This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D1338
Commission Decision (EU) 2023/1338 of 28 June 2023 on the safety requirements to be met by European standards for certain children’s products and related products pursuant to Directive 2001/95/EC of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1338 tat-28 ta’ Ġunju 2023 dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti tat-tfal u prodotti relatati skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1338 tat-28 ta’ Ġunju 2023 dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti tat-tfal u prodotti relatati skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/4099
ĠU L 166, 30.6.2023, p. 162–176
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/162 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1338
tat-28 ta’ Ġunju 2023
dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti tat-tfal u prodotti relatati skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2001/95/KE tapplika għall-prodotti kollha kif definiti fl-Artikolu 2(a) tagħha sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi bl-istess objettiv fir-regoli tal-liġi tal-Unjoni li jirregolaw is-sikurezza tal-prodotti kkonċernati. |
(2) |
Il-prodotti li jikkonformaw mal-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej imfassla skont id-Direttiva 2001/95/KE u li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ sikurezza. |
(3) |
Bl-Aġenda tal-Konsumatur 2020 il-ġdida (2), il-Kummissjoni timpenja ruħha li ssaħħaħ is-sikurezza tal-prodotti tat-tfal, minħabba l-vulnerabbiltà partikolari ta’ din il-kategorija ta’ konsumaturi, billi tadotta rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal dawk il-prodotti. Mill-prodotti kollha nnotifikati bħala perikolużi fl-2020 u fl-2021 bl-użu tas-sistema ta’ twissija rapida tal-Unjoni “Safety Gate”, li qabel kienet magħrufa bħala s-Sistema ta’ Skambju Rapidu ta’ Informazzjoni “RAPEX”, aktar minn 20 % kienu prodotti għat-tfal. Barra minn hekk, bil-komunikazzjoni tagħha dwar l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-sostenibbiltà lejn ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi (3), il-Kummissjoni għandha l-għan b’mod partikolari li ttejjeb is-sikurezza tat-tfal minn sustanzi kimiċi perikolużi fil-prodotti għall-konsumatur maħsuba għalihom. |
(4) |
Il-Kummissjoni diġà adottat id-Deċiżjoni 2010/9/UE (4) dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej għal sedili tal-banju, għajnuniet għall-banjijiet u banjijiet u stands għat-trabi u t-tfal żgħar, id-Deċiżjoni 2010/376/UE (5) dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti fl-ambjent tal-irqad tat-tfal u d-Deċiżjoni 2013/121/UE (6) dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej għal ċerti sedili għat-tfal. Madankollu, minbarra dawk id-deċiżjonijiet, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal grupp usa’ ta’ prodotti tat-tfal u prodotti relatati. |
(5) |
Ir-regoli dwar is-sikurezza tal-ġugarelli huma stipulati fid-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Madankollu, id-Direttiva 2001/95/KE tapplika għall-aspetti u r-riskji jew il-kategoriji ta’ riskji mhux koperti mid-Direttiva 2009/48/KE. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni għalhekk tinkludi rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej għall-prodotti tat-tfal u prodotti relatati sakemm ir-riskji jew il-kategoriji tar-riskji ma jkunux koperti mid-Direttiva 2009/48/KE. |
(6) |
Ir-rekwiżiti tas-sikurezza huma meħtieġa għall-finijiet tat-tfassil u l-aġġornament tal-istandards Ewropej għal ċerti prodotti tat-tfal u prodotti relatati. Dawk ir-rekwiżiti jeħtieġ li jiżguraw li l-prodotti li jikkonformaw ma’ dawk l-istandards jissodisfaw ir-rekwiżit ġenerali tas-sikurezza stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/95/KE. |
(7) |
Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti ta’ sikurezza jirriflettu l-għarfien xjentifiku u tekniku ġdid u l-evoluzzjoni tas-suq. L-użu ta’ approċċ ibbażat fuq il-periklu jippermetti valutazzjoni komprensiva tar-riskji li t-tfal jistgħu jiġu esposti għalihom waqt l-użu ta’ prodotti maħsuba għalihom. Barra minn hekk, dan l-approċċ jgħin biex jiġu rikonoxxuti u indirizzati l-inċertezzi ta’ prodotti ġodda futuri. Barra minn hekk, il-format ibbażat fuq il-periklu jagħmel it-tqabbil ta’ dawn ir-rekwiżiti u l-kontenut tal-istandards aktar faċli biex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-istandards mar-rekwiżiti. Huwa għalhekk meħtieġ li jintuża approċċ ibbażat fuq il-periklu meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għall-prodotti tat-tfal u prodotti relatati. |
(8) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/95/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ambitu
Din id-Deċiżjoni tapplika għall-istandards Ewropej imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE għall-prodotti li ġejjin:
(a) |
prodotti tat-tfal maħsuba biex jintlibsu mit-tfal; |
(b) |
prodotti tat-tfal maħsuba biex jiffaċilitaw jew jipproteġu l-funzjoni ta’ bilqiegħda, il-funzjoni tal-irqad, il-funzjoni tal-għawm, il-kura tal-ġisem, ir-rilassament, it-trasport u t-tagħlim bikri; |
(c) |
prodotti tat-tfal maħsuba biex jiffaċilitaw it-tmigħ, ix-xorb jew l-irdim tat-tfal; |
(d) |
prodotti tat-tfal li joffru funzjoni waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti (a), (b) u (c) u funzjoni waħda jew aktar; |
(e) |
prodotti relatati mal-prodotti tat-tfal, inklużi l-prodotti li ġejjin:
|
Artikolu 2
Rekwiżiti ta’ sikurezza
Ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE għal ċerti prodotti tat-tfal u prodotti relatati msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Aġenda tal-Konsumatur ġdida – Insaħħu r-reżiljenza tal-konsumatur għall-irkupru sostenibbli, COM(2020) 696 final, 13.11.2020.
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità COM(2020) 667 final tal-14.10.2020.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/9/UE tas-6 ta’ Jannar 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal sedili tal-banju, strumenti awżiljari tal-banju u banjijiet u saqajn tagħhom għat-trabi u t-tfal iż-żgħar skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 3, 7.1.2010, p. 23).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/376/UE tat-2 ta’ Lulju 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti fl-ambjent tal-irqad għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 170, 6.7.2010, p. 39).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/121/UE tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej dwar ċerti sits għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti (ĠU L 65, 8.3.2013, p. 23).
(7) Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).
ANNESS
REKWIŻITI TA’ SIKUREZZA LI GĦANDHOM JIĠU SSODISFATI MILL-ISTANDARDS EWROPEJ GĦAL PRODOTTI TA’ ĊERTI PRODOTTI TAT-TFAL U PRODOTTI RELATATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
1. |
Perikli kimiċi | 166 |
2. |
Perikli termiċi | 167 |
3. |
Perikli ta’ fjammabbiltà | 167 |
4. |
Perikli ta’ qbid | 168 |
5. |
Perikli minn partijiet li jiċċaqalqu – inklużi perikli ta’ tiċrit, qtugħ ta’ tifrik. | 168 |
6. |
Perikli mill-prodotti tat-tfal iddisinjati biex jingħalqu għall-ħżin u t-trasport | 169 |
7. |
Perikli minn prodotti tat-tfal iddisinjati biex jiżżarmaw għall-ħżin u t-trasport | 169 |
8. |
Perikli relatati ma’ mekkaniżmi ta’ twaħħil u sistemi ta’ ftuħ u għeluq | 169 |
9. |
Perikli assoċjati ma’ prodotti bir-roti | 170 |
10. |
Perikli ta’ tħabbil | 170 |
11. |
Perikli ta’ fgar | 170 |
12. |
Perikli ta’ soffokazzjoni | 171 |
12.1. |
Perikli marbuta man-nifs | 171 |
13. |
Perikli ta’ inġestjoni | 171 |
14. |
Perikli ta’ inserzjoni u aspirazzjoni | 171 |
15. |
Punti, truf u sporġenzi perikolużi | 171 |
16. |
Perikli tal-integrità strutturali | 172 |
17. |
Perikli assoċjati ma’ funzjonijiet protettivi | 172 |
18. |
Perikli assoċjati mas-sistemi ta’ trażżin | 173 |
19. |
Perikli assoċjati mal-istabbiltà | 173 |
20. |
Perikli li jaqgħu | 173 |
21. |
Perikli ta’ għarqa | 174 |
22. |
Perikli elettriċi | 174 |
23. |
Perikli bijometriċi | 174 |
24. |
Perikli akustiċi | 174 |
25. |
Perikli ta’ radjazzjoni | 174 |
26. |
Perikli radjuattivi | 175 |
27. |
Perikli ta’ iġjene | 175 |
28. |
Perikli assoċjati mal-informazzjoni pprovduta mal-prodott | 175 |
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għall-prodotti tat-tfal u l-prodotti relatati msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni. Dawk ir-rekwiżiti għandhom l-intenzjoni li jiżguraw li l-prodotti li jikkonformaw ma’ dawk l-istandards jissodisfaw ir-rekwiżit ġenerali tas-sikurezza stabbilit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE.
Il-prodotti tat-tfal ma għandhomx jipperikolaw is-sikurezza jew is-saħħa tat-tfal u tal-persuni li jindukraw meta jintużaw f’kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, filwaqt li jitqiesu l-imġiba, il-kapaċitajiet jew il-vulnerabbiltà tat-tfal u tal-persuni li jindukraw.
Kull meta jkun possibbli, għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali tal-utenti b’diżabilità - kemm dawk li jindukraw kif ukoll it-tfal, biex tiġi żgurata s-sikurezza tagħhom.
Is-sikurezza fid-disinn għandha dejjem tingħata prijorità.
Informazzjoni xierqa biex tinġibed l-attenzjoni tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw għandha titqiegħed fuq il-prodotti tat-tfal – u/jew fuq l-imballaġġ – li tindika l-perikli inerenti involuti fl-użu tal-prodotti u l-metodi biex jiġu evitati. Dan għandu jinkludi twissijiet (pittogrammi u/jew test) u struzzjonijiet dwar l-użu u/jew il-manutenzjoni.
Il-prodotti tat-tfal għandhom iżommu s-sikurezza tagħhom u l-karatteristiċi tas-sikurezza tagħhom matul il-ħajja prevedibbli tagħhom. Dawn għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li kwalunkwe periklu assoċjat ma’ użu kontinwu matul il-perjodu ta’ żmien prevedibbli jkun limitat kemm jista’ jkun.
Il-prodotti tat-tfal maħsuba biex jintużaw matul servizz għandhom jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi biex jitqiesu li jintużaw aktar ta’ spiss, għal perjodu ta’ żmien itwal u jistgħu jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet ogħla.
L-istandards abbozzati b’segwitu għat-talbiet ta’ standardizzazzjoni tal-Kummissjoni bbażati fuq dawn ir-rekwiżiti ta’ sikurezza jridu jqisu l-aħħar data antropometrika, ir-riċerka medika, pariri magħrufa dwar is-saħħa li huma relatati speċifikament mas-sikurezza tat-tfal (eż. prattiki ta’ rqad sikuri), u għarfien xjentifiku u tekniku tal-ogħla livell dwar is-sikurezza u/jew is-saħħa tat-tfal.
Id-disinjaturi u l-manifatturi jridu jiftakru li l-perikli bil-prodott għat-tfal mhumiex limitati għal dawk imsemmija f’dan id-dokument. Barra minn hekk, irid ikun hemm konformità ma’ regoli oħra tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti, bħal dawk dwar is-sikurezza kimika.
Iridu jitqiesu perikli addizzjonali, li huma relatati mal-użu sikur u l-funzjoni tal-prodotti (inklużi dawk assoċjati mal-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, il-konnettività tal-Internet, is-sigurtà u l-privatezza).
Kwalunkwe periklu relatat mal-komunikazzjoni mill-bogħod, l-osservazzjoni u l-kontroll tat-tfal mill-indokratur għandu jiġi kkunsidrat.
It-tfal jiżviluppaw fiżikament, mentalment, emozzjonalment b’rati differenti. Kull standard żviluppat biex jissodisfa dawn ir-rekwiżiti tas-sikurezza għandu jispeċifika b’mod ċar fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu l-istadju tal-iżvilupp (bħall-grupp tal-età, il-piż u l-għoli) u jwassal ir-rekwiżiti tas-sikurezza tal-prodott skont dan.
Fejn dan l-approċċ ma jiġix segwit, għandu jkun hemm ġustifikazzjoni mqiegħda fl-anness informattiv tal-istandard.
Jenħtieġ li l-użu jitqies fl-istandards tal-prodotti tat-tfal – b’mod partikolari d-disinn tal-prodott tat-tfal għandu jippermetti lil utent adult wieħed jinstalla, jimmanipula u juża l-prodott.
Oġġetti ddisinjati biex jintużaw mal-prodotti tat-tfal iżda li huma soġġetti għal standards oħra, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żewġ standards.
1. PERIKLI KIMIĊI
Il-prodotti tat-tfal għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem għat-tfal jew għal partijiet terzi (tfal u adulti) minħabba l-esponiment għal sustanzi jew taħlitiet kimiċi li minnhom huma magħmula l-prodotti tat-tfal jew li jkun fihom, meta l-prodotti tat-tfal jintużaw kif maħsub jew f’kundizzjoni ta’ użu prevedibbli b’mod raġonevoli, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-imġiba tat-tfal, l-użu partikolari ta’ prodott u l-kundizzjonijiet ta’ esponiment li jirriżultaw.
Il-prodotti tat-tfal – u l-imballaġġ tagħhom – għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni relatata ma’ ċerti kategoriji ta’ prodotti jew ma’ restrizzjonijiet għal ċerti sustanzi jew taħlitiet.
L-istandards għandhom jirriflettu l-aħħar linji gwida kimiċi u jirrelataw speċifikament mal-għarfien dwar is-sikurezza u s-saħħa tat-tfal (fir-rigward tal-ħalq, l-inalazzjoni u l-assorbiment).
Kull meta jintużaw materjali riċiklati, dawn għandhom jissodisfaw dawn l-istess rekwiżiti bħall-materjali indiġeni.
Meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għas-sigurtà kimika tal-prodotti tat-tfal, pereżempju billi jiġi ddeterminat il-valur limitu xieraq għas-sustanzi kimiċi, għandhom jitqiesu l-linji gwida, id-dispożizzjonijiet regolatorji u l-aħħar sejbiet xjentifiċi rilevanti kollha għal prodotti simili. Jenħtieġ li l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku attwali dwar il-metodi ta’ ttestjar jiġi applikat għall-valutazzjoni.
Minħabba kundizzjonijiet speċifiċi ta’ użu (eż.: jenħtieġ li d-durata tal-esponiment, l-użu partikolari ta’ prodott) jiġu adattati wkoll biex jissodisfaw l-użu prevedibbli tal-prodott.
2. PERIKLI TERMIĊI
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli termali jkunu limitati kemm jista’ jkun. L-imġiba tat-tfal u d-data disponibbli dwar it-temperaturi tal-wiċċ relatati mal-ħruq għandhom jiġu kkunsidrati. Kwalunkwe periklu residwu għandu jkun kopert minn twissijiet xierqa. Il-perikli termali jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Kuntatt ma’ uċuħ sħan jew kesħin. |
(b) |
Inġestjoni ta’ ikel sħun jew likwidi. |
(c) |
Smit. |
(d) |
Tisħin żejjed (ipertermija). |
(e) |
Tkessiħ iżżejjed (ipotermja). |
3. PERIKLI TA’ FJAMMABBILTÀ
Il-prodotti tat-tfal għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’tali mod li l-perikli tal-fjammabbiltà jkunu limitati kemm jista’ jkun.
Il-perikli ta’ fjammabbiltà jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Perikli minħabba l-effett ta’ flash. |
(b) |
Perikli minħabba l-propagazzjoni tal-fjamma. |
(c) |
Perikli mill-imġiba tat-tidwib tal-materjali. |
(d) |
Perikli minn kuntatt ma’ fjammi. |
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu magħmula minn materjali li jissodisfaw waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet (mhux eżawrjenti) li ġejjin:
(a) |
Ma jaqbdux malajr u jintefħu waħedhom. |
(b) |
Jekk jieħdu n-nar, jaqbdu bil-mod u jkollhom rata baxxa fit-tifrix tal-fjamma. |
(c) |
Irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika tagħhom, jiġu ddisinjati sabiex b’mod mekkaniku l-proċess ta’ kombustjoni jiġi rritardjat. |
Sustanzi magħrufa bħala li jirrilaxxaw dħaħen tossiċi ħafna f’każ ta’ kombustjoni ma għandhomx jintużaw fil-prodotti tat-tfal. Materjali kombustibbli ma għandhomx jikkostitwixxu riskju li jqabbad materjal ieħor użat fil-ġugarell.
Is-sustanzi u l-materjali li huma rikonoxxuti bħala ta’ periklu serju għas-saħħa ma għandhomx jemigraw jew jiġu rilaxxati f’konċentrazzjonijiet li jistgħu jikkawżaw periklu għall-utenti tal-prodott.
Jenħtieġ li l-istandards jiddikjaraw li s-sustanzi kimiċi li jirritardjaw il-fjammi għandhom jintużaw biss meta ma tkun possibbli l-ebda għażla oħra. Jekk jintużaw sustanzi kimiċi li jirritardjaw il-fjammi, it-tossiċità u r-rimi fi tmiem il-ħajja tagħhom ma għandhomx jipperikolaw is-saħħa tal-utenti, tal-persuni li jindukraw u tal-ambjent.
4. PERIKLI TA’ QBID
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli ta’ qbid ta’ partijiet tal-ġisem tat-tfal ikunu limitati kemm jista’ jkun. Il-prodotti għandhom jipprevjenu l-qbid tar-ras, l-għonq, it-torso, id-dirgħajn, l-idejn, is-swaba’, is-saqajn, is-saqajn u s-saqajn tat-tfal.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ qbid għandhom jinkludu perikli ta’ qbid minn, iżda mhumiex limitati għal, riġidi u mhux riġidi:
(a) |
Fetħiet marbutin kompletament. |
(b) |
Fetħiet parzjalment marbuta. |
(c) |
Fetħiet f’forma ta’ V. |
(d) |
Fetħiet b’forma irregolari. |
(e) |
Fetħiet dinamiċi. |
(f) |
Qfieli. |
(g) |
Toqob. |
(h) |
Spazji. |
(i) |
Pressjoni mill-materjal tal-madwar. |
Il-prodotti kollha li jiffurmaw spazju magħluq li fih it-tfal jistgħu jidħlu u jinqabdu għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli mill-għeluq jiġu minimizzati.
L-istandards għandhom jiddikjaraw b’mod ċar id-dimensjonijiet sikuri fir-rigward tal-perikli ta’ qbid. Dan il-kejl għandu dejjem jirrifletti l-aħħar data antropometrika tat-tfal li x’aktarx jużaw u jinteraġixxu mal-prodott u jirrelataw speċifikament mal-għarfien dwar is-sikurezza tat-tfal.
Il-periklu ta’ qbid maħluq mill-moviment għandu jkun limitat kemm jista’ jkun mid-disinn. Il-perikli residwi għandhom ikunu koperti minn twissijiet u struzzjonijiet.
Il-perikli assoċjati mal-moviment jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Qbid maħluq mill-piż ta’ prodott tipping. |
(b) |
Qbid maħluq minn spazji u fetħiet assoċjati mal-użu prevedibbli tal-prodott (inklużi dawk maħluqa minn tifel li jkun qed jiċċaqlaq). |
(c) |
Qbid maħluq minn spazji u fetħiet aċċessibbli mit-tfal iżda maġenb il-prodott. |
(d) |
Qbid meta t-tfal ipoġġu l-għonq/il-gerżuma tagħhom fuq xifer artab jew iebes. |
(e) |
Qbid ikkawżat mill-prodott, iżda relatat ma’ tfal li mhumiex l-utent ewlieni tal-prodott. |
5. PERIKLI MINN PARTIJIET LI JIĊĊAQALQU – INKLUŻI PERIKLI TA’ TIĊRIT, QTUGĦ TA’ TIFRIK.
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli minn partijiet li jiċċaqilqu jkunu limitati kemm jista’ jkun. Il-prodotti għandhom jipprevjenu t-tqattigħ, it-tiċrit (meta l-komponenti jiċċaqalqu relattivament għal xulxin u jkollhom azzjoni ta’ mqass), it-tgħaffiġ (meta l-komponenti jiċċaqalqu relattivament għal xulxin u jkollhom azzjoni ta’ kompressjoni), il-qtugħ jew il-qtugħ ta’ ġisem sħiħ, ir-riġlejn, is-swaba’ u s-swaba’ tas-saqajn.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli minn partijiet li jiċċaqilqu għandhom jiġu inklużi għall-perikli li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Moviment tal-prodott innifsu. |
(b) |
Moviment tal-piż tal-ġisem tat-tifel/tifla. |
(c) |
Applikazzjoni/rilaxx ta’ forza esterna. |
Id-disinjaturi u l-manifatturi jridu jqisu li l-perikli jistgħu jinbidlu skont l-aċċessibbiltà tal-partijiet li jiċċaqilqu; flessibbiltà tal-materjal (inkluż id-drapp); l-effett tal-forzi u l-pożizzjonijiet tal-forza; mezzi ta’ tħaddim tal-partijiet li jiċċaqalqu; forma/materjal tal-partijiet; il-kapaċità tat-tfal; eċċ.
6. PERIKLI MILL-PRODOTTI TAT-TFAL IDDISINJATI BIEX JINGĦALQU GĦALL-ĦŻIN U T-TRASPORT
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-prodotti ddisinjati biex jintwew għall-ħżin jew għat-trasport ikunu limitati kemm jista’ jkun. Il-prodotti għandhom jipprevjenu t-tgħaffiġ, it-tqattigħ, il-qbid u s-soffokazzjoni milli jintwew b’mod mhux intenzjonat.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli mit-tfal prodotti ddisinjati biex jingħalqu għall-ħżin jew għat-trasport għandhom jiġu inklużi għal dawn li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Għandhom jintużaw apparati tal-illokkjar biex jiġi evitat tħaddim mhux komplut/aċċidentali. |
(b) |
Il-pożizzjoni tal-illokkjar/illokkjata għandha tkun ovvja għall-ġenitur/persuna li tindokra. |
(c) |
M’għandux iseħħ rilaxx mhux intenzjonat tal-mekkaniżmi tal-illokkjar. |
(d) |
L-użu tal-prodott li jippermetti t-tħaddim minn adult wieħed. |
(e) |
Ma għandux ikun possibbli li jintużaw dawn il-prodotti mingħajr ma jiġu attivati l-mekkaniżmu/i tal-illokkjar. |
7. PERIKLI MINN PRODOTTI TAT-TFAL IDDISINJATI BIEX JIŻŻARMAW GĦALL-ĦŻIN U T-TRASPORT
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati maż-żarmar tal-prodotti għall-ħżin/trasport u mbagħad l-assemblaġġ mill-ġdid għall-użu jkunu limitati kemm jista’ jkun.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati maż-żarmar u l-assemblaġġ mill-ġdid għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
|
Għandhom jiġu inklużi struzzjonijiet li huma miktuba b’mod ċar u li jinftiehmu faċilment u li jistgħu jinftiehmu mill-konsumatur medju mhux professjonali.
|
8. PERIKLI RELATATI MA’ MEKKANIŻMI TA’ TWAĦĦIL U SISTEMI TA’ FTUĦ U GĦELUQ
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-mekkaniżmi tat-twaħħil tagħhom u/jew is-sistemi tal-ftuħ u l-għeluq tagħhom ikunu limitati kemm jista’ jkun. Il-prodotti għandhom jipprevjenu t-tgħaffiġ, it-tqaxxir, il-qtugħ, it-tqattigħ, il-qbid, il-waqgħa u s-soffokazzjoni minħabba rilaxx mhux intenzjonat.
Rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ mekkaniżmi ta’ twaħħil u sistemi ta’ ftuħ u għeluq għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Jekk il-prodott jista’ jintuża f’diversi pożizzjonijiet, il-pożizzjoni magħżula għandha tinżamm meta l-prodott ikun soġġett għal forzi tipiċi tal-azzjonijiet u l-movimenti tat-tfal. |
(b) |
Is-sistemi tal-ftuħ u tal-għeluq għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati sabiex jiġi evitat it-tħaddim mhux intenzjonat. |
9. PERIKLI ASSOĊJATI MA’ PRODOTTI BIR-ROTI
Il-prodotti tat-tfal bir-roti jew bil-castors (għat-trasport jew moviment ieħor) għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mar-roti jew il-castors u l-moviment mhux intenzjonat ikunu limitati kemm jista’ jkun.
Rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ roti/castors u moviment mhux intenzjonat għandhom jiġu inklużi għal dawn li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Il-prodotti bir-roti kollha għandhom ikunu mgħammra b’apparat/i tal-illokkjar xieraq, li jiggarantixxi l-istabbiltà meta jkun meħtieġ. |
(b) |
L-apparati kollha tal-illokkjar għandhom ikunu sikuri fl-użu. |
(c) |
Il-prodotti tat-tfal bir-roti għandu jkollhom funzjoni ta’ parkeġġ li tippermettilhom li jiġu mmobilizzati b’mod stabbli, irrispettivament mill-wiċċ. |
10. PERIKLI TA’ TĦABBIL
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli tat-tħabbil ikunu limitati kemm jista’ jkun.
Għandhom jiġu inklużi rekwiżiti għall-perikli li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Perikli ta’ qbid jew qris. |
(b) |
Qbid jew qris ta’ prodotti tessili bħal komponenti tal-ħwejjeġ (qfil, buttuni, dekorazzjonijiet, ħjata jew oħrajn simili li jirriżultaw f’toqob, spazji u fetħiet jew partijiet li jisporġu’ l barra fid-disinn). |
(c) |
Perikli ta’ tgħalliq minħabba ħbula, żigarelli, irbit, kejbils jew ċirkwiti. |
(d) |
Perikli minħabba ħajt monofilament. |
(e) |
Perikli minħabba mankijiet. |
L-istandards għandhom jiddikjaraw b’mod ċar id-dimensjonijiet sikuri u r-rekwiżiti tal-ittestjar fir-rigward tal-ħbula, iż-żigarelli, l-irbit, il-kejbils, iċ-ċirkwiti u perikli oħra tat-tħabbil. Dan il-kejl għandu dejjem jirrifletti l-aħħar data antropometrika u jkun relatat speċifikament mal-għarfien dwar is-sikurezza tat-tfal. Il-boroż għall-ħżin tal-prodotti għandhom ikunu sikuri wkoll.
11. PERIKLI TA’ FGAR
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli li jifggħu jiġu eliminati.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ fgar għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
L-ebda parti li tista’ tinqala’ bil-forza li t-tfal jistgħu japplikaw ma għandha tkun żgħira biżżejjed biex tippreżenta periklu li jifggħu. |
(b) |
L-ebda parti ma għandha tinkiser, titqatta’ jew tiġi separata fl-użu (eż. meta titwaqqa’) li tkun żgħira biżżejjed biex tippreżenta periklu li jifggħu. |
(c) |
Kwalunkwe komponent li jista’ jitneħħa mingħajr l-użu ta’ għodda ma għandux jippreżenta periklu li jifggħu. |
(d) |
Kwalunkwe komponent li tant huwa twil li r-rifless gag jista’ jiġi skattat jekk it-tfal ipoġġu l-prodott f’ħalqhom, jenħtieġ li ma jitħalliex f’idejn tfal li huma żgħar wisq biex joqogħdu bilqiegħda mingħajr għajnuna minħabba periklu li jifggħu. |
(e) |
Materjali tal-mili li jikkostitwixxu riskju li jifggħu ma għandux ikun possibbli li jaċċessawhom it-tfal meta jagħfsu fihom. |
(f) |
Dawn ma għandhomx ikunu ta’ periklu addizzjonali li jifggħu minħabba d-daqs tal-elementi li jkun fihom jew minħabba li dawn l-elementi isiru biżżejjed żgħar jew aċċessibbli meta t-tfal joqogħdu jagħfsu fihom. |
(g) |
Id-daqs u l-forma totali tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati, u għandhom jiġu applikati soluzzjonijiet tekniċi/mekkaniċi fejn meħtieġ (eż. toqob tal-arja fi prodotti fejn il-periklu li jifggħu ikun preżenti fl-użu normali u prevedibbli). |
L-istandards għandhom jiddikjaraw b’mod ċar id-dimensjonijiet sikuri u r-rekwiżiti tat-test fir-rigward tal-perikli li jifggħu. Dan il-kejl għandu dejjem jirrifletti l-aħħar data antropometrika u jkun relatat speċifikament mal-għarfien dwar is-sikurezza tat-tfal.
12. PERIKLI TA’ SOFFOKAZZJONI
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli ta’ soffokazzjoni assoċjati mal-prodotti u l-imballaġġ tagħhom ikunu limitati kemm jista’ jkun. Perikli bħal dawn iseħħu meta l-imnieħer u l-ħalq jiġu mblukkati simultanjament.
Għandhom jiġu inklużi rekwiżiti għall-perikli li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Soffokazzjoni minn materjali rqaq/rotob li jistgħu jiffurmaw lilhom infushom biex jgħattu wiċċ it-tifel/tifla (inklużi decals). |
(b) |
Soffokazzjoni minn boroż tal-plastik irqaq li għandhom perimetru li jinfetaħ li huwa akbar miċ-ċirkonferenza ta’ ras it-tfal. |
(c) |
Soffokazzjoni minn imballaġġ li jeħel waħdu (eż. cling film). |
(d) |
Soffokazzjoni minn prodotti ffurmati li jistgħu jitqiegħdu fuq wiċċ it-tifel/tifla u jikkawżaw siġill li ma jgħaddix arja minnu. |
(e) |
Soffokazzjoni minn passaġġi tal-arja li jkunu mgħottija jew li jintlibsu f’materjali rotob, ħfief u duttili speċjalment fl-ambjent tal-irqad tat-tfal (l-iżgħar tfal). |
Il-materjali perikolużi tal-imballaġġ għandhom jiġu evitati fejn possibbli, iżda meta jkun meħtieġ għandhom ikunu sikuri mid-disinn (jiġifieri: perforazzjoni jew taħt il-ħxuna minima). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-konsumaturi ikunu konxji dwar il-perikli tal-imballaġġ (jiġifieri: periklu ta’ soffokazzjoni esterna).
12.1. Perikli marbuta man-nifs
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli ta’ soffokazzjoni assoċjati ma’ nuqqas ta’ permeabbiltà tal-arja jkunu limitati kemm jista’ jkun.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mal-permeabbiltà tal-arja għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
L-imnieħer u l-ħalq tat-tifel ma għandhomx jitgħattew fl-istess ħin. |
(b) |
Is-saqqijiet, il-friex u prodotti simili oħra ma għandhomx jimirdu huma stess biex jgħattu wiċċ it-tifel/tifla. |
(c) |
Saqqijiet jew friex addizzjonali ma għandhomx jirriżultaw f’perikli addizzjonali ta’ soffokazzjoni. |
13. PERIKLI TA’ INĠESTJONI
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-inġestjoni jkunu limitati kemm jista’ jkun.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mal-inġestjoni għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Il-komponenti mwaħħla għandhom jibqgħu mwaħħla, u mhux jinkisru f’biċċiet jekk ikunu ħielsa. |
(b) |
Oġġetti u komponenti żgħar għandhom ikunu ta’ daqs u kostruzzjoni tali li ma jgħaddux mill-ħalq u l-griżmejn sal-istonku. |
(c) |
Il-kalamiti, il-batteriji u komponenti simili oħra huma partikolarment perikolużi, u ma għandux ikun possibbli għat-tfal li jaċċessaw u lanqas li jibilgħu tali partijiet. |
14. PERIKLI TA’ INSERZJONI U ASPIRAZZJONI
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli ta’ inserzjoni u aspirazzjoni minħabba partijiet żgħar li jistgħu jiddaħħlu fil-widnejn jew fl-imnieħer ikunu limitati kemm jista’ jkun.
15. PUNTI, TRUF U SPORĠENZI PERIKOLUŻI
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-qtugħ u perikli simili assoċjati ma’ punti li jaqtgħu, truf jew sporġenzi jkunu limitati kemm jista’ jkun.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ punti li jaqtgħu, truf jew sporġenzi għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Jenħtieġ li s-superfiċji jkunu lixxi – ħlief meta s-superfiċje tkun speċifikament iddisinjata mod ieħor biex tgħin fil-funzjonament sikur tal-prodott tat-tfal. |
(b) |
Truf, kantunieri, wajers u ponot li jaqtgħu għandhom jiġu eliminati. |
(c) |
Ma għandu jkun hemm l-ebda partijiet li jisporġu ’l barra li jirriżultaw f’korriment. |
(d) |
Il-partijiet li jisporġu ’l barra tal-prodotti ma għandhomx jirriżultaw f’korriment sinifikanti. |
(e) |
Il-materjal għandu jkun ħieles minn skaldi. |
(f) |
Uċuħ tal-metall u partijiet metalliċi oħra għandhom ikunu reżistenti għall-korrużjoni u l-laqx. |
(g) |
Ma għandux jintuża ħġieġ tal-folji. |
(h) |
Suf tal-ħġieġ u minerali simili oħra ma għandhom jippreżentaw l-ebda riskju ta’ tgħalliq jew asfissija. |
(i) |
Il-materjali għall-ikkuttunar/mili ma għandux ikun fihom oġġetti ibsin jew li jaqtgħu. |
16. PERIKLI TAL-INTEGRITÀ STRUTTURALI
Il-prodotti tat-tfal għandu jkollhom saħħa adegwata u integrità strutturali biex idumu tul ħajjithom. Dawn għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-użu kontinwu fuq perjodu ta’ żmien prevedibbli jkunu limitati kemm jista’ jkun.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mal-integrità strutturali għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Jenħtieġ li l-prodotti jkollhom saħħa u durabbiltà adegwati li jdumu tul il-ħajja kollha tal-prodott. |
(b) |
Il-prodotti u l-materjali (inklużi d-drappijiet u l-ħjata) għandhom ikunu biżżejjed biex jifilħu għall-użi u l-kundizzjonijiet kollha previsti, u ma jiddegradawx jew isiru perikolużi permezz tal-użu matul iż-żmien u fil-bidliet fit-temperatura, l-umdità u l-esponiment għad-dawl UV eċċ. |
(c) |
Prodotti li jeħtieġu assemblaġġ u/jew installazzjoni għandhom, wara li jkunu ġew immuntati/imwaħħla skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ikollhom l-istess integrità strutturali bħall-prodotti mmuntati/imwaħħla mill-manifattur u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta’ sikurezza li japplikaw għal dawn il-prodotti. |
(d) |
Prodotti li jistgħu jiġu aġġustati hekk kif it-tfal jikbru m’għandhomx jinbidlu fis-saħħa bħala riżultat ta’ stress mekkaniku. |
(e) |
Apparati ta’ rbit iddisinjati biex iwaħħlu l-prodott b’mod sikur ma’ oġġetti, prodotti jew apparati oħra għandhom iżommu l-effettività tagħhom tul il-ħajja tal-prodott. |
17. PERIKLI ASSOĊJATI MA’ FUNZJONIJIET PROTETTIVI
Il-prodotti tat-tfal li jipprovdu funzjoni protettiva għandhom jirrestrinġu b’mod sikur l-aċċess tat-tfal għall-perikli. Prodotti li fihom tifel/tifla f’ambjent speċifiku (eż.: barrieri), jew li jipproteġu lit-tfal minn perikli assoċjati mat-temp u/jew insetti, jew jillimitaw il-moviment tat-tfal u/jew jirrestrinġu l-aċċess tat-tfal għall-perikli (eż. protetturi tal-kantunieri) għandhom jipprovdu b’mod sikur il-funzjoni protettiva maħsuba.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ funzjonijiet protettivi għandhom jiġu inklużi għal dawn li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Il-funzjoni protettiva għandha tkun adattata għall-età u l-kapaċità tat-tfal, la għandha tintroduċi u lanqas tippermetti aċċess għal perikli addizzjonali u ma għandux ikollha l-funzjoni u l-effettività tagħhom imnaqqsa matul l-użu tagħha. |
(b) |
L-ilqugħ għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li t-tfal ma jkunux jistgħu jitilgħu fuqhom, jgħaddu taħthom, jgħaddu minnhom jew ineħħuhom. |
(c) |
L-għoli tal-barrieri għandu dejjem ikun sikur u jirrifletti kemm l-istadju tal-iżvilupp tat-tfal kif ukoll l-aħħar data antropometrika. |
(d) |
Il-prodotti li jipprovdu funzjoni protettiva lit-tfal ma għandhomx jikkawżaw perikli ta’ qbid. |
(e) |
Kwalunkwe mekkaniżmu ta’ llokkjar/qfil m’għandux jiġi diżattivat jew spostat mit-tifel jew b’mod involontarju mill-indokratur. |
(f) |
Prodotti kontra t-tarf (pereżempju prodotti li jipprevjenu l-għamara, għamara għall-ħażna, skrins tat-televiżjoni milli jaqgħu fuq it-tfal) jeħtieġ li jkunu ddisinjati b’aċċessorji u materjali xierqa li jifilħu għal forzi li huma previsti li jkunu esposti għalihom, inkluż it-tiqdim, id-dawl UV eċċ. |
(g) |
Il-mekkaniżmi kontra l-ftuħ (pereżempju prodotti li jipprevjenu l-bibien — it-twieqi milli jinfetħu mit-tfal) jeħtieġ li jkunu ddisinjati b’apparat tal-illokkjar xieraq u b’forzi li jipprevjenu l-perikli li jaqgħu. |
18. PERIKLI ASSOĊJATI MAS-SISTEMI TA’ TRAŻŻIN
Il-prodotti tat-tfal li joffru sistema ta’ trażżin għandhom jirrestrinġu b’mod sikur l-aċċess tat-tfal għall-perikli u ma jirriżultawx f’perikli addizzjonali mit-trażżin infushom.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mas-sistemi ta’ trażżin għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Is-sistemi ta’ trażżin għandhom jitwaħħlu sew u ma għandhomx jikkawżaw perikli huma stess. |
(b) |
Is-sistemi tat-trażżin għandhom ikunu kapaċi jaġġustaw għad-daqs tat-tfal. |
(c) |
Is-sistemi ta’ trażżin għandhom ikunu effettivi f’kull ħin u f’kull sitwazzjoni ta’ użu. |
(d) |
Is-sistemi ta’ trażżin għandhom iqisu l-movimenti u l-forzi potenzjali kollha li t-tfal jistgħu japplikaw. |
(e) |
Il-prodotti għandhom ikunu sikuri fl-użu u jipprovdu l-funzjoni ta’ trażżin maħsuba. It-tfal għandhom ikunu jistgħu jitneħħew faċilment f’sitwazzjoni ta’ emerġenza. |
19. PERIKLI ASSOĊJATI MAL-ISTABBILTÀ
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-istabbiltà tal-prodott (inkluż il-waqgħa jew it-tarf) ikunu limitati kemm jista’ jkun.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mal-istabbiltà għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Il-prodotti għandhom jevitaw kwalunkwe periklu li jinqala’ li jista’ jikkawża l-waqgħa tat-tfal (eż. is-siġġu għoli bil-ponta billi jiġu mbuttati s-saqajn kontra l-mejda). |
(b) |
Il-prodotti għandhom jibqgħu stabbli u sikuri meta jkun involut il-moviment (tat-tifel/tifla jew tal-prodott). |
(c) |
L-aċċessorji għall-prodott jew partijiet iddisinjati biex ikunu jistgħu jitneħħew ma għandhomx ibiddlu s-sikurezza u l-istabbiltà tal-prodotti (eż. iż-żieda ta’ mejda għat-trej mas-siġġu għoli). |
20. PERIKLI LI JAQGĦU
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-waqgħa jkunu limitati kemm jista’ jkun.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ perikli li jaqgħu għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Prodotti b’mankijiet li jġorru magħhom għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-mankijiet ma jinqalgħux mill-oġġett meta t-tfal ikunu qed jinġarru. |
(b) |
Kwalunkwe manku għandu jitwaħħal b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda periklu assoċjat mat-tfal li jaqgħu barra mill-prodott. |
(c) |
Il-prodotti li jitbandlu ma għandhomx jintroduċu perikli li jaqgħu. |
(d) |
Il-prodotti għandhom ikunu għoljin biżżejjed (serħan tad-dahar, serħan mid-driegħ, funzjoni ta’ lqugħ, eċċ.) u saħħa (inklużi prodotti magħmula mid-drapp) biex ikun żgurat li t-tfal jinżammu b’mod sikur. |
(e) |
Prodotti b’funzjoni ta’ trażżin biex jipprevjenu l-waqgħa għandhom ikunu sikuri fl-użu u ma jirriżultawx f’perikli addizzjonali mit-trażżin infushom. |
(f) |
Il-prodotti fejn it-tfal ikunu f’pożizzjoni għolja ma għandhomx joħolqu periklu li jaqgħu (eż. siġġijiet għoljin u t-toqob tas-saqajn tagħhom, gradi ta’ sikurezza, eċċ.). |
21. PERIKLI TA’ GĦARQA
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-għarqa jkunu limitati kemm jista’ jkun.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mal-għarqa għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Kwalunkwe apparat ta’ rbit għandu jkun sikur fl-użu u ma għandux jikkawża perikli addizzjonali huma stess. |
(b) |
It-tfal għandhom ikunu jistgħu jitneħħew faċilment f’sitwazzjoni ta’ emerġenza. |
(c) |
It-tifel ma għandux ikun kapaċi jiżloq b’mod mhux intenzjonat minn prodott bħal sedil li jżomm f’wiċċ l-ilma. |
(d) |
Il-prodotti li jżommu f’wiċċ l-ilma għandhom iżommu f’wiċċ l-ilma; ma għandhomx jitilfu l-pressjoni tal-arja malajr; fil-każ ta’ tnixxija, huma għandhom iżommu l-kapaċità li jżommu f’wiċċ l-ilma. |
(e) |
Il-prodotti li jżommu f’wiċċ l-ilma għandhom iżommu stabbiltà sikura u ma jkunux suxxettibbli għall-forzi tar-riħ u tal-kurrent tal-ilma jekk ikunu previsti li jintużaw f’ilma miftuħ. |
(f) |
It-twissijiet xierqa kollha bħat-tfal qatt ma għandhom jitħallew waħedhom, l-għarqa tista’ sseħħ fi żmien qasir u f’ilma baxx ħafna, għandhom jiġu ddikjarati b’mod ċar. |
22. PERIKLI ELETTRIĊI
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-użu ta’ prodotti elettriċi (inkluż xokk elettriku) ikunu limitati kemm jista’ jkun.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ perikli elettriċi għandhom jiġu inklużi għal dawn li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Meta tintuża l-enerġija maħżuna (eż. minn batterija), il-kurrent użat u d-disinn tal-prodott tat-tfal ma għandhom joħolqu l-ebda riskju għat-tfal. |
(b) |
Il-batteriji u l-partijiet li fihom il-kurrent ma għandhomx ikunu aċċessibbli għat-tfal. |
(c) |
Il-wajers tal-prodotti elettriċi ma għandhomx jintroduċu perikli addizzjonali. |
23. PERIKLI BIJOMETRIĊI
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-użu tal-parametri bijometriċi jkunu limitati kemm jista’ jkun.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati ma’ perikli bijometriċi għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Meta jintużaw parametri bijometriċi, il-prodott tat-tfal ma għandu joħloq l-ebda riskju għat-tfal. |
(b) |
Jenħtieġ li dejjem ikun hemm sistema mekkanika ta’ riżerva sabiex persuna li l-karatteristiċi tagħha ma jkunux ġew ipprogrammati fl-apparat tkun tista’ toperah speċjalment f’emerġenza jew jekk il-batterija tfalli. |
24. PERIKLI AKUSTIĊI
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-ħsejjes ikunu limitati kemm jista’ jkun.
Il-prodotti ddisinjati biex jarmu ħoss ma għandhomx jarmu ħsejjes għoljin ħafna u/jew ħsejjes kontinwi qawwija li jistgħu jippreżentaw riskju ta’ ħsara għas-smigħ tat-tfal.
25. PERIKLI TA’ RADJAZZJONI
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli għas-saħħa jew ir-riskju ta’ korriment tal-għajnejn jew tal-ġilda relatati mar-radjazzjoni artifiċjali u naturali jkunu limitati kemm jista’ jkun.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mar-radjazzjoni minn sorsi artifiċjali għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Kwalunkwe dawl mormi mill-prodott għandu jkun sikur u ma jfixkilx ir-ritmu naturali tal-irqad. |
(b) |
Id-dawl ta’ intensità għolja u d-dawl ikkonċentrat ma għandhomx jintużaw. |
(c) |
Perikli ta’ radjazzjoni mhux viżibbli għandhom ikunu limitati kemm jista’ jkun (inklużi kampi elettriċi, manjetiċi, elettromanjetiċi u tipi oħra ta’ radjazzjoni). |
(d) |
Għandhom jiġu inklużi rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mar-radjazzjoni minn sorsi naturali, pereżempju ħruq mix-xemx. |
26. PERIKLI RADJUATTIVI
Il-prodotti tat-tfal għandhom jevitaw l-użu ta’ kwalunkwe materjal li jista’ jżid il-perikli radjuattivi.
27. PERIKLI TA’ IĠJENE
Il-prodotti tat-tfal għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li l-perikli assoċjati mal-iġjene jkunu limitati kemm jista’ jkun.
Ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ perikli relatati mal-perikli tal-iġjene għandhom jiġu inklużi għal dawn li ġejjin (fejn xieraq), iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
Il-prodotti għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jevitaw ir-riskju ta’ infezzjoni jew kontaminazzjoni. |
(b) |
Prodotti ma għandhomx jippreżentaw perikli mikrobijoloġiċi minħabba nuqqas ta’ iġjene tal-materjal tal-mili ta’ oriġini mill-annimali (eż. rix). |
(c) |
Il-prodotti għandhom ikunu jistgħu jitnaddfu u r-rekwiżiti kollha tas-sikurezza għandhom jibqgħu jiġu ssodisfati wara. |
(d) |
Il-prodotti magħmula minn materjali riċiklati għandhom ukoll jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti. |
(e) |
Il-manifattur għandu jipprovdi struzzjonijiet ta’ tindif bir-reqqa. |
(f) |
Jenħtieġ li l-materjal ikun ħieles minn kontaminazzjoni bijoloġika u minn organiżmi ta’ ħsara. |
28. PERIKLI ASSOĊJATI MAL-INFORMAZZJONI PPROVDUTA MAL-PRODOTT
Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar is-sikurezza u speċjalment biex jiġu evitati perikli li ma jistgħux jiġu evitati bid-disinn tal-prodott innifsu. L-informazzjoni fornuta fuq jew mal-prodott għandha tingħata b’tali mod li l-perikli jkunu limitati kemm jista’ jkun.
Ir-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar is-sikurezza għandhom jiġu inklużi għal dan li ġej, iżda mhumiex limitati għal:
(a) |
L-informazzjoni dwar is-sikurezza għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u li jidher sew, li tinkludi informazzjoni dwar ix-xiri, struzzjonijiet dwar l-użu, marki u twissijiet. |
(b) |
Jenħtieġ li jintużaw pittogrammi u illustrazzjonijiet ċari u li jinftiehmu meta jkun possibbli minflok jew flimkien ma’ test għal informazzjoni relatata mas-sikurezza. |
(c) |
L-informazzjoni għandha tkun fil-lingwa/i tal-pajjiż li fih il-prodott jitqiegħed fis-suq. |
(d) |
Il-marki fuq il-prodott għandhom jibqgħu jidhru b’mod ċar u jinqraw faċilment matul il-ħajja tal-prodott. |
(e) |
Il-konsumatur għandu jkun jista’ jara b’mod ċar u faċli l-informazzjoni kollha dwar ix-xiri fil-punt tal-bejgħ (inkluż il-bejgħ online). |
(f) |
Għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet għal sikurezza, installazzjoni, assemblaġġ, użu u manutenzjoni. |
(g) |
Il-limitazzjonijiet tal-użu sikur għandhom jiġu ddikjarati b’mod ċar. |
(h) |
Għandhom jiġu ddikjarati l-età minima/massima/il-piż/l-għoli tal-użu (fejn rilevanti biex jiġi żgurat l-użu sikur tal-prodott). |
(i) |
Fejn prodott jista’ jkun soġġett għal maturazzjoni, għandha tingħata informazzjoni dwar kif għandu jiġi vverifikat li l-prodott għadu sikur fl-użu, |
(j) |
Għandha tingħata informazzjoni dwar meta u kif il-prodott għandu jintrema/jiġi riċiklat meta dan jista’ jirrappreżenta kwistjoni ta’ sikurezza. |
(k) |
Għandhom jingħataw struzzjonijiet biex il-prodott jiġi ċċekkjat qabel l-użu, flimkien ma’ gwida biex jitwaqqaf l-użu minnufih jekk il-prodott issirlu ħsara b’xi mod. |
(l) |
It-tikketti fuq prodotti jew fuq l-imballaġġ tagħhom u l-istruzzjonijiet għall-użu li jakkumpanjawhom għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-persuni li jindukraw għall-perikli inerenti, ir-riskji ta’ dannu jew l-effetti sekondarji involuti fl-użu tal-oġġetti u għall-modi kif dawn jistgħu jiġu evitati. |
(m) |
L-immarkar u l-istampi fuq it-tikketti jew l-imballaġġ ma għandhomx iqarrqu dwar xi rekwiżit ta’ sikurezza fl-istandard. |
(n) |
L-immarkar li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tiegħu permezz tal-katina tad-distribuzzjoni għandu jikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
(o) |
Il-prodotti tat-tfal iddisinjati biex jitwaħħlu ma’ prodotti oħra għandu jkollhom twissijiet li jindikaw il-perikli u r-riskji ta’ twaħħil ma’ prodotti mhux adattati. |
(p) |
Il-prodotti tat-tfal iddisinjati biex jitwaħħlu ma’ prodotti oħra għandu jkollhom informazzjoni dwar ix-xiri li tindika t-tip u l-firxa ta’ prodotti li għalihom l-oġġett huwa adattat. |