun l-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u speċifikat fl-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.”.

Artikolu 3

Dispożizzjoni tranżizzjonali

L-Artikoli 2, 6 u 13 u l-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/587 kif applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2023 għandhom ikomplu japplikaw għal tranżazzjonijiet eżegwiti qabel l-1 ta’ Jannar 2024.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (2), (3), (5) u (8) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta’ trasparenza għall-ċentri tan-negozjar u ditti ta’ investiment fir-rigward ta’ ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn u dwar obbligi ta’ eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fir-rigward ta’ ċerti ishma f’ċentru tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 387).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta’ Lulju 2016 jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 449).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/587 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Tabella 1 tinbidel b’din li ġejja:

Tabella 1

Deskrizzjoni tat-tip ta’ sistemi ta’ negozjar u l-informazzjoni relatata li għandha ssir pubblika f’konformità mal-Artikolu 3

Ringiela

Tip ta’ sistema ta’ negozjar

Deskrizzjoni tas-sistema ta’ negozjar

Informazzjoni li għandha ssir pubblika

1

Sistema ta’ negozjar b’irkanti kontinwi permezz ta’ ktieb tal-ordnijiet

Sistema li permezz ta’ ktieb tal-ordnijiet u algoritmu għan-negozjar li taħdem mingħajr intervent uman tqabbel l-ordnijiet tal-bejgħ mal-ordnijiet tax-xiri fuq il-bażi tal-aħjar prezz disponibbli fuq bażi kontinwa.

L-għadd aggregat ta’ ordnijiet u ishma, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra li jirrappreżentaw f’kull livell ta’ prezz għal mill-inqas l-aħjar ħames livelli ta’ prezzijiet ta’ xiri u ta’ bejgħ.

2

Sistema ta’ negozjar ibbażata fuq il-kwotazzjonijiet

Sistema li fiha t-tranżazzjonijiet jiġu konklużi fuq il-bażi ta’ kwotazzjonijiet sodi li jitqiegħdu kontinwament għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti, li teħtieġ li l-ġeneraturi tas-suq iżommu l-kwotazzjonijiet f’daqs li jibbilanċja l-ħtiġiet tal-membri u tal-parteċipanti biex jagħmlu negozju fi kwantitajiet kummerċjali u bir-riskju li għalih jesponi ruħu l-ġeneratur tas-suq.

L-aqwa prezz ta’ xiri u bejgħ ta’ kull ġeneratur tas-suq f’ishma, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra nnegozjati f’sistema ta’ negozju, flimkien mal-volumi marbuta ma’ dawk il-prezzijiet. Il-kwotazzjonijiet li jsiru pubbliċi għandhom ikunu dawk li jirrappreżentaw impenji vinkolanti biex jinxtraw u jinbiegħu l-istrumenti finanzjarji u li jindikaw il-prezz u l-volum ta’ strumenti finanzjarji li l-ġeneraturi tas-suq irreġistrati jkunu lesti jbigħu jew jixtru. Madankollu, f’kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-swieq, jistgħu jkunu permessi prezzijiet indikattivi, jew ta’ xiri jew ta’ bejgħ biss, għal perjodu limitat.

3

Sistema ta’ negozjar bi rkant perjodiku

Sistema li tqabbel l-ordnijiet fuq il-bażi ta’ rkant perjodiku u algoritmu ta’ negozjar imħaddma mingħajr l-intervent uman.

Il-prezz li bih is-sistema tan-negozjar bi rkant tissodisfa bl-aħjar mod l-algoritmu tan-negozjar tagħha fir-rigward tal-ishma, r-riċevuti depożitarji, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra nnegozjati f’sistema ta’ negozjar u l-volum li potenzjalment jista’ jitwettaq b’dak il-prezz mill-parteċipanti f’dik is-sistema.

4

Sistema ta’ talba għal kwotazzjoni

Sistema ta’ negozjar meta kwotazzjoni jew kwotazzjonijiet jingħataw bi tweġiba għal talba għal kwotazzjoni ppreżentata minn membru jew parteċipant jew iktar. Il-kwotazzjoni hija eżegwibbli biss mill-membru jew mill-parteċipant li jagħmel it-talba. Il-membru jew il-parteċipant li jagħmel it-talba jista’ jikkonkludi tranżazzjoni billi jaċċetta l-kwotazzjoni jew il-kwotazzjonijiet li jingħatawlu fuq il-bażi ta’ talba.

Il-kwotazzjonijiet u l-volumi mehmuża minn kull membru jew parteċipant li, jekk jiġu aċċettati, jwasslu għal tranżazzjoni skont ir-regoli tas-sistema. Il-kwotazzjonijiet kollha ppreżentati bi tweġiba għal talba għal kwotazzjoni jistgħu jiġu ppubblikati fl-istess ħin, iżda mhux iktar tard minn meta jsiru eżegwibbli.

5

Sistema ta’ negozjar ibrida

Sistema li taqa’ f’żewġ t-tipi ta’ sistemi ta’ negozjar jew aktar imsemmija fir-ringieli minn 1 sa 4 ta’ din it-Tabella.

Għal sistemi ibridi li jikkombinaw sistemi ta’ negozjar differenti fl-istess ħin, ir-rekwiżiti jikkorrispondu għar-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar applikabbli għal kull tip ta’ sistema ta’ negozjar li tifforma s-sistema ibrida.

Għal sistemi ibridi li sussegwentement jikkombinaw żewġ sistemi ta’ negozjar jew aktar, ir-rekwiżiti jikkorrispondu għar-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar applikabbli għas-sistema ta’ negozjar rispettiva mħaddma f’mument partikolari

6

Kull sistema oħra ta’ negozjar

Kull tip ieħor ta’ sistema ta’ negozjar mhux koperta mir-ringieli minn 1 sa 5.

Informazzjoni adegwata rigward il-livell tal-ordnijiet jew kwotazzjonijiet u tal-interess tan-negozjar fir-rigward ta’ ishma, riċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra nnegozjati f’sistema ta’ negozjar; b’mod partikolari, jekk il-karatteristiċi tal-formazzjoni tal-prezz jippermettu, l-aqwa ħames livelli ta’ prezzijiet ta’ xiri u ta’ bejgħ u/jew il-kwotazzjoni bidirezzjonali ta’ kull ġeneratur tas-suq.”

(2)

It-Tabelli 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:

Tabella 3

Lista ta’ dettalji għall-fini ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar

#

Identifikatur tal-kamp

Deskrizzjoni u dettalji li jridu jiġu ppubblikati

Tip ta’ post tal-eżekuzzjoni jew tal-pubblikazzjoni

Format li għandu jimtela kif definit fit-Tabella 2

1

Id-data u l-ħin tan-negozjar

Id-data u l-ħin meta ġiet eżegwita t-tranżazzjoni.

Għal tranżazzjonijiet li jitwettqu f’ċentru tan-negozjar, il-livell ta’ dettall għandu jkun f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

Għat-tranżazzjonijiet mhux eżegwiti f’ċentru tan-negozjar, id-data u l-ħin meta l-partijiet jiftiehmu l-kontenut ta’ dawn il-kampi li ġejjin: il-kwantità, il-prezz, il-muniti, kif speċifikati fil-kampi 31, 34 u 44 kif speċifikat fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istrument, il-klassifikazzjoni tal-istrument u l-kodiċi tal-istrument sottostanti, meta applikabbli. Għat-tranżazzjonijiet mhux eżegwiti f’ċentru tan-negozjar il-ħin irrappurtat għandu jkun preċiż għal mill-inqas l-eqreb sekonda.

Meta t-tranżazzjoni tirriżulta minn ordni trażmessa mill-kumpanija ta’ eżekuzzjoni f’isem klijent lil terza persuna f’każ meta l-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590 ma jkunux ġew issodisfati, din għandha tkun id-data u l-ħin tat-tranżazzjoni pjuttost milli l-ħin tat-trażmissjoni tal-ordni.

Suq Regolat (SR)

Faċilità Multilaterali tan-Negozjar (Multilateral Trading Facility, MTF)

Arranġament ta’ Pubblikazzjoni Approvat (APA)

Fornitur ta’ tape konsolidat (Consolidated tape provider, CTP)

{DATE_TIME_FORMAT}

2

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istrument

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju.

RM, MTF, APA, CTP

{ISIN}

3

Prezz

Il-prezz ta’ negozjar tat-tranżazzjoni ħlief, meta applikabbli, il-kummissjoni u l-imgħax dovut.

Meta l-prezz ikun irrapportat f’termini monetarji, dan għandu jingħata fl-unità tal-munita prinċipali.

Meta l-prezz ma jkunx attwalment disponibbli iżda pendenti (pending, ‘PNDG’) jew mhux applikabbli (not applicable, ‘NOAP’), dan il-kamp ma għandux jimtela.

RM, MTF, APA, CTP

{DECIMAL-18/13} meta l-prezz jiġi espress bħala valur monetarju fil-każ ta’ ekwità u strumenti finanzjarji li jixbħu l-ekwità

{DECIMAL-11/10} meta l-prezz jiġi espress bħala perċentwal jew rendiment fil-każ ta’ ċertifikati u strumenti finanzjarji oħra simili għal ekwità

4

Prezz Nieqes

Meta l-prezz ma jkunx attwalment disponibbli iżda pendenti, il-valur għandu jkun ‘PNDG’.

Meta l-prezz ma jkunx applikabbli l-valur għandu jkun ‘NOAP’.

RM, MTF, APA, CTP

‘PNDG’ fil-każ li l-prezz ma jkunx disponibbli

‘NOAP’ fil-każ li l-prezz ma jkunx applikabbli

5

Il-munita tal-prezz

Il-munita prinċipali li biha jiġi espress il-prezz (applikabbli jekk il-prezz ikun espress bħala valur monetarju).

RM, MTF APA, CTP

{CURRENCYCODE_3}

6

Notazzjoni tal-prezz

Indikazzjoni dwar jekk il-prezz huwiex espress f’valur monetarju, f’perċentwal jew f’rendiment.

RM, MTF APA, CTP

‘MONE’ — Valur monetarju

fil-każ ta’ ekwità u strumenti finanzjarji simili għal ekwità

‘PERC’ — Perċentwal

fil-każ ta’ ċertifikati u strumenti finanzjarji oħra li jixbhu l-ekwità

‘YIEL’ — Rendiment

fil-każ ta’ ċertifikati u strumenti finanzjarji oħra li jixbhu l-ekwità

‘BAPO’ — Punti bażi

fil-każ ta’ ċertifikati u strumenti finanzjarji oħra li jixbhu l-ekwità

7

Kwantità

Għadd ta’ unitajiet tal-istrumenti finanzjarji.

Il-valur nominali jew monetarju tal-istrument finanzjarju.

RM, MTF, APA, CTP

{DECIMAL-18/17} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala għadd ta’ unitajiet

{DECIMAL-18/5} fil-każ li l-kwantità tiġi espressa bħala valur monetarju jew nominali

8

Ċentru tal-eżekuzzjoni

L-identifikazzjoni tas-sit fejn ġiet eżegwita t-tranżazzjoni.

Uża l-MIC tas-segment tas-suq ISO 10383 għal tranżazzjonijiet eżegwiti f’ċentru tan-negozjar tal-UE. Meta s-segment MIC ma jkunx jeżisti, uża l-MIC operattiv.

Uża ‘SINT’ għal strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew innegozjati f’ċentru tan-negozjar, meta t-tranżazzjoni f’dak l-istrument finanzjarju tiġi eżegwita permezz ta’ Internalizzatur Sistematiku.

Uża kodiċi MIC ‘XOFF’ għal strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew innegozjati f’ċentru tan-negozjar, f’każ li t-tranżazzjoni f’dak l-istrument finanzjarju la hija eżegwita f’ċentri tan-negozjar: tal-UE u lanqas permezz ta’ internalizzatur sistematiku. Jekk it-tranżazzjoni tiġi eżegwita fuq pjattaforma organizzata tan-negozjar barra mill-UE, allura jkun hemm bżonn ukoll il-popolazzjoni tal-kamp ‘Ċentru ta’ eżekuzzjoni ta’ pajjiż terz’ flimkien mal-kodiċi MIC ‘XOFF’.

RM, MTF, APA, CTP

{MIC} – ċentri tan-negozjar tal-UE jew

‘SINT’ — internalizzatur sistematiku

‘XOFF’ — ieħor

9

Ċentru tan-negozjar ta’ eżekuzzjoni ta’ pajjiż terz

L-identifikazzjoni taċ-ċentru ta’ negozjar tal-pajjiż terz fejn ġiet eżegwita t-tranżazzjoni. Uża l-MIC tas-segment tas-suq ISO 10383. Meta s-segment MIC ma jkunx jeżisti, uża l-MIC operattiv.

Meta t-tranżazzjoni ma tiġix eżegwita f’ċentru tan-negozjar ta’ pajjiż terz, il-kamp ma għandux jimtela.

APA, CTP

{MIC}

10

Id-data u l-ħin tal-pubblikazzjoni

Id-data u l-ħin meta t-tranżazzjoni ġiet ippubblikata minn ċentru tan-negozjar jew minn APA.

Għal tranżazzjonijiet li jitwettqu f’ċentru tan-negozjar, il-livell ta’ dettall għandu jkun f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/574.

Għat-tranżazzjonijiet mhux eżegwiti f’ċentru tan-negozjar, id-data u l-ħin għandhom ikunu preċiżi sa mill-inqas l-eqreb sekonda.

RM, MTF, APA, CTP

{DATE_TIME_FORMAT}

11

Post tal-Pubblikazzjoni

Il-kodiċi użat sabiex jiġi identifikat il-post tan-negozjar jew l-APA li tippubblika t-tranżazzjoni.

CTP

ċentru tan-negozjar: {MIC}

APA: Il-MIC tas-segment tas-suq ISO 10383 (erba’ karattri) meta disponibbli. Inkella, kodiċi b’erba’ karattri kif ippubblikat fil-lista tal-fornituri tas-servizzi tar-rappurtar tad-data fis-sit elettroniku tal-ESMA.

12

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni

Kodiċi alfanumeriku assenjat miċ-ċentri tan-negozjar (skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 (1)) u mill-APAs u użat f’kull referenza sussegwenti għan-negozjar speċifiku.

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull MIC tas-segment tas-suq ISO 10383 u għal kull jum ta’ negozjar. Meta ċ-ċentru tan-negozjar ma jużax MICs tas-segment, il-kodiċi tal-identifikazzjoni ta’ tranżazzjoni għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull MIC operativ għal kull jum ta’ negozjar.

Meta l-APA ma jużax MICs, għandu jkun uniku, konsistenti u persistenti għal kull kodiċi b’erba’ karattri użati biex jidentifikaw l-APA għal kull jum ta’ negozjar.

Il-komponenti tal-kodiċi tal-identifikazzjoni ta’ tranżazzjoni ma għandhomx jiżvelaw l-identità tal-kontropartijiet tat-tranżazzjoni li għaliha l-kodiċi jkun qiegħed jinżamm

RM, MTF, APA, CTP

{ALPHANUM-52}


Tabella 4

Lista ta’ indikaturi għall-fini ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar

Indikatur

Isem

Tip ta’ post tal-eżekuzzjoni jew tal-pubblikazzjoni

Deskrizzjoni

‘BENC’

Indikatur ta’ tranżazzjonijiet ta’ riferiment

RM, MTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet eżegwiti b’referenza għal prezz li huwa kkalkulat fuq diversi istanzi ta’ żmien f’konformità mal-parametru referenzjarju partikolari, bħalma huwa l-prezz medju ponderat skont il-volum jew il-prezz medju skont il-ħin.

‘NPFT’

Indikatur ta’ tranżazzjonijiet li ma jikkontribwux għall-formazzjoni tal-prezzijiet

RM, MTF

CTP

Tranżazzjonijiet li ma jikkontribwux għall-formazzjoni tal-prezzijiet kif stabbilit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/590.

‘PORT’

Indikatur ta’ tranżazzjonijiet tal-portafoll

RM, MTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet f’ħames strumenti finanzjarji differenti jew aktar, meta dawn it-tranżazzjonijiet ikunu nnegozjati fl-istess ħin mill-istess klijent u bħala lott uniku kontra prezz ta’ referenza speċifiku.

‘CONT’

Indikatur ta’ tranżazzjonijiet kontinġenti

RM, MTF

APA

CTP

It-tranżazzjonijiet li jkunu kontinġenti fuq ix-xiri, il-bejgħ, il-ħolqien jew it-tifdija ta’ kuntratt derivattiv jew strument finanzjarju ieħor meta l-għan ikun li l-komponenti kollha tan-negozjar jiġu eżegwiti bħala lott uniku.

‘ACTX’

Indikatur ta tranżazzjonijiet tat-tip agency cross

APA

CTP

Tranżazzjonijiet meta ditta tal-investiment tkun ġabret flimkien l-ordnijiet tal-klijenti u x-xiri u l-bejgħ isiru bħala tranżazzjoni waħda li tinvolvi l-istess volum u prezz.

‘SDIV’

Indikatur ta’ tranżazzjoni ta’ dividend speċjali

RM, MTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet li huma jew: eżegwiti matul il-perjodu ex-dividend meta d-dividend jew forma oħra ta’ distribuzzjoni tkun dovuta lix-xerrej minflok lil bejjiegħ; jew eżegwiti matul il-perjodu cum-dividend meta d-dividend jew forma oħra ta’ distribuzzjoni tkun dovuta lill-bejjiegħ minflok lix-xerrej.

‘LRGS’

Indikatur ta’ tranżazzjoni ta’ dimensjoni kbira ta’ wara n-negozjar

RM, MTF

APA

CTP

Tranżazzjonijiet li huma ta’ dimensjoni kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq li għalihom il-pubblikazzjoni differita hija permessa skont l-Artikolu 15.

‘RFPT’

Indikatur ta’ tranżazzjoni tal-prezz ta’ referenza

RM, MTF

CTP

Tranżazzjonijiet li huma eżegwiti skont sistemi li joperaw f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

‘NLIQ’

Indikatur ta’ tranżazzjoni nnegozjata fi strumenti finanzjarji likwidi

RM, MTF

CTP

Tranżazzjonijiet eżegwiti f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (b)(i) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

‘OILQ’

Indikatur ta’ tranżazzjoni nnegozjata fi strumenti finanzjarji illikwidi

RM, MTF

CTP

Tranżazzjonijiet eżegwiti f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (b)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

‘PRIC’

Indikatur ta’ tranżazzjoni nnegozjata suġġetta għal kundizzjonijiet oħrajn għajr il-prezz kurrenti tas-suq

RM, MTF

CTP

Tranżazzjonijiet eżegwiti f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (b)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u kif stabbilit fl-Artikolu 6.

‘ALGO’

Indikatur ta’ tranżazzjoni ta’ algoritmu

RM, MTF

CTP

Tranżazzjonijiet eżegwiti bħala riżultat meta ditta ta’ investiment tipprattika negozjar algoritmiku kif iddefinit fl-Artikolu 4(1), il-punt (39) tad-Direttiva 2014/65/UE.

‘SIZE’

Indikatur ta’ tranżazzjoni ogħla mid-daqs standard tas-suq

APA

CTP

Tranżazzjonijiet eżegwiti permezz ta’ internalizzatur sistematiku meta d-daqs tal-ordni li jmiss tkun ogħla mid-daqs standard tas-suq kif stabbilit f’konfomrità mal-Artikolu 11.

‘ILQD’

Indikatur ta’ tranżazzjoni ta’ strument illikwidu

APA

CTP

Tranżazzjonijiet fi strumenti illikwidi kif determinat f’konformità mal-Artikoli minn 1 sa 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 (2) eżegwiti permezz ta’ internalizzatur sistematiku.

‘RPRI’

Indikatur ta' tranżazzjonijiet li jkunu rċevew titjib fil-prezz

APA

CTP

Tranżazzjonijiet eżegwiti permezz ta’ internalizzatur sistematiku b’titjib tal-prezz f’konformità mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

‘CANC’

Indikatur ta’ kanċellazzjoni

RM, MTF

APA

CTP

Meta tranżazzjoni li tkun diġà ġiet ippubblikata tiġi kkanċellata

‘AMND’

Indikatur ta’ emenda

RM, MTF

APA

CTP

Meta tranżazzjoni li tkun diġà ġiet ippubblikata tiġi emendata

‘DUPL’

Indikatur ta’ rapporti duplikati ta’ negozjar

APA

Meta tranżazzjoni tiġi rrappurtata lil aktar minn APA wieħed f’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/571.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/580 tal-24 ta’ Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għaż-żamma tad-data rilevanti dwar l-ordnijiet fl-istrumenti finanzjarji (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 193).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjonijiet, it-trasparenza, il-kompressjoni ta’ portafolli u l-miżuri superviżorji fuq l-intervent fuq prodotti u pożizzjonijiet (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 90).”


ANNESS II

Fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2017/587, it-Tabella 5 tinbidel b’dan li ġej:

Tabella 5

Il-limiti ta’pubblikazzjoni differita u dewmien għall-EFTs

Id-daqs minimu biex tranżazzjoni tikkwalifika għad-dewmien permess f’EUR

Iż-żmien tal-pubblikazzjoni wara t-tranżazzjoni

15 000 000

60 minuta

50 000 000

Tmiem il-jum tan-negozjar”


ANNESS III

“ANNESS IV

Data li għandha tiġi pprovduta biex jiġi ddeterminat is-Suq l-Aktar Rilevanti f’termini ta’ likwidità, l-ADT u tal-AVT

Tabella 1

Tabella ta’ simboli

Simbolu

Tip ta’ Data

Definizzjoni

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kamp għat-test liberu

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f’ISO 6166

{MIC}

erba’ karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f’ISO 10383

{DATEFORMAT}

Il-format tad-data ISO 8601

Id-dati għandu jkollhom dan il-format: SSSS-XX-JJ.

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa ċifri n b’kollox, li minnhom sa ċifri m jistgħu jkunu ċifri ta’ frazzjonijiet

Kamp numeriku kemm għall-valuri pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi.

is-separatur deċimali huwa ‘.’ (punt);

iċ-ċifri negattivi għandhom il-prefissi ‘–’ (minus);

il-valuri huma approssimattivi u mhux tronkati.

{INTEGER-n}

Numru sħiħ sa n ċifri

Kamp numeriku kemm għall-valuri sħaħ pożittivi kif ukoll negattivi.


Tabella 2

Dettalji li għandhom jiġu pprovduti għall-fini tad-determinazzjoni tas-Suq l-Aktar Rilevanti f’termini ta’ likwidità, l-ADT u l-AVT (abbażi tal-istruzzjonijiet ta’ rapportar attwali)

Numru tal-kamp

Identifikatur tal-kamp

Deskrizzjoni u dettalji li jridu jiġu ppubblikati

Tip ta’ post tal-eżekuzzjoni jew tal-pubblikazzjoni

Format li għandu jimtela kif definit fit-Tabella 1

1

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istrument

Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju

Suq Regolat (SR)

Faċilità Multilaterali tan-Negozjar (Multilateral Trading Facility, MTF)

Arranġament ta’ Pubblikazzjoni Approvat (APA)

Fornitur ta’ tape konsolidat (Consolidated tape provider, CTP)

{ISIN}

2

Data tal-eżekuzzjoni

Id-data li fiha jiġu eżegwiti t-tranżazzjonijiet.

RM, MTF, APA, CTP

{DATEFORMAT}

3

Ċentru tal-eżekuzzjoni

Il-MIC tas-segment għaċ-ċentru tan-negozjar tal-UE jew internalizzatur sistematiku, meta disponibbli, inkella l-MIC operattiv.

MIC XOFF fil-każ li t-tranżazzjoni tiġi eżegwita minn ditti tal-investiment li mhumiex internalizzaturi sistematiċi u ma tiġix eżegwita f’ċentru tan-negozjar.

RM, MTF, APA, CTP

{MIC} – taċ-ċentru tan-negozjar jew tal-internalizzatur sistematiku jew tal-{MIC}- XOFF”

4

Indikatur ta’ strument sospiż

Indikatur ta’ jekk l-istrument ġiex sospiż għall-jum kollu tan-negozjar fiċ-ċentru tan-negozjar rispettiv fid-data tal-eżekuzzjoni.

Bħala konsegwenza ta’ strument li jiġi sospiż għall-jum kollu tan-negozjar, il-kampi minn 5 sa 10 għandhom jiġu rrapportati b’valur ta’ żero.

RM, MTF, CTP

TRUE - jekk l-istrument ġie sospiż għall-jum ta’ negozjar kollu

jew FALSE – jekk l-istrument ma ġiex sospiż għall-jum kollu ta’ negozjar

5

L-għadd totali ta’ tranżazzjonijiet

L-għadd totali ta’ tranżazzjonijiet eżegwiti fid-data tal-eżekuzzjoni (*2).

RM, MTF, APA, CTP

{INTEGER-18}

6

Fatturat totali

Il-fatturat totali eżegwit fid-data tal-eżekuzzjoni, espress f’EUR (*1)  (*2).

RM, MTF, APA, CTP

{DECIMAL-18/5}

7

Tranżazzjonijiet eżegwiti, esklużi t-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti skont l-eżenzjonijiet ta’ qabel in-negozjar tal-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

L-għadd totali ta’ tranżazzjonijiet eżegwiti fid-data tal-eżekuzzjoni esklużi t-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti skont l-eżenzjonijiet ta’ qabel in-negozjar tal-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fl-istess jum (*2).

RM, MTF, CTP

{INTEGER-18}

8

Il-fatturat totali eżegwit, esklużi t-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti skont l-eżenzjonijiet ta’ qabel in-negozjar tal-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Il-fatturat totali eżegwit fid-data tal-eżekuzzjoni esklużi t-tranżazzjonijiet kollha eżegwiti skont l-eżenzjonijiet ta’ qabel in-negozjar tal-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fl-istess jum (*1)  (*2).

RM, MTF, CTP

{DECIMAL-18/5}

9

Għadd totali ta’ tranżazzjonijiet minbarra dawk eżegwiti skont id-differiment tal-LIS ta’ wara n-negozjar.

L-għadd totali ta’ tranżazzjonijiet eżegwiti fid-data tal-eżekuzzjoni, esklużi dawk it-tranżazzjonijiet eżegwiti skont l-eżenzjoni għal dimensjonijiet kbar (wara n-negozjar) (*2).

Għall-ishma u l-irċevuti depożitarji għandu jintuża biss l-ogħla limitu għall-faxxa tal-fatturat medju ta’ kuljum (average daily turnover, ADT) fit-Tabella 4 tal-Anness II biex jiġu identifikati dawn it-tranżazzjonijiet.

Għal ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra għandu jintuża biss l-ogħla limitu fit-Tabella 6 tal-Anness II biss biex jiġu identifikati dawn it-tranżazzjonijiet

Għall-ETFs, għandu jintuża biss l-ogħla limitu fit-Tabella 5 tal-Anness II biex jiġu identifikati dawn it-tranżazzjonijiet.

RM, MTF, APA, CTP

{INTEGER-18}

10

Fatturat totali eżegwit, esklużi tranżazzjonijiet eżegwiti skont id-differiment tal-LIS ta’ wara n-negozjar.

Il-volum totali tat-tranżazzjonijiet eżegwiti fid-data tal-eżekuzzjoni, esklużi dawk it-tranżazzjonijiet eżegwiti skont l-eżenzjoni għal dimensjonijiet kbar (wara n-negozjar) (*1)  (*2).

Għall-ishma u l-irċevuti depożitarji għandu jintuża biss l-ogħla limitu għall-faxxa tal-fatturat medju ta’ kuljum (average daily turnover, ADT) fit-Tabella 4 tal-Anness II biex jiġu identifikati dawn it-tranżazzjonijiet.

Għal ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra għandu jintuża biss l-ogħla limitu fit-Tabella 6 tal-Anness II biss biex jiġu identifikati dawn it-tranżazzjonijiet

Għall-ETFs, għandu jintuża biss l-ogħla limitu fit-Tabella 5 tal-Anness II biex jiġu identifikati dawn it-tranżazzjonijiet.

RM, MTF, APA, CTP

{DECIMAL-18/5}


(*1)  Il-fatturat għandu jiġi kkalkolat bħala l-għadd ta’ strumenti skambjati bejn ix-xerrejja u l-bejjiegħa mmultiplikat bil-prezz unitarju tal-istrument skambjat għal dik it-tranżazzjoni speċifika u għandu jiġi espress f’EUR.

(*2)  It-tranżazzjonijiet ikkanċellati għandhom jiġu esklużi miċ-ċifri rrapportati.

Fil-każijiet kollha, il-kamp irid jimtela b’valur akbar minn żero jew ugwali għal żero sa 18-il karattru numeriku inkluż sa ħames pożizzjonijiet deċimali.”.


Top