Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1512

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/1512 tad-19 ta’ Lulju 2023 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2023)

    ST/11453/2023/INIT

    ĠU L 184, 21.7.2023, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/08/2024

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1512/oj

    21.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 184/30


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/1512

    tad-19 ta’ Lulju 2023

    li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2023)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2110 tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA), inkluż id-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fil-25 ta’ Awwissu 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1436 (2), li taħtar is-Sur José Manuel MARQUES DIAS bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM RCA mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2023.

    (3)

    Fit-28 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1333 (3) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 u li testendi l-mandat ta’ EUAM RCA sad-9 ta’ Awwissu 2024.

    (4)

    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li jiġi estiż il-mandat tas-Sur José Manuel MARQUES DIAS bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM RCA mill-1 ta’ Settembru 2023 sad-9 ta’ Awwissu 2024,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur José Manuel MARQUES DIAS bħala l-Kap tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Settembru 2023 sad-9 ta’ Awwissu 2024.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2023.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2023.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    D. PRONK


    (1)  ĠU L 318, 10.12.2019, p. 141.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1436 tal-25 ta’ Awwissu 2022 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni ta’ Konsulenza tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (EUAM RCA/1/2022)) (ĠU L 225, 31.8.2022, p. 1).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1333 tat-28 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2110 dwar il-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA) (ĠU L 201, 1.8.2022, p. 25).


    Top