Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0207

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/207 tal-24 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat li jattesta l-konformità mar-regoli dwar il-produzzjoni organika (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/8378

    ĠU L 29, 1.2.2023, p. 6–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/207/oj

    1.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 29/6


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/207

    tal-24 ta’ Novembru 2022

    li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat li jattesta l-konformità mar-regoli dwar il-produzzjoni organika

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(9) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat li jrid jinħareġ lil kull operatur jew grupp ta’ operaturi li jkun innotifika l-attività tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih titwettaq l-attività u li jikkonforma ma’ dak ir-Regolament. Iċ-ċertifikat msemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 hu disponibbli f’format elettroniku, bl-użu tas-Sistema Elettronika tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji (TRACES). L-iżvilupp tekniku fi TRACES jippermetti l-firma diġitali taċ-ċertifikat b’siġill elettroniku kwalifikat. Huwa għalhekk xieraq li tiżdied referenza għas-siġill elettroniku kwalifikat fil-parti korrispondenti taċ-ċertifikat.

    (2)

    Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/848 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS VI

    MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT

    Ċertifikat skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi

    Parti I:   Elementi obbligatorji

    1.

    Numru tad-dokument

    2.

    (agħżel kif xieraq)

    Operatur

    Grupp ta’ operaturi — ara l-punt 9

    3.

    Isem u indirizz tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi:

    4.

    Isem u indirizz tal-awtorità kompetenti, jew, meta xieraq, tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi u n-numru tal-kodiċi fil-każ ta’ awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll:

    5.

    Attività jew attivitajiet tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi (agħżel kif xieraq)

    Produzzjoni

    Preparazzjoni

    Distribuzzjoni/Tqegħid fis-suq

    Ħżin

    Importazzjoni

    Esportazzjoni

    6.

    Kategorija jew kategoriji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 35(7) tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u l-metodi tal-produzzjoni (agħżel kif xieraq)

    (a)

    pjanti u prodotti tal-pjanti mhux proċessati, inkluż żrieragħ u materjal ieħor għar-riproduzzjoni tal-pjanti

    Metodu tal-produzzjoni:

    produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

    produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

    produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

    (b)

    bhejjem u prodotti minn bhejjem mhux proċessati

    Metodu tal-produzzjoni:

    produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

    produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

    produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

    (c)

    alga u prodotti mhux proċessati tal-akkwakultura

    Metodu tal-produzzjoni:

    produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

    produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

    produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

    (d)

    prodotti agrikoli proċessati, inkluż prodotti tal-akkwakultura, għall-użu bħala ikel

    Metodu tal-produzzjoni:

    produzzjoni ta’ prodotti organiċi

    produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

    produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

    (e)

    għalf

    Metodu tal-produzzjoni:

    produzzjoni ta’ prodotti organiċi

    produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

    produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

    (f)

    inbid

    Metodu tal-produzzjoni:

    produzzjoni ta’ prodotti organiċi

    produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

    produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

    (g)

    prodotti oħra elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/848 jew mhux koperti minn kategoriji preċedenti

    Metodu tal-produzzjoni:

    produzzjoni ta’ prodotti organiċi

    produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

    produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

    Dan id-dokument inħareġ f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 biex jiċċertifika li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi (agħżel kif xieraq) jikkonforma ma’ dak ir-Regolament.

    7.

    Data, post

    Isem u firma f’isem l-awtorità kompetenti emittenti, jew, meta xieraq, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll, jew is-siġill elettroniku kwalifikat:

    8.

    Ċertifikat validu minn…[daħħal id-data] sa…[daħħal id-data]

    9.

    Lista tal-membri tal-grupp ta’ operaturi kif iddefinit fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/848

    Isem il-membru

    Indirizz jew forma oħra ta’ identifikazzjoni tal-membru

     

     

     

     

     

     

    Parti II:   Elementi fakultattivi speċifiċi

    Għandhom jimtlew element wieħed jew aktar jekk jiġi deċiż hekk mill-awtorità kompetenti jew, meta xieraq, mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll li joħorġu ċ-ċertifikat lill-operatur jew lill-grupp ta’ operaturi f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/848.

    1.   Direttorju tal-prodotti

    Isem il-prodott u/jew il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2) għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848

    Organiċi

    Fil-fażi ta’ konverżjoni

     

     

     

     

     

     

    2.   Kwantità tal-prodotti

    Isem il-prodott u/jew il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif imsemmi fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848

    Organiċi

    Fil-fażi ta’ konverżjoni

    Kwantità stmata f’kilogrammi, f’litri jew, meta rilevanti, f’numru ta’ unitajiet

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    3.   Informazzjoni dwar l-art

    Isem il-prodott

    Organiċi

    Fil-fażi ta’ konverżjoni

    Mhux organiċi

    Wiċċ f’ettari

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    4.   Lista ta’ postijiet jew unitajiet fejn titwettaq l-attività mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi

    Indirizz jew ġeolokalizzazzjoni

    Deskrizzjoni tal-attività jew l-attivitajiet kif imsemmija fil-punt 5 tal-parti I

     

     

     

     

     

     

    5.   Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi u jekk l-attività hijiex, jew l-attivitajiet jitwettqux għall-iskop tagħhom stess jew bħala sottokuntrattur li jwettaq l-attività jew l-attivitajiet għal operatur ieħor, filwaqt li s-sottokuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew l-attivitajiet imwettqa

    Deskrizzjoni tal-attività jew l-attivitajiet kif imsemmija fil-punt 5 tal-parti I

    Twettiq ta’ attività/attivitajiet għall-iskop proprju

    It-twettiq ta’ attività/attivitajiet bħala sottokuntrattur għal operatur ieħor, filwaqt li s-sottokuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew l-attivitajiet imwettqa

     

     

     

     

     

     

    6.   Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-parti terza sottokuntrattata f’konformità mal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) 2018/848

    Deskrizzjoni tal-attività jew l-attivitajiet kif imsemmija fil-punt 5 tal-parti I

    L-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli

    Il-parti terza sottokuntrattata hija responsabbli

     

     

     

     

     

     

    7.   Lista ta’ sottokuntratturi li jipprovdu attività jew attivitajiet lill-operatur jew lill-grupp ta’ operaturi f’konformità mal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) 2018/848, li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli minnhom fir-rigward tal-produzzjoni organika u li ma trasferixxiex ir-responsabbiltà tagħhom lis-sottokuntrattur

    Isem u indirizz

    Deskrizzjoni tal-attività jew l-attivitajiet kif imsemmija fil-punt 5 tal-parti I

     

     

     

     

     

     

    8.   Informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni tal-korp ta’ kontroll f’konformità mal-Artikolu 40(3) tar-Regolament (UE) 2018/848

    (a)

    isem il-korp ta’ akkreditazzjoni;

    (b)

    iperlink għaċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni.

    9.   Informazzjoni oħra

     


    (1)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


    Top