EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D1519
Council Decision (CFSP) 2023/1519 of 20 July 2023 amending Decision (CFSP) 2021/1277 concerning restrictive measures in view of the situation in Lebanon
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1519 tal-20 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1519 tal-20 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu
ST/10723/2023/INIT
ĠU L 184, 21.7.2023, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1519
tal-20 ta’ Lulju 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 (1), li tikkonċerna miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu. |
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tapplika sal-31 ta’ Lulju 2023. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu mġedda sal-31 ta’ Lulju 2024. |
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Lulju 2024 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.".
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1277 tat-30 ta’ Lulju 2021 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu (ĠU L 277 I, 2.8.2021, p. 16).