Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0361

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/8457

    ĠU L 52, 20.2.2023, p. 1–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/361/oj

    20.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 52/1


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/361

    tat-28 ta’ Novembru 2022

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi regoli dwar is-sensibilizzazzjoni, it-tħejjija u l-kontroll tal-mard. B’mod partikolari, ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-mard għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmi fl-Artikolu 5 tiegħu. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistipula wkoll li dawk ir-regoli speċifiċi għall-mard japplikaw għal speċijiet u gruppi ta’ speċijiet tal-annimali li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ mard speċifiku u li huma elenkati bħala tali fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (2).

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/429, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa u meħtieġa dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji għall-mard elenkat biex jiżguraw l-aktar prevenzjoni u kontroll effiċjenti ta’ dak il-mard. Ċerti prodotti mediċinali veterinarji jistgħu jinterferixxu fid-detezzjoni u fid-dijanjożi tal-mard, u għalhekk fil-prevenzjoni u l-kontroll tiegħu. Dan huwa partikolarment rilevanti għal dak il-mard elenkat li huwa soġġett għal miżuri aktar stretti ta’ prevenzjoni u kontroll f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429. Jeħtieġ li jiġu identifikati l-prodotti mediċinali veterinarji li għalihom jeħtieġ li jiġu żviluppati regoli supplimentari skont l-Artikolu 47 ta’ dak ir-Regolament u li jiġu stabbiliti restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet għall-użu tagħhom biex jiġu żgurati prevenzjoni u kontroll sikuri u effettivi ta’ ċertu mard elenkat.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-mard tal-kategorija A, B, C, D u E, li jiddependu mir-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429. Il-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/429 li normalment ma jseħħx fl-Unjoni u li għalih għandhom jittieħdu miżuri ta’ eradikazzjoni immedjata malli jiġi identifikat (“mard tal-kategorija A”) huwa soġġett għal regoli speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 9(1)(a) ta’ dak ir-Regolament. Bil-għan li jiġu evitati l-effetti potenzjalment devastanti tal-mard tal-kategorija A fuq is-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, jeħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli skont liema l-Istati Membri jistgħu jużaw prodotti mediċinali veterinarji għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ dak il-mard. Jenħtieġ li tali regoli jkollhom l-għan li jiżguraw il-prevenzjoni effettiva tal-mard tal-kategorija A u l-eradikazzjoni immedjata tagħhom fil-każ ta’ tifqigħa, kif ukoll li jipprevjenu li l-użu tal-prodotti mediċinali veterinarji joħloq riskju għat-tixrid ta’ dak il-mard.

    (4)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jissupplimentaw ir-regoli dwar is-sensibilizzazzjoni u t-tħejjija għall-mard stabbiliti fil-Kapitolu 2, it-Titolu I tal-Parti III tar-Regolament (UE) 2016/429 għal ċertu mard elenkat, b’mod partikolari r-regoli dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard. Dawk ir-regoli li jissupplimentaw u r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 huma marbuta mill-qrib u jenħtieġ li jiġu applikati flimkien.

    (5)

    Peress li kemm l-annimali terrestri kif ukoll dawk akkwatiċi jistgħu jiġu affettwati minn mard tal-kategorija A elenkat f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/429, ċerti regoli ġenerali stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopru l-annimali terrestri u akkwatiċi. Dan jgħin lill-Istati Membri li jkunu qed jiffaċċjaw riskju imminenti ta’ tixrid ta’ marda tal-kategorija A fit-territorju tagħhom jirreaġixxu minnufih fl-ambitu ta’ qafas armonizzat, jekk ikun meħtieġ. Dan huwa partikolarment importanti għall-annimali akkwatiċi, peress li r-regoli speċifiċi għall-mard għall-użu ta’ vaċċini kontra l-mard tal-kategorija A għalissa jistgħu jiġu żviluppati biss għal annimali terrestri, minħabba nuqqas ta’ għarfien xjentifiku, flimkien ma’ nuqqas ta’ esperjenza u ta’ disponibbiltà ta’ vaċċini kontra l-mard akkwatiku tal-kategorija A.

    (6)

    Il-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/429 li għandu jiġi kkontrollat fl-Istati Membri kollha bil-għan li dan jinqered madwar l-Unjoni (“mard tal-kategorija B”) huwa soġġett għal regoli speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 9(1)(b) ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli skont liema l-Istati Membri jistgħu jużaw ċerti prodotti mediċinali veterinarji għal dak il-għan. Tali regoli jenħtieġ li jkollhom l-għan li jiżguraw l-eradikazzjoni effettiva tal-mard tal-kategorija B mingħajr tfixkil fid-detezzjoni u d-dijanjożi kkawżat minn kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju.

    (7)

    Għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/429 li huwa ta’ rilevanza għal xi Stati Membri u li għalih huma meħtieġa miżuri biex iwaqqfuh milli jinfirex għal partijiet tal-Unjoni li huma uffiċjalment ħielsa minn mard jew li għandhom programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard elenkat ikkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(c), ta’ dak ir-Regolament (“mard tal-kategorija C”), ir-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji, b’mod partikolari għall-użu ta’ vaċċini fil-kuntest ta’ programmi ta’ eradikazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (3). Għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/429 li għalih huma meħtieġa miżuri biex iwaqqfuh milli jinfirex minħabba d-dħul tiegħu fl-Unjoni jew il-movimenti bejn l-Istati Membri, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(d) ta’ dak ir-Regolament (“mard tal-kategorija D”), ir-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-movimenti ta’ annimali fl-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 (4). Għalhekk, tali regoli jenħtieġ li ma jiġux replikati f’dan ir-Regolament.

    (8)

    F’konformità mal-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri preventivi xierqa dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji għal studji xjentifiċi jew sabiex jiżviluppawhom u jittestjawhom f’kundizzjonijiet ikkontrollati biex tiġi protetta s-saħħa tal-annimali u dik pubblika. Jeħtieġ li jiġu ffaċilitati r-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tal-iżvilupp ta’ prodotti mediċinali veterinarji aktar effettivi u aktar sikuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard elenkat. Għalhekk, ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikawx għall-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji għal studji xjentifiċi jew sabiex jiġu żviluppati u ttestjati f’kundizzjonijiet ikkontrollati għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali u dik pubblika, biex jiġi evitat kwalunkwe piż bla bżonn li jista’ jinterferixxi fl-iżvilupp ta’ possibbiltajiet ġodda, meta jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-mitigazzjoni tar-riskju li taħthom jintużaw prodotti mediċinali veterinarji f’dawk iċ-ċirkostanzi.

    (9)

    Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi regoli dwar it-tqegħid fis-suq, il-manifattura, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-forniment, id-distribuzzjoni, il-farmakoviġilanza, il-kontroll u l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji. Dak ir-Regolament jistabbilixxi definizzjoni ta’ prodott mediċinali veterinarju u definizzjonijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali veterinarji. Dan jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li fihom awtorità kompetenti tista’ tippermetti l-użu ta’ prodott mediċinali veterinarju immunoloġiku mhux awtorizzat fl-Unjoni. Ir-regoli previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonformaw ma’ dawk id-definizzjonijiet kif ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/6, għat-tqegħid fis-suq, il-manifattura, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-forniment, id-distribuzzjoni, il-farmakoviġilanza, il-kontroll u l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-għan tar-regoli previsti f’dan ir-Regolament ikun biss li jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu xieraq jew il-projbizzjoni tal-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A u ta’ ċertu mard tal-kategorija B fl-Unjoni, irrispettivament mill-oriġini tal-prodotti, l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew karatteristiċi oħra.

    (10)

    F’konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2016/429, il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli meta dan ikun xieraq u meħtieġ biex tipprojbixxi l-użu ta’ ċertu prodott mediċinali veterinarju għal marda speċifika. Il-pesta bovina ġiet rikonoxxuta bħala marda li nqerdet globalment mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, li twaqqfet bħala OIE) u t-tilqim kollu kontra l-pesta bovina waqaf madwar id-dinja. Għalhekk, jenħtieġ li t-tilqim kontra l-pesta bovina jiġi pprojbit minn dan ir-Regolament.

    (11)

    Barra minn hekk, il-vaċċini disponibbli bħalissa kontra l-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (Mycobacterium bovis, Mycobacterium tuberculosis u Mycobacterium caprae) (MTBC), ma jagħtux protezzjoni sħiħa f’annimali mlaqqmin u jikkompromettu t-testijiet tal-ġilda tat-tuberkulina jew testijiet immunoloġiċi oħra li jibbażaw fuq l-użu tat-tuberkulina, biex issir distinzjoni bejn annimali mlaqqmin u dawk infettati. B’riżultat ta’ dan, l-użu ta’ dawn il-vaċċini f’annimali miżmuma ta’ speċijiet elenkati jista’ jipperikola l-politiki attwali ta’ kontroll u ta’ eradikazzjoni tat-tuberkulożi bovina, peress li jista’ ma jkunx possibbli li ssir distinzjoni bejn annimali mlaqqmin u dawk infettati. Għalhekk, jenħtieġ li t-tilqim kontra l-MTBC, f’annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati, jiġi pprojbit ukoll minn dan ir-Regolament.

    (12)

    Xi Stati Membri bħalissa jippermettu l-użu prekawzjonarju regolari ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle, għal finijiet oħra għajr ir-rispons għal tifqigħa. Barra minn hekk, hemm użi ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle bħala rekwiżit għall-movimenti, fl-Unjoni u għad-dħul fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew territorji. Dawn l-użi wrew li huma sikuri u effettivi fil-prevenzjoni tal-marda peress li ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta’ Newcastle marbuta mal-użu ta’ vaċċini għal tali finijiet. Għalhekk, il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet ġenerali għall-użu ta’ vaċċini kontra l-mard tal-kategorija A stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikawx għal tali użu ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle f’dawk il-kuntesti.

    (13)

    Barra minn hekk, xi prodotti mediċinali veterinarji oħra, bħas-seri iperimmuni, l-antimikrobiċi u xi prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi jistgħu, jekk jintużaw għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali, jaħbu l-preżenza ta’ dan il-mard li jista’ jinxtered mingħajr ma jiġi nnotat fil-popolazzjonijiet tal-annimali. Dan jista’ jxekkel id-detezzjoni bikrija tal-marda, u jaffettwa b’mod negattiv l-eradikazzjoni rapida tagħha. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-mard tal-kategorija A u B, li għalih hija essenzjali eradikazzjoni immedjata jew f’waqtha. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti ċerti restrizzjonijiet għal tali prodotti mediċinali veterinarji f’dan ir-Regolament li jipprevjenu l-użu tagħhom fi speċijiet elenkati għall-mard tal-kategorija A u B.

    (14)

    L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru jenħtieġ li tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ kontroll tal-mard għall-mard tal-kategorija A fl-annimali terrestri u akkwatiċi. It-tilqim jista’ jkun miżura utli li tista’ tgħin fil-prevenzjoni, fil-kontroll u fl-eradikazzjoni ta’ xi mard tal-kategorija A. Meta jitqies il-potenzjal patoġeniku ta’ dan il-mard u r-riskju potenzjali tat-tixrid tiegħu, derivat mill-użu tal-vaċċini, jeħtieġ li l-vaċċini li jingħataw kontra tali tip ta’ mard jintużaw taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti u biss meta jkun hemm bżonn li jiġu stabbiliti miżuri ta’ kontroll tal-mard biex jipprevjenu u jikkontrollaw it-tixrid tal-marda. Barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati eradikazzjoni effettiva u applikazzjoni konsistenti tal-miżuri kollha ta’ kontroll tal-mard, it-tilqim jenħtieġ li jiġi implimentat b’mod strutturat skont pjan uffiċjali ta’ tilqim. Pjan uffiċjali ta’ tilqim jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri stabbiliti fih. L-informazzjoni minima li għandha tiġi inkluża f’dawk il-pjanijiet uffiċjali ta’ tilqim jenħtieġ li tiġi prevista f’dan ir-Regolament.

    (15)

    Minħabba li t-tilqim jista’ jkun għodda xierqa f’xi ċirkostanzi biex tiġi kkontrollata jew eliminata marda tal-kategorija A, filwaqt li mhux f’oħrajn, u li l-użu tiegħu xi drabi jista’ jkollu impatti negattivi (eż. fuq il-kummerċ), l-awtorità kompetenti jenħtieġ li twettaq valutazzjoni tar-riskju minn qabel, qabel ma tapplika t-tilqim. Il-kriterji għal tali valutazzjoni jenħtieġ li jiġu previsti f’dan ir-Regolament.

    (16)

    Sabiex jiġi żgurat approċċ ikkoordinat tal-UE, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, sett ta’ informazzjoni preliminari qabel ma japplikaw it-tilqim kontra marda tal-kategorija A. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina dik l-informazzjoni mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2016/429.

    (17)

    L-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi l-possibbiltà li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tuża tilqim ta’ emerġenza fejn rilevanti għall-kontroll effettiv ta’ marda elenkata f’annimali miżmuma. Biex tagħmel dan, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tiżviluppa pjan uffiċjali ta’ tilqim għall-implimentazzjoni tiegħu u tistabbilixxi żoni ta’ tilqim filwaqt li tqis ċerti rekwiżiti. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi dawk ir-rekwiżiti għat-tilqim ta’ emerġenza, l-użu ta’ vaċċini u l-istabbiliment ta’ żoni ta’ tilqim.

    (18)

    L-awtorità kompetenti tista’ timplimenta tali tilqim ta’ emerġenza fi stabbilimenti affettwati jew fi stabbilimenti mhux affettwati kif previst fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (6). Tali stabbilimenti normalment ikunu jinsabu f’żoni ta’ restrizzjoni, madankollu jistgħu jitqiegħdu wkoll barra minn tali żoni. Jenħtieġ li jiġu applikati strateġiji differenti ta’ tilqim ta’ emerġenza għal dawk is-sitwazzjonijiet. It-tilqim implimentat fi stabbilimenti affettwati fejn jinqatlu l-annimali mlaqqmin jitqies bħala tilqim soppressiv ta’ emerġenza. It-tilqim ta’ emerġenza jista’ jsir ukoll biex jiġi pprevenut it-tixrid tal-marda f’popolazzjonijiet ta’ annimali f’riskju ta’ infezzjoni li jinżammu fi stabbilimenti fejn il-marda ma tkunx ġiet issuspettata jew ikkonfermata f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. F’tali każijiet, l-annimali jistgħu jinqatlu jew jinżammu ħajjin f’kundizzjonijiet speċjali. It-tilqim ta’ emerġenza jista’ jintuża wkoll f’annimali terrestri selvaġġi meta r-riskju tat-tixrid tal-marda f’popolazzjonijiet ta’ annimali terrestri miżmuma jew selvaġġi ikun jirrikjedi dan. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżviluppa dawk l-istrateġiji u jipprevedi r-regoli għall-implimentazzjoni tagħhom, u għaż-żamma tar-rekords u l-obbligi ta’ rapportar li japplikaw f’dawk iċ-ċirkostanzi kollha.

    (19)

    Sabiex jiġi pprevenut it-tixrid ta’ marda tal-kategorija A jew biex jiġi evitat telf potenzjali u l-ħtieġa li jiġu applikati miżuri drastiċi ta’ kontroll tal-mard, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw tilqim preventiv kontra marda tal-kategorija A fin-nuqqas tagħha f’pajjiż jew f’żona. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi f’dan ir-Regolament.

    (20)

    Għalkemm it-tilqim wera l-kapaċità tiegħu li jgħin fil-prevenzjoni, fil-kontroll u fl-eradikazzjoni ta’ ħafna mard, dan jista’, madankollu, skont il-marda u t-tip ta’ vaċċin użat, jaħbi f’ċerti ċirkostanzi, infezzjoni sottostanti u jaffettwa l-affidabbiltà tas-sorveljanza tal-mard. Għalhekk, meta jiġi implimentat it-tilqim, jenħtieġ li jittieħdu ċerti miżuri ta’ akkumpanjament fir-rigward tal-mitigazzjoni tar-riskju għall-moviment ta’ annimali mlaqqmin u l-prodotti tagħhom.

    (21)

    Wara t-tlestija tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza, jenħtieġ li strateġija ta’ ħruġ tippermetti lill-Istati Membri juru n-nuqqas ta’ infezzjoni u jirkupraw l-istatus tas-saħħa li kellhom qabel it-tifqigħat tal-marda rilevanti tal-kategorija A u l-użu tat-tilqim. Tali strateġija ta’ ħruġ jenħtieġ li tikkonsisti f’sorveljanza klinika u tal-laboratorju msaħħa speċifika matul il-perjodu ta’ rkupru definit minn qabel għal kull marda speċifika tal-kategorija A.

    (22)

    Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għal kull marda tal-kategorija A għall-implimentazzjoni tat-tilqim fir-rigward tat-tip ta’ vaċċini użati, id-daqs taż-żoni ta’ tilqim, il-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira, is-sorveljanza tal-mard, ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment għall-annimali u l-prodotti tagħhom, u l-perjodi ta’ rkupru. Dan huwa l-każ għal mard li għalih hemm disponibbli biżżejjed esperjenza u data mill-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/429, minn opinjonijiet riċenti tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) jew mill-kapitoli rilevanti tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tad-WOAH u l-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri tad-WOAH. Għal mard li għalih m’hemmx biżżejjed esperjenza u data, ma jistgħux jiġu previsti miżuri speċifiċi għall-mard f’dan il-mument. Għal dak il-mard, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli ġenerali għall-mard ta’ dan ir-Regolament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    PARTI I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 dwar l-użu fl-Unjoni ta’ prodotti mediċinali veterinarji fir-rigward tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a) u (b), tar-Regolament (UE) 2016/429 f’annimali terrestri u akkwatiċi miżmuma u selvaġġi (“annimali”). B’mod partikolari, dan jistabbilixxi:

    (a)

    projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji fl-annimali għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategoriji A u B;

    (b)

    regoli dwar l-użu ta’ vaċċini fl-annimali għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A u ta’ ċertu mard tal-kategorija B;

    (c)

    miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jiġi pprevenut it-tixrid tal-mard tal-kategorija A minn annimali mlaqqmin jew prodotti minn tali annimali;

    (d)

    regoli dwar is-sorveljanza tal-mard tal-kategorija A wara l-użu ta’ vaċċini f’annimali terrestri għall-prevenzjoni u l-kontroll tagħhom.

    2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għall-użu tal-prodotti mediċinali veterinarji msemmija fil-paragrafu 1 għall-istudji xjentifiċi jew sabiex dawn jiġu żviluppati u ttestjati, kif imsemmi fl-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) 2016/429.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    “marda tal-kategorija A” tfisser marda elenkata li normalment ma sseħħx fl-Unjoni, u li għaliha jridu jittieħdu miżuri ta’ eradikazzjoni immedjati malli tiġi skoperta, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429;

    (b)

    “marda tal-kategorija B” tfisser marda elenkata li trid tiġi kkontrollata fl-Istati Membri kollha bil-għan li tinqered fl-Unjoni kollha, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429;

    (c)

    “tilqim soppressiv ta’ emerġenza” tfisser strateġija ta’ tilqim implimentata mill-awtorità kompetenti f’annimali terrestri miżmuma għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard tal-kategorija A f’konformità mal-Artikolu 7(1)(a)(i);

    (d)

    “tilqim protettiv ta’ emerġenza” tfisser strateġija ta’ tilqim implimentata mill-awtorità kompetenti f’annimali terrestri miżmuma għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard tal-kategorija A f’konformità mal-Artikolu 7(1)(a)(ii);

    (e)

    “tilqim ta’ emerġenza f’annimali terrestri selvaġġi” tfisser strateġija ta’ tilqim implimentata mill-awtorità kompetenti f’annimali terrestri selvaġġi għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard tal-kategorija A f’konformità mal-Artikolu 7(1)(a)(iii);

    (f)

    “tilqim preventiv” tfisser strateġija ta’ tilqim implimentata mill-awtorità kompetenti għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A f’konformità mal-Artikolu 7(1)(b);

    (g)

    “żona ta’ tilqim” tfisser żona li fiha jingħata vaċċin lill-ispeċijiet elenkati għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A;

    (h)

    “żona ta’ peritilqim” tfisser żona, madwar iż-żona ta’ tilqim, fejn it-tilqim għall-fini tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A ma jkunx permess u fejn tiġi implimentata sorveljanza msaħħa biex jiġi identifikat dak il-mard.

    (i)

    “tifqigħa kkonfermata” tfisser tifqigħa kkonfermata f’konformità mal-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

    (j)

    “perjodu ta’ rkupru” tfisser il-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex żona ta’ tilqim tirkupra l-istatus tas-saħħa tal-annimali qabel l-implimentazzjoni tat-tilqim kontra marda tal-kategorija A, billi jintwera n-nuqqas tal-marda tal-kategorija A wara li jkun sar tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-marda;

    (k)

    “żona ta’ protezzjoni” tfisser żona ta’ protezzjoni kif stabbilita abbażi tal-Artikolu 21(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (l)

    “żona ta’ sorveljanza” tfisser żona ta’ sorveljanza kif stabbilita abbażi tal-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (m)

    “annimal bovin” tfisser annimal tal-ispeċijiet ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneri Bison, Bos (inklużi s-subġeneri Bos, Bibos, Novibos, Poephagus) u Bubalus (inkluż is-subġeneru Anoa) u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

    (n)

    “annimal ovin” tfisser annimal tal-ispeċi tal-ungulati li tappartjeni għall-ġeneru Ovis u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

    (o)

    “annimal kaprin” tfisser annimal tal-ispeċijiet ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneru Capra u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

    (p)

    “annimal kamelid” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati li tappartjeni għall-familja Camelidae elenkata fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/429;

    (q)

    “annimal porċin” tfisser annimal tal-ispeċijiet ta’ ungulati li jappartjenu għall-familja Suidae elenkata fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/429;

    (r)

    “annimal ekwin” tfisser annimal tal-ispeċi tas-solipedi li tappartjeni għall-ġeneru Equus (inklużi żwiemel, ħmir u żebri) u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet; ”

    (s)

    “flieles ta’ ġurnata” tfisser il-pollam kollu li għandu inqas minn 72 siegħa.

    2.   Minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ “prodott mediċinali veterinarju”, “prodott mediċinali veterinarju immunoloġiku” u “antimikrobiku” stabbiliti fl-Artikolu 4(1), (5) u (12) tar-Regolament (UE) 2019/6.

    Artikolu 3

    Projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ vaċċini fl-annimali għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A u ta’ ċertu mard tal-kategorija B

    1.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta’ vaċċini fl-annimali għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard tal-kategorija A, ħlief għall-mard elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I, taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti biss u jekk jintużaw:

    (a)

    bħala parti mill-miżuri uffiċjali stabbiliti mill-awtorità kompetenti għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ dak il-mard;

    (b)

    fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    2.   Il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ vaċċini kontra l-mard tal-kategorija A, stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, ma għandhomx japplikaw għal ċerti użi ta’ vaċċini kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, b’mod partikolari għall-użu ta’ prekawzjoni ta’ rutina jew għall-użu fil-qafas tal-kummerċ, li l-Istati Membri jistgħu jippermettu lil hinn mill-miżuri uffiċjali ta’ prevenzjoni u ta’ kontroll tal-mard imsemmija fil-paragrafu 1 għal finijiet oħra għajr ir-rispons għal tifqigħa.

    3.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta’ vaċċini fl-annimali għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija B, ħlief għall-mard elenkat fil-Parti 2 tal-Anness I, f’dawk l-ispeċijiet elenkati li għalihom il-mard korrispondenti jkun ġie kklassifikat bħala l-kategorija B.

    Artikolu 4

    Projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji, minbarra vaċċini, fl-annimali, għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A u B

    L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu tal-prodotti mediċinali veterinarji li ġejjin fl-annimali għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategoriji A u B sakemm ma jintużawx għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard elenkat fil-Parti 3 tal-Anness I u l-użu tagħhom ikun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fih:

    (a)

    prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi għad-dijanjożi tal-istat tal-immunità tal-annimali;

    (b)

    seru iperimmuni;

    (c)

    prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi inattivati, kif imsemmi fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2019/6;

    (d)

    antimikrobiċi.

    PARTI II

    REGOLI DWAR L-UŻU TA’ VAĊĊINI GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TA’ MARD TAL-KATEGORIJA A FL-ANNIMALI

    KAPITOLU 1

    Prekundizzjonijiet

    Artikolu 5

    Prekundizzjonijiet għall-użu ta’ vaċċini għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A fl-annimali terrestri u akkwatiċi

    1.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi dwar l-użu ta’ vaċċini fl-annimali biex tipprevjeni u tikkontrolla l-mard tal-kategorija A, f’konformità mal-Artikolu 3(1), dment li:

    (a)

    tkun wettqet valutazzjoni biex tappoġġa din id-deċiżjoni billi tqis tal-anqas il-kriterji stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II, minbarra l-kriterji previsti fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) 2016/429;

    (b)

    il-vaċċini jintużaw f’konformità ma’ pjan uffiċjali ta’ tilqim li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6.

    2.   L-awtorità kompetenti tista’ twettaq il-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, skont ir-regoli ssimplifikati previsti fl-Anness II, il-Parti 2, meta timplimenta l-istrateġija ta’ tilqim imsemmija fl-Artikolu 7(1)(a)(i).

    Artikolu 6

    Pjan uffiċjali ta’ tilqim għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A fl-annimali terrestri u akkwatiċi, u obbligi ta’ informazzjoni għall-Istati Membri

    1.   Il-pjan uffiċjali ta’ tilqim imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b), għandu:

    (a)

    jagħti dettalji, tal-anqas, dwar l-informazzjoni u l-miżuri stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness III;

    (b)

    jiġi implimentat taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti u biss għall-perjodu ta’ żmien strettament meħtieġ.

    2.   L-awtorità kompetenti tista’ tinkludi fil-pjan uffiċjali ta’ tilqim imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b), l-informazzjoni simplifikata prevista fil-Parti 2 tal-Anness III, meta timplimenta l-istrateġija ta’ tilqim imsemmija fl-Artikolu 7(1)(a)(i).

    3.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm aġġornat, temenda jew tissupplimenta l-pjan ta’ tilqim uffiċjali msemmi fl-Artikolu 5(1)(b), filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu u l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda.

    4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni:

    (a)

    tal-anqas l-informazzjoni preliminari stabbilita fl-Anness IV, mhux aktar tard minn jumejn qabel ma jibda t-tilqim;

    (b)

    il-pjan uffiċjali ta’ tilqim u l-emendi u l-aġġornamenti tiegħu, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara l-bidu tat-tilqim jew l-implimentazzjoni tal-emendi jew tal-aġġornamenti tal-pjan uffiċjali ta’ tilqim.

    5.   Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2016/429, tirrieżamina l-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu, kif stabbilit fil-pjan uffiċjali ta’ tilqim, u taġixxi f’konformità ma’ dak l-Artikolu.

    KAPITOLU 2

    Regoli dwar l-implimentazzjoni tat-tilqim fl-annimali terrestri u d-dħul fis-seħħ

    Taqsima 1

    Strateġiji ta’ tilqim u sorveljanza tal-mard relatata

    Artikolu 7

    Strateġiji ta’ tilqim għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A fl-annimali terrestri

    1.   L-awtorità kompetenti tista’ timplimenta l-istrateġiji ta’ tilqim li ġejjin għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A fl-annimali terrestri, f’konformità mal-Artikolu 3(1):

    (a)

    tilqim ta’ emerġenza, kif imsemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2016/429, jista’ jkun xi wieħed minn dawn li ġejjin:

    (i)

    tilqim soppressiv ta’ emerġenza, implimentat b’rispons għal tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A biex jiġi kkontrollat it-tixrid tagħha u limitat għal annimali terrestri miżmuma li għandhom jinqatlu f’konformità mal-Artikolu 12(1)(a) u 18(1)(b), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 iżda huma soġġetti għad-deroga prevista fl-Artikolu 12(4)(b) ta’ dak ir-Regolament;

    (ii)

    tilqim protettiv ta’ emerġenza, implimentat b’rispons għal tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, li jitwettaq fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

    fuq annimali terrestri f’riskju ta’ infezzjoni li jinżammu fi stabbilimenti li jinsabu fi Stati Membri affettwati jew f’żoni tagħhom, li fihom ma jkunx ġie kkonfermat u lanqas issuspettat mard tal-kategorija A f’konformità mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    b’rispons għal bidla fir-riskju tal-introduzzjoni ta’ marda tal-kategorija A fi Stat Membru mhux affettwat jew f’żona tiegħu;

    fuq annimali ekwini affettwati soġġetti għad-deroga prevista fil-punt 1 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (iii)

    tilqim ta’ emerġenza f’annimali terrestri selvaġġi, implimentat b’reazzjoni għal tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A;

    (b)

    tilqim preventiv, meta vaċċin kontra marda tal-kategorija A jingħata lil annimali terrestri f’żoni ġeografiċi mhux affettwati għal finijiet preventivi għajr il-każijiet koperti minn tilqim protettiv ta’ emerġenza.

    2.   L-awtorità kompetenti tista’ timplimenta l-istrateġiji msemmija fil-paragrafu 1 fl-istess ħin jew b’mod konsekuttiv f’popolazzjonijiet differenti ta’ annimali terrestri miżmuma u selvaġġi, f’żoni ġeografiċi differenti u f’punti ta’ żmien differenti matul tifqigħa, u tista’ tvarja l-istrateġiji applikati skont iż-żona, l-ispeċijiet affettwati jew karatteristiċi ta’ definizzjoni oħrajn. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-istrateġiji kollha applikati simultanjament jew b’mod konsekuttiv fil-pjan uffiċjali ta’ tilqim wara l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(a).

    Artikolu 8

    Regoli għall-implimentazzjoni ta’ tilqim soppressiv ta’ emerġenza

    Meta jiġi implimentat tilqim soppressiv ta’ emerġenza, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a)(i), l-awtorità kompetenti għandha:

    (a)

    tlaqqam l-annimali soġġetti għad-deroga prevista fl-Artikolu 12(4)(b), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 mingħajr dewmien wara l-konferma tat-tifqigħa(t) rilevanti;

    (b)

    tordna u tissorvelja l-qtil tal-annimali mlaqqmin kollha kemm jista’ jkun malajr, f’konformità mar-regoli stabbiliti jew fl-Artikolu 12(1)(a), jew fl-Artikolu 12(4)(a), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u skont il-miżuri ta’ bijosigurtà previsti fl-Artikoli 12(1)(c), u fl-Artikolu 12(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat.

    Artikolu 9

    Regoli għall-implimentazzjoni ta’ tilqim protettiv ta’ emerġenza u tilqim ta’ emerġenza f’annimali selvaġġi

    1.   Meta timplimenta tilqim protettiv ta’ emerġenza, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a)(ii), u tilqim ta’ emerġenza f’annimali selvaġġi, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a)(iii), l-awtorità kompetenti għandha:

    (a)

    tispeċifika t-tip ta’ vaċċin li għandu jintuża jew jingħata prijorità, il-kopertura minima tal-vaċċin u l-annimali/l-ispeċijiet fil-mira;

    (b)

    tistabbilixxi ġeografikament:

    (i)

    żona ta’ tilqim, li fiha jitwettaq it-tilqim, sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A miż-żoni affettwati għal żoni mhux affettwati;

    (ii)

    żona ta’ peritilqim, madwar iż-żona ta’ tilqim, li fiha ma jkunx permess it-tilqim, li tkopri wisa’ ta’ distanza mill-perimetri taż-żona tat-tilqim;

    (c)

    l-implimentazzjoni ta’ sorveljanza klinika u tal-laboratorju msaħħa fiż-żoni tat-tilqim u ta’ qabel it-tilqim imsemmija fil-punt (b):

    (i)

    tivvaluta l-effettività tat-tilqim fiż-żona tat-tilqim;

    (ii)

    tidentifika kwalunkwe tifqigħa ġdida possibbli tal-marda fiż-żoni tat-tilqim u tal-pertilqim;

    (iii)

    f’konformità mal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 fir-rigward tal-proċeduri ta’ kampjunar, il-metodi dijanjostiċi u t-trasport tal-kampjuni;

    (iv)

    tagħżel il-metodi dijanjostiċi skont it-tip ta’ vaċċin mogħti.

    2.   B’deroga mill-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tistabbilixxix iż-żona ta’ peritilqim meta timplimenta tilqim protettiv ta’ emerġenza f’żoni fejn il-marda rilevanti tal-kategorija A ma tkunx ġiet suspettata jew ikkonfermata u meta timplimenta tilqim ta’ emerġenza f’annimali selvaġġi.

    3.   Meta żoni ta’ tilqim jew żoni ta’ peritilqim kif previst fil-punt (b) tal-paragrafu 1, ikunu jinsabu fit-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jistabbilixxuhom.

    4.   Meta jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għall-mard fil-Partijiet 1 u 2 tal-Annessi VII sa XIV, l-awtorità kompetenti għandha timplimenta l-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1 f’konformità ma’ dawk il-kundizzjonijiet.

    Artikolu 10

    Regoli għall-implimentazzjoni tat-tilqim preventiv

    1.   It-tilqim preventiv jista’ jiġi implimentat biss għall-prevenzjoni ta’ mard tal-kategorija A li għalih il-kundizzjonijiet speċifiċi għat-tilqim preventiv huma stabbiliti fil-Parti 5 tal-Annessi VII sa XIV, u għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ dawk il-kundizzjonijiet.

    2.   Meta timplimenta tilqim preventiv, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(b), l-awtorità kompetenti għandha:

    (a)

    tispeċifika t-tip ta’ vaċċin li għandu jintuża jew jingħata prijorità;

    (b)

    timplimenta sorveljanza klinika u tal-laboratorju msaħħa

    f’konformità mal-kundizzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-mard stabbiliti fil-Parti 5 tal-Annessi VII sa XIV, fejn previst.

    Artikolu 11

    L-obbligi taż-żamma tar-rekords u tar-rapportar għat-tilqim ta’ emerġenza u preventiv

    1.   Meta timplimenta tilqim ta’ emerġenza u dak preventiv, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tal-anqas tiġi rreġistrata l-informazzjoni dettaljata fl-Anness V dwar it-tilqim.

    2.   L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tat-tilqim li jinkludi tal-anqas l-informazzjoni rilevanti spjegata fil-punt 1 tal-Anness VI fil-punti ta’ żmien u l-frekwenza minima prevista fil-punt 2 ta’ dak l-Anness.

    Taqsima 2

    Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni u perjodi ta’ rkupru

    Artikolu 12

    Ir-regoli dwar il-bijosikurezza għat-tilqim ta’ emerġenza u preventiv

    1.   Meta timplimenta tilqim ta’ emerġenza jew preventiv, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-kompiti li ġejjin ikunu taħt is-superviżjoni ta’ veterinarju uffiċjali:

    (a)

    id-distribuzzjoni u l-għoti tal-vaċċin;

    (b)

    ritorn ta’ kwalunkwe kwantità residwa tal-vaċċin lejn il-punt tad-distribuzzjoni jew lejn kwalunkwe punt magħżul ieħor b’rekord dwar l-istabbilimenti mlaqqmin, l-għadd ta’ annimali mlaqqmin u l-għadd ta’ dożi użati.

    2.   Matul l-għoti tal-vaċċin u r-ritorn ta’ kwantitajiet residwi tal-prodott, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid possibbli ta’ aġenti tal-mard.

    Artikolu 13

    Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju fiż-żona tat-tilqim meta jiġu implimentati tilqim protettiv ta’ emerġenza u tilqim ta’ emerġenza f’annimali selvaġġi

    1.   Meta timplimenta tilqim protettiv ta’ emerġenza, l-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi:

    (a)

    il-movimenti tal-annimali u tal-prodotti tagħhom stabbiliti fil-Parti 3, il-punt 1, tal-Annessi VII sa XIV;

    (b)

    il-ġbir tal-prodotti ġerminali li ġejjin minn annimali ta’ speċijiet elenkati, stabbiliti fil-Parti 3, il-punt 2, tal-Annessi VII sa XIV:

    (i)

    semen;

    (ii)

    ooċiti;

    (iii)

    embrijuni;

    (c)

    fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-mard stabbiliti fil-Parti 3, tal-Annessi VII sa XIV, movimenti ta’:

    (i)

    annimali mlaqqmin mill-istabbiliment fejn ikunu tlaqqmu;

    (ii)

    prodotti minn annimali mlaqqmin mill-istabbilimenti tal-produzzjoni u/jew tal-ipproċessar.

    2.   B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti l-movimenti ta’ annimali mlaqqmin mill-istabbiliment fejn ikunu tlaqqmu jekk:

    (a)

    ikunu soġġetti għal qtil obbligatorju wara t-tilqim, f’konformità mal-pjan uffiċjali ta’ tilqim imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b), u jiġu mċaqilqa biex jinqatlu fl-eqreb post xieraq;

    jew

    (b)

    ma jkunux soġġetti għal qtil obbligatorju wara t-tilqim, f’konformità mal-pjan uffiċjali ta’ tilqim imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b), u huma jew:

    (i)

    ma jkunux soġġetti għal projbizzjonijiet ta’ movimenti;

    jew

    (ii)

    ikunu soġġetti għal projbizzjonijiet ta’ movimenti iżda jkunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet rilevanti u l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat il-moviment tagħhom f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 3, il-punt 3, tal-Annessi VII sa XIV.

    3.   B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti l-movimenti ta’ prodotti minn annimali mlaqqmin mill-istabbiliment tal-produzzjoni u/jew tal-ipproċessar jekk:

    (a)

    ma jkunux soġġetti għal projbizzjonijiet ta’ movimenti;

    jew

    (b)

    l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat il-moviment tagħhom f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 3, il-punt 3, tal-Annessi VII sa XIV.

    4.   B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti l-ġbir tal-prodotti ġerminali elenkati fih jekk:

    (a)

    ma jkunux soġġetti għall-projbizzjoni tal-ġbir;

    jew

    (b)

    l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat il-ġbir tagħhom f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 3, il-punt (3), tal-Annessi VII sa XIV.

    5.   Meta timplimenta t-tilqim ta’ emerġenza f’annimali selvaġġi, l-awtorità kompetenti għandha tapplika fiż-żona tat-tilqim ir-restrizzjonijiet speċifiċi għall-mard u miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju stabbiliti fil-Parti 3 tal-Annessi VII sa XIV għall-marda rilevanti, fejn previst speċifikament għat-tilqim ta’ emerġenza f’annimali selvaġġi.

    6.   Ir-restrizzjonijiet u miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju previsti fil-paragrafi 1 u 5 għandhom japplikaw fiż-żoni ta’ tilqim minbarra l-miżuri applikabbli għal:

    (a)

    żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħra fejn applikabbli, stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali terrestri miżmuma, sakemm jitneħħew f’konformità mal-Artikoli 39 u 55 ta’ dak ir-Regolament;

    (b)

    iż-żoni infettati stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi, sakemm jitneħħew f’konformità mal-Artikolu 67 ta’ dak ir-Regolament;

    (c)

    żoni ristretti stabbiliti skont il-miżuri ta’ emerġenza previsti fl-Artikoli 71, 257 u 258 tar-Regolament (UE) 2016/429, u kwalunkwe regola adottata skont l-Artikolu 71(3) u l-Artikolu 259 ta’ dak ir-Regolament sakemm jitneħħew dawk il-miżuri.

    7.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 5 għandhom ikomplu japplikaw wara li jkunu tneħħew il-miżuri msemmija fil-paragrafu 6.

    Artikolu 14

    Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju meta jiġi implimentat tilqim preventiv

    1.   Meta timplimenta t-tilqim preventiv, l-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi l-moviment ta’ annimali mlaqqmin mill-istabbiliment fejn ikunu tlaqqmu u l-moviment ta’ prodotti minn annimali mlaqqmin mill-istabbiliment tal-produzzjoni u/jew tal-ipproċessar.

    2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti l-movimenti ta’ annimali mlaqqmin u prodotti tagħhom mill-istabbiliment fejn ikunu tlaqqmu jew fejn ikunu ġew prodotti u/jew ipproċessati jekk:

    (a)

    ma jkunux inklużi fil-lista ta’ annimali u prodotti soġġetti għal projbizzjonijiet ta’ movimenti;

    (b)

    ikunu soġġetti għal projbizzjonijiet ta’ movimenti iżda jikkonformaw mal-kundizzjonijiet rilevanti u l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat il-moviment tagħhom;

    f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 5 tal-Annessi VII sa XIV, fejn previst.

    Artikolu 15

    Rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-movimenti ta’ annimali miżmuma u prodotti tagħhom miż-żoni ta’ tilqim

    L-operaturi għandhom iċaqilqu l-annimali u l-prodotti, li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fl-Artikolu 13(1), fi Stat Membru jew minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor, biss jekk l-annimali u l-prodotti li għandhom jiġu mċaqalqa jikkonformaw mal-kundizzjonijiet rilevanti previsti fl-Artikolu 13 u jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini f’konformità ma’:

    (a)

    l-Artikolu 149(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 għall-annimali terrestri miżmuma;

    (b)

    l-Artikolu 161(4) tar-Regolament (UE) 2016/429 għall-prodotti ġerminali;

    (c)

    l-Artikolu 167(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali;

    (d)

    l-Artikolu 22(5) u (6) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 għall-prodotti sekondarji tal-annimali;

    Artikolu 16

    Perjodi ta’ rkupru wara tilqim protettiv ta’ emerġenza

    1.   Wara t-tlestija tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza, l-awtorità kompetenti għandha tirrispetta l-perjodi ta’ rkupru rilevanti speċifiċi għall-mard previsti fil-Parti 4 tal-Annessi VII sa XIV, li matulhom titwettaq sorveljanza klinika u/jew tal-laboratorju li turi n-nuqqas ta’ infezzjoni bil-patoġenu rilevanti fiż-żoni tat-tilqim u ta’ pertilqim.

    2.   Is-sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi implimentata:

    (a)

    f’konformità:

    (i)

    mal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-mard stabbiliti fil-Parti 4 tal-Annessi VII sa XIV;

    (ii)

    mal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fir-rigward tal-proċeduri ta’ kampjunar, tal-metodi dijanjostiċi u tat-trasport tal-kampjuni;

    (b)

    billi tqis it-tip ta’ vaċċin mogħti.

    Taqsima 3

    Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 17

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

    (4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 140).

    (5)  Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

    (6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).


    LISTA TA’ ANNESSI

    1.

    L-Anness I dwar il-mard tal-kategorija A u B li għalih l-użu tal-vaċċini għandu jkun ipprojbit mill-Istati Membri u dwar l-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji, għajr vaċċini, għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-kategorija A u B.

    2.

    L-Anness II dwar il-kriterji għall-użu ta’ vaċċin għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali.

    3.

    L-Anness III dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-pjan uffiċjali għat-tilqim.

    4.

    L-Anness IV dwar l-informazzjoni preliminari li għandha tiġi pprovduta lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni qabel it-tilqim.

    5.

    L-Anness V dwar ir-rekords minimi rigward it-tilqim.

    6.

    L-Anness VI dwar l-informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta mill-awtorità kompetenti lil Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tat-tilqim.

    7.

    L-Anness VII dwar it-tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD).

    8.

    L-Anness VIII dwar it-tilqim kontra infezzjoni bil-virus tad-Deni tal-Wied tar-Rift (RVF).

    9.

    L-Anness IX dwar it-tilqim kontra infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD).

    10.

    L-Anness X dwar it-tilqim kontra infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar (PPR).

    11.

    L-Anness XI dwar it-tilqim kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel (AHS).

    12.

    L-Anness XII dwar it-tilqim kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer (CSF).

    13.

    L-Anness XIII dwar it-tilqim kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI).

    14.

    L-Anness XIV dwar it-tilqim kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle (NCD).


    ANNESS I

    PARTI 1

    MARD TAL-KATEGORIJA A LI GĦALIH L-UŻU TAL-VAĊĊINI GĦANDU JKUN IPPROJBIT MILL-ISTATI MEMBRI

    Infezzjoni bil-virus tal-Pesta Bovina

    PARTI 2

    MARD TAL-KATEGORIJA B LI GĦALIH L-UŻU TAL-VAĊĊINI GĦANDU JKUN IPPROJBIT MILL-ISTATI MEMBRI

    L-infezzjoni bil-kumpless Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis)

    PARTI 3

    L-UŻU TA’ ĊERTI PRODOTTI MEDIĊINALI VETERINARJI, GĦAJR VAĊĊINI, GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-MARD TAL-KATEGORIJI A U B

    (l-Artikolu 4)

    Marda

    Tip ta’ prodott mediċinali veterinarju

    Kondizzjonijiet

    Infezzjoni b’Brucella abortus, B. melitensis, B. suis

    Prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi għad-dijanjożi tal-istat ta’ immunità tal-annimali: bruċellina

    L-użu tagħhom għandu jkun permess biss f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, mar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, mar-Regolament Delegat (UE) 2020/686 u mar-Regolament (UE) Nru 853/2004, jew għal finijiet ta’ esportazzjoni

    L-infezzjoni bil-kumpless Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae, M. tuberculosis)

    Prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi għad-dijanjożi tal-istat ta’ immunità tal-annimali: tuberkulina

    L-użu tagħhom għandu jkun permess biss f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, mar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, mar-Regolament Delegat (UE) 2020/686 u mar-Regolament (UE) Nru 853/2004, jew għal finijiet ta’ esportazzjoni


    ANNESS II

    Kriterji għall-użu ta’ vaċċin għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali

    PARTI 1

    1.   Tilqim tal-annimali miżmuma

    1.

    L-għadd ta’ stabbilimenti fejn il-marda tal-kategorija A tkun ġiet ikkonfermata jew issuspettata;

    2.

    It-tip ta’ stabbilimenti fejn il-marda tal-kategorija A tkun ġiet ikkonfermata jew issuspettata;

    3.

    L-għadd ta’ annimali miżmuma fl-istabbilimenti fejn tkun ġiet ikkonfermata jew issuspettata l-marda tal-kategorija A;

    4.

    L-ispeċijiet affettwati u r-riskju tat-tixrid tal-marda lill-bnedmin;

    5.

    Il-preżenza tal-marda f’annimali selvaġġi;

    6.

    Id-densità tal-annimali tal-ispeċijiet elenkati fiż-żoni fejn hija preżenti l-marda;

    7.

    Id-densità tal-istabbilimenti li jżommu l-annimali tal-ispeċijiet elenkati fiż-żoni fejn hija preżenti l-marda;

    8.

    L-oriġini tat-tifqigħa(t);

    9.

    It-traċċabbiltà u l-possibbiltà li jitwettaq traċċar tal-kuntatti;

    10.

    Statistika tal-inċidenti ta’ tifqigħat;

    11.

    Mudelli ta’ simulazzjoni użati biex jiġi vvalutat meta u jekk it-tilqim huwiex rilevanti, jekk tali informazzjoni tkun disponibbli;

    12.

    Il-kapaċità tal-qtil u l-iskeda tal-qtil u tar-rimi fi stabbilimenti fejn jinqatlu l-annimali;

    13.

    Il-moviment ta’ annimali jew prodotti potenzjalment infettati barra miż-żona ristretta stabbilita skont ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    14.

    Ir-rata ta’ tixrid fl-ajru jew ta’ trażmissjoni minn vettur tal-aġent tal-marda mill-istabbilimenti jew miż-żona fejn tkun ġiet ikkonfermata l-marda tal-kategorija A;

    15.

    L-effettività ta’ miżuri oħra ta’ kontroll tal-mard meħuda u r-riżorsi disponibbli għall-implimentazzjoni tagħhom;

    16.

    Il-livell ta’ tħejjija u l-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti u ta’ persunal ieħor ikkonċernat;

    17.

    Valutazzjoni ekonomika: analiżi tal-kostijiet-benefiċċji;

    18.

    Tħassib kummerċjali: il-konsegwenzi fuq l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istat Membru kkonċernat u r-restrizzjonijiet kummerċjali li x’aktarx jiġu imposti minn pajjiżi terzi jew territorji bħala konsegwenza tat-tilqim.

    2.   It-tilqim ta’ annimali selvaġġi

    Minbarra l-kriterji previsti mill-punt 1, għandhom jitqiesu l-kriterji li ġejjin:

    1.

    il-mortalità f’annimali selvaġġi minħabba l-marda tal-kategorija A;

    2.

    l-għarfien tal-popolazzjoni u d-dinamika ekoloġika tal-annimali selvaġġi affettwati;

    3.

    id-daqs taż-żona affettwata (fejn jinstabu l-annimali affettwati);

    4.

    ir-riskju tat-tixrid tal-marda għal speċijiet elenkati addizzjonali ta’ annimali selvaġġi jew lil hinn miż-żona ta’ hawn fuq;

    5.

    ir-riskju tat-tixrid tal-marda tal-kategorija A lil annimali miżmuma jew lill-bnedmin;

    6.

    id-disponibbiltà ta’ vaċċini u ta’ sistemi ta’ tilqim biex il-vaċċin jitqassam fost il-popolazzjoni fil-mira;

    7.

    il-possibbiltà li jiġi kkontrollat it-tilqim u li tiġi stabbilita sistema ta’ sorveljanza biex jiġi identifikat l-aġent tal-mard speċifiku u biex tiġi vvalutata l-effettività tat-tilqim.

    PARTI 2

    VALUTAZZJONI SIMPLIFIKATA TAL-ISTRATEĠIJA GĦAT-TILQIM

    1.

    L-għadd ta’ stabbilimenti fejn il-marda tal-kategorija A tkun ġiet ikkonfermata jew issuspettata;

    2.

    It-tip ta’ stabbilimenti fejn il-marda tal-kategorija A tkun ġiet ikkonfermata jew issuspettata;

    3.

    L-għadd ta’ annimali miżmuma fl-istabbilimenti fejn tkun ġiet ikkonfermata jew issuspettata l-marda tal-kategorija A;

    4.

    Speċijiet affettwati;

    5.

    Il-kapaċità tal-qtil u l-iskeda tal-qtil u tar-rimi fi stabbilimenti fejn jinqatlu l-annimali;

    6.

    Ir-rata ta’ tixrid fl-ajru jew ta’ trażmissjoni minn vettur tal-aġent tal-marda mill-istabbilimenti jew miż-żona fejn tkun ġiet ikkonfermata l-marda tal-kategorija A.


    ANNESS III

    Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-pjan uffiċjali għat-tilqim

    PARTI 1

    1.   Annimali miżmuma

    (a)

    id-deskrizzjoni u r-riżultati tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Anness II, inkluża s-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-informazzjoni rilevanti użata bħala bażi għall-valutazzjoni;

    (b)

    l-objettivi u l-miri ewlenin bl-istrateġija magħżula għat-tilqim u l-pjan uffiċjali għat-tilqim;

    (c)

    id-deskrizzjoni ġeografika dettaljata taż-żona tat-tilqim fejn għandu jitwettaq it-tilqim u l-post tal-istabbilimenti li jżommu l-annimali li għandhom jitlaqqmu, meta disponibbli u applikabbli, inklużi mapep;

    (d)

    fejn rilevanti, id-deskrizzjoni ġeografika dettaljata taż-żona tal-peritilqim madwar iż-żona tat-tilqim, u l-post fejn jinsabu l-istabbilimenti li jżommu l-annimali tal-ispeċijiet elenkati, meta disponibbli, inklużi mapep;

    (e)

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati li jinsabu fiż-żona tat-tilqim u l-għadd ta’ stabbilimenti fejn għandu jsir it-tilqim, jekk ikun differenti;

    (f)

    l-għadd stmat ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li għandhom jitlaqqmu, il-kategoriji tagħhom u, fejn rilevanti, l-età tagħhom;

    (g)

    l-użu finali maħsub ta’ annimali u prodotti mlaqqmin;

    (h)

    kategoriji ta’ annimali eżentati mit-tilqim u r-raġunament;

    (i)

    l-arranġamenti għall-amministrazzjoni tal-vaċċin u s-sistema għas-superviżjoni tal-amministrazzjoni tal-vaċċin;

    (j)

    id-durata maħsuba tat-tilqim, mill-bidu tat-tilqim sa tmiem is-sorveljanza mwettqa wara t-tilqim;

    (k)

    it-taqsira tal-karatteristiċi tal-vaċċin, inkluż isem il-prodott(i) u isem il-manifattur(i), u r-rotot tal-amministrazzjoni;

    (l)

    indikazzjoni ta’ jekk il-vaċċin jintużax f’konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) 2019/6;

    (m)

    id-dettalji tas-sorveljanza klinika u fil-laboratorju msaħħa msemmija fl-Artikolu 9, il-punt 1 (c) u fl-Artikolu 10, il-punt 2 (b);

    (n)

    ir-regoli dwar l-iġjene u l-bijosigurtà li għandhom jiġu applikati;

    (o)

    is-sistema taż-żamma tar-rekords dwar it-tilqim;

    (p)

    ir-restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta’ annimali mlaqqmin u l-prodotti tagħhom u miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jiġi kkontrollat it-tixrid potenzjali tal-mard li għandhom jiġu stabbiliti u t-tul ta’ żmien tagħhom minbarra dawk previsti minn dan ir-Regolament;

    (q)

    kampanja ta’ komunikazzjoni li għandha tiġi stabbilita biex tinforma lill-operaturi u lill-pubbliku dwar it-tilqim, inkluża s-sikurezza għall-konsum mill-bniedem ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn annimali mlaqqmin ta’ speċijiet elenkati;

    (r)

    kwistjonijiet oħra meqjusa xierqa għas-sitwazzjoni mill-awtorità kompetenti.

    2.   Annimali selvaġġi

    F’każ li t-tilqim jinvolvi l-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati, il-pjan uffiċjali għat-tilqim għandu jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-punt 1(a), (b), (j), (k), (l), (m), (n), (o), (p) u (q), u l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    id-deskrizzjoni ġeografika dettaljata taż-żona tat-tilqim u taż-żona tal-peritilqim, fejn rilevanti;

    (b)

    l-għadd stmat tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati li għandhom jitlaqqmu;

    (c)

    il-miżuri li għandhom jiġu adottati biex jiġi evitat għadd kbir ta’ movimenti ta’ annimali selvaġġi;

    (d)

    il-perjodi jew l-istaġuni tat-tilqim fejn rilevanti;

    (e)

    is-sistema tal-għoti tal-vaċċin.

    PARTI 2

    INFORMAZZJONI SIMPLIFIKATA LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIL-PJAN UFFIĊJALI GĦAT-TILQIM

    (a)

    Id-deskrizzjoni u r-riżultati tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Anness II, inkluża s-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-informazzjoni rilevanti użata bħala bażi għall-valutazzjoni;

    (b)

    l-objettivi u l-miri ewlenin bl-istrateġija magħżula għat-tilqim u l-pjan uffiċjali għat-tilqim;

    (c)

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati li għandhom jitlaqqmu;

    (d)

    l-għadd stmat ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li għandhom jitlaqqmu, il-kategoriji tagħhom u, fejn rilevanti, l-età tagħhom;

    (e)

    il-kategoriji ta’ annimali eżentati mit-tilqim u raġunijiet għall-eżenzjoni tagħhom;

    (f)

    is-sistema ta’ superviżjoni tal-amministrazzjoni tal-vaċċin;

    (g)

    it-taqsira tal-karatteristiċi tal-vaċċin, inkluż isem il-prodotti u isem il-manifatturi;


    ANNESS IV

    Informazzjoni preliminari li għandha tiġi pprovduta lil Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni qabel it-tilqim

    L-Istat Membru li jkollu l-ħsieb li japplika tilqim kontra mard tal-kategorija A għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja qabel ma jibda t-tilqim:

    (a)

    raġunament qasir biex jinbeda t-tilqim;

    (b)

    l-istrateġija u l-motivazzjoni magħżula;

    (c)

    l-ispeċijiet tal-annimali li se jitlaqqmu, fejn jispeċifikaw jekk humiex se jiġu inklużi annimali selvaġġi;

    (d)

    l-għadd stmat ta’ annimali li se jitlaqqmu;

    (e)

    id-durata stmata tat-tilqim;

    (f)

    it-tip u l-isem kummerċjali tal-vaċċin applikat, inkluża l-indikazzjoni ta’ jekk il-vaċċin huwiex se jintuża f’konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) 2019/6;

    (g)

    deskrizzjoni taż-żona stmata tat-tilqim.


    ANNESS V

    Rekords minimi dwar it-tilqim

    1.   Annimali miżmuma

    Identifikazzjoni individwali, fejn rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/2035,

    l-ispeċi u l-kategorija,

    in-numru tar-reġistrazzjoni tal-istabbiliment,

    l-għadd ta’ annimali mlaqqmin,

    l-għadd ta’ dożi ta’ vaċċin mogħtija,

    it-tip u l-isem tal-vaċċin,

    id-data tat-tilqim,

    id-data tal-qtil (fejn applikabbli),

    id-data u l-metodu tar-rimi tal-karkassa (fejn applikabbli),

    2.   Annimali selvaġġi

    Ir-reġjuni jew iż-żoni fejn l-annimali selvaġġi jitlaqqmu,

    is-sistema tal-għoti tal-vaċċin,

    il-perjodu tat-tilqim,

    it-tip u l-isem tal-vaċċin,

    l-għadd ta’ dożi ta’ vaċċin imqassma,

    il-metodi għall-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim u metodi ta’ sorveljanza tal-marda f’żoni mlaqqmin.


    ANNESS VI

    Informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta mill-awtorità kompetenti lil Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tat-tilqim

    1.   Informazzjoni minima li trid tiġi pprovduta fir-rapporti

     

    Strateġija għat-tilqim ta’ emerġenza

    Strateġija għat-tilqim preventiv

    Tilqim soppressiv

    Tilqim protettiv

    F’annimali selvaġġi

    Deskrizzjoni taż-żoni tat-tilqim u tal-peritilqim

    FEJN APPLIKABBLI

    IVA

    IVA

    FEJN APPLIKABBLI

    L-għadd totali ta’ stabbilimenti u l-għadd totali ta’ stabbilimenti f’kull żona tat-tilqim (fejn applikabbli)

    IVA

    IVA

    LE

    IVA

    L-għadd totali ta’ annimali li għandhom jitlaqqmu, (skont l-ispeċi) u l-għadd totali ta’ annimali f’kull żona tat-tilqim (fejn applikabbli).

    IVA

    IVA

    LE

    IVA

    L-għadd totali ta’ stabbilimenti mlaqqmin (f’kull żona tat-tilqim fejn applikabbli)

    IVA

    IVA

    LE

    IVA

    L-għadd totali ta’ annimali mlaqqmin, skont l-ispeċi, (f’kull żona tat-tilqim, fejn applikabbli)

    IVA

    IVA

    LE

    IVA

    L-għadd totali ta’ dożi amministrati jew distribwiti

    IVA

    IVA

    IVA

    IVA

    Data mistennija għat-tlestija tat-tilqim

    LE

    IVA

    IVA

    IVA

    L-għadd totali ta’ annimali mlaqqmin maqtula.

    IVA

    FEJN APPLIKABBLI

    LE

    LE

    Id-dati tal-qtil tal-annimali mlaqqmin (tilqim soppressiv) jew id-data mistennija tat-tlestija tal-qtil (tilqim protettiv, fejn applikabbli)

    IVA

    FEJN APPLIKABBLI

    LE

    LE

    2.   Il-punti ta’ żmien u l-frekwenza minima biex jiġu ppreżentati r-rapporti

    Strateġija għat-tilqim ta’ emerġenza

    Tilqim preventiv

    Tilqim soppressiv

    Tilqim protettiv

    F’annimali selvaġġi

    Fi żmien sebat ijiem mit-tmiem tal-amministrazzjoni tal-vaċċin lill-annimali kollha inklużi fil-pjan uffiċjali għat-tilqim

    Mill-inqas darba kull ġimagħtejn għall-ewwel xahar tat-tilqim u darba fix-xahar għall-bqija tat-tul tat-tilqim għal kampanji ta’ tilqim ta’ sena jew iqsar

    Mill-inqas darba fix-xahar għal kampanji ta’ tilqim ta’ sena jew iqsar

    Darba fis-sena

    Mill-inqas darba fi tmiem it-tilqim annwali għall-kampanji ta’ tilqim ta’ diversi snin

    Mill-inqas kull sitt xhur għal kampanji ta’ tilqim ta’ diversi snin


    ANNESS VII

    Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD)

    PARTI 1

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-FMD

    1.

    Tip ta’ vaċċin li jrid jintuża jew li jrid jingħata prijorità: Vaċċini inattivati (vaċċini attenwati ħajjin ma għandhomx jintużaw).

    2.

    Daqs taż-żona tal-peritilqim: Iż-żona tal-peritilqim għandha tkun ta’ wisa’ ta’ mill-inqas 10 km mill-perimetri taż-żona tat-tilqim.

    3.

    Kopertura minima: għandha tiġi adattata skont ir-razza fiċ-ċirkolazzjoni, l-effettività tal-bijosigurtà fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żona tat-tilqim u skont id-densità tal-annimali. Bħala linja bażi, il-kopertura tal-vaċċin għandha timmira għal mill-inqas 80 % tal-istabbilimenti fiż-żona tat-tilqim u għal 80 % tal-annimali fil-mira għal kull speċi miżmuma f’kull wieħed minn dawk l-istabbilimenti magħżula għall-applikazzjoni tat-tilqim.

    4.

    Annimali/speċijiet fil-mira: L-ispeċijiet elenkati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882.

    PARTI 2

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U FIL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-FMD

    Is-sorveljanza klinika u fil-laboratorju li ġejja għandha tiġi implimentata fiż-żona tat-tilqim biex jiġu identifikati l-istabbilimenti li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati li kellhom kuntatt mal-virus tal-FMD mingħajr ma juru sinjali kliniċi tal-marda matul il-perjodu li jibda mhux aktar kmieni minn 30 jum wara t-tlestija ta’ tilqim protettiv ta’ emerġenza. Din is-sorveljanza għandha tinkludi:

    1.

    eżami kliniku ta’ wieħed mit-tipi li ġejjin:

    (a)

    eżami kliniku tal-annimali kollha tal-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbilimenti kollha fiż-żona tat-tilqim;

    (b)

    eżami kliniku mmirat lejn speċijiet partikolari li x’aktarx juru sinjali kliniċi ċari, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi dan, abbażi tal-eżitu pożittiv ta’ valutazzjoni tar-riskju;

    2.

    eżami fil-laboratorju f’konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    għal antikorpi kontra proteini mhux strutturali tal-virus tal-FMD imwettaq fuq kampjuni meħuda minn annimali mlaqqmin tal-ispeċijiet elenkati u l-wild mhux imlaqqam tagħhom fl-istabbilimenti kollha fiż-żona tat-tilqim;

    (b)

    biex tiġi identifikata infezzjoni bil-virus tal-FMD, jew b’assaġġ għal antikorpi kontra proteini mhux strutturali tal-virus tal-FMD, jew b’metodu approvat ieħor, imwettaq fuq kampjuni miġbura f’konformità mal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 mill-istabbilimenti kollha fiż-żona tat-tilqim li fiha ma jkunx sar it-tilqim;

    (c)

    imwettaq għal kull stabbiliment ittestjat skont il-punt (a) skont daqs tal-kampjun li għandu jiġi kkalkolat biex tiġi identifikata prevalenza tal-annimali fl-istabbiliment ta’ 5 % jew inqas, b’fiduċja ta’ 95 %, kemm fl-annimali mlaqqmin kif ukoll f’dawk mhux imlaqqmin;

    (d)

    meta l-awtorità kompetenti tuża wkoll annimali sentinella introdotti fi stabbilimenti affettwati bħala parti mir-ripopolament tagħhom, għandhom jitqiesu l-kundizzjonijiet għar-ripopolament ta’ stabbilimenti affettwati previsti mir-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

    PARTI 3

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI TA’ ANNIMALI U PRODOTTI U GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13, F’ŻONI TAT-TILQIM FEJN JITWETTAQ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-FMD

    1.

    Annimali u prodotti soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti: annimali mlaqqmin u l-prodotti tagħhom, maħsuba biex jiġu mċaqalqa lejn Stati Membri oħra, sa tmiem il-perjodu ta’ rkupru stabbilit fil-Parti 4:

    (a)

    annimali ta’ speċijiet elenkati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona tat-tilqim;

    (b)

    laħam frisk, ħalib mhux ipproċessat u kolostru miksuba minn annimali mlaqqmin;

    (c)

    prodotti tal-ħalib u prodotti bbażati fuq il-kolostru prodotti mill-ħalib u mill-kolostru miksuba minn annimali mlaqqmin;

    2.

    Prodotti ġerminali soġġetti għal projbizzjonijiet ta’ ġbir: semen għal inseminazzjoni artifiċjali minn annimali donaturi ta’ speċijiet elenkati miżmuma fi stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali li jinsabu fiż-żona tat-tilqim, sa tmiem il-perjodu ta’ rkupru stabbilit fil-Parti 4.

    3.

    Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(2)(b)(ii), l-Artikolu 13(3)(b), u l-Artikolu 13(4)(b).

    3.1.

    Mill-bidu tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza sakemm ikunu għaddew mill-inqas 30 jum wara li jitlesta, dawn li ġejjin jistgħu jiġu awtorizzati:

    (a)

    movimenti għall-iskarnar ta’ annimali miżmuma ta’ speċijiet elenkati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona tat-tilqim lejn biċċerija li tinsab fi ħdan jew qrib kemm jista’ jkun iż-żona tat-tilqim, fl-istess Stat Membru, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 24, l-Artikolu 28(2), (3), (4), (5) u (7) u l-Artikolu 29(1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (b)

    movimenti ta’ laħam frisk u ħalib mhux ipproċessat miksuba minn annimali mlaqqmin bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti mill-Artikolu 24, l-Artikolu 28(2), (3), (4), (6) u (7) u l-Artikolu 33(1)(a), u l-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (c)

    movimenti ta’ prodotti tal-ħalib prodotti mill-ħalib miksuba minn annimali mlaqqmin jekk ikunu għaddew minn trattament effettiv għall-FMD f’konformità mal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u biss jekk matul il-proċess tal-produzzjoni, tal-ħżin u tat-trasport ikunu ġew separati minn prodotti mhux eliġibbli għad-dispaċċ barra miż-żona tat-tilqim skont dan ir-Regolament;

    (d)

    il-ġbir tas-semen għall-inseminazzjoni artifiċjali minn annimali donaturi ta’ speċijiet elenkati miżmuma fi stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali li jinsabu fiż-żona tat-tilqim għall-produzzjoni ta’ semen iffriżat, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    jiġi żgurat li s-semen miġbur matul dan il-perjodu jinħażen separatament għal mill-inqas 30 jum;

    (ii)

    qabel ma jintbagħat is-semen, jew:

    l-annimal donatur ma jkunx tlaqqam u jiġu ssodisfati l-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 32(b) u (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687; jew

    l-annimal donatur ikun tlaqqam wara riżultat negattiv għal eżami fil-laboratorju għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-virus tal-FMD imwettaq qabel it-tilqim; u

    ikun inkiseb riżultat negattiv f’eżami fil-laboratorju għad-detezzjoni ta’ virus jew ġenoma virali, jew f’test approvat għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra proteini mhux strutturali tal-virus tal-FMD, imwettaq fi tmiem il-perjodu ta’ kwarantina għas-semen fuq kampjuni meħuda mill-annimali kollha tal-ispeċijiet elenkati preżenti f’dak iż-żmien fl-istabbiliment approvat tal-prodott ġerminali; u

    is-semen jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 5, il-Kapitolu I, il-punt 3, tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686.

    3.2.

    Matul il-perjodu li jibda mhux aktar kmieni minn 30 jum wara t-tlestija tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza sakemm titlesta s-sorveljanza speċifika prevista mill-Parti 2 ta’ dan l-Anness, dawn li ġejjin jistgħu jiġu awtorizzati:

    (a)

    movimenti għall-iskarnar ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati miżmuma fiż-żona tat-tilqim lejn biċċerija li tinsab fiż-żona tat-tilqim jew barra minnha iżda fl-istess Stat Membru, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti mill-Artikolu 24 u fl-Artikolu 28(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (b)

    movimenti ta’ laħam frisk, minbarra l-ġewwieni, miksuba minn ungulati mlaqqmin ta’ speċijiet elenkati, minbarra annimali porċini, jekk il-laħam frisk:

    jikkonforma mal-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 28(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    ikun ġie dissussat u jkunu tneħħew il-limfonodi aċċessibbli ewlenin;

    ikun, jew ikun inkiseb minn, karkassi li jkunu ġew soġġetti għal proċess ta’ maturazzjoni f’temperatura ta’ aktar minn 2 °C għal mill-inqas 24 siegħa u l-valur pH irreġistrat fin-nofs tal-muskolu Longissimus dorsi kien ta’ inqas minn 6,0;

    (c)

    movimenti ta’ laħam frisk miksub minn ungulati ta’ speċijiet elenkati, minbarra annimali porċini, miżmuma u maqtula barra miż-żona tat-tilqim;

    (d)

    movimenti ta’ laħam frisk, minbarra l-ġewwieni, miksuba minn annimali porċini mlaqqmin maqtula f’dan il-perjodu, jekk il-laħam frisk ikun ġie prodott bil-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 24, l-Artikolu 28(2), (3), (4), (6) u (7) u l-Artikolu 33(1)(a), u l-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (e)

    movimenti ta’ ħalib mhux ipproċessat miksub minn annimali mlaqqmin bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti mill-Artikolu 24, l-Artikolu 28(2), (3), (4), (6) u (7) u l-Artikolu 33(1)(a), u l-Artikolu 33(2)(b), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (f)

    movimenti ta’ prodotti tal-ħalib miksuba minn annimali mlaqqmin jekk dawk il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn trattament effettiv kontra l-FMD f’konformità mal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u biss jekk matul il-proċess tal-produzzjoni, tal-ħżin u tat-trasport ikunu ġew separati minn prodotti mhux eliġibbli għad-dispaċċ barra miż-żona tat-tilqim skont dan ir-Regolament.

    (g)

    il-ġbir tas-semen għall-inseminazzjoni artifiċjali minn annimali donaturi ta’ speċijiet elenkati miżmuma fi stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali li jinsabu fiż-żona tat-tilqim bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.1, is-subpunt (d).

    3.3.

    Wara li titlesta s-sorveljanza speċifika prevista fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness u sa tmiem il-perjodu ta’ rkupru previst fil-Parti 4 ta’ dan l-Anness, dawn li ġejjin jistgħu jiġu awtorizzati:

    (a)

    movimenti għall-qatla ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati miżmuma fiż-żona tat-tilqim lejn biċċerija li tinsab fiż-żona tat-tilqim jew barra minnha, iżda fl-istess Stat Membru, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 24 u fl-Artikolu 28(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (b)

    movimenti ta’ annimali mhux imlaqqma ta’ speċijiet elenkati f’konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    fi żmien 24 siegħa qabel it-tagħbija, l-annimali kollha tal-ispeċijiet elenkati fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal eżami kliniku u ma jkunux urew sinjali kliniċi tal-FMD,

    (ii)

    l-annimali baqgħu barra mill-istabbiliment ta’ oriġini għal mill-inqas 30 jum li matulhom l-ebda annimal tal-ispeċi elenkata ma ġie introdott fl-istabbiliment,

    (iii)

    l-annimali maħsuba għat-trasport kienu jew soġġetti individwalment, b’riżultati negattivi, għal testijiet għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-virus tal-FMD fi tmiem il-perjodu ta’ iżolament, jew inkella tlesta stħarriġ seroloġiku fuq dak l-istabbiliment irrispettivament mill-ispeċi kkonċernata;

    (iv)

    l-annimali ma kienu esposti għall-ebda sors ta’ infezzjoni matul it-trasportazzjoni tagħhom mill-istabbiliment tal-oriġini għall-post tad-destinazzjoni, li għandu jkun fl-istess Stat Membru.

    (c)

    movimenti ta’ għoġġiela mhux imlaqqma, wild ta’ baqar imlaqqma lejn:

    (i)

    stabbiliment fiż-żona tat-tilqim tal-istess stat ta’ saħħa bħall-istabbiliment tal-oriġini;

    (ii)

    biċċerija għall-qtil immedjat;

    (iii)

    stabbiliment nominat mill-awtorità kompetenti, li minnu l-wild għandu jintbagħat direttament għall-biċċerija;

    (iv)

    kwalunkwe stabbiliment, wara li jkun kiseb riżultat negattiv f’test serjoloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-virus tal-FMD imwettaq fuq kampjun ta’ demm li jkun ittieħed qabel id-dispaċċ mill-istabbiliment ta’ oriġini.

    (d)

    movimenti ta’ laħam frisk, prodotti tal-laħam, ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib f’konformità mal-punt 3.2, il-punti (b) sa (f);

    (e)

    ġbir tas-semen f’konformità mal-punt 3.1(d)

    PARTI 4

    PERJODI TA’ RKUPRU GĦALL-FMD WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA

    Perjodu ta’ rkupru

    Tip ta’ sorveljanza biex jintwera n-nuqqas ta’ okkorrenza tal-FMD

    tliet xhur wara li l-aħħar annimal imlaqqam fiż-żona tat-tilqim ikun inqatel jew ġie skarnat, minbarra l-annimali msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament 2020/687

    Klinika u fil-laboratorju

    Ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti fil-Kapitolu FMD, it-30 edizzjoni 2022, tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tad-WOAH huma ssodisfati


    ANNESS VIII

    Infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift (RVF)

    PARTI 1

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-RVF

    1.   Daqs taż-żona tat-tilqim: raġġ ta’ 50 km madwar stabbilimenti affettwati jew tilqim f’ċirku bejn 20 u 50 km.

    2.   Daqs taż-żona tal-peritilqim: L-ebda regola speċifika.

    3.   Tip ta’ vaċċin li għandu jintuża jew jingħata prijorità: Vaċċini inattivati. Vaċċini attenwati ħajjin jistgħu jintużaw biss f’żoni endemiċi.

    4.   Kopertura minima: L-ebda regola speċifika.

    5.   Annimali/speċijiet fil-mira: Annimali tal-ispeċijiet elenkati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 miżmuma fiż-żona tat-tilqim, inklużi mill-inqas annimali bovini, ovini, kaprini u kamelidi.

    PARTI 2

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U FIL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-RVF

    Sorveljanza passiva: fiż-żoni tat-tilqim u tal-peritilqim, sorveljanza passiva msaħħa fuq aborti, twelid ta’ trabi mejtin u mortalità neonatali matul is-sajf u l-ħarifa (matul l-ogħla livell tal-istaġun tal-vettur u t-tmiem tiegħu).

    PARTI 3

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI TA’ ANNIMALI U PRODOTTI U GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13, F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN JITWETTAQ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-RVF

    1.

    Annimali u prodotti soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti: l-annimali mlaqqmin u l-prodotti tagħhom, inklużi s-semen, l-embrijuni u l-ooċiti maħsuba biex jiġu mċaqalqa lejn Stati Membri oħra.

    2.

    Prodotti ġerminali soġġetti għal projbizzjoni ta’ ġbir: semen, ooċiti u embrijuni minn annimali ta’ speċijiet elenkati.

    3.

    Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(2)(b)(ii), l-Artikolu 13(3)(b), u l-Artikolu 13(4)(b). Movimenti li jistgħu jiġu awtorizzati.

    Movimenti ta’ annimali mlaqqmin u l-prodotti tagħhom, inklużi semen, embrijuni u ooċiti lejn Stat Membru ieħor li għalihom l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tagħti awtorizzazzjoni speċifika għad-dħul ta’ kull kunsinna ta’ annimali mlaqqmin jew prodotti tagħhom. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq ir-riżultati tal-eżamijiet fil-laboratorju.

    PARTI 4

    PERJODI TA’ RKUPRU GĦALL-RVF

    L-ebda rekwiżit addizzjonali speċifiku għall-mard


    ANNESS IX

    Infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD)

    PARTI 1

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-LSD

    1.

    Tipi ta’ żoni tat-tilqim:

    1.1.

    Żona tat-tilqim I: żona tat-tilqim fejn jiġi implimentat tilqim protettiv ta’ emerġenza f’żoni fejn ma ġietx ikkonfermata l-LSD;

    1.2.

    Żona tat-tilqim II: żona tat-tilqim fejn jiġi implimentat tilqim protettiv ta’ emerġenza f’żoni fejn ġew ikkonfermati tifqigħat tal-LSD.

    2.

    Daqs taż-żona tat-tilqim II: Iż-żona tat-tilqim II għandha tkun tkopri mill-inqas iż-żoni inklużi fiż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ żoni ristretti oħra stabbiliti wara l-konferma ta’ dik il-marda f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

    3.

    Daqs taż-żona tal-peritilqim: Mill-inqas wisa’ ta’ 20 km mill-perimetri taż-żoni tat-tilqim I u II.

    4.

    Tip ta’ vaċċin li jrid jintuża jew li jrid jingħata prijorità: għandha tingħata prijorità lill-użu ta’ vaċċini omologi.

    5.

    Kopertura minima: kopertura tal-vaċċin ta’ mill-inqas 95 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali bovini li jirrappreżentaw mill-inqas 75 % tal-popolazzjoni tal-annimali bovini taż-żona tat-tilqim.

    6.

    Annimali/speċijiet fil-mira: L-annimali bovini kollha u l-wild tagħhom miżmuma fiż-żona tat-tilqim.

    PARTI 2

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U FIL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-LSD

    L-ebda rekwiżit addizzjonali speċifiku għall-mard

    PARTI 3

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI TA’ ANNIMALI U PRODOTTI U GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13, F’ŻONI TAT-TILQIM FEJN JITWETTAQ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-LSD

    1.

    Annimali u prodotti soġġetti għall-projbizzjoni ta’ movimenti minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni tat-tilqim I u II, sa tmiem il-perjodu ta’ rkupru stabbilit fil-Parti 4:

    (a)

    annimali bovini;

    (b)

    prodotti ġerminali minn annimali bovini;

    (c)

    prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali minn annimali bovini għajr il-ħalib, il-kolostru, il-prodotti tal-ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-kolostru maħsuba għall-għalf tal-annimali.

    2.

    Prodotti ġerminali soġġetti għal projbizzjoni ta’ ġbir: xejn.

    3.

    Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(2)(b)(ii), l-Artikolu 13(3)(b), u l-Artikolu 13(4)(b). Movimenti li jistgħu jiġu awtorizzati.

    3.1.

    Movimenti ta’ annimali bovini miż-żona tat-tilqim I:

    Il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali bovini jistgħu jiġu awtorizzati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona tat-tilqim I:

    (a)

    għaż-żoni tat-tilqim I jew II tal-istess Stat Membru jew ta’ Stat Membru ieħor dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    l-annimali bovini fil-kunsinna jridu jkunu tlaqqmu kontra l-LSD mill-inqas 28 jum qabel id-data tad-dispaċċ u jkunu għadhom fil-perjodu ta’ immunità f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vaċċin f’dik id-data;

    (ii)

    l-annimali bovini l-oħrajn kollha miżmuma fl-istess stabbiliment tal-oriġini bħall-annimali bovini fil-kunsinna jridu jkunu tlaqqmu kontra l-LSD mill-inqas 28 jum qabel id-data tad-dispaċċ u jkunu għadhom fil-perjodu ta’ immunità f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vaċċin f’dik id-data jew ikunu għadhom fil-perjodu ta’ immunità indotta minn tilqim preċedenti jew minn immunità materna fid-data ta’ dispaċċ;

    (iii)

    l-annimali bovini fil-kunsinna jridu jkunu nżammu fl-istabbiliment tal-oriġini tagħhom mit-twelid jew għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 28 jum qabel id-data tad-dispaċċ; u

    ikun twettaq eżami kliniku, b’riżultati favorevoli, tal-annimali bovini kollha miżmuma fl-istabbiliment tal-oriġini ta’ kunsinni bħal dawn, inklużi l-annimali bovini f’kunsinni bħal dawn;

    jekk ikun meħtieġ, ikun twettaq eżami fil-laboratorju, b’riżultati favorevoli, ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbiliment tal-oriġini ta’ kunsinni bħal dawn, inklużi l-annimali bovini f’kunsinni bħal dawn;

    (b)

    kwalunkwe destinazzjoni, fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri oħra, jekk, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) (ii) u (iii), jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    l-annimali bovini fil-kunsinna jridu jkunu tlaqqmu kontra l-LSD mill-inqas 60 jum qabel id-data tad-dispaċċ u jkunu għadhom fil-perjodu ta’ immunità f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vaċċin fid-data tad-dispaċċ;

    (ii)

    f’raġġ ta’ mill-inqas 20 km madwar l-istabbiliment tal-oriġini ta’ kunsinni bħal dawn, ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-LSD matul perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur qabel id-data tad-dispaċċ; u

    (iii)

    l-annimali bovini kollha miżmuma fil-50 km madwar l-istabbiliment tal-oriġini tal-kunsinna jridu jkunu tlaqqmu jew tlaqqmu mill-ġdid kontra l-LSD mill-inqas 60 jum qabel id-data tad-dispaċċ u jkunu għadhom fil-perjodu ta’ immunità f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vaċċin f’dik id-data jew fiil-perjodu tal-immunità indotta mill-immunità materna;

    (c)

    kwalunkwe destinazzjoni, fi Stati Membri jew territorji oħra f’pajjiżi terzi, jekk, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a), jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    l-annimali jridu jikkonformaw ma’ kwalunkwe garanzija tas-saħħa tal-annimali, abbażi tal-eżitu favorevoli ta’ valutazzjoni tar-riskju ta’ miżuri kontra t-tixrid tal-LSD meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini u approvata mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri tal-passaġġ u tad-destinazzjoni, qabel id-data tad-dispaċċ;

    (ii)

    ma jrid ikun hemm l-ebda tifqigħa kkonfermata tal-LSD f’raġġ ta’ mill-inqas 20 km madwar l-istabbiliment tal-oriġini ta’ kunsinni bħal dawn għal perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur qabel id-data tad-dispaċċ; u

    (iii)

    l-annimali bovini kollha miżmuma fil-50 km madwar l-istabbiliment tal-oriġini tal-kunsinna jridu jkunu tlaqqmu jew tlaqqmu mill-ġdid kontra l-LSD mill-inqas 60 jum qabel id-data tad-dispaċċ u jkunu għadhom fil-perjodu ta’ immunità f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vaċċin f’dik id-data jew fil-perjodu ta’ immunità indotta mill-immunità materna.

    3.2.

    Movimenti ta’ annimali bovini miż-żona tat-tilqim II:

    Il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali bovini jistgħu jiġu awtorizzati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona tat-tilqim II għal:

    (a)

    kwalunkwe destinazzjoni, fl-istess Stat Membru u fi Stati Membri oħra, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    l-annimali bovini fil-kunsinna għandhom jikkonformaw ma’ kwalunkwe garanzija tas-saħħa tal-annimali, abbażi tal-eżitu favorevoli ta’ valutazzjoni tar-riskju ta’ miżuri kontra t-tixrid tal-LSD meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini u maqbula mal-awtorità kompetenti tal-Istati Membri tal-passaġġ u tad-destinazzjoni, qabel id-data tad-dispaċċ;

    (ii)

    l-annimali bovini fil-kunsinna jridu jkunu tlaqqmu kontra l-LSD mill-inqas 28 jum qabel id-data tad-dispaċċ u jkunu għadhom fil-perjodu ta’ immunità f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vaċċin f’dik id-data;

    (iii)

    l-annimali bovini l-oħrajn kollha miżmuma fl-istess stabbiliment tal-oriġini bħall-annimali bovini fil-kunsinna jridu jkunu tlaqqmu kontra l-LSD mill-inqas 28 jum qabel id-data tad-dispaċċ u jkunu għadhom fil-perjodu ta’ immunità f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vaċċin f’dik id-data jew ikunu għadhom fil-perjodu ta’ immunità indotta minn tilqim preċedenti jew minn immunità materna f’dik id-data;

    (iv)

    saru l-eżamijiet li ġejjin:

    eżami kliniku, b’riżultati favorevoli, tal-annimali bovini kollha miżmuma fl-istabbiliment tal-oriġini ta’ kunsinni bħal dawn, inklużi l-annimali bovini f’kunsinni bħal dawn;

    jekk ikun meħtieġ, eżami fil-laboratorju, b’riżultati favorevoli, ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbiliment tal-oriġini ta’ kunsinni bħal dawn, inklużi l-annimali bovini f’kunsinni bħal dawn;

    (v)

    l-annimali bovini jridu jkunu ilhom residenti mit-twelid, jew għal perjodu ta’ mill-inqas 28 jum qabel id-data tad-dispaċċ, fi stabbiliment fejn, f’raġġ ta’ mill-inqas 20 km, ma tkun ġiet ikkonfermata l-ebda tifqigħa tal-LSD matul it-tliet xhur qabel id-data tad-dispaċċ;

    (vi)

    l-annimali bovini kollha fil-50 km madwar l-istabbiliment tal-oriġini tal-kunsinna jridu jkunu tlaqqmu jew tlaqqmu mill-ġdid kontra l-LSD, mill-inqas 60 jum qabel id-data tad-dispaċċ u jkunu għadhom fil-perjodu ta’ immunità f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vaċċin f’dik id-data jew fil-perjodu ta’ immunità indotta mill-immunità materna;

    (b)

    kwalunkwe destinazzjoni li tinsab f’żona tat-tilqim II oħra tal-istess Stat Membru, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    l-annimali bovini l-oħrajn kollha miżmuma fl-istabbiliment tal-oriġini ta’ kunsinni bħal dawn jridu jkunu tlaqqmu kontra l-LSD mill-inqas 28 jum qabel id-data tad-dispaċċ u jkunu għadhom fil-perjodu ta’ immunità f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vaċċin f’dik id-data jew jibqgħu fil-perjodu ta’ immunità indotta minn tilqim preċedenti jew minn immunità materna f’dik id-data; u

    (ii)

    l-annimali bovini jridu jkunu tlaqqmu kontra l-LSD mill-inqas 28 jum qabel id-data tad-dispaċċ u jkunu għadhom fil-perjodu ta’ immunità f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vaċċin f’dik id-data jew ikunu frieħ mhux imlaqqmin ta’ inqas minn erba’ xhur, imwielda minn ommijiet imlaqqma, mill-inqas 28 jum qabel it-twelid, li baqgħu fil-perjodu ta’ immunità skont il-manifattur tal-vaċċin fid-data tat-twelid, u jistgħu jiġu mċaqalqa lejn stabbiliment ieħor.

    3.3.

    Movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali bovini miż-żoni tat-tilqim I u II lejn biċċerija barra minn dawk iż-żoni:

    Il-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali bovini jistgħu jiġu awtorizzati miż-żoni tat-tilqim I u II lejn biċċerija barra minn dawk iż-żoni, li tinsab fit-territorju tal-istess Stat Membru, dment li l-annimali bovini jiġu mċaqalqa għall-finijiet ta’ tbiċċir immedjat f’konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 28(2) sa (5) u l-Artikolu 28(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

    3.4.

    Movimenti ta’ kunsinni ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini miż-żoni tat-tilqim I u II:

    3.4.1.

    Il-movimenti ta’ kunsinni ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini jistgħu jiġu awtorizzati minn stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali jew minn stabbilimenti oħra li jinsabu fiż-żona tat-tilqim I lejn:

    (a)

    iż-żoni tat-tilqim I jew II tal-istess Stat Membru dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    l-annimali donaturi kienu jew:

    tlaqqmu u tlaqqmu mill-ġdid kontra l-LSD skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vaċċin li ntuża, u l-ewwel tilqima trid tkun ingħatat mill-inqas 60 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni; jew

    soġġetti, b’riżultati negattivi, għal test seroloġiku biex jiġu identifikati antikorpi speċifiċi kontra l-virus tal-LSD fil-jum tal-ġbir u mill-inqas 28 jum wara l-perjodu tal-ġbir fir-rigward tas-semen jew fil-jum tal-ġbir fir-rigward tal-embrijuni u tal-ooċiti;

    (ii)

    l-annimali donaturi nżammu, matul is-60 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni, f’ċentru ta’ inseminazzjoni artifiċjali jew fi stabbiliment xieraq ieħor fejn, f’raġġ ta’ mill-inqas 20 km, ma tkun ġiet ikkonfermata l-ebda tifqigħa tal-LSD matul it-tliet xhur qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

    (iii)

    l-annimali donaturi ġew klinikament iċċekkjati 28 jum qabel id-data tal-ġbir, kif ukoll tul il-perjodu tal-ġbir kollu, u ma wrew l-ebda sintomu kliniku tal-LSD;

    (b)

    kwalunkwe destinazzjoni li tinsab f’żona tat-tilqim I jew II oħra ta’ Stat Membru ieħor, dment li, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a), jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    l-annimali donaturi kienu soġġetti, b’riżultati negattivi, għal test ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) biex tiġi identifikata l-LSD imwettaq fuq kampjuni tad-demm miġbura fil-bidu tal-ġbir tas-semen u mill-inqas kull 14-il jum wara dan matul il-perjodu tal-ġbir tas-semen jew fil-jum tal-ġbir tal-embrijuni u tal-ooċiti;

    (ii)

    is-semen ġie soġġett, b’riżultati negattivi, għal test tal-PCR biex tiġi identifikata l-LSD;

    (c)

    kwalunkwe destinazzjoni li tinsab fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor jew, f’każ taż-żona tat-tilqim I, f’pajjiż terz dment li, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a), l-annimali donaturi jikkonformaw ma’ kwalunkwe garanzija xierqa oħra tas-saħħa tal-annimali, abbażi ta’ eżitu pożittiv ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-impatt ta’ tali dispaċċ u tal-miżuri kontra t-tixrid tal-LSD, meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tal-oriġini u approvata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-passaġġ u tad-destinazzjoni, qabel ma jintbagħtu dawn is-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni.

    3.4.2.

    Il-movimenti ta’ kunsinni ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini, jistgħu jiġu awtorizzati minn stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali jew minn stabbilimenti oħra li jinsabu f’żona tat-tilqim II lejn kwalunkwe destinazzjoni li tinsab f’żona tat-tilqim II oħra tal-istess Stat Membru.

    3.5.

    Movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mhux ipproċessati minn annimali bovini miż-żoni tat-tilqim I:

    Il-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mhux ipproċessati minn annimali bovini jistgħu jiġu awtorizzati minn stabbilimenti li jinsabu f’żona tat-tilqim I lejn:

    (a)

    kwalunkwe destinazzjoni li tinsab fl-istess Stat Membru jew lejn kwalunkwe destinazzjoni li tinsab fiż-żoni tat-tilqim I jew II fi Stat Membru ieħor;

    (b)

    fil-każ ta’ kunsinni ta’ ġlud, kwalunkwe destinazzjoni li tinsab fi kwalunkwe żona tal-istess Stat Membru jew ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz dment li tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    il-ġlud ittrattati jkunu ġew soġġetti għal wieħed mit-trattamenti msemmija fl-Anness I, il-punt 28(b) sa (e) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (1); jew

    (ii)

    il-ġlud ittrattati jkunu ġew soġġetti għal wieħed mit-trattamenti stabbiliti fit-Taqsima XIV, il-Kapitolu I, il-punt (4)(b)(ii), tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u jkunu għaddew mill-prekawzjonijiet kollha biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni mill-ġdid b’aġenti patoġeniċi wara t-trattament.

    3.6.

    Movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mhux ipproċessati minn annimali bovini miż-żoni tat-tilqim II:

    Il-movimenti ta’ kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mhux ipproċessati minn annimali bovini jistgħu jiġu awtorizzati minn stabbilimenti li jinsabu f’żona tat-tilqim II lejn:

    (a)

    fil-każ ta’ prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali għajr il-ġlud, kwalunkwe destinazzjoni li tinsab fl-istess Stat Membru jew kwalunkwe destinazzjoni li tinsab fiż-żoni tat-tilqim I jew II ta’ Stat Membru ieħor dment li l-prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali jintbagħtu taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti għall-ipproċessar jew għar-rimi f’impjant approvat f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

    (b)

    fil-każ ta’ ġlud ta’ annimali bovini:

    (i)

    kwalunkwe destinazzjoni li tinsab f’żona tat-tilqim II tal-istess Stat Membru jew ta’ Stat Membru ieħor dment li jkunu ġlud mhux maħduma u mhux ittrattati maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew ġlud mhux ittrattati mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem mibgħuta taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti għall-ipproċessar jew għar-rimi f’impjant approvat f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

    (ii)

    kwalunkwe destinazzjoni li tinsab fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.5(b);

    (c)

    fil-każ tal-kolostru, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, kwalunkwe destinazzjoni li tinsab fi kwalunkwe żona tal-istess Stat Membru jew ta’ Stat Membru ieħor dment li jkunu ġew soġġetti għal trattament ta’ mitigazzjoni tar-riskju għal-LSD, kif stabbilit fl-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

    3.7.

    Kundizzjonijiet relatati mal-mezzi tat-trasport użati għall-moviment ta’ kunsinni ta’ annimali bovini u prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali miż-żoni tat-tilqim I u II barra minn dawk iż-żoni meta jingħataw id-derogi rilevanti:

    (a)

    fil-każ tat-trasport ta’ annimali bovini, il-mezz tat-trasport:

    (i)

    jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687; u

    (ii)

    jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat f’konformità mal-Artikolu 24(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 taħt il-kontroll jew is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru;

    (b)

    jinkludi biss annimali bovini jew prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali jew ġlud mhux ittrattati tal-istess status tas-saħħa.

    PARTI 4

    PERJODI TA’ RKUPRU GĦAL-LSD WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA

    Perjodu ta’ rkupru

    Tip ta’ sorveljanza biex jintwera n-nuqqas ta’ okkorrenza tal-LSD

    14-il xahar wara t-tbiċċir jew il-qtil tal-aħħar każ, jew wara l-aħħar tilqim jekk ikun intuża tilqim protettiv ta’ emerġenza (fiż-żona tat-tilqim II), skont liema seħħ l-aħħar, u matul liema perjodu s-sorveljanza klinika u fil-laboratorju ma wriet l-ebda okkorrenza tal-LSD

    Klinika u fil-laboratorju (viroloġika u seroloġika)

    26 xahar wara t-tbiċċir jew il-qtil tal-aħħar każ, jew wara l-aħħar tilqim jekk ikun intuża tilqim protettiv ta’ emerġenza (fiż-żona tat-tilqim II), skont liema seħħ l-aħħar, u matul liema perjodu s-sorveljanza klinika waħedha ma wriet l-ebda okkorrenza ta’ LSD

    Klinika

    tmien xhur wara l-aħħar tilqim jekk ikun intuża tilqim protettiv ta’ emerġenza (fiż-żona tat-tilqim I), u matul liema perjodu s-sorveljanza klinika u fil-laboratorju ma wriet l-ebda okkorrenza ta’ LSD

    Klinika u fil-laboratorju (viroloġika u seroloġika)


    (1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).


    ANNESS X

    Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar (PPR)

    PARTI 1

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-PPR

    1.   Daqs taż-żona tat-tilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika.

    2.   Daqs taż-żona tal-peritilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika.

    3.   Tip ta’ vaċċin li għandu jintuża jew jingħata prijorità: L-ebda kundizzjoni speċifika

    4.   Kopertura minima: L-ebda kundizzjoni speċifika.

    5.   Annimali/speċijiet fil-mira:: Annimali tal-ispeċijiet elenkati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 miżmuma fiż-żona tat-tilqim, inklużi mill-inqas annimali ovini u kaprini.

    PARTI 2

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U FIL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-PPR

    Sorveljanza passiva: fiż-żoni tat-tilqim u tal-peritilqim, sorveljanza passiva msaħħa għas-sinjali u s-sintomi tal-PPR kif ukoll għal żieda fil-mortalità f’ruminanti żgħar.

    PARTI 3

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI TA’ ANNIMALI U PRODOTTI U GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13, F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN JITWETTAQ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-PPR

    1.

    L-annimali u l-prodotti soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti sa tmiem il-perjodu ta’ rkupru stabbilit fil-Parti 4

    L-istess annimali u prodotti, li jinsabu fiż-żoni tat-tilqim, bħal dawk soġġetti għal restrizzjonijiet fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti fil-każ ta’ tifqigħa tal-PPR prevista fl-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u bl-istess restrizzjonijiet.

    2.

    Prodotti ġerminali soġġetti għal projbizzjoni ta’ ġbir: semen, ooċiti u embrijuni minn annimali ta’ speċijiet elenkati, sa tmiem il-perjodu ta’ rkupru.

    3.

    Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(2)(b)(ii), l-Artikolu 13(3)(b), u l-Artikolu 13(4)(b). Movimenti li jistgħu jiġu awtorizzati.

    3.1.

    Movimenti ta’ annimali mlaqqmin u prodotti tagħhom minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona tat-tilqim, bl-istess kundizzjonijiet ġenerali bħal dawk previsti mill-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u biss fil-każijiet koperti minn u bl-istess kundizzjonijiet speċifiċi bħal dawk previsti mill-Artikoli 44, 45, 48, 49, 51 u 53 ta’ dak ir-Regolament fir-rigward taż-żona ta’ sorveljanza.

    3.2.

    Movimenti ta’ annimali mlaqqmin u prodotti tagħhom minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona tat-tilqim, dment li dawk l-istabbilimenti ma jibqgħux iżommu annimali mlaqqmin.

    3.3.

    Movimenti ta’ annimali mlaqqmin u ta’ prodotti tagħhom minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona tat-tilqim wara li jkunu għaddew sentejn mill-waqfien tat-tilqim.

    PARTI 4

    PERJODI TA’ RKUPRU GĦALL-PPR WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA

    Perjodu ta’ rkupru

    Tip ta’ sorveljanza biex jintwera n-nuqqas ta’ okkorrenza tal-PPR

    sitt xhur wara t-tbiċċir jew il-qtil tal-aħħar każ u tal-annimali mlaqqmin kollha jekk ikun intuża tilqim protettiv ta’ emerġenza, u matul liema perjodu s-sorveljanza klinika u fil-laboratorju ma tkun uriet l-ebda okkorrenza tal-PPR

    Klinika u fil-laboratorju (viroloġika u seroloġika)

    24 xahar wara t-tbiċċir jew il-qtil tal-aħħar każ, jew wara l-aħħar tilqim jekk ikun intuża tilqim protettiv ta’ emerġenza, skont liema jkun seħħ l-aħħar, u matul liema perjodu s-sorveljanza klinika u fil-laboratorju ma tkun uriet l-ebda okkorrenza tal-PPR

    Klinika u fil-laboratorju (viroloġika u seroloġika)


    ANNESS XI

    Marda Afrikana taż-żwiemel (AHS)

    PARTI 1

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-AHS

    1.   Tip ta’ vaċċin li jrid jintuża jew li jrid jingħata prijorità: Vaċċini monovalenti jew, jekk il-vaċċini monovalenti ma jkunux disponibbli, vaċċini polivalenti bl-inqas numru possibbli ta’ valenzi awtorizzati mill-awtorità kompetenti.

    2.   Daqs taż-żona tat-tilqim: stabbilimenti infettati soġġetti għad-deroga prevista mill-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u stabbilimenti li jinsabu f’raġġ ta’ 20 km madwar l-istabbilimenti infettati (inklużi fiż-żona ta’ protezzjoni). Żona tat-tilqim tista’ tkopri ż-żona kollha ta’ protezzjoni. Kwalunkwe tilqim fiż-żona ta’ sorveljanza huwa pprojbit.

    3.   Daqs taż-żona tal-peritilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika

    4.   Kopertura minima: L-ebda kundizzjoni speċifika

    5.   Annimali/speċijiet fil-mira: l-annimali ekwini kollha fiż-żona tat-tilqim, f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vaċċin/l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

    PARTI 2

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U FIL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-AHS

    Is-sorveljanza klinika u fil-laboratorju għandha titwettaq fiż-żona tat-tilqim. Din is-sorveljanza għandha tinkludi mill-inqas:

    1.

    eżami kliniku tal-annimali ekwini kull 3 ijiem sa 7 ijiem, jew kuljum fil-każ ta’ każijiet kliniċi severi, peress li każijiet bħal dawn jista’ jkollhom bżonn jiġu ewtanazzati minħabba raġunijiet ta’ trattament xieraq tal-annimali;

    2.

    sorveljanza fil-laboratorju tal-annimali ekwini (l-ittestjar għandu jsir fuq kampjuni meħuda f’intervalli ta’ tlett ijiem sa sebat ijiem bħala ż-żmien minimu meħtieġ sabiex jinqabad il-perjodu minimu ta’ inkubazzjoni li warajh annimal infettat jista’ jittestja pożittiv), u l-protokoll dijanjostiku għandu jiġi stabbilit skont il-vaċċin użat (sorveljanza seroloġika, f’każ li jintuża vaċċin DIVA, jew sorveljanza viroloġika). Is-sorveljanza hija meħtieġa biex jiġu identifikati t-tipi ta’ virus tal-AHS fiċ-ċirkolazzjoni biex jiġi żgurat li s-serotipi kollha fiċ-ċirkolazzjoni jiġu inklużi fil-pjan uffiċjali għat-tilqim;

    3.

    sorveljanza tal-Culicoides;

    PARTI 3

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI TA’ ANNIMALI U PRODOTTI U GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13, F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN JITWETTAQ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-AHS

    1.

    Annimali u prodotti soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti

    L-annimali ekwini u l-prodotti ġerminali tagħhom miż-żona tat-tilqim sa tmiem il-perjodu ta’ rkupru.

    2.

    Prodotti ġerminali soġġetti għal projbizzjoni ta’ ġbir: xejn.

    3.

    Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(2)(b)(ii), l-Artikolu 13(3)(b), u l-Artikolu 13(4)(b).

    1.

    L-annimal ekwin li għandu jiġi mċaqlaq mill-istabbiliment fejn ikun inżamm fiż-żmien meta jkun sar it-tilqim, ikun tlaqqam aktar minn 40 jum qabel il-moviment;

    2.

    L-annimal imsemmi fil-punt (1):

    (a)

    ikun għadda minn kontroll tal-identità u eżami kliniku minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 91(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688;

    (b)

    ma jkun wera l-ebda sintomu kliniku ta’ AHS fil-jum tal-eżami kliniku;

    (c)

    jiġi identifikat permezz ta’ transponder u jinżamm rekord tat-tilqim kontra l-AHS fid-dokument permanenti uniku tiegħu u fil-bażi tad-data tal-kompjuter imsemmija fl-Artikolu 109(1)(d), tar-Regolament (UE) 2016/429;

    (d)

    jinżamm fi stabbiliment protett mill-vettur kif definit fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal perjodu ta’ mill-inqas 14-il jum qabel il-moviment u jkun soġġett għal test ta’ identifikazzjoni tal-aġenti għall-AHS, fi tmiem dan il-perjodu, b’riżultat negattiv, jew jinżamm fi stabbiliment protett mill-vettur għal mill-inqas 40 jum qabel il-moviment;

    (e)

    huwa protett mill-attakk ta’ vetturi.

    PARTI 4

    PERJODI TA’ RKUPRU GĦALL-AHS WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA

    Perjodu ta’ rkupru

    Tip ta’ sorveljanza li għandha tiġi implimentata matul il-perjodu ta’ rkupru

    12-il xahar, mill-aħħar annimal li tlaqqam u sentejn mill-aħħar tifqigħa

    Klinika u seroloġika

    Ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti fil-Kapitolu AHS, it-30 edizzjoni 2022, tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tad-WOAH


    ANNESS XII

    Deni klassiku tal-ħnieżer (CSF)

    PARTI 1

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAS-CSF

    1.   Daqs taż-żona tat-tilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika.

    2.   Daqs taż-żona tal-peritilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika.

    3.   Tip ta’ vaċċin li jrid jintuża jew li jrid jingħata prijorità: Vaċċini attenwati ħajjin għandhom jingħataw prijorità. Vaċċini oħra jistgħu jintużaw biss għal raġunijiet debitament ġustifikati.

    4.   Kopertura minima: L-ebda kundizzjoni speċifika.

    5.   Annimali/speċijiet fil-mira: L-annimali tal-ispeċijiet elenkati, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, miżmuma fiż-żona tat-tilqim.

    PARTI 2

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U FIL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAS-CSF

    L-ebda rekwiżit addizzjonali speċifiku għall-mard

    PARTI 3

    L-ANNIMALI U L-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI U L-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13 F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN JITWETTAQ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAS-CSF

    1.   Annimali u prodotti soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti

    L-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti li ġejjin mill-annimali minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona tat-tilqim lejn barra miż-żoni tat-tilqim:

    (a)

    annimali porċini mlaqqmin;

    (b)

    wild ta’ majjali seropożittivi;

    (c)

    semen, ooċiti u embrijuni għal inseminazzjoni artifiċjali minn annimali porċini donaturi miżmuma fi stabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali;

    (d)

    laħam frisk miksub minn annimali porċini mlaqqmin;

    2.   Prodotti ġerminali soġġetti għal projbizzjoni ta’ ġbir

    Semen, ooċiti u embrijuni għal inseminazzjoni artifiċjali minn annimali porċini donaturi seropożittivi miżmuma fi stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali li jinsabu fiż-żona tat-tilqim.

    3.   Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(2)(b)(ii), l-Artikolu 13(3)(b), u l-Artikolu 13(4)(b).

    Movimenti ta’ annimali u prodotti tagħhom li jistgħu jiġu awtorizzati:

    (1)

    movimenti ta’ annimali porċini mlaqqmin, direttament mill-istabbiliment tal-oriġini lejn:

    (a)

    biċċerija li tinsab qrib kemm jista’ jkun taż-żona tat-tilqim, fl-istess Stat Membru, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fl-Artikolu 24, fl-Artikolu 28(2), (3), (4), (5) u (7) u fl-Artikolu 29(1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (b)

    impjant approvat tal-prodotti sekondarji tal-annimali, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fl-Artikolu 24, fl-Artikolu 28(2), (3), (4), (5) u (7) u fl-Artikolu 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (2)

    moviment ta’ laħam frisk minn annimali mlaqqmin f’konformità mal-Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (3)

    il-movimenti kollha tal-annimali u l-prodotti tagħhom, stabbiliti fil-punt 1, dment li:

    (a)

    l-annimali porċini kollha mlaqqmin miżmuma fiż-żona tat-tilqim ikunu ġew skarnati jew maqtula, u l-laħam frisk miksub minn dawk l-annimali jkun intrema jew ġie pproċessat f’konformità mal-Artikolu 33(1)(a), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (b)

    l-istabbilimenti kollha fejn ikunu nżammu annimali porċini mlaqqmin ikunu tnaddfu u ġew iddiżinfettati f’konformità mal-Artikolu 57(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

    (c)

    ir-ripopolament tal-istabbilimenti msemmija hawn fuq ma tkunx seħħet sa mill-inqas għaxart ijiem wara t-tlestija tal-operazzjonijiet tat-tindif u d-diżinfezzjoni, u wara li l-annimali porċini kollha fl-istabbilimenti fejn ikun ġie applikat it-tilqim ikunu nqatlu jew tbiċċru;

    (d)

    wara r-ripopolament, l-annimali porċini fl-istabbilimenti kollha taż-żona tat-tilqim ikunu għaddew minn eżamijiet kliniċi u fil-laboratorju f’konformità mal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 sabiex tiġi identifikata l-preżenza possibbli tal-virus tas-CSF u dawk l-eżamijiet ma jkunux saru sakemm ikunu għaddew mill-inqas 40 jum wara ir-ripopolament, li matulha l-annimali porċini ma jitħallewx jiċċaqilqu minn dak l-istabbiliment.

    PARTI 4

    PERJODI TA’ RKUPRU GĦAS-CSF WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA

    Perjodu ta’ rkupru

    Tip ta’ sorveljanza li għandha tiġi implimentata matul il-perjodu ta’ rkupru

    tliet xhur wara li l-annimali porċini kollha mlaqqmin ikunu ġew skarnati jew maqtula, minbarra l-annimali porċini miżmuma msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament 2020/687 meta jkun hemm mezzi, ivvalidati f’konformità mal-Manwal Terrestri tad-WOAH, li jiddistingwu bejn annimali porċini miżmuma mlaqqmin u dawk infettati.

    Klinika u seroloġika

    Ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti fil-Kapitolu CSF, it-30 edizzjoni 2022, tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tad-WOAH


    ANNESS XIII

    L-Influwenza Avjarja b’Patoġeniċità Għolja (HPAI)

    PARTI 1

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-HPAI

    1.   Daqs taż-żona tat-tilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika.

    2.   Daqs taż-żona tal-peritilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika.

    3.   Tip ta’ vaċċin li għandu jintuża: Vaċċini li ma jkunx fihom virus ħaj tal-influwenza avjarja (il-vaċċini li fihom il-virus ħaj tal-influwenza avjarja, kemm jekk attenwat u kif ukoll jekk le, ma għandhomx jintużaw).

    4.   Kopertura minima: L-ebda kundizzjoni speċifika.

    5.   Annimali/speċijiet fil-mira: pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq miżmuma fl-istabbilimenti inklużi fil-pjan uffiċjali għat-tilqim.

    PARTI 2

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA FIL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-HPAI

    Is-sorveljanza fil-laboratorju bil-ġbir tal-kampjuni għall-ittestjar viroloġiku għandha tiġi implimentata kull ġimagħtejn fl-istabbilimenti fejn ikun sar tilqim protettiv ta’ emerġenza biex tiġi identifikata l-okkorrenza ta’ infezzjoni bil-virus selvaġġ tal-HPAI. Is-sorveljanza għandha tippermetti d-detezzjoni ta’ prevalenza ta’ infezzjoni bil-virus tal-HPAI fl-istabbiliment imlaqqam ta’ 5 % jew inqas b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

    PARTI 3

    L-ANNIMALI U L-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-MOVIMENTI U L-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13 F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN JITWETTAQ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-HPAI

    1.

    Annimali u prodotti soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti: pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq imlaqqmin u l-prodotti tagħhom fiż-żona tat-tilqim u barra minnha.

    2.

    Prodotti ġerminali soġġetti għal projbizzjoni ta’ ġbir: mhux applikabbli.

    3.

    Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(2)(b)(ii), l-Artikolu 13(3)(b), u l-Artikolu 13(4)(b).

    Il-movimenti ta’ pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq imlaqqmin u l-prodotti tagħhom fiż-żona tat-tilqim u barra minnha jistgħu jiġu awtorizzati biss fil-każijiet koperti minn u bl-istess kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi bħal dawk previsti mill-Artikoli 28, 29 u 30, l-Artikolu 31(1) u l-Artikoli 33, 34 u 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

    Wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rkupru, il-miżuri previsti mill-Parti 5, il-punti 2 sa 4, għandhom jibqgħu fis-seħħ fl-istabbilimenti li jżommu annimali mlaqqmin, sakemm iżommu annimali mlaqqmin.

    PARTI 4

    PERJODI TA’ RKUPRU GĦALL-HPAI WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA

    Perjodu ta’ rkupru

    Tip ta’ sorveljanza li għandha tiġi implimentata matul il-perjodu ta’ rkupru

    28 jum wara t-tlestija tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza jew fiż-żmien tat-tneħħija taż-żoni ristretti stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat 2020/687 jekk dan jiġi aktar tard.

    Sorveljanza msaħħa f’konformità mal-Artikolu 9(1)(c) u l-Parti 2.

    PARTI 5

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAT-TILQIM PREVENTIV TAL-HPAI

    1.

    Tip ta’ vaċċin li għandu jintuża: Vaċċini li ma jkunx fihom virus ħaj tal-influwenza avjarja (il-vaċċini li fihom il-virus ħaj tal-influwenza avjarja, kemm jekk attenwat u kif ukoll jekk le, ma għandhomx jintużaw).

    2.

    Sorveljanza msaħħa li għandha tiġi implimentata f’każ ta’ tilqim preventiv:

    2.1.

    għandha tiġi implimentata sorveljanza passiva mtejba fl-istabbilimenti mlaqqmin permezz ta’ ttestjar viroloġiku ta’ kull ġimgħa ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ għasafar mejta miġbura fi żmien ġimgħa;

    2.2.

    wara l-bidu tat-tilqim, is-sorveljanza attiva li ġejja trid titwettaq minn veterinarju uffiċjali fi stabbilimenti mlaqqmin mill-inqas kull 30 jum biex tiġi identifikata l-okkorrenza ta’ infezzjoni bil-virus selvaġġ tal-HPAI:

    (a)

    eżami kliniku li għandu jinkludi verifika tar-rekords tal-produzzjoni u tar-rekords tas-saħħa tal-istabbiliment f’kull unità epidemjoloġika, inkluża evalwazzjoni tal-istorja klinika tiegħu u tal-eżamijiet kliniċi tal-pollam jew tal-għasafar miżmuma fil-magħluq;

    (b)

    ġabra ta’ kampjuni rappreżentattivi għal sorveljanza fil-laboratorju bl-ittestjar seroloġiku jew viroloġiku biex tkun tista’ tiġi identifikata prevalenza ta’ infezzjoni bil-virus tal-HPAI fl-unità epidemjoloġika ta’ 5 % b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, permezz ta’ metodi u protokolli xierqa li jippermettu d-detezzjoni bikrija tal-virus u billi jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-vaċċin użat;

    2.3.

    Għasafar miżmuma fil-magħluq imlaqqmin minn stabbilimenti konfinati huma eżentati mis-sorveljanza mitluba fil-punt 2.2, is-subpunt (b).

    2.4.

    Il-miżuri previsti mill-punti 2.1 u 2.2 għandhom jibqgħu fis-seħħ fl-istabbilimenti li jżommu annimali mlaqqmin sakemm iżommu annimali mlaqqmin.

    3.

    Annimali u prodotti soġġetti għall-projbizzjoni ta’ movimenti f’konformità mal-Artikolu 14(1): pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq imlaqqmin u l-prodotti tagħhom

    4.

    Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 14(2)(b).

    4.1.

    Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga għall-movimenti ta’ pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq imlaqqmin inklużi flieles ta’ ġurnata u bajd għat-tifqis derivati minn tali pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq:

    (a)

    Huma pollam imlaqqam jew għasafar miżmuma fil-magħluq li għalihom ir-riżultati tas-sorveljanza passiva u attiva msaħħa, implimentati f’konformità mal-punt (2) huma negattivi għad-detezzjoni ta’ infezzjoni bil-virus selvaġġ tal-HPAI jew flieles ta’ ġurnata u bajd għat-tifqis derivat minn tali pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq

    u

    (i)

    fil-każ ta’ pollam, dawn jiġu mċaqilqa lejn biċċerija għall-iskarnar immedjat; jew

    dawn jiġu mċaqalqa mill-istabbilimenti tagħhom lejn stabbilimenti oħra:

    (ii)

    fejn isir it-tilqim; jew

    (iii)

    fejn jinżammu biss pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq imlaqqmin; jew

    (iv)

    fejn tista’ tiġi żgurata s-separazzjoni sħiħa bejn pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq imlaqqmin u dawk mhux imlaqqmin;

    u

    (v)

    il-pollam imċaqlaq jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq jibqgħu fl-istabbiliment tad-destinazzjoni, imsemmi fis-subpunti (ii), (iii) jew (iv), għal mill-inqas 21 jum, sakemm dan ma jkunx pollam imċaqlaq mill-istabbiliment tad-destinazzjoni għall-biċċerija għall-iskarnar immedjat;

    (vi)

    il-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, inklużi flieles ta’ ġurnata u bajd għat-tifqis li ġej minn tali pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq, imsemmija fis-subpunti (i), (ii), (iii) jew (iv) ma jiġux imċaqalqa lejn Stat Membru ieħor;

    jew

    (b)

    huma għasafar miżmuma fil-magħluq imlaqqma minn stabbilimenti konfinati li jiġu mċaqalqa lejn stabbiliment konfinat fi Stat Membru ieħor dment li:

    (i)

    l-approvazzjoni ta’ tali tip ta’ movimenti tkun ingħatat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni;

    (ii)

    ikunu ġew soġġetti għal test viroloġiku b’riżultati negattivi fi żmien 72 siegħa qabel il-moviment;

    jew

    (c)

    huma pollam imlaqqam mibgħut għall-iskarnar immedjat lejn Stat Membru ieħor, dment li:

    (i)

    is-sorveljanza applikata fl-istabbiliment tal-oriġini f’konformità mal-punt (2) ikollha riżultati favorevoli;

    (ii)

    il-pollam tal-kunsinna li għandha tintbagħat ikun ġie spezzjonat klinikament b’riżultati favorevoli minn veterinarju uffiċjali fi żmien 72 siegħa qabel il-ħin tat-tagħbija, u, fil-każ ta’ pollam tal-ispeċi Anseriforme, ikunu nkisbu riżultati favorevoli fuq testijiet virologiċi mwettqa fuq kampjuni meħuda fi żmien 72 siegħa qabel il-ħin tat-tluq minn 20 għasfur minn dik il-kunsinna;

    jew

    (d)

    huma bajd għat-tifqis derivat minn pollam jew minn għasafar miżmuma fil-magħluq imlaqqmin li:

    (i)

    joriġinaw minn qatgħa għat-tgħammir imlaqqma li għaliha s-sorveljanza passiva u attiva msaħħa f’konformità mal-punt (2) ikollha riżultati favorevoli;

    (ii)

    ikunu ġew iddiżinfettati qabel id-dispaċċ f’konformità ma’ metodu approvat mill-awtorità kompetenti;

    (iii)

    jiġu ttrasportat direttament lill-mafqas destinatarju;

    (iv)

    ikunu jistgħu jiġu ttraċċati ġewwa l-mafqas;

    (v)

    f’każ li jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor, minbarra r-rekwiżiti fis-subpunti (i) sa (iv), l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li tali movimenti huma awtorizzati;

    jew

    (e)

    huma flieles ta’ ġurnata derivati minn pollam imlaqqam li:

    (i)

    joriġinaw minn qatgħa għat-tgħammir imlaqqma li għaliha s-sorveljanza passiva u attiva msaħħa f’konformità mal-punt (2) ikollha riżultati favorevoli;

    (ii)

    jitqiegħdu f’bini jew f’barrakka tal-pollam fejn ma hemm l-ebda pollam residenti;

    (iii)

    jibqgħu fl-istabbiliment tad-destinazzjoni għal mill-inqas 21 jum;

    (iv)

    f’każ li jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru ieħor, minbarra r-rekwiżiti fis-subpunti (i) sa (iii), l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li tali movimenti huma awtorizzati.

    4.2.

    Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga għall-moviment ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem u laħam derivat minn pollam imlaqqam:

    (a)

    Il-bajd joriġina minn qatgħa mlaqqma li għaliha s-sorveljanza fil-punt (2) ikollha riżultati favorevoli u

    jiġi ttrasportat direttament lejn:

    (i)

    ċentru tal-ippakkjar maħtur mill-awtorità kompetenti sakemm ikun ippakkjat f’imballaġġ li jintrema jew f’imballaġġ li jista’ jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat b’tali mod li jiddiżattiva l-virus tal-HPAI;

    (ii)

    lejn stabbiliment għall-manifattura ta’ prodotti tal-bajd kif inhu stabbilit fit-Taqsima X, il-Kapitolu II tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 biex ikun immaniġġjat u ttrattat f’konformità mal-Kapitolu XI tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

    (b)

    Il-moviment ta’ laħam miksub minn pollam f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 4.1(a)(i), 4.1(a)(v) u 4.1(c) jista’ jiġi awtorizzat mingħajr kundizzjonijiet ulterjuri;


    ANNESS XIV

    Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle (NCD)

    PARTI 1

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-NCD

    1.   Daqs taż-żona tat-tilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika.

    2.   Daqs taż-żona tal-peritilqim: L-ebda kundizzjoni speċifika.

    3.   Tip ta’ vaċċin li għandu jintuża: L-ebda kundizzjoni speċifika.

    4.   Kopertura minima: il-pollam kollu tal-ispeċijiet inklużi fil-pjan uffiċjali għat-tilqim jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq imfaqqsa jew ittrasferiti fi stabbiliment fiż-żona tat-tilqim jeħtieġlu jiġi mlaqqam jew ikun tlaqqam.

    5.   Annimali/speċijiet fil-mira: Pollam u għasafar miżmuma fil-magħluq.

    PARTI 2

    KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAS-SORVELJANZA KLINIKA U FIL-LABORATORJU MSAĦĦA LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI FIŻ-ŻONI TAT-TILQIM U TAL-PERITILQIM MATUL IT-TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-NCD

    L-ebda kundizzjoni speċifika minbarra s-sorveljanza msaħħa f’konformità mal-Artikolu 9(1)(c).

    PARTI 3

    ANNIMALI U PRODOTTI SOĠĠETTI GĦALL-PROJBIZZJONI TA’ MOVIMENTI U KUNDIZZJONIJIET GĦALL-GĦOTI TA’ DEROGA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13 F’ŻONA TAT-TILQIM FEJN JITWETTAQ TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-NCD

    1.

    Annimali u prodotti soġġetti għall-projbizzjoni tal-movimenti: pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq imlaqqmin u l-prodotti tagħhom fiż-żona tat-tilqim u barra minnha.

    2.

    Prodotti ġerminali soġġetti għal projbizzjoni ta’ ġbir: mhux applikabbli.

    3.

    Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga f’konformità mal-Artikolu 13(2)(b)(ii), l-Artikolu 13(3)(b), u l-Artikolu 13(4)(b).

    Il-movimenti ta’ pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq imlaqqmin u l-prodotti tagħhom fiż-żona tat-tilqim u barra minnha jistgħu jiġu awtorizzati biss fil-każijiet koperti minn u bl-istess kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi bħal dawk previsti mill-Artikoli 28, 29, 30, 31, 33, 34 u 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

    PARTI 4

    PERJODI TA’ RKUPRU GĦALL-NCD WARA TILQIM PROTETTIV TA’ EMERĠENZA

    Perjodu ta’ rkupru

    Tip ta’ sorveljanza li għandha tiġi implimentata matul il-perjodu ta’ rkupru

    tliet xhur wara t-tlestija tat-tilqim protettiv ta’ emerġenza jew fiż-żmien tat-tneħħija taż-żoni ristretti stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat 2020/687 jekk dan jiġi aktar tard.

    Is-sorveljanza msaħħa f’konformità mal-Artikolu 9(1)(c)


    Top