This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D0338
Council Decision (CFSP) 2023/338 of 14 February 2023 amending certain Council decisions and common positions concerning restrictive measures in order to insert provisions on a humanitarian exemption
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/338 tal-14 ta’ Frar 2023 li temenda ċerti deċiżjonijiet tal-Kunsill u pożizzjonijiet komuni dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja

ST/5294/2023/INIT
ĠU L 47, 15.2.2023, p. 50–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/338
tal-14 ta’ Frar 2023
li temenda ċerti deċiżjonijiet tal-Kunsill u pożizzjonijiet komuni dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (il-”KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni 2664 (2022), filwaqt li fakkar fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li jimponu l-miżuri ta’ sanzjonijiet b’reazzjoni għat-theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u enfasizza li l-miżuri meħuda mill-Istati Membri tan-NU biex jimplimentaw is-sanzjonijiet jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali u ma humiex maħsuba li jkollhom konsegwenzi umanitarji negattivi għall-popolazzjonijiet ċivili jew konsegwenzi negattivi għall-attivitajiet umanitarji jew għal dawk li jwettquhom. |
(2) |
Filwaqt li esprima r-rieda tiegħu li jirrevedi, jaġġusta u jtemm, meta xieraq, ir-reġimi ta’ sanzjonijiet tiegħu, b’kont meħud tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjonijiet fuq il-post u l-ħtieġa li jiġu minimizzati l-effetti umanitarji negattivi mhux intenzjonati, il-KSNU ddeċieda, fil-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 2664 (2022) li l-forniment, l-ipproċessar jew il-ħlasijiet ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew il-forniment ta’ oġġetti u servizzi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem huma permessi u mhumiex ksur tal-iffriżar tal-assi imposti mill-KSNU jew il-kumitati tas-sanzjonijiet tiegħu. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 2664 (2022) huwa magħruf bħala l-”eżenzjoni umanitarja”. L-eżenzjoni umanitarja hija applikabbli għal ċerti atturi kif jinsab f’dik ir-Riżoluzzjoni. |
(3) |
Ir-riżoluzzjoni 2664 (2022) tenfasizza li fejn l-eżenzjoni umanitarja tmur kontra riżoluzzjonijiet preċedenti, hija għandha tieħu preċedenza fuq tali riżoluzzjonijiet preċedenti fir-rigward ta’ tali kunflitt. Madankollu, ir-Riżoluzzjoni 2664 (2022) tikkjarifika li l-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 2615 (2021) tal-KSNU jibqa’ effettiv. |
(4) |
Ir-riżoluzzjoni 2664 (2022) titlob li l-fornituri li jiddependu fuq l-eżenzjoni umanitarja jagħmlu sforzi raġonevoli biex jimminimizzaw l-akkumulazzjoni ta’ kwalunkwe benefiċċju pprojbit minn sanzjonijiet, kemm jekk bħala riżultat ta’ dispożizzjoni diretta jew indiretta jew devjazzjoni lejn individwi jew entitajiet deżinjati, inkluż billi jsaħħu l-ġestjoni tar-riskju u l-istrateġiji u l-proċessi tad-diliġenza dovuta. |
(5) |
Huwa meħtieġ li jiġu emendati skont dan id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/231/PESK (1), 2013/798/PESK (2), 2014/932/PESK (3), (PESK) 2022/2319 (4), u l-Pożizzjonijiet Komuni tal-Kunsill 2003/495/PESK (5) u 2005/888/PESK (6). |
(6) |
Hija neċessarja aktar azzjoni mill-Unjoni biex jiġu implimentati ċerti miżuri f’din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2010/231/PESK, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“6. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
(a) |
in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha; |
(b) |
organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(c) |
Organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji; |
(d) |
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA); |
(e) |
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew |
(f) |
atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”; |
Artikolu 2
Fl-Artikolu 2b tad-Deċiżjoni 2013/798/PESK, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“7. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
(a) |
in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha; |
(b) |
organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(c) |
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji; |
(d) |
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA); |
(e) |
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew |
(f) |
atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat.”. |
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2014/932/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2b, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “7. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
(2) |
L-Artikolu 6a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6a Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2b(7), b’deroga mill-miżuri imposti mill-UNSCR 2140 (2014) u l-UNSCR 2216 (2015), dment li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, skont il-każ, li hija meħtieġa eżenzjoni biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti u ta’ organizzazzjonijiet umanitarji oħra fil-Jemen jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi ta’ dawk ir-Riżoluzzjonijiet, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tagħti l-awtorizzazzjoni meħtieġa.”. |
Artikolu 4
Fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319, il-paragrafu 7, huwa sostitwit b’dan li ġej:
“7. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
(a) |
in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha; |
(b) |
organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(c) |
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji; |
(d) |
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA); |
(e) |
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew |
(f) |
atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.” |
Artikolu 5
Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Il-fondi kollha jew assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħrajn:
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2b L-Artikoli 2 u 2a ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
Artikolu 6
Fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2005/888/PESK, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“5. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
(a) |
in-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha; |
(b) |
organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(c) |
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji; |
(d) |
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA); |
(e) |
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew |
(f) |
atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat.”. |
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SVANTESSON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta’ Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 tal-25 ta’ Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135).
(5) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/495/PESK tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar l-Iraq u li tħassar il-Pożizzjonijiet Komuni 96/741/PESK u 2002/599/PESK (ĠU L 169 , 8.7.2003, p.72)
(6) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/888/PESK tat-12 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni suspettati bl-involvimenti fil-qtil tal-Prim Ministru Libaniż preċedenti Rafiq Hariri (ĠU L 327, 14.12.2005, p. 26).