EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0615

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/615 tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/170 (EUTM Somalia/1/2023)

ST/7215/2023/INIT

ĠU L 80, 20.3.2023, p. 94–95 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/07/2024; Imħassar b' 32024D1908

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/615/oj

20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/94


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/615

tal-14 ta’ Marzu 2023

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/170 (EUTM Somalia/1/2023)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta’ Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/96/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia), inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Fit-8 ta’ Frar 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/170 (2) li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Roberto VIGLIETTA bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM Somalia.

(3)

Fid-29 ta’ Novembru 2022, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Fulvio POLI biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Roberto VIGLIETTA bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM Somalia.

(4)

Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea qabel li jirrakkomanda li l-KPS jaħtar lill-Brigadier Ġeneral Fulvio POLI bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM Somalia.

(5)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Fulvio POLI u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/170 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Fulvio POLI huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) mit-23 ta’ Marzu 2023.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/170 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mit-23 ta’ Marzu 2023.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/170 tat-8 ta’ Frar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1072 (EUTM Somalia/1/2022) (ĠU L 28, 9.2.2022, p. 17).


Top