Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1394

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1394 tal-11 ta’ Awwissu 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ siliċju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ siliċju kkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea jew mit-Tajwan kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2022/5665

    ĠU L 211, 12.8.2022, p. 86–126 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1394/oj

    12.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 211/86


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1394

    tal-11 ta’ Awwissu 2022

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ siliċju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ siliċju kkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea jew mit-Tajwan kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Miżuri fis-seħħ

    (1)

    Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ siliċju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1077 (2) wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) u rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (3) (“l-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti”). Il-miżuri huma fil-forma ta’ dazji li jvarjaw bejn 16,3 % u 16,8 % tal-valur tal-merkanzija importata.

    (2)

    Il-miżuri ġew estiżi għall-importazzjonijiet ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 42/2007 (4).

    (3)

    Il-miżuri ġew estiżi aktar għall-importazzjonijiet ikkonsenjati mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mit-Tajwan kif ukoll jekk le, mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 311/2013 (5).

    1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

    (4)

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (6), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    (5)

    It-talba għal rieżami tressqet fit-30 ta’ Marzu 2021 minn Euroalliages (“l-applikant”), assoċjazzjoni li tirrappreżenta t-tliet produtturi kollha tal-Unjoni, li għalhekk tirrappreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tas-siliċju, skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet imsejsa fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta’ dumping u kontinwazzjoni ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

    1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

    (6)

    Filwaqt li ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fit-2 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ siliċju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

    1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

    (7)

    L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

    1.5.   Partijiet interessati

    (8)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat lit-tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 100 % tal-industrija tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufa fiċ-Ċina u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, lill-importaturi magħrufa, lill-utenti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

    (9)

    Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw fuq il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali.

    1.6.   Kummenti dwar il-bidu

    (10)

    Waslu kummenti mingħand l-EUSMET rigward it-tnedija tar-rieżami ta’ skadenza.

    (11)

    L-EUSMET affermat li l-istat tat-talba mhux kunfidenzjali għal rieżami ma kienx konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19(1) u 19(2) tar-Regolament bażiku.

    (12)

    Dan l-argument ġie rrifjutat. Wara l-kummenti rilevanti mill-EUSMET, l-applikant ipprovda informazzjoni addizzjonali biex jiffaċilita aktar il-fehim tal-fatti ppreżentati fit-talba. Din l-informazzjoni addizzjonali ġiet inkluża fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, biex b’hekk ikun possibbli għall-EUSMET li jkollha fehim raġonevoli tal-informazzjoni kunfidenzjali f’konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku.

    (13)

    Għalhekk, il-Kummissjoni qieset l-informazzjoni pprovduta fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba bħala dettaljata biżżejjed sabiex il-partijiet interessati jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom matul il-proċediment.

    (14)

    Fil-kummenti tagħha dwar it-tnedija, il-EUSMET talbet li waqt l-istadju tal-iżvelar, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżvela informazzjoni dwar il-kwantitajiet tal-fatturi ta’ produzzjoni użati għall-kalkolu tal-valur normali; u l-Kummissjoni għandha tiżvela wkoll ir-rapport AlloyConsult imsemmi fit-talba għal rieżami.

    (15)

    L-EUSMET tenniet dawn iż-żewġ talbiet fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni. Kif stabbilit fil-premessi minn (178) sa (181) u l-premessa (191), iż-żewġ talbiet ma ntlaqgħux.

    1.6.1.   Kummenti dwar is-sustanza

    (16)

    L-EUSMET affermat li t-talba għal rieżami ma kienx fiha biżżejjed evidenza biex jinbeda rieżami ta’ skadenza u li kien fiha allegazzjonijiet żbaljati dwar id-dumping, il-kontinwazzjoni tad-dumping, id-dannu u l-kontinwazzjoni tad-dannu. L-EUSMET appoġġjat l-allegazzjonijiet tagħha bl-argumenti li ġejjin.

    (17)

    L-ewwel, l-EUSMET allegat li kien hemm distakk ta’ sitt xhur bejn it-tmiem tal-perjodu użat biex tiġi ppreżentata d-data u l-preżentazzjoni tat-talba għal rieżami.

    (18)

    Fir-rigward ta’ dan l-argument, il-Kummissjoni rrimarkat li meta wieħed iqis iż-żmien sakemm id-data minn diversi sorsi ssir disponibbli u ż-żmien meħtieġ biex tiġi kkompilata f’talba, hemm inerentement distakk ta’ żmien, tipikament ta’ diversi xhur sakemm tiġi ppreżentata t-talba. F’dan il-każ, l-aċċettazzjoni ta’ differenza ta’ 6 xhur hija konformi mal-gwida stabbilita li l-Kummissjoni tipprovdi lill-ilmentaturi.

    (19)

    It-tieni, l-EUSMET affermat li l-applikant eskluda l-importazzjonijiet li saru taħt l-ipproċessar attiv miċ-Ċina mill-kalkoli tal-marġni tad-dumping u tad-dannu.

    (20)

    Qabel il-bidu, il-Kummissjoni analizzat kemm l-importazzjonijiet bi proċessar attiv kif ukoll mingħajru, u fiż-żewġ każijiet għamlet l-aġġustamenti meħtieġa biex tqabbel il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat li kemm il-metodoloġija użata mill-applikant, kif ukoll il-metodoloġija fejn jiġi inkluż l-ipproċessar attiv, jirriżultaw f’sejbiet ta’ dumping sinifikanti. B’hekk, il-metodoloġija magħżula mill-applikant ma setgħetx trendi l-bidu ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza illegali. Konsegwentement, l-argument irid jiġi rrifjutat.

    (21)

    It-tielet, l-EUSMET affermat li l-użu tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u l-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv huma inkonsistenti mad-WTO, minħabba li d-distorsjonijiet mal-pajjiż kollu huma inkompatibbli mal-kunċett ta’ dumping, li japplika għal kumpaniji individwali. Barra minn hekk, l-EUSMET sostniet li d-distorsjoni tal-kostijiet domestiċi tal-input ma hijiex wieħed mill-fatturi li jippermetti l-kostruzzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2.2 tal-Ftehim dwar l-Anti-dumping (“ADA”) tad-WTO. Barra minn hekk, bl-impożizzjoni ta’ obbligu li jintużaw biss kostijiet tal-input mingħajr distorsjoni li jirriflettu l-kostijiet/prezzijiet minn “sorsi” li ma huma affettwati mill-ebda distorsjoni, l-Artikolu 2(6a) jipprekludi l-kalkolu tal-kost tal-produzzjoni għal esportatur jew produttur abbażi tar-rekords tiegħu, anki jekk ikunu konsistenti mal-GAAP u jirriflettu l-kostijiet tal-input irreġistrati. Fl-aħħar nett, l-EUSMET affermat li l-applikant ma pprovdiex biżżejjed evidenza tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet fis-settur tal-metall tas-siliċju.

    (22)

    L-argumenti tal-EUSMET dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma setgħux jiġu aċċettati. Fir-rigward tal-argument li jenħtieġ li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet ma tiġix ivvalutata fuq bażi tal-pajjiż kollu, iżda individwalment għal kull produttur esportatur, il-Kummissjoni tfakkar li ladarba jiġi ddeterminat li, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għall-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-valur normali jista’ jinbena bl-użu ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, għal kull produttur esportatur, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. F’dan il-kuntest, u wkoll bi tweġiba għall-argument tal-EUSMET dwar l-użu ta’ kostijiet tal-input mingħajr distorsjoni biss li jirriflettu l-kostijiet/prezzijiet minn pajjiż rappreżentattiv li ma huwiex affettwat mill-ebda distorsjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jippermetti b’mod espliċitu li l-użu ta’ kostijiet domestiċi, jekk dawn jiġu stabbiliti b’mod pożittiv, ikun mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni eżaminat dan matul l-investigazzjoni. Madankollu, billi l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi ma kkoopera, il-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ tas-siliċju ma setgħux jiġu stabbiliti bħala mingħajr distorsjoni fid-dawl tal-evidenza disponibbli.

    (23)

    Fir-rigward tal-argument tal-EUSMET dwar il-kunċett ta’ distorsjonijiet li ma humiex fost il-fatturi li jippermettu l-kostruzzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2.2 tal-Ftehim dwar l-Anti-dumping tad-WTO, il-Kummissjoni tirrimarka li l-liġi domestika ma għandhiex bżonn tuża l-istess termini eżatti bħall-Ftehimiet koperti sabiex tkun konformi ma’ dawk il-Ftehimiet. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa konformi bis-sħiħ mar-regoli rilevanti tal-ADA, inklużi l-possibbiltajiet li jinbena l-valur normali pprovduti fl-Artikolu 2.2 tal-ADA. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-liġi tad-WTO, kif interpretata mill-bordijiet tad-WTO u mill-Korp tal-Appell, tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, debitament aġġustata meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-kostruzzjoni tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi l-kostruzzjoni tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur.

    (24)

    Fir-rigward tal-argument dwar l-evidenza tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet fis-settur tal-metall tas-siliċju, il-Kummissjoni sabet li l-applikant ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet fis-settur tal-metall tas-siliċju, abbażi tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar id-distorsjonijiet fiċ-Ċina (8), kif ukoll abbażi ta’ studju indipendenti aktar speċifiku tal-2018 ikkummissjonat minn Euroalliages. Għalkemm l-applikant irrefera speċifikament għad-distorsjonijiet fuq il-materja prima u fuq l-elettriku fin-narrattiva tat-talba, huwa pprovda wkoll ir-rapporti aktar dettaljati bħala anness. Dawn ir-rapporti fihom biżżejjed evidenza dwar l-aspetti kollha ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

    (25)

    Ir-raba’, l-EUSMET allegat li l-kalkolu tal-marġni tad-dumping żdied, billi l-applikant għażel il-perjodi ta’ żmien b’mod selettiv biex jikkalkula l-valur normali maħdum.

    (26)

    Il-metodoloġija proposta mill-applikant hija raġonevoli, minħabba li kienet ibbażata fuq id-data disponibbli għall-applikant u tkopri l-perjodu użat għall-kalkolu tad-dumping (jiġifieri minn Ottubru 2019 sa Ġunju 2020). B’hekk, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.

    (27)

    Il-ħames, fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, l-EUSMET innotat li l-evidenza pprovduta mill-applikant kienet ibbażata biss fuq l-analiżi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Indja, il-Korea t’Isfel u l-Ġappun, li fi kwalunkwe każ ma kinux preċiżi.

    (28)

    Il-Kummissjoni nnotat li l-applikant ma kkunsidrax biss il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi oħrajn, iżda rreferiet ukoll għall-analiżi aktar dettaljata fil-kapitolu VI tat-talba għal rieżami ta’ skadenza, dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu. Dan il-kapitolu jikkonċerna l-kapaċitajiet ta’ riżerva fiċ-Ċina, kif ukoll il-volumi tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-UE u lejn pajjiżi terzi, li huwa rilevanti wkoll għall-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni pprovduta mill-applikant kienet biżżejjed sabiex tissodisfa l-istandard legali għall-bidu skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping. L-applikant ipprovda wkoll tqabbil raġonevoli bejn il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lil pajjiżi terzi. L-aġġustamenti proposti mill-EUSMET ma kinux iwasslu għal konklużjoni differenti, minħabba li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi xorta kienu jkunu ferm aktar baxxi mill-valur normali. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

    (29)

    Is-sitt, fir-rigward tal-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi tas-siliċju fl-Unjoni, l-EUSMET affermat li bejn l-2017 u l-2020 dawn naqsu aktar malajr mill-konsum tas-siliċju fl-Unjoni. Fi kliem ieħor, l-esportaturi Ċiniżi ma setgħux jieħdu l-bejgħ jew is-sehem mis-suq mingħand il-produtturi tal-Unjoni.

    (30)

    Il-Kummissjoni qieset l-evidenza preżenti fit-talba bħala evidenza suffiċjenti raġonevolment disponibbli għall-applikant. Skont l-evidenza pprovduta fit-talba u analizzata mill-Kummissjoni, il-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina li jippenetraw is-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat. L-effett ta’ tali volumi bi prezzijiet li x’aktarx ikomplu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx li jirriżulta f’kontinwazzjoni tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ fatturi oħrajn li jista’ jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mhux neċessarjament timplika li l-effett tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma jkunx materjali, b’mod partikolari fil-każ ta’ analiżi prospettiva fejn l-enfasi tinsab fuq x’jiġri kieku l-miżuri jitħassru. Għalhekk, l-argument tal-EUSMET irid jiġi rrifjutat.

    (31)

    Is-seba’, l-EUSMET affermat li l-analiżi tal-effetti fuq il-prezzijiet u l-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ taħt il-prezz fit-talbiet għal rieżami ma kinux rappreżentattivi, minħabba li ma kkunsidrawx il-prezzijiet tal-importazzjonijiet taħt ipproċessar attiv. Barra minn hekk, l-EUSMET affermat li l-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz kienu żbaljati minħabba li (i) il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi tas-siliċju tal-grad tal-aluminju tqabblu mal-bejgħ tal-UE tal-metall kollu tas-siliċju, li jinkludi wkoll il-grad kimiku, (ii) il-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni ma ġewx miżjuda mal-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi, (iii) ma sar l-ebda aġġustament fil-livell tal-kummerċ għall-importazzjonijiet Ċiniżi, għalkemm dawn isiru permezz ta’ negozjanti lejn l-UE, filwaqt li l-bejgħ tal-UE normalment isir mill-produtturi tal-Unjoni lill-utenti finali. Fl-aħħar nett, l-EUSMET affermat li l-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz kienu żbaljati għall-istess raġunijiet bħal fil-każ tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, minbarra li kienu bbażati wkoll fuq kostijiet tal-produzzjoni artifiċjalment għoljin marbuta ma’, fost l-oħrajn, mira ta’ profitt ta’ 15 %, mingħajr ebda bażi legali.

    (32)

    L-analiżi ppreżentata mill-applikant kienet ibbażata fuq l-aħjar evidenza disponibbli għall-applikant f’dak iż-żmien u l-Kummissjoni qieset li din hija rappreżentattiva u affidabbli biżżejjed u fiha biżżejjed evidenza li ġġustifikat il-bidu tal-investigazzjoni.

    (33)

    It-tmien, l-EUSMET affermat li l-industrija tal-Unjoni ma ffaċċjat l-ebda effett negattiv minħabba l-importazzjonijiet Ċiniżi. L-EUSMET allegat li s-siliċju tal-grad kimiku u s-siliċju tal-grad tal-aluminju huma differenti u li filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni huwa fil-biċċa l-kbira relatat mas-siliċju ta’ grad kimiku, l-importazzjonijiet miċ-Ċina taħt ir-reġim normali huma importazzjonijiet ta’ kwalità pjuttost baxxa għas-suq tal-aluminju sekondarju. Għalhekk, l-EUSMET talbet lill-Kummissjoni twettaq analiżi segmentata tad-dannu għas-siliċju tal-grad kimiku u għas-siliċju tal-grad tal-aluminju. Din it-talba ittenniet fil-kummenti tal-EUSMET wara d-divulgazzjoni, iżda dan l-argument irid jiġi miċħud. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għat-taqsima 2.3. hawn taħt li tanalizza l-omoġeneità tal-prodotti.

    (34)

    Id-disa’, l-EUSMET sostniet li l-konsum tal-Unjoni naqas bejn l-2018 u l-2020, kemm għal raġunijiet ċikliċi kif ukoll minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19. Għalhekk, l-EUSMET affermat li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kellhom l-ebda impatt fuq it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni.

    (35)

    Anki jekk il-Kummissjoni qablet mal-analiżi tal-EUSMET dwar l-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni, hija ma qisitx li t-tnaqqis fil-konsum marbut ma’ swieq oħrajn invalida l-allegazzjoni fit-talba, li kopriet kemm il-kontinwazzjoni kif ukoll ir-rikorrenza tad-dannu, li wasslu għall-bidu ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza. Madankollu, anki jekk il-konsum tal-Unjoni naqas għal raġunijiet li huma indipendenti mill-importazzjonijiet Ċiniżi, il-Kummissjoni xorta għandha tanalizza f’rieżami ta’ skadenza xi jkunu l-konsegwenzi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, f’termini ta’ bejgħ u ishma mis-suq.

    (36)

    L-għaxar, l-EUSMET affermat li t-tnaqqis fil-volumi u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-Industrija tal-Unjoni ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda pjuttost għad-deċiżjoni ta’ produttur wieħed tal-Unjoni li jwaqqaf temporanjament il-produzzjoni f’ċerti impjanti. Bl-istess mod, l-EUSMET affermat li t-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma huwiex marbut mal-importazzjonijiet Ċiniżi, li naqsu bejn l-2017 u t-tielet trimestru tal-2020, iżda pjuttost għal tnaqqis fid-domanda u għal żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. L-EUSMET affermat ukoll f’dan il-kuntest li, minkejja l-importazzjonijiet Ċiniżi, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni baqgħu stabbli matul il-perjodu 2017-2019 u naqsu fl-ewwel tliet trimestri tal-2020, b’koinċidenza ma’ tnaqqis globali fid-domanda għas-siliċju. Fi kliem ieħor, f’kuntest ta’ domanda li qed tonqos, il-produtturi tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jżidu l-prezzijiet, irrispettivament mill-importazzjonijiet Ċiniżi tas-siliċju. Għall-istess raġunijiet, it-tnaqqis fil-profittabbiltà ma jistax ikun imputabbli għall-importazzjonijiet Ċiniżi.

    (37)

    Dawn l-argumenti ma jistgħux jiġu aċċettati. Il-Kummissjoni tfakkar li l-eżistenza ta’ miżuri spiss tkun assoċjata ma’ tnaqqis fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u li l-miżuri anti-dumping eżistenti spiss ikollhom effett pożittiv fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. F’investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni twettaq analiżi fuq x’jiġri jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-fatt li l-importazzjonijiet Ċiniżi jistgħu ma jkunux il-kawża ewlenija tal-iżvilupp negattiv ta’ ċerti indikaturi tad-dannu ma jistax jimpedixxi l-bidu tal-investigazzjoni.

    (38)

    Il-ħdax, l-EUSMET elenkat xi fatturi allegatament ewlenin li jaffettwaw l-industrija tal-Unjoni li, fil-fehma tal-EUSMET, ġew injorati jew interpretati ħażin fir-rieżami. Dawk il-fatturi jinkludu l-istrateġija tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-kostijiet tagħha, l-iżvilupp fid-domanda għas-siliċju, iż-żieda fl-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi u l-impatt tal-Brexit. L-EUSMET talbet lill-Kummissjoni biex tikkunsidrahom fir-rieżami.

    (39)

    Il-Kummissjoni kkunsidrat il-mod kif l-applikant interpreta l-fatturi fit-talba bħala suffiċjenti biex jinbeda r-rieżami ta’ skadenza. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kkunsidrat dawk il-fatturi kollha fil-qafas tal-analiżi tagħha fit-taqsimiet dwar id-Dannu u l-interess tal-Unjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (40)

    It-tnax, l-EUSMET affermat li l-applikant issottovaluta l-prospettiva tad-domanda għas-siliċju, għamel stima żejda tal-produzzjoni u l-kapaċità Ċiniża u esaġera l-effetti tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

    (41)

    Madankollu, l-EUSMET ma ressqet l-ebda informazzjoni li tqajjem dubji dwar l-estimi ppreżentati fit-talba għal rieżami. Għalhekk, l-argument ma setax jiġi aċċettat.

    (42)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-talba pprovdiet biżżejjed evidenza biex tinbeda l-investigazzjoni tar-rieżami.

    (43)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni, l-EUSMET tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-użu tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kien inkompatibbli mal-Ftehim anti-dumping, mingħajr ma żdiedet l-ebda argument jew evidenza ġdida. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet din l-affermazzjoni għall-istess raġunijiet kif stipulati fil-premessi minn (22) sa (24) ta’ hawn fuq.

    1.7.   Kampjunar

    (44)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    1.7.1.   Kampjunar tal-importaturi

    (45)

    Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

    (46)

    Ma ppreżenta ruħu l-ebda importatur mhux relatat.

    1.7.2.   Il-kampjunar ta’ produtturi fiċ-Ċina

    (47)

    Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi kollha fiċ-Ċina sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

    (48)

    Ma waslet l-ebda tweġiba.

    1.8.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (49)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”).

    (50)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-kwestjonarji għall-industrija tal-Unjoni, għall-importaturi mhux relatati u għall-utenti saru disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (9).

    (51)

    Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand tliet produtturi tal-Unjoni u mingħand tliet utenti.

    1.9.   Verifika

    (52)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li kkooperaw li ġejjin:

     

    Produtturi tal-Unjoni

    RW Silicium GmbH, Pocking, il-Ġermanja

    FerroAtlántica S.L., Madrid, Spanja

    Ferropem, Chambéry, Franza

     

    Utenti

    Wacker Chemie AG, Munich, il-Ġermanja

    Raffmetal SpA, Casto, l-Italja

    Evonik Industries AG, Essen, il-Ġermanja

    1.10.   Proċedura sussegwenti

    (53)

    Fis-17 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

    (54)

    Il-kummenti magħmula mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni, fejn xieraq.

    2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI

    2.1.   Il-prodott taħt rieżami

    (55)

    Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri s-siliċju (“il-prodott taħt rieżami”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2804 69 00.

    2.2.   Prodott simili

    (56)

    Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

    il-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ;

    il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat; u

    il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

    (57)

    Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    2.3.   Affermazzjonijiet rigward l-omoġeneità tal-prodott

    (58)

    L-EUSMET affermat li s-siliċju għall-użi kimiċi u tal-aluminju ma huwiex prodott omoġenju u li s-siliċju għaż-żewġ użi finali ma huwiex interkambjabbli.

    (59)

    L-ewwel, l-EUSMET enfasizzat il-kompożizzjoni, il-karatteristiċi tekniċi u kimiċi differenti tas-siliċju, filwaqt li ddikjarat li s-siliċju jikkonsisti f’siliċju elementali u elementi sekondarji oħrajn f’konċentrazzjonijiet u livelli differenti. Barra minn hekk, l-EUSMET spjegat li kull wieħed mill-elementi sekondarji għandu sors fil-materja prima bażika jew fil-proċess tal-produzzjoni tas-siliċju, għalhekk, abbażi tal-materja prima differenti użata, is-siliċju għandu ċerta kompożizzjoni kimika li hija speċifika għal ċertu użu.

    (60)

    L-EUSMET sostniet li huma meħtieġa livelli differenti ta’ purità tas-siliċju għal użi differenti kemm fis-settur kimiku kif ukoll f’dak tal-aluminju. L-utenti tas-siliċju ta’ grad kimiku u ta’ grad tal-aluminju ma jistgħux jużaw l-istess materjal bħala tali u ma jikkompetux għall-istess materjal mill-fornituri. Għalhekk, il-funġibbiltà u l-koinċidenza kompetittiva bejn is-siliċju ta’ grad kimiku u s-siliċju addattat għall-industrija tal-aluminju huma estremament limitati.

    (61)

    L-EUSMET enfasizzat li l-prezz tas-siliċju użat fi prodotti differenti huwa affettwat mill-kompożizzjoni kimika tas-siliċju mitlub. B’mod aktar speċifiku, is-siliċju użat għall-manifattura tal-polimeri tas-siliċju huwa ġeneralment dak bl-ogħla prezz u s-siliċju ta’ grad tal-aluminju sekondarju huwa dak bl-aktar prezz baxx. L-EUSMET affermat li r-raġuni għal tali differenza fil-prezz hija li l-materja prima speċifika ta’ kwalità għolja, li hija wkoll aktar għalja, hija meħtieġa għall-produzzjoni ta’ siliċju ta’ purità ogħla.

    (62)

    L-EUSMET indikat ukoll id-differenzi fil-mezzi ta’ distribuzzjoni għat-tipi differenti ta’ siliċju. Billi l-utenti kimiċi jixtru siliċju personalizzat skont proċessi ta’ kwalifika rigorużi tal-fornituri tagħhom, huma jixtru direttament mingħand il-produtturi tas-siliċju. Barra minn hekk, l-utenti kimiċi jixtru s-siliċju abbażi ta’ kuntratti għal żmien qasir/twil u ma jixtrux fis-suq spot. Min-naħa l-oħra, l-utenti tal-aluminju u, ġeneralment, l-utenti tal-aluminju sekondarji jixtru s-siliċju mingħand negozjanti jew distributuri jew importaturi. Barra minn hekk, ħlief għal xi utenti kbar tas-siliċju fis-segment tal-utent tal-aluminju primarju, il-biċċa l-kbira tal-bejgħ relatat mal-aluminju huwa bejgħ spot.

    (63)

    Is-siliċju dejjem tqies bħala prodott omoġenju minn mindu saret l-investigazzjoni oriġinali dwar l-importazzjonijiet tas-siliċju miċ-Ċina u fl-investigazzjonijiet sussegwenti kollha tar-rieżamijiet ta’ skadenza. Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet kollha ta’ rieżami, il-Kummissjoni għandha tapplika l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju, diment li ma jkunux inbidlu ċ-ċirkostanzi. F’dan il-każ, l-EUSMET ma ppreżentat l-ebda evidenza li turi li ċ-ċirkostanzi fir-rigward tan-natura omoġenja tal-prodott ikkonċernat inbidlu mill-aħħar rieżami ta’ skadenza.

    (64)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni, l-EUSMET innotat li, fl-investigazzjonijiet tal-passat, il-Kummissjoni qieset biss l-importazzjonijiet tal-metall tas-siliċju tal-grad tal-aluminju biex tistabbilixxi d-dannu u li għalhekk diġà użat analiżi segmentata. L-EUSMET żiedet ukoll li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li s-siliċju ta’ grad kimiku kien fil-biċċa l-kbira importat permezz tar-reġim ta’ proċessar attiv (IPP) u, għalhekk, l-importazzjonijiet relatati ma’ dan is-segment tas-suq kienu eżentati mid-dazji.

    (65)

    Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li, skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, peress li ma hemm l-ebda bidla fiċ-ċirkostanzi, il-metodoloġija użata jenħtieġ li tkun dik użata fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju (10). Ma saret l-ebda analiżi bbażata fuq is-segmenti fir-rieżami interim preċedenti (11). Il-Kummissjoni għamlet sempliċement distinzjoni bejn żewġ reġimi ta’ importazzjoni sabiex tistabbilixxi t-twaqqigħ tal-prezz u l-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu.

    (66)

    Kif imsemmi fil-premessa (48) hawn fuq, l-ebda produttur esportatur ma kkoopera fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet mill-membri tal-EUSMET jikkostitwixxu biss proporzjon żgħir tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi proporzjon ta’ siliċju ta’ grad ta’ aluminju u kimiku fl-importazzjoni totali tal-prodott ikkonċernat jew xi rabta bejn ir-reġim ta’ importazzjoni użat u l-grad ta’ siliċju importat. Din l-affermazzjoni ġiet għalhekk miċħuda.

    3.   DUMPING

    3.1.   Rimarki preliminari

    (67)

    Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tas-siliċju fl-Unjoni miċ-Ċina komplew, iżda b’sehem mis-suq aktar baxx milli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami tal-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti.

    (68)

    L-ebda produttur miċ-Ċina ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tagħhom. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar din l-informazzjoni, jew talbiet għal intervent tal-Uffiċjal tas-Smigħ.

    (69)

    Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet b’rabta mal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami, l-informazzjoni miksuba mill-partijiet tal-Unjoni li kkooperaw u mill-utenti matul l-investigazzjoni ta’ rieżami, kif ukoll l-istatistika kummerċjali tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet.

    3.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

    (70)

    Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward taċ-Ċina, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

    (71)

    Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (72)

    Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar din l-informazzjoni, jew talbiet għal intervent tal-Uffiċjal tas-Smigħ.

    (73)

    Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija kienet għażlet provviżorjament lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    (74)

    Fit-23 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota (“Nota 1”) dwar is-sorsi rilevanti li kellha l-ħsieb li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, ix-xogħol u l-enerġija użati fil-produzzjoni tas-siliċju.

    (75)

    Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiż rappreżentattiv addizzjonali possibbilment xieraq, jiġifieri l-Malażja. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar in-Nota 1 mingħand l-applikant u l-EUSMET.

    (76)

    Fil-5 ta’ April 2022, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz tat-tieni nota (“Nota 2”) dwar is-sorsi rilevanti li kellha l-ħsieb li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, filwaqt li żammet lill-Malażja bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li hija kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija PMB Silicon Bhd, produttur tal-prodott fil-pajjiż rappreżentattiv.

    (77)

    Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar in-Nota 2 mingħand l-applikant u l-EUSMET. L-EUSMET issottomettiet ukoll kummenti bi tweġiba għal dawk mill-applikant.

    3.2.1.   Valur normali

    (78)

    Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti mill-pajjiż esportatur”.

    (79)

    Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, jekk jiġi ddeterminat “li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni” u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A”).

    (80)

    Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

    3.2.2.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina

    (81)

    F’investigazzjonijiet reċenti dwar il-ferrosiliċju (12) u s-siliċju tal-kalċju (13) li joriġinaw miċ-Ċina, il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-settur metallurġiku fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni kkonkludiet f’dawn l-investigazzjonijiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

    (82)

    Il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fiċ-Ċina li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (14).

    (83)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li kien għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku (15).

    (84)

    Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-GTĊ kien ukoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (16).

    (85)

    Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-forniment tal-materja prima u tal-inputs, għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta wkoll fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi nominati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (17).

    (86)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, biex b’hekk jiġġeneraw distorsjonijiet b’mod partikolari meta jinżamm il-livell tad-ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina (18).

    (87)

    Il-Kummissjoni sabet ukoll distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur metallurġiku fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (19), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-kumpaniji fiċ-Ċina (20).

    (88)

    Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar is-settur metallurġiku fiċ-Ċina, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

    (89)

    Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fir-rapport tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina (21) (“ir-Rapport”), li jiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami.

    (90)

    Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina, kif instab ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

    (91)

    It-talba f’dan il-każ irreferiet għar-Rapport, b’mod partikolari għat-taqsima 12.4.2 rigward ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tas-siliċju u għat-taqsimiet li jirreferu għas-suq tal-elettriku. L-applikant irrefera wkoll għal studju protett bid-drittijiet tal-awtur minn AlloyConsult fit-talba għal rieżami rigward id-distorsjonijiet tas-suq ikkawżati mill-Istat fl-industriji Ċiniżi tal-ligi tal-ħadid u tas-siliċju.

    (92)

    Fis-settur tas-siliċju, ċertu grad ta’ sjieda u kontroll mill-GTĊ jippersisti fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-ebda esportatur Ċiniż tal-prodott taħt rieżami, il-proporzjon eżatt ta’ produtturi tas-siliċju privati u tal-Istat ma setax jiġi ddeterminat aktar.

    (93)

    Madankollu, il-Kummissjoni stabbiliet li għadd ta’ produtturi Ċiniżi tas-siliċju huma proprjetà tal-Istat. Waħda minnhom hija Yunnan Nujiang International Silicon Trade Co, sussidjarja ta’ Xiamen ITG Group Corp., Ltd (22). L-azzjonist finali kontrollanti ta’ Xiamen ITG Group huwa l-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Belt ta’ Xiamen (23).

    (94)

    Bl-istess mod, Shanghai Puyuan Foreign Economic and Trading Company (24) (“SPFC”) hija sussidjarja kollha kemm hi ta’ Shanghai National Nuclear Puyuan Group, li min-naħa tiegħu huwa kompletament proprjetà taċ-China National Nuclear Corporation (“CNNC”), waħda mill-Intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) fil-livell ċentrali Ċiniż.

    (95)

    L-investigazzjoni sabet ukoll li fis-settur tal-elettriku, li huwa l-fattur ewlieni tal-produzzjoni fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Kif instab mill-Kummissjoni fir-Rapport, is-suq tal-elettriku fiċ-Ċina huwa kkaratterizzat minn involviment qawwi tal-SOEs f’diversi stadji tal-katina tal-provvista, bil-grilja ta’ trażmissjoni kollha tkun proprjetà ta’ żewġ SOEs u sjieda sinifikanti tal-Istat eżistenti wkoll fl-istadju tal-ġenerazzjoni.

    (96)

    Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-Partit Komunista taċ-Ċina (“CCP”) u l-kumpaniji li jimmanifatturaw il-prodott taħt rieżami, kif ukoll karatteristiċi korporattivi organizzattivi li jqiegħdu lis-CCP f’pożizzjoni li tippermettilu jinterferixxi fil-kondotta kummerċjali tal-kumpaniji.

    (97)

    Fl-ITG Xiamen Group, il-kumitat tal-Partit tas-CCP jokkupa l-ogħla livell organizzattiv tal-kumpanija, flimkien mal-Bord tad-Diretturi u mal-Bord tas-Superviżuri u ’l fuq mill-Maniġment Superjuri (25).

    (98)

    Barra minn hekk, f’SPFC, il-President tal-Bord ta’ Shanghai National Nuclear Puyuan Group jokkupa fl-istess ħin il-pożizzjoni tas-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, filwaqt li l-Maniġer Ġenerali tal-kumpanija jservi simultanjament bħala Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (26).

    (99)

    L-investigazzjoni żvelat ukoll li kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tas-siliċju huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida tal-politika. Bħal fi kwalunkwe settur ieħor fiċ-Ċina, dawn il-produtturi huma ristretti li jospitaw attivitajiet ta’ bini tal-partit u li jżommu affiljazzjoni mill-qrib mas-CCP u mal-ideoloġija tiegħu. L-eżempji li ġejjin juru x-xejra ta’ livell li qed jiżdied ta’ intervent mill-GTĊ fis-settur tas-siliċju wkoll.

    (100)

    L-ITG Xiamen Group jiddeskrivi l-attivitajiet estensivi ta’ bini tal-Partit fuq is-sit web tiegħu. B’referenza għal laqgħa ta’ Frar 2022 tal-grupp ta’ studju tas-CCP, il-kumpanija tenfasizza li huwa meħtieġ li “tiġi żgurata b’mod sod id-direzzjoni korretta tal-kostruzzjoni taż-żona ekonomika speċjali, tiġi implimentata t-tmexxija komprensiva tal-Partit fuq iċ-China International Trade Holding Group, tkompli tiġi approfondita l-governanza komprensiva u stretta tal-Partit, ikun hemm aderenza mat-triq tas-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, u tiġi segwita mingħajr tfixkil id-direzzjoni ’l quddiem tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping” (27).

    (101)

    L-affermazzjoni ta’ lealtà lejn it-tmexxija tas-CCP ma hijiex limitata biss għall-aktar perjodu ta’ żmien riċenti, iżda testendi wkoll għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kif jidher, pereżempju, mis-sit web tal-SPFC li jiddeskrivi l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kumitat tal-Partit tal-grupp li saret fis-17 ta’ Novembru 2020: “[A]ħna rridu nsaħħu l-kontenut ideoloġiku, ngħollu l-profil, il-ħsieb attiv, l-awtodixxiplina u l-awtoeżami, nagħtu importanza lit-tagħlim, insaħħu l-fehim, napprofondixxu l-istudju u l-implimentazzjoni tal-ispirtu tal-Ħames Sessjoni Plenarja tad-19-il Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina […] Il-Ħames Sessjoni Plenarja tad-19-il Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina kienet tirrikjedi li l-fokus tal-iżvilupp ekonomiku jenħtieġ li jitqiegħed fuq l-ekonomija reali, u li jenħtieġ li jsiru sforzi biex jittejjeb il-livell ta’ modernizzazzjoni tal-katina tal-industrija u tal-katina tal-provvista, jitħaffef l-iżvilupp ta’ sistema industrijali moderna […] [H]uwa meħtieġ li jiġu studjati u implimentati l-ispirtu tad-diskorsi importanti tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping u l-ispirtu tal-Ħames Sessjoni Plenarja tad-19-il Kumitat Ċentrali tas-CPC, (…) b’livell għoli ta’ kuxjenza politika, kuxjenza ideoloġika u ta’ azzjoni; f’konformità mal-iskjerament integrat tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit, tal-kumpanija tal-grupp, u ta’ CNNC Puyuan biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni fil-prattika, huwa meħtieġ li jiġi integrat bis-sħiħ l-ispirtu tal-Ħames Sessjoni Plenarja tad-19-il Kumitat Ċentrali tal-Partit […] F’din il-laqgħa ta’ studju estiża pparteċipaw membri tat-tim ta’ tmexxija tal-katina tal-provvista tas-CNNC, il-maniġment ta’ livell medju, u membri ta’ diversi fergħat. (28)

    (102)

    Barra minn hekk, skont ir-regoli ta’ ħidma tal-assoċjazzjoni tal-industrija tas-siliċju (29), fergħa tal-assoċjazzjoni Ċiniża tal-industrija tal-metall mhux ferruż, l-assoċjazzjoni tieħu l-linja bażika tas-CCP bħala l-linja gwida tagħha stess (30). Barra minn hekk, l-aderenza mal-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, u t-tħaddin ta’ kwalità politika tajba huma elenkati fost ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà sabiex iservu bħala l-president, il-viċi president jew is-segretarju ġenerali tal-assoċjazzjoni (31).

    (103)

    Barra minn hekk, ġie stabbilit li fis-settur tas-siliċju hemm fis-seħħ politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Is-siliċju għandu rwol sinifikanti fil-produzzjoni tal-aluminju, kif ukoll tas-semikondutturi (li għalihom il-prodott taħt rieżami huwa input) li min-naħa tiegħu jikkwalifika lis-settur tas-siliċju biex jitqies bħala parti mill-industriji emerġenti strateġiċi (32) li jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta’ politiki ta’ appoġġ fis-seħħ.

    (104)

    L-Istat jinterferixxi wkoll fis-swieq tal-inputs użati għall-produzzjoni tas-siliċju, b’mod partikolari fis-swieq tal-elettriku. Filwaqt li l-elettriku huwa wieħed mill-inputs ewlenin fil-manifattura tas-siliċju, il-prezzijiet tal-elettriku ma humiex ibbażati fuq is-suq fiċ-Ċina u huma affettwati wkoll minn distorsjonijiet sinifikanti (permezz tal-iffissar tal-prezzijiet ċentrali, id-differenzjazzjoni tal-prezzijiet u l-prattiki diretti tax-xiri tal-enerġija), kif stabbilit fir-Rapport (33).

    (105)

    Filwaqt li s-suq tal-enerġija fiċ-Ċina għadda minn għadd ta’ bidliet u riformi, xi prezzijiet rilevanti għas-sistema tal-enerġija għadhom ma humiex ibbażati fuq is-suq. Il-gvern jirrikonoxxi li l-prezzijiet għadhom fil-biċċa l-kbira kkontrollati mill-Istat: “Il-ġestjoni attwali tal-prezzijiet tal-elettriku għadha bbażata fuq il-prezzijiet tal-gvern. L-aġġustamenti fil-prezzijiet spiss ma jlaħħqux mal-bidliet fil-kostijiet u huwa diffiċli li l-kostijiet tal-użu tal-elettriku jiġu riflessi b’mod f’waqtu u raġonevoli […] Għadu ma ġie stabbilit l-ebda mekkaniżmu kompetittiv effettiv għall-bejgħ tal-elettriku, it-tranżazzjonijiet tas-suq bejn l-intrapriżi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-utenti huma limitati u huwa diffiċli li jiġi involut ir-rwol deċiżiv tas-suq fl-allokazzjoni tar-riżorsi” (34).

    (106)

    Din id-dgħufija tas-suq ikkawżata mill-Istat hija fl-oriġini ta’ aktar tentattivi biex jiġi ġestit is-suq, li hija riflessa f’għadd ta’ dokumenti amministrattivi sussegwenti. Pereżempju, f’Novembru 2020, l-NDRC ħarġet in-Notifika dwar il-promozzjoni tal-iffirmar ta’ kuntratti tal-elettriku tal-2021 għal żmien medju sa twil (35).

    (107)

    Id-dokument jagħti struzzjonijiet “lid-dipartimenti kompetenti tal-gvernijiet lokali […] biex jagħmlu sforz sabiex jiżguraw li l-volum tal-elettriku kkuntrattat ma jkunx inqas minn 80 % tal-volum medju matul l-aħħar tliet snin”, u fir-rigward tal-ipprezzar biex “jistabbilixxu mekkaniżmu għas-soluzzjoni tad-devjazzjoni […] fir-regolamenti tas-suq lokali biex jiġu indirizzati d-devjazzjonijiet bejn il-volum tal-enerġija kkuntrattata u l-implimentazzjoni reali” u biex “itejbu l-mekkaniżmu tal-prezz tat-tranżazzjoni għal żmien medju u twil. Il-lokalitajiet kollha għandhom jimplimentaw b’mod strett il-prezzijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-enerġija kif approvati mill-gvern.”

    (108)

    In-Notifika fiha wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-implimentazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ traċċar għall-progress fl-iffirmar tal-kuntratti, jew permezz tat-tisħiħ tal-monitoraġġ, tad-divulgazzjoni u tal-infurzar tal-kuntratti (36).

    (109)

    Barra minn hekk, f’Jannar 2021, il-Kunsill tal-Istat ħareġ l-“Opinjoni tal-NDRC dwar l-istandardizzazzjoni tat-tariffi tal-provvisti tal-ilma urban, tal-elettriku u tat-tisħin biex jitrawwem żvilupp ta’ kwalità għolja tas-settur” (37). In-Notifika fiha dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-ipprezzar tal-gvern “[…] Għal proġetti soġġetti għall-ipprezzar tal-gvern jew għall-prezzijiet iggwidati mill-gvern, tiġi ddeterminata b’mod raġonevoli l-kompożizzjoni tal-kostijiet, jissaħħu s-superviżjoni u r-rieżami tal-kostijiet, jittejjeb il-mekkaniżmu għall-formazzjoni tal-prezzijiet u jiġi ddeterminat b’mod xjentifiku l-livell tal-prezzijiet. […]”

    (110)

    Fost l-għanijiet ewlenin tan-Notifika, issir referenza speċifika għall-mekkaniżmu ta’ input tal-gvern b’rabta mal-ipprezzar, kif ukoll id-differenzjazzjoni settorjali tal-metodi tal-ipprezzar: “Sal-2025, għandhom jinkisbu riżultati ċari fir-regolamentazzjoni u fl-istandardizzazzjoni tat-tariffi fis-settur tal-provvista tal-ilma, tal-provvista tal-enerġija, tal-gass u tat-tisħin. Għandha tiġi stabbilita bażi għal mekkaniżmu xjentifiku, standardizzat u trasparenti għall-formazzjoni tal-prezzijiet, u l-mekkaniżmu ta’ input tal-gvern għandu jittejjeb aktar. Il-metodi tal-ipprezzar applikabbli għas-setturi relatati, il-metodi ta’ superviżjoni u rieżami tal-kostijiet, l-imġiba tal-prezzijiet u l-kopertura komprensiva standard tas-servizzi, kif ukoll il-kwalità u l-effiċjenza tal-provvista tal-ilma, tal-elettriku, tat-tisħin u ta’ prodotti u servizzi oħrajn għandhom jittejbu b’mod sinifikanti”.

    (111)

    Il-faħam huwa materja prima oħra użata għall-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Kif instab fir-Rapport, is-suq tal-faħam fiċ-Ċina huwa soġġett għal distorsjonijiet, notevolment minħabba s-sussidjar (38) u permezz tal-ġestjoni u tal-kontroll fuq l-isfruttament tar-riżorsi tal-faħam (39).

    (112)

    L-investigazzjoni reċenti dwar is-siliċju tal-kalċju stabbiliet aktar elementi ta’ interferenza mill-Istat fis-suq tal-faħam. F’Mejju 2021, l-Amministrazzjoni Nazzjonali għall-Enerġija (NEA) u l-NDRC ħarġu b’mod konġunt in-Notifika dwar il-miżuri ta’ ġestjoni għall-kapaċità tal-produzzjoni tal-minjieri tal-faħam u l-kriterji ta’ approvazzjoni, bil-għan li jirregolaw il-kapaċitajiet tal-minjieri tal-faħam u jinfurzaw il-limiti rilevanti, ikkalkolati abbażi tan-notifika (40). F’Diċembru 2020, l-NDRC ħarġet in-Notifika dwar l-iżgurar tal-iffirmar u l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti tal-faħam fuq terminu medju u twil fl-2021 (41).

    (113)

    In-Notifika tenfasizza b’mod espliċitu l-għan li jiżdiedu l-influwenza u s-superviżjoni tal-Istat fil-proċess kuntrattwali: “Tingħata aktar importanza lir-rwol tal-gvern, jiġi enfasizzat it-tisħiħ tal-bini tas-sistema, jittejbu r-regoli tat-tranżazzjonijiet, tissaħħaħ is-superviżjoni tal-kreditu, u jiġu ggwidati l-partijiet rilevanti biex titqajjem kuxjenza dwar is-sitwazzjoni ġenerali, jittieħdu responsabbiltajiet soċjali, tiġi standardizzata l-eżekuzzjoni tal-kuntratti, u jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq tal-faħam.”

    (114)

    In-notifika tagħti wkoll struzzjonijiet biex “[t]issaħħaħ l-awtodixxiplina tal-industrija. L-assoċjazzjonijiet rilevanti kollha tal-industrija għandhom jiggwidaw lill-intrapriżi biex isaħħu l-awtodixxiplina, jimplimentaw kif xieraq ir-rekwiżiti ta’ kuntratti fuq terminu medju u twil, u ma jużawx is-sitwazzjoni tal-provvista u tad-domanda tas-suq u l-pożizzjoni vantaġġuża tal-industrija biex jiffirmaw kuntratti żbilanċjati. L-intrapriżi fuq skala kbira għandu jkollhom rwol eżemplari, jirregolaw il-firem tal-kuntratti, itejbu l-għarfien tagħhom dwar l-issodisfar tal-impenji, jieħdu l-inizjattiva li jieħdu r-responsabbiltà soċjali għall-iżgurar tal-provvista u tal-prezzijiet stabbli, u jippromwovu l-operat bla xkiel tas-suq tal-faħam fil-livell nazzjonali.”

    (115)

    Ta’ min jinnota b’mod partikolari d-direttiva ċara biex ma tintużax is-sitwazzjoni tad-domanda u tal-provvista fis-suq fl-iffirmar tal-kuntratti. F’April 2021, l-NDRC ħarġet “Notifika dwar l-iżgurar tas-superviżjoni u l-ġestjoni tal-kuntratti tal-faħam tal-2021 għal żmien medju u twil”, li għandha l-għan li tissorvelja aħjar il-konformità tal-kuntratti tal-bejgħ u li tiżgura l-provvista tal-faħam (b’mod partikolari abbażi tad-dispożizzjonijiet tan-Notifika Nru. 902 imsemmija qabel). Fuq dik il-bażi, jenħtieġ li l-partijiet rilevanti jiżguraw b’mod partikolari li r-rata ta’ konformità ta’ kull xahar ma tkunx inqas minn 80 %, u jenħtieġ li r-rata ta’ konformità trimestrali u annwali ma tkunx inqas minn 90 % (42).

    (116)

    L-interventiżmu tal-Istat fis-suq tal-faħam jista’ jiġi nnotat ukoll fid-deċiżjoni reċenti dwar l-estensjoni għal sena oħra taż-żmien tal-operat bi prova għall-minjieri tal-faħam magħluqa bil-għan li jiżdiedu l-produzzjoni u l-provvista, sabiex jiġu miġġielda ż-żidiet fil-prezzijiet tal-komoditajiet (wara li l-produzzjoni tal-minjieri kienet preċedentement sospiża) (43).

    (117)

    Kif jista’ jidher mill-eżempji ta’ hawn fuq, il-GTĊ jiġġestixxi l-iżvilupp tas-settur tas-siliċju f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u direttivi u jikkontrolla prattikament kull aspett fil-funzjonament tas-settur. Dawn il-gwida u l-intervent tal-gvern jikkonċernaw ukoll l-inputs ewlenin użati fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami.

    (118)

    Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku fis-settur metallurġiku ma humiex se jaffettwaw lill-manifatturi tal-prodott taħt rieżami.

    (119)

    Is-settur metallurġiku huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ħames inċiż tar-Regolament bażiku. Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fiċ-Ċina).

    (120)

    Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur metallurġiku ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha.

    (121)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa numru ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt rieżami jixtru jew jikkuntrattaw għal dawn l-inputs, il-prezzijiet li jitħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għal distorsjonijiet; huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital; u huma soġġetti għas-sistema ta’ pjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

    (122)

    B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport.

    (123)

    Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija.

    (124)

    F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju.

    (125)

    Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-ammont ta’ ħaddiema, ma humiex ir-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles minħabba li dawn huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati.

    (126)

    Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GOC, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

    (127)

    Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

    3.2.3.   Pajjiż rappreżentattiv

    3.2.3.1.   Rimarki ġenerali

    (128)

    L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

    Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għaċ-Ċina abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (44);

    Il-produzzjoni tal-prodott simili f’dak il-pajjiż (45);

    Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

    Fejn ikun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

    (129)

    Il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi biex jiġi stabbilit il-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti u indirizzaw il-kummenti li rċevew il-partijiet dwar dawn l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti.

    3.2.3.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak taċ-Ċina

    (130)

    Fin-Nota 1, il-Kummissjoni identifikat il-Brażil u l-Malażja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji fejn qed jiġi prodott is-siliċju. Dawn il-pajjiżi huma t-tnejn ikklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi ta’ introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li sseħħ il-produzzjoni tal-prodott simili.

    (131)

    L-ebda pajjiż rappreżentattiv possibbli ieħor ma ġie identifikat minn xi parti interessata.

    3.2.3.3.   Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

    (132)

    Fin-Nota 1, il-Kummissjoni indikat li l-produttur tas-siliċju fil-Brażil identifikat mill-applikant, RIMA Industrial, ma kienx profittabbli matul is-sena kalendarja 2020, u li f’dan l-istadju ma ġie identifikat l-ebda produttur Brażiljan ieħor.

    (133)

    Il-produttur tas-siliċju fil-Malażja identifikat mill-EUSMET, PMB Silicon Bhd, kien profittabbli matul is-sena kalendarja 2020. Fuq din il-bażi, fin-Nota 1 il-Kummissjoni kkunsidrat li l-Malażja tista’ tkun pajjiż rappreżentattiv xieraq.

    (134)

    Wara l-pubblikazzjoni tan-Nota 1, l-applikant issottometta lista ta’ produtturi tas-siliċju fil-Brażil, li tindika d-disponibbiltà ta’ data finanzjarja pubblika għal kull wieħed minn dawk il-produtturi.

    (135)

    Il-lista pprovduta mill-applikant identifikat produttur wieħed tas-siliċju fil-Brażil, il-kumpanija MinasLigas, li kien profittabbli fl-2020.

    (136)

    Għalhekk, il-Kummissjoni kellha żewġ produtturi tas-siliċju profittabbli, wieħed fil-Malażja u wieħed fil-Brażil.

    (137)

    Fin-Nota 2, il-Kummissjoni kompliet tqabbel id-data disponibbli mill-Malażja u mill-Brażil dwar il-fatturi tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Malażja kellha sett ta’ data aktar rappreżentattiv għall-fatturi tal-produzzjoni, billi ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ faħam tal-irmied medju fil-Brażil, u kwantitajiet limitati biss ta’ importazzjonijiet ta’ kwarz u laqx tal-injam li kienu wkoll bi prezzijiet mhux rappreżentattivi.

    (138)

    B’hekk, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bin-Nota 2 li hija kellha l-ħsieb li tuża l-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u l-kumpanija PMB Silicon Bhd, f’konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

    (139)

    Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ PMB Silicon Bhd bħala produttur fil-pajjiż rappreżentattiv.

    (140)

    Waslu kummenti dwar in-Nota 2 mingħand l-EUSMET, li appoġġjat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tuża l-Malażja, u mingħand l-applikant, li sostna li l-Brażil jenħtieġ li jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

    (141)

    L-applikant ikkontesta l-użu tal-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv, abbażi tad-data finanzjarja tal-kumpanija PMB Silicon Bhd. L-applikant afferma li l-kumpanija kienet qed tagħmel it-telf fl-2020, iżda mingħajr ma pprovda xi evidenza.

    (142)

    Fis-sottomissjoni tagħha tal-1 ta’ April 2022, l-EUSMET ipprovdiet kontijiet ippubblikati lokalment għal PMB Silicon Bhd li juru li din kienet profittabbli matul l-2020. Għalhekk, dan l-argument minn Euroalliages huwa rrifjutat.

    (143)

    L-applikant ikkontesta wkoll ir-rappreżentattività ta’ xi data disponibbli għall-pubbliku mill-Malażja rigward prodotti sekondarji u reġa’ talab li l-Kummissjoni tuża data tal-Brażil għal dawk il-fatturi fejn kien xieraq li tagħmel dan u tuża data minn pajjiżi oħrajn fejn ma kienx.

    (144)

    Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid id-data mill-Malażja, filwaqt li kkunsidrat il-kummenti kemm mill-applikant kif ukoll mill-EUSMET fir-rigward ta’ din id-data. Il-Kummissjoni kkonkludiet li d-data tal-Malażja dwar il-fatturi tal-produzzjoni hija affidabbli. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li minħabba li l-kalkoli tal-valur normali jkunu qed jużaw perċentwal biex jikkalkolaw l-introjtu tal-prodott sekondarju, il-parametri referenzjarji fin-Nota 2 għall-prodotti sekondarji ma jibqgħux jintużaw.

    (145)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fir-rigward tal-Brażil, l-applikant ammetta li xi data ma hijiex xierqa u li jkollhom jintużaw sorsi oħrajn. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat dan l-argument tal-applikant.

    (146)

    Wara li ħarġet in-Nota 2, il-Kummissjoni nnotat li kien hemm żball fl-estrazzjoni tad-data mill-GTA fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ laqx tal-injam fil-Malażja. L-estrazzjoni kienet saret f’EUR minflok f’CNY u, għalhekk, il-prezz għal kull tunnellata ma kienx korrett. Madankollu, fl-analiżi, il-prezz attwali f’CNY għal kull tunnellata kien ferm ogħla minn dak imħallas mill-industrija tal-Unjoni, u ferm ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni għal kull tunnellata f’GTA għall-pajjiżi kollha.

    (147)

    Minħabba li l-prezzijiet tal-laqx tal-injam tqiesu bħala mhux rappreżentattivi, u fin-nuqqas ta’ prezz internazzjonali mingħajr distorsjoni għal-laqx tal-injam, il-Kummissjoni sabet li l-prezz medju tal-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea f’CNY għal kull tunnellata huwa parametru referenzjarju xieraq għal din il-materja prima.

    (148)

    L-applikant ikkontesta wkoll is-sorsi tad-data għall-kostijiet tal-elettriku u lavorattivi, filwaqt li qieset li huma “skaduti” (46).

    (149)

    Il-Kummissjoni reġgħet ivverifikat dawn is-sorsi u, fir-rigward tal-elettriku, innotat li t-tariffi indikati fin-Nota 2 għadhom fis-seħħ. Madankollu, fir-rigward tal-kostijiet lavorattivi, is-sors indikat fin-Nota 2 ikopri s-sena 2016. Għalhekk, il-Kummissjoni fittxet data aktar reċenti u identifikat l-istatistika dwar il-kostijiet lavorattivi mid-Dipartiment tal-Istatistika tal-Malażja, “Rapport ta’ Stħarriġ tal-2020 dwar is-Salarji u l-Pagi” (47), ippubblikat f’Lulju 2021 bħala sors xieraq ta’ data.

    3.2.3.4.   Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

    (150)

    Wara li ġie stabbilit li l-Malażja kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    3.2.3.5.   Konklużjoni

    (151)

    Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Malażja ssodisfat il-kriterji stipulati fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

    3.2.4.   Is-sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

    (152)

    Fin-Nota 1, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni, bħall-materja prima, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi tal-produzzjoni msemmija f’dik in-nota.

    (153)

    Sussegwentement, fin-Nota 2, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża d-data uffiċjali tal-Malażja biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera (48) u tal-enerġija (49).

    3.2.5.   Fatturi tal-produzzjoni

    (154)

    Meta titqies l-informazzjoni kollha fit-talba għal rieżami u l-informazzjoni sussegwenti ppreżentata mill-applikant u mill-partijiet interessati, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

    Tabella 1

    Fatturi tal-produzzjoni tas-siliċju

    Fattur ta’ Produzzjoni

    Kodiċi tal-Komodità fil-Malażja

    Valur mingħajr distorsjoni f’CNY

    Unità ta’ kejl

    Materja prima

    Kwarz

    2506 10

    468,20

    Tunnellata

    Faħam tal-Irmied Medju

    2701 19

    437,23

    Tunnellata

    Laqx tal-injam

    4401 21

    412,50

    Tunnellata

     

    4401 22

    412,50

    Tunnellata

    Elettrodi

    8545 11

    39 692,39

    Tunnellata

    Manodopera

    Manodopera

     

    21,92

    Siegħa ta’ xogħol

    Enerġija

    Elettriku

     

    0,53

    kWh

    3.2.6.   Materja prima

    (155)

    Is-siliċju jiġi prodott fi fran bl-ark elettriku mgħaddas bi tnaqqis karbotermiku tal-kwarz (silika) fil-preżenza ta’ diversi tipi ta’ riduċenti tal-karbonju bħall-faħam u l-laqx tal-injam.

    (156)

    Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA.

    (157)

    Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha, minbarra ċ-Ċina u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50).

    (158)

    Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-pajjiż rappreżentattiv minħabba li kkonkludiet li ma kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni.

    (159)

    Id-data tal-importazzjoni li jifdal minn pajjiżi oħrajn minbarra ċ-Ċina tqieset bħala rappreżentattiva għall-inputs kollha ħlief għal-laqx tal-injam. Kif ġie nnotat fil-premessa (146), il-prezz tal-importazzjoni għal-laqx tal-injam fil-Malażja ma kienx meqjus bħala rappreżentattiv u, għalhekk, minflok intużat id-data mill-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea.

    (160)

    Għal għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni, il-kostijiet attwali mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (161)

    Minħabba li l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt konsiderevoli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, u fin-nuqqas ta’ data mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’oġġetti tal-konsum. Il-Kummissjoni kkalkolat il-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

    (162)

    Għall-prodotti sekondarji, il-Kummissjoni kkalkolat il-perċentwal tal-introjtu mill-prodotti sekondarji rrapportati mill-industrija tal-Unjoni b’rabta mal-kost totali tal-produzzjoni u naqqset dan il-perċentwal mill-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-produzzjoni meta użat il-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

    (163)

    Normalment, jenħtieġ li ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jiżdiedu wkoll il-prezzijiet tat-trasport domestiku. Madankollu, meta titqies in-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejba ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli fuq is-sejba tal-kobor eżatt tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Tali aġġustamenti jirriżultaw biss f’żieda tal-valur normali u, b’hekk, tal-marġni tad-dumping.

    3.2.7.   Manodopera

    (164)

    Il-kostijiet lavorattivi fil-Malażja jiġu ppubblikati mid-Dipartiment tal-Istatistika tal-Gvern tal-Malażja (51) u dan is-sors intuża biex jiġu ddeterminati l-pagi fil-Malażja billi tintuża l-informazzjoni ppubblikata għall-kost medju lavorattiv għal kull impjegat fis-settur tal-manifattura għall-2020. Skont id-Dipartiment tal-Istatistika, dan huwa MYR 2 542 fix-xahar. Fuq medja ta’ 186 siegħa tax-xogħol fix-xahar, il-Kummissjoni kkalkolat paga medja ta’ MYR 13,67 fis-siegħa.

    3.2.8.   Elettriku

    (165)

    Il-prezzijiet għall-elettriku għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fil-Malażja jiġu ppubblikati mill-kumpanija tal-elettriku Tenaga Nasional Berhad (TNB) (52). L-aktar rati reċenti ġew ippubblikati fl-1 ta’ Jannar 2014 u kienu għadhom applikabbli fil-PIR. Il-Kummissjoni użat ir-rati tal-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-faxxa tal-konsum “Tariffa E2 - Tariffa Industrijali Konsum Massimu/Mhux Konsum Massimu b’Vultaġġ Medju”, minn TNB biex tistabbilixxi l-kost tal-elettriku għal kull kWh.

    3.2.9.   Spejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitt u deprezzament

    (166)

    Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

    (167)

    Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet totali tal-manifattura u lavorattivi. Dan il-perċentwal imbagħad ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura sabiex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura.

    3.2.10.   Kalkolu tal-valur normali

    (168)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    (169)

    L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni straħet fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni tas-siliċju. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-proporzjonijiet tal-konsum bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-Malażja, kif deskritti hawn fuq.

    (170)

    Ladarba jkun ġie stabbilit il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt, kif innotat hawn fuq. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ġew iddeterminati abbażi tad-data pprovduta mill-applikant. L-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ PMB Silicon Bhd għas-sena 2020 kif irrapportat fil-kontijiet awditjati tal-kumpanija (53).

    (171)

    Il-Kummissjoni użat il-perċentwali li ġejjin biex tikkalkula l-valur normali mill-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura:

    Iż-żieda tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, li b’kollox kienu jammontaw għal 7,6 % tal-kost dirett tal-manifattura.

    Iż-żieda tal-kostijiet tal-SG&A u ta’ kostijiet oħrajn, li ammontaw għal 17,7 % tal-kost totali tal-manifattura,

    It-tneħħija tal-introjtu minn prodotti sekondarji, li kien jammonta għal 6,97 % tal-kost tal-produzzjoni, u

    iż-żieda tal-Profitt, li kien jammonta għal 5,05 % tal-kost tal-manifattura.

    (172)

    Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    (173)

    Wara d-divulgazzjoni, l-EUSMET ikkummentat dwar il-metodu użat biex jiġi ttrattat l-introjtu tal-prodott sekondarju, li kien ibbażat fuq perċentwal tal-kost tal-produzzjoni aktar milli perċentwal tal-kost tal-manifattura.

    (174)

    Il-metodu użat f’dan il-każ huwa xieraq, peress li l-ebda produttur Ċiniż ma kkoopera, u għalhekk il-kalkolu tal-valur normali kien ibbażat fuq il-format tad-data tal-konsum li waslet mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fejn l-introjtu tal-prodott sekondarju kien espress bħala perċentwal tal-kost tal-produzzjoni tagħhom.

    (175)

    Is-simulazzjonijiet fis-sottomissjoni tal-EUSMET jieħdu l-valur normali indiċjat minn 122,87 sa 119,92, tnaqqis ta’ ftit inqas minn 3 punti perċentwali. Il-Kummissjoni ma tqisx li din id-differenza żgħira teħtieġ xi bidla fid-data tal-konsum riċevuta mill-industrija tal-Unjoni, fejn l-introjtu tal-prodott sekondarju huwa espress bħala perċentwal tal-kost tal-produzzjoni.

    (176)

    Fi kwalunkwe każ, l-iskop tal-kalkolu tal-valur normali f’rieżami ta’ skadenza huwa li jiġi ddeterminat jekk hemmx kontinwazzjoni ta’ dumping, u irrispettivament mill-metodi proposti mill-EUSMET biex jiġi ttrattat id-dħul tal-prodott sekondarju, il-konstatazzjoni ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping ma tinbidilx.

    (177)

    Madankollu, meta kkunsidrat id-dikjarazzjonijiet tal-EUSMET rigward il-kalkoli tad-dumping, il-Kummissjoni nnutat li kien hemm żball fil-kalkolu (id-dħul tal-prodott sekondarju ma kienx tnaqqas mill-ispiża tal-produzzjoni) u għalhekk il-valur normali kien ġie esaġerat. Dan ġie kkoreġut u żvelat mill-ġdid lill-partijiet interessati. Ma wasal l-ebda kumment.

    (178)

    L-EUSMET talbet ukoll id-divulgazzjoni dettaljata ulterjuri lilhom tal-kalkolu tal-valur normali u b’mod partikolari d-data dwar il-kwantità tal-fatturi tal-produzzjoni użati għall-kalkolu tal-valur normali.

    (179)

    Il-Kummissjoni tat informazzjoni dwar il-punti ta’ riferiment u l-fatturi ta’ produzzjoni fil-fajl miftuħ fis-17 ta’ Ġunju 2022 (54), mehmuż man-Note Verbale mibgħuta lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea.

    (180)

    Il-Kummissjoni ma ddivulgat lill-ebda parti interessata l-kwantitajiet ta’ kull fattur ta’ produzzjoni użat mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biex jagħmlu tunnellata ta’ siliċju minħabba li din l-informazzjoni hija kummerċjali kunfidenzjali.

    (181)

    Il-premessi minn 168 sa 172 stabbilew b’mod ċar il-metodu użat għall-kalkolu tal-valur normali, li ġie spjegat lill-partijiet interessati kollha fid-dokument ta’ divulgazzjoni.

    3.3.   Prezz tal-esportazzjoni

    (182)

    Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi miċ-Ċina, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tad-data CIF tal-Eurostat ikkoreġuta għal-livell ex-works billi jitneħħew 5 % bħala stima tal-kost tal-assigurazzjoni u tal-merkanzija (bil-baħar) u tal-kost tat-trasport domestiku, abbażi ta’ data minn każijiet preċedenti.

    3.4.   Tqabbil

    (183)

    Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ex-works kif stabbilit hawn fuq.

    (184)

    Il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda aġġustament għall-valur normali jew għall-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, billi t-tnejn kienu diġà f’livell ex-works.

    3.5.   Marġni tad-dumping

    (185)

    Abbażi tad-data disponibbli, il-Kummissjoni kkalkolat marġni tad-dumping ta’ 26,9 %.

    (186)

    Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    4.   IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

    (187)

    Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk jitħassru l-miżuri. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin:

    (1)

    il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina; u

    (2)

    l-attraenza tas-suq tal-Unjoni

    4.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina

    (188)

    It-talba għal rieżami stmat li l-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina hija bejn 6 u 8 miljun tunnellata fis-sena, filwaqt li ddikjarat ukoll li jeżisti ftehim ġenerali li l-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina hija ogħla mill-konsum dinji totali. L-applikant għamel stima li l-użu tal-kapaċità Ċiniża kien bejn 20 % u 40 % fl-2020. It-talba irrimarkat ukoll li fl-2014, il-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina kienet bejn 3 u 5 miljun tunnellata fis-sena, li tissuġġerixxi li f’dawn l-aħħar snin il-kapaċità fiċ-Ċina żdiedet b’mod sinifikanti.

    (189)

    Anki li kieku kellu jittieħed approċċ konservattiv, bil-kapaċità tal-produzzjoni ta’ 6 miljun tunnellata u l-użu f’40 %, ir-RPĊ ikollha kapaċità ta’ riżerva ta’ madwar 3,6 miljun tunnellata. Dan huwa madwar seba’ darbiet aktar mill-konsum kollu tal-Unjoni.

    (190)

    Fl-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti, il-Kummissjoni sabet ukoll kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fiċ-Ċina u kkonkludiet li din il-kapaċità ta’ riżerva tista’ tabilħaqq tintuża biex tforni lis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu (55). Ma waslet l-ebda evidenza biex tiġi kkontestata dik il-konklużjoni.

    (191)

    Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni, l-EUSMET ikkontestat l-ammont ta’ kapaċità ta’ produzzjoni żejda fiċ-Ċina kif stabbilit fit-talba għal rieżami. L-EUSMET reġgħet talbet li l-applikanti jiddivulgaw ir-rapport ta’ AlloyConsult imsemmi fit-talba għal rieżami. Il-Kummissjoni tinnota li dan ir-rapport huwa protett bid-drittijiet tal-awtur, u l-verżjoni l-miftuħa tat-talba għal rieżami hija sommarju suffiċjenti tal-konstatazzjonijiet fir-rapport.

    (192)

    L-EUSMET minflok irreferiet għal rapport mis-CRU datat April 2021 li jissuġġerixxi li l-kapaċità nominali fiċ-Ċina hija ta’ 5 miljun tunnellata fis-sena, u l-“kapaċità operattiva” hija ta’ 4 miljun tunnellata fis-sena.

    (193)

    L-EUSMET ikkontestat ukoll l-użu tal-kapaċità ta’ 20 % sa 40 %, li huwa bbażat fuq il-kapaċità stmata ta’ 6 miljun tunnellata u l-produzzjoni ta’ 2 miljun tunnellata stabbilita fit-talba għal rieżami.

    (194)

    L-EUSMET ma pprovdiet l-ebda stima dwar il-produzzjoni tas-siliċju fiċ-Ċina għall-2020. Bl-użu tal-istima ta’ żewġ (2) miljun tunnellata ta’ produzzjoni fit-talba għal rieżami, u l-istima ta’ kapaċità ta’ erba’ (4) miljun tunnellata mis-CRU, din id-data turi l-użu tal-kapaċità ta’ 50 %, bi stima ta’ żewġ (2) miljun tunnellata ta’ kapaċità li tista’ tibda tintuża għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni.

    (195)

    Il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ kapaċità żejda sinifikanti fiċ-Ċina li tista’ tabilħaqq tintuża għall-provvista tas-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu jibqgħu għalhekk l-istess.

    (196)

    L-EUSMET innutat ukoll li fis-sottomissjoni tagħha tal-10 ta’ Awwissu 2021 kienet ipprovdiet evidenza li d-domanda għas-siliċju Ċiniż kienet qed tiżdied, u li fil-futur għalhekk din id-domanda kienet se tiġi pprovduta mill-kapaċità żejda fiċ-Ċina, u b’hekk kien se jitnaqqas l-ammont ta’ siliċju li jista’ jiġi pprovdut lis-suq tal-Unjoni.

    (197)

    Is-sottomissjoni tal-EUSMET tat-10 ta’ Awwissu 2021 tiddikjara li “Skont is-CRU, id-domanda Ċiniża għall-metall tas-siliċju hija mistennija li tiżdied bl-ogħla pass fis-snin li ġejjin”. Hemm referenza għal dan fis-“CRU Silicon Metal Market Outlook, ta’ April 2021”.

    (198)

    L-EUSMET ma pprovdiet l-ebda sommarju tal-Perspettiva tas-CRU għal April 2021 fis-sottomissjoni tagħha, peress li r-rapport kien protett mid-drittijiet tal-awtur.

    (199)

    Bħalissa l-evidenza kollha pprovduta lill-Kummissjoni tindika l-kapaċità żejda sinifikanti attwali fiċ-Ċina, li mhijiex koperta mid-domanda Ċiniża eżistenti. Jekk il-previżjonijiet fir-rapport tas-CRU li “d-domanda għall-metall tas-siliċju Ċiniż hija mistennija li tiżdied”, mela ma hemm l-ebda evidenza li din iż-żieda tkopri l-kapaċità operattiva żejda kollha fiċ-Ċina, wisq anqas il-kapaċità nominali.

    (200)

    Għalhekk, il-previżjonijiet tar-rapport tas-CRU ma jbiddlux il-konklużjonijiet tagħna li għad hemm kapaċità żejda fiċ-Ċina li tista’ tforni lill-Unjoni Ewropea, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    4.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

    (201)

    L-importazzjonijiet kontinwi fl-Unjoni, minkejja l-miżuri fis-seħħ, jissuġġerixxu li s-suq tal-Unjoni għadu attraenti, u li kieku l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ikomplu.

    (202)

    Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni jibqgħu fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea u mit-Tajwan (56). Tali sforzi sabiex jiġu evitati l-miżuri fis-seħħ jindikaw l-attraenza kontinwa tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi.

    (203)

    Ir-Renju Unit kien it-tieni l-akbar konsumatur tas-siliċju fl-Unjoni. Għalkemm is-suq tal-Unjoni kien affettwat mit-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tibqa’ suq attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. Dan minħabba l-importazzjonijiet kontinwi tas-siliċju miċ-Ċina fis-suq tal-Unjoni li jifdal kif imsemmi hawn fuq.

    (204)

    Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk is-suq tal-Unjoni kienx attraenti f’termini tal-livelli tal-prezzijiet.

    (205)

    L-ewwel nett, kif stabbilit hawn taħt fir-rigward tad-dannu u t-twaqqigħ tal-prezz, l-investigazzjoni sabet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, inklużi d-dazji anti-dumping, xorta waqqgħu dawk tal-produtturi tal-Unjoni b’9,2 % matul il-PIR. Mingħajr id-dazji, it-twaqqigħ tal-prezz jammonta għal 14,6 %.

    (206)

    It-tieni, il-Kummissjoni analizzat il-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi oħrajn estratti mill-GTA għall-2020. It-talba għal rieżami identifikat it-tliet swieq miftuħa ewlenin għas-siliċju Ċiniż: il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea u l-Indja. L-esportazzjonijiet lejn dawn it-tliet pajjiżi fl-2020 kienu jikkostitwixxu 46 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi kollha tas-siliċju. Skont il-GTA, il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn dawn il-pajjiżi fil-livell FOB għall-2020 kien ta’ USD 1 800 għal kull tunnellata.

    (207)

    L-użu tal-istess estrazzjoni tad-data mill-GTA għall-istess perjodu wera li l-prezz medju tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni fil-livell FOB kien ta’ USD 1 915 għal kull tunnellata. Dan jissuġġerixxi li s-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti f’termini tal-prezz għall-esportaturi Ċiniżi, minkejja l-miżuri fis-seħħ.

    (208)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni l-EUSMET innotat li l-prezz FOB ta’ USD 1 915 għal kull tunnellata għall-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kien ogħla (meta aġġustat għall-EUR) mill-prezz CIF ta’ EUR 1 523 għal kull tunnellata għall-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni Ewropea kkwotati fit-Tabella 4 hawn taħt.

    (209)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-estrazzjoni tal-GTA hija bbażata fuq data miksuba mill-awtorità doganali Ċiniża u ntużat sempliċiment bħala linja bażi biex jitqabblu l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn diversi destinazzjonijiet. Ma għandhiex tintuża għal tqabbil mad-data tal-Eurostat fir-rigward tal-valur eżatt f’EUR għal kull tunnellata ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni, u ma ġiex estratta għalhekk.

    (210)

    Fl-aħħar nett, il-fatt li l-Istati Uniti għandhom dazji anti-dumping għoljin fuq l-importazzjonijiet tas-siliċju mir-RPĊ fis-seħħ saħansitra jkompli jżid l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. L-Awstralja, u l-Kanada għandhom ukoll miżuri anti-dumping jew antisussidji kontra l-importazzjonijiet tas-siliċju miċ-Ċina.

    4.3.   Konklużjoni

    (211)

    Abbażi tal-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fiċ-Ċina u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda fl-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

    (212)

    Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-PIR u dwar l-iżvilupp probabbli tal-esportazzjonijiet Ċiniżi jekk il-miżuri jiskadu, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping fi kwantitajiet sinifikanti.

    5.   DANNU

    5.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

    (213)

    Il-prodott simili kien manifatturat minn tliet produtturi, li tnejn minnhom jappartjenu għall-istess grupp, fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, iċ-ċifri relatati mal-industrija tal-Unjoni huma indiċjati u/jew mogħtija f’medda.

    (214)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet [bejn 120 000 u 160 000 tunnellata] (57). Iċ-ċifra ġiet ikkomputata abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju minn tliet produtturi tal-Unjoni, li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni. Kif indikat fil-premessa (8), it-tliet produtturi tal-Unjoni jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

    5.2.   Konsum tal-Unjoni

    (215)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni mal-importazzjonijiet miċ-Ċina u minn pajjiżi terzi oħrajn, abbażi tad-data mill-Eurostat u tat-tweġibiet għall-kwestjonarji.

    (216)

    Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 2

    Il-konsum tal-Unjoni (f’tunnellati)

     

    2018

    2019

    2020

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Meded tal-konsum totali tal-Unjoni

    [500 000 –550 000 ]

    [460 000 –510 000 ]

    [430 000 –480 000 ]

    [450 000 –500 000 ]

    Indiċi

    100

    88

    81

    84

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarji u l-Eurostat

    (217)

    Il-konsum tal-Unjoni naqas b’mod kostanti sal-2020 u reġa’ żdied bi ftit bi 3 punti perċentwali bejn l-2020 u l-PIR. B’mod ġenerali, il-konsum tal-Unjoni naqas b’16 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (218)

    It-tnaqqis fid-domanda huwa parzjalment xprunat mid-domanda aktar baxxa għas-siliċju użat għall-produzzjoni tal-aluminju, ikkawżata mill-produzzjoni mnaqqsa tal-vetturi fl-UE, li fil-biċċa l-kbira jużaw materjali tal-aluminju, li jiġu manifatturati bl-użu tas-siliċju. It-tnaqqis fis-settur tal-vetturi kien dovut għal saturazzjoni tas-suq li affettwat il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi industrijalizzati fl-2018 minbarra tnaqqis fl-2020 u fil-PIR, minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, anki d-domanda għas-siliċju fis-settur kimiku naqset, parzjalment influwenzata mit-tfixkil ġenerali tal-flussi kummerċjali, matul l-2020 u l-PIR, minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

    5.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    (219)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessi (215) u (216).

    (220)

    L-importazzjonijiet fl-Unjoni miċ-Ċina żviluppaw kif ġej:

    Tabella 3

    Il-volum tal-importazzjonijiet (f’tunnellati) u s-sehem mis-suq

     

    2018

    2019

    2020

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Volum ta’ importazzjonijiet

    76 401

    48 379

    36 310

    29 788

    Indiċi

    100

    63

    48

    39

    Volum ta’ importazzjonijiet bid-dazju mħallas

    33 416

    10 714

    10 637

    12 017

    Indiċi

    100

    32

    32

    36

    Volum ta’ importazzjonijiet taħt l-IPP

    42 985

    37 665

    25 673

    17 771

    Indiċi

    100

    88

    60

    41

    Sehem mis-suq (medda)

    [12 -18  %]

    [8 -13  %]

    [5 -10  %]

    [4 -9  %]

    Indiċi

    100

    72

    59

    46

    Sors: Eurostat

    (221)

    Il-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat naqsu b’mod kostanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (tnaqqis ġenerali ta’ 61 %), li rriżulta fit-tnaqqis bin-nofs tas-sehem mis-suq tagħhom matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (222)

    Il-biċċa l-kbira tas-siliċju (60 % tat-total fil-PIR) miċ-Ċina tiġi importata taħt l-IPP u tintuża bħala materja prima prinċipalment fl-industrija kimika. Għal dawk l-importazzjonijiet ma jitħallas l-ebda dazju (konvenzjonali jew anti-dumping), diment li l-prodotti downstream jiġu esportati.

    (223)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni l-EUSMET issottomettiet li ma kien hemm l-ebda kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet u l-produzzjoni tal-Unjoni peress li bejn 56 % u 80 % tal-importazzjonijiet tas-siliċju miċ-Ċina kienu saru taħt l-IPP u kienu relatati ma’ grad speċjali ta’ siliċju li mhuwiex prodott fl-Unjoni.

    (224)

    Kif ġie konkluż fil-premessa (65), is-siliċju huwa meqjus bħala prodott omoġenju. Kif innutat fil-premessa (48), l-ebda produttur esportatur fir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni u għalhekk il-Kummissjoni kellha tuża l-istatistika tal-importazzjoni. Il-gradi kollha tal-prodott taħt rieżami huma rrapportati taħt l-istess kodiċi NM u ma hemm l-ebda data disponibbli dwar l-importazzjoni li tippermetti differenzjazzjoni skont l-użu aħħari jew il-gradi tal-prodott, irrispettivament mir-reġim ta’ importazzjoni. Kif imsemmi fil-premessa (66), minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi fl-investigazzjoni preżenti, għall-maġġoranza tal-importazzjonijiet, il-Kummissjoni ma tistax tiddetermina liema tipi ta’ prodotti (jew gradi ta’ siliċju) qed jiġu importati. Din l-affermazzjoni ġiet għalhekk miċħuda.

    5.3.1.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

    (225)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina abbażi tad-data tal-Eurostat. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

    Tabella 4

    Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

     

    2018

    2019

    2020

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Iċ-Ċina

    1 786

    1 693

    1 523

    1 532

    Indiċi

    100

    95

    85

    86

    Importazzjonijiet bid-dazju mħallas

    1 538

    1 337

    1 311

    1 496

    Indiċi

    100

    87

    85

    97

    Importazzjonijiet tal-IPP

    1 980

    1 795

    1 611

    1 556

    Indiċi

    100

    91

    81

    79

    Iċ-ċifri huma l-prezzijiet CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, Sors: Eurostat

    (226)

    Il-prezz medju tal-unità naqas bi 15 % bejn l-2018 u l-2020 u żdied bi ftit b’1 % fil-PIR. Kumplessivament, il-prezz naqas b’14 % matul il-perjodu kkonċernat.

    (227)

    Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tas-siliċju taħt l-IPP naqsu b’mod kostanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet bid-dazju mħallas naqsu bi 15 % bejn l-2018 u l-2020 u żdiedu bi 12 % fil-PIR. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tas-siliċju importat taħt l-IPP kienu ogħla mill-importazzjonijiet soġġetti għad-dazji.

    5.3.2.   Twaqqigħ tal-prezz

    (228)

    Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

    il-prezz medju ponderat tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni li jintalab lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal livell ex-works; u

    il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF) kif spjegat fil-premessa (182), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali konvenzjonali u d-dazji anti-dumping (jekk applikabbli) u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni ta’ 1 %.

    (229)

    It-twaqqigħ tal-prezz (espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami) bl-applikazzjoni tad-dazju konvenzjonali u anti-dumping għall-importazzjonijiet, fejn applikabbli, kien ta’ 9,2 %.

    (230)

    Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni, l-EUSMET iddikjarat li l-Kummissjoni missha rrevediet il-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz billi tqis il-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, minn naħa waħda, u billi taġġusta l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, min-naħa l-oħra. L-EUSMET ibbażat dan fuq is-suppożizzjoni li 40 % tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu prinċipalment magħmula minn kummerċjanti/importaturi, filwaqt li l-produtturi tal-UE jbigħu l-prodotti tagħhom lill-utenti finali fis-settur tal-aluminju. Barra minn hekk l-EUSMET sabet li xi produtturi tal-Unjoni wettqu bejgħ bejn il-kumpaniji, għaldaqstant hemm differenza fil-livell tal-kummerċ.

    (231)

    L-ewwel nett, għandu jiġi mfakkar li kif innutat fil-premessa (48), l-ebda produttur esportatur fir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz kien għalhekk stabbilit fuq il-fatti disponibbli. It-tieni, fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni, EUSMET ma tispjegax kif it-tip ta’ xerrej jista’ jiġi stabbilit abbażi tad-data fil-livell TARIC. It-tielet, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni tal-EUSMET, l-evidenza fil-fajl tindika li l-utenti li kkooperaw għamlu għadd sinifikanti ta’ xirjiet direttament miċ-Ċina (mingħajr kummerċjanti u/jew distributuri). Ir-raba’, il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-bejgħ ta’ bejn il-kumpaniji, għalhekk, ma hemm l-ebda differenza fil-livell tal-kummerċ. Għalhekk, is-sejbiet tal-Kummissjoni matul l-investigazzjoni ma jappoġġawx is-sottomissjoni tal-EUSMET.

    (232)

    Barra minn hekk, it-twaqqigħ fil-prezz stabbilit fil-premessa (229) ġie stabbilit abbażi tal-importazzjonijiet kollha miċ-Ċina. Biex jiġi evitat kull dubju, il-Kummissjoni sabet twaqqigħ tal-prezz ta’ 9,2 % meta tqiesu l-importazzjonijiet kollha, u ta’ 0,4 % meta ġew ikkunsidrati biss l-importazzjonijiet bid-dazju mħallas.

    (233)

    Il-Kummissjoni kkalkulat ukoll it-twaqqigħ tal-prezz fin-nuqqas ta’ dazji antidumping. Filwaqt li qieset il-kummenti ta’ wara d-divulgazzjoni, il-Kummissjoni nnutat li fil-verżjoni ddivulgata, it-twaqqigħ fil-prezz totali fin-nuqqas ta’ dazji anti-dumping kellu żball klerikali (jiġifieri d-dazji fil-fatt ma tneħħewx kompletament). Wara li kkoreġiet l-iżball klerikali, il-Kummissjoni sabet twaqqigħ tal-prezz ta’ 14,6 % meta tqiesu l-importazzjonijiet kollha, u ta’ 13,9 % meta ġew ikkunsidrati biss l-importazzjonijiet bid-dazju mħallas.

    (234)

    Għalhekk, abbażi tal-evidenza fil-fajl u l-analiżi tal-prezzijiet imwettqa mill-Kummissjoni, il-pretensjoni tal-EUSMET ta’ inflazzjoni tal-marġni ġiet miċħuda.

    5.4.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina

    (235)

    L-importazzjonijiet tas-siliċju minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina (proċessar bid-dazju mħallas u proċessar attiv) oriġinaw prinċipalment min-Norveġja, mill-Brażil u mill-Malażja.

    (236)

    Il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, kif ukoll l-ishma mis-suq u x-xejriet fil-prezzijiet għall-importazzjonijiet tas-siliċju minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej:

    Tabella 5

    Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

    Pajjiż

     

    2018

    2019

    2020

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    In-Norveġja

    Volum (tunnellati)

    136 812

    168 827

    174 008

    185 342

     

    Indiċi

    100

    123

    127

    135

     

    Sehem mis-suq (medda)

    [21 -26  %]

    [35 -40  %]

    [38 -43  %]

    [39 -44  %]

     

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    1 960

    1 860

    1 809

    1 787

     

    Indiċi

    100

    95

    92

    91

    Il-Brażil

    Volum (tunnellati)

    64 467

    31 721

    41 663

    43 467

     

    Indiċi

    100

    49

    65

    67

     

    Sehem mis-suq (medda)

    [10 -15  %]

    [5 -10  %]

    [9 -14  %]

    [9 -14  %]

     

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    1 973

    1 857

    1 567

    1 537

     

    Indiċi

    100

    94

    79

    78

    Il-Malażja

    Volum (tunnellati)

    0

    748

    17 713

    25 747

     

    Indiċi

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

     

    Sehem mis-suq (medda)

    0  %

    [0 -5  %]

    [2 -6  %]

    [5 -10  %]

     

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

     

    1 594

    1 519

    1 569

     

    Indiċi

     

    100

    95

    98

    Pajjiżi terzi oħrajn

    Volum (tunnellati)

    86 527

    85 740

    53 865

    44 843

     

    Indiċi

    100

    99

    62

    52

     

    Sehem mis-suq (medda)

    [15 -20  %]

    [16 -21  %]

    [10 -15  %]

    [6 -11  %]

     

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    1 974

    1 662

    1 648

    1 764

     

    Indiċi

    100

    84

    83

    89

    Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra l-pajjiż ikkonċernat

    Volum (tunnellati)

    287 805

    287 036

    287 248

    299 399

     

    Indiċi

    100

    100

    100

    104

     

    Sehem mis-suq (medda)

    [50 -55  %]

    [60 -65  %]

    [65 -70  %]

    [65 -70  %]

     

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    1 967

    1 800

    1 726

    1 729

     

    Indiċi

    100

    92

    88

    88

    Sors: Eurostat

    (237)

    Il-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi żdiedu b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minħabba t-tnaqqis ta’ 16 % tal-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdied b’24 % bejn l-2018 u l-PIR. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-importazzjonijiet oriġinaw fin-Norveġja, fil-Brażil u fil-Malażja. Madankollu, filwaqt li l-importazzjonijiet min-Norveġja żdiedu b’35 %, l-importazzjonijiet mill-Brażil naqsu bi 33 % u l-importazzjonijiet mill-Malażja, nieqsa fl-2018, laħqu sehem mis-suq ta’ 5-10 % fil-PIR.

    (238)

    Il-prezz tal-importazzjoni f’EUR għal kull tunnellata mill-pajjiżi terzi naqas b’mod kostanti matul il-perjodu kkonċernat (tnaqqis ġenerali ta’ 12 %). Fil-PIR, il-prezzijiet tal-importazzjoni min-Norveġja, mill-Brażil, mill-Malażja u mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha kienu, bħala medja, ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina.

    5.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    5.5.1.   Rimarki ġenerali

    (239)

    Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    5.5.1.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

    (240)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta’ analiżi:

    Tabella 6

    Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

     

    2018

    2019

    2020

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Volum tal-produzzjoni (f’tunnellati) (medda)

    [200 000 –240 000 ]

    [150 000 –190 000 ]

    [110 000 -150 000 ]

    [120 000 -160 000 ]

    Indiċi

    100

    78

    66

    71

    Kapaċità tal-produzzjoni (f’tunnellati) (medda)

    [200 000 – 240 000 ]

    [170 000 –210 000 ]

    [170 000 –210 000 ]

    [170 000 –210 000 ]

    Indiċi

    100

    84

    84

    83

    L-użu tal-kapaċità - Indiċi

    100

    93

    78

    86

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (241)

    Il-volum tal-produzzjoni naqas b’34 % bejn l-2018 u l-2020 u żdied b’5 % fil-PIR. B’mod ġenerali, matul il-perjodu kkonċernat, il-volum tal-produzzjoni naqas b’29 %, sabiex jiġi aġġustat għal domanda aktar baxxa. L-evoluzzjoni tal-volum tal-produzzjoni tirrifletti wkoll eċċess fil-provvista fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li jidher ukoll fil-volum tal-istokks tal-għeluq fl-2018 (ara l-premessa (256)), li gradwalment tnaqqas.

    (242)

    Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset ukoll, iżda l-aktar bejn l-2018 u l-2019 (16 %) u baqgħet pjuttost stabbli sal-PIR, meta naqset b’1 % addizzjonali. Billi l-volumi tal-produzzjoni naqsu aktar malajr mill-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas bi 17 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    5.5.1.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

    (243)

    Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 7

    Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq (f’tunnellati)

     

    2018

    2019

    2020

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (medda)

    [150 000 –190 000 ]

    [120 000 –160 000 ]

    [100 000 –140 000 ]

    [110 000 –150 000 ]

    Indiċi

    100

    80

    64

    71

    Sehem mis-suq (medda)

    [30 -35  %]

    [25 -30  %]

    [26 -31  %]

    [27 -32  %]

    Indiċi

    100

    90

    80

    85

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (244)

    Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni segwa xejra simili bħall-produzzjoni, tant li naqas b’mod kostanti b’36 % bejn l-2018 u l-2020 u żdied fil-PIR, b’10 %. B’mod ġenerali, il-bejgħ fl-Unjoni naqas b’29 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Matul l-istess perjodu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 15 %.

    5.5.1.3.   Tkabbir

    (245)

    Filwaqt li l-konsum naqas b’16 %, kemm il-volumi tal-produzzjoni kif ukoll il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’29 %, u dan irriżulta f’sehem mis-suq li naqas bi 15 %. It-telf tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ volum ta’ produzzjoni u bejgħ qabeż it-tnaqqis tas-suq.

    5.5.1.4.   Impjiegi u produttività

    (246)

    L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta’ analiżi:

    Tabella 8

    L-impjiegi u l-produttività

     

    2018

    2019

    2020

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Numru ta’ impjegati – Indiċi

    100

    88

    87

    88

    Produttività (tunnellata/impjegat) – Indiċi

    100

    88

    75

    81

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (247)

    F’konformità max-xejra tal-kapaċità, l-impjiegi naqsu bi 12 % bejn l-2018 u l-2019, u baqgħu pjuttost stabbli sal-PIR. Billi l-produzzjoni naqset saħansitra aktar malajr (29 %), il-produttività naqset b’19 %, bejn l-2018 u l-PIR.

    5.5.1.5.   Il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat

    (248)

    Minkejja l-livelli dejjem jonqsu tal-kwantitajiet tal-importazzjoni miċ-Ċina, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping b’39,4 % kellhom impatt negattiv fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li jagħmilha wkoll diffiċli għall-industrija tal-Unjoni li tirkupra minn prattiki ta’ dumping tal-passat.

    5.5.1.6.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (249)

    Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 9

    Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

     

    2018

    2019

    2020

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni fis-suq totali - Meded

    [2 000 - 2 200 ]

    [1 700 - 1 900 ]

    [1 700 - 1 900 ]

    [1 700 - 1 900 ]

    Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni fis-suq totali - Indiċi

    100

    88

    85

    87

    Il-kost tal-produzzjoni ta’ unità - Meded

    [1 800 – 2 000 ]

    [1 700 - 1 900 ]

    [1 700 - 1 900 ]

    [1 700 - 1 900 ]

    Il-kost tal-produzzjoni ta’ unità - Indiċi

    100

    99

    92

    95

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (250)

    Il-prezz tal-bejgħ ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas bi 12 % fl-2019 meta mqabbel mal-2018 u mbagħad kompla jonqos b’punt perċentwali wieħed bejn l-2019 u l-PIR.

    (251)

    Għall-kuntrarju tal-prezz tal-bejgħ ta’ unità, il-kost tal-produzzjoni ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli fl-2019 u naqas b’5 % bejn l-2019 u l-PIR. Dan irrifletta parzjalment id-deċiżjoni ta’ xi produtturi li jagħlqu ċerti fran, fid-dawl tal-provvista żejda li oriġinat mid-domanda aktar baxxa.

    (252)

    B’riżultat ta’ dan, il-prezz tal-bejgħ naqas id-doppju (13 %) mill-kost tal-produzzjoni (5 %) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    5.5.1.7.   Kostijiet lavorattivi

    (253)

    Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

    Tabella 10

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

     

    2018

    2019

    2020

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR) - Indiċi

    100

    92

    86

    88

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (254)

    Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat naqsu bi 12 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-bonusijiet tal-impjegati mħallsa fl-2018 u l-programm tas-sigurtà soċjali fil-perjodi ta’ output aktar baxx jispjegaw ix-xejra tal-kost medju.

    5.5.1.8.   Inventarji

    (255)

    Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 11

    Inventarji

     

    2018

    2019

    2020

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Stokks tal-għeluq (f’tunnellati) - Indiċi

    100

    79

    65

    9

    Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni - Indiċi

    100

    101

    98

    13

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (256)

    L-istokks tal-għeluq naqsu b’91 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan it-tnaqqis kien l-aktar minħabba li l-istokks fl-2018 kienu għoljin fil-volumi, minħabba li d-domanda aktar baxxa għas-siliċju fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet ħolqot provvista żejda fl-Unjoni.

    (257)

    Bl-istess mod, il-proporzjon bejn l-istokks tal-għeluq u l-volumi tal-produzzjoni naqas b’87 % bejn l-2018 u l-PIR.

    5.5.1.9.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

    (258)

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 12

    Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

     

    2018

    2019

    2020

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ) (medda)

    [5  % -10  %]

    [-6  % - -1  %]

    [0  % -5  %]

    [0  % -5  %]

    Indiċi

    100

    - 107

    38

    12

    Fluss tal-flus (EUR) - Indiċi

    100

    -11

    104

    38

    Investimenti (EUR) - Indiċi

    100

    88

    8

    41

    Redditu fuq l-investimenti (medda)

    [70  % -75  %]

    [-70  % - -75  %]

    [0  % -5  %]

    [-15  % -20  %]

    Indiċi

    100

    - 105

    6

    -29

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (259)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Minn sitwazzjoni ta’ profittabbiltà pożittiva fl-2018, l-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf fl-2019. Il-profittabbiltà medja tjiebet bil-mod fl-2019 u fl-2020, iżda kumplessivament, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat tnaqqis ta’ 88 % fil-profittabbiltà tagħha matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (260)

    Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett naqset b’111 % fl-2019 biex reġgħet bdiet tikber b’124 % fl-2020 u reġgħet naqset b’66 % fil-PIR. Minkejja ż-żieda, il-fluss tal-flus matul il-PIR kien għadu 62 % inqas milli kien fl-2018 u kien fil-biċċa l-kbira l-konsegwenza tat-tnaqqis sinifikanti fil-bejgħ ta’ produttur wieħed tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (261)

    Il-livell tal-investimenti naqas għal livell baxx ħafna fl-2020 u mbagħad reġa’ żdied bi ftit fil-PIR. Kumplessivament, l-investimenti naqsu b’aktar min-nofs matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madwar 70-80 % tal-investimenti huma relatati mas-sostituzzjoni ta’ ċertu tagħmir minn wieħed mill-produtturi. B’mod aktar ġenerali, bħala reazzjoni għat-tnaqqis fid-domanda, il-kumpaniji kienu qed inaqqsu l-assi tagħhom użati għall-produzzjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni sal-PIR, fejn saru xi investimenti fuq is-sinjali tal-irkupru tad-domanda.

    (262)

    Ir-redditu fuq l-investimenti meħtieġ għall-produzzjoni tas-siliċju fuq il-bejgħ totali tas-siliċju kien qed isegwi t-tnaqqis fil-profitti.

    5.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

    (263)

    L-indikaturi kollha tad-dannu, minbarra l-livelli tal-istokk, urew xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. F’kuntest ta’ tnaqqis fid-domanda (16 %), kemm il-bejgħ kif ukoll il-produzzjoni naqsu f’daqs ogħla (29 %). Dan wassal għal tnaqqis simili fil-kapaċità (17 %) u fl-impjiegi (12 %). Billi t-tnaqqis fil-produzzjoni kien aktar mgħaġġel (29 %) mit-tnaqqis fil-kapaċità u fl-impjiegi, l-użu tal-kapaċità u l-produttività naqsu wkoll matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (264)

    Matul l-istess perjodu, il-prezzijiet medji tal-unità naqsu wkoll (13 %). B’konsegwenza ta’ dan, minkejja tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni (5 %), il-profittabbiltà naqset bi 88 %. Flimkien mal-profittabbiltà, anki l-investiment, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment naqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (265)

    Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    6.   RABTA KAWŻALI BEJN ID-DANNU U L-IMPORTAZZJONIJIET LI HUMA L-OĠĠETT TA’ DUMPING MIĊ-ĊINA

    (266)

    F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

    (267)

    Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu minn 14 % fl-2018 għal 7 % fil-PIR. Dawn l-importazzjonijiet daħlu f’livelli ta’ prezzijiet li waqqgħu, matul il-PIR, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni b’9,2 %, meta jitqiesu d-dazji anti-dumping jew bi 14,6 % meta ma jitqisux id-dazji. Fl-isfond ta’ suq li kien qed jiċkien matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, għalhekk, l-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat baqgħet teżerċita pressjoni fuq l-industrija tal-Unjoni li l-profittabbiltà tagħha baqgħet baxxa ħafna matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u saħansitra laħqet livelli negattivi xi drabi.

    (268)

    Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn, bħan-Norveġja u l-Malażja, baqgħu jiżdiedu u s-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 53 % għal 66 % bejn l-2018 u l-PIR. L-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi nbiegħu bi prezzijiet aktar baxxi jew qrib dawk tal-importazzjonijiet Ċiniżi bid-dazji inklużi, biex b’hekk jikkontribwixxu wkoll għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-effett tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ profittabbiltà, inaqqas sa ċertu punt ir-rabta kawżali bejn id-dannu u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina.

    (269)

    Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkontribwixxew għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, bl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jnaqqsu sa ċertu punt ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali.

    (270)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni, l-EUSMET argumentat li l-Kummissjoni segwiet approċċ ta’ “lista ta’ kontroll” fil-valutazzjoni tad-dannu tagħha u naqset milli tikkunsidra evidenza konfliġġenti, bħall-evidenza li tissuġġerixxi li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kinux jikkostitwixxu l-forza spjegattiva tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari l-EUSMET affermat li l-Kummissjoni ma kkunsidratx l-evidenza relatata mal-fatt li (i) il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas matul il-perjodu kkunsidrat, (ii) ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni bejn il-volumi tal-importazzjonijiet tas-siliċju Ċiniż u l-prezzijiet fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, (iii) it-tnaqqis fil-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-volumi tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-bejgħ u indikaturi finanzjarji oħra kienu jikkorrispondu għall-perjodu ta’ tnaqqis fid-domanda u l-prezzijiet fl-Unjoni u globalment u (iv) il-maġġoranza tal-importazzjonijiet tas-siliċju miċ-Ċina fil-PIR kienu taħt l-IPP u bażikament kienu marbutin mal-importazzjonijiet ta’ metalli tas-siliċju ta’ grad speċjali magħmula minn membru wieħed tal-EUSMET, (V) il-Kummissjoni lanqas ma qieset l-importazzjonijiet sinifikanti ta’ metall tas-siliċju mill-Afrika t’Isfel lejn l-Unjoni fil-PIR u (vi) il-Kummissjoni ma tispjegax kif il-volum ferm ogħla ta’ importazzjonijiet Norveġiżi bi prezzijiet li waqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-UE ma affettwax is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (271)

    Huwa ċar mill-premessa (269) li l-Kummissjoni ma attribwietx għall-importazzjonijiet Ċiniżi r-rwol ta’ forza spjegattiva wara d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. Lanqas il-Kummissjoni ma kkonkludiet li l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping kienu il-kawża ewlenija u unika għat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-Unjoni. U fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma ttraskuratx it-tnaqqis fid-domanda fl-Unjoni u globalment, kif spjegat fil-premessa (218) u rrappurtat b’mod ċar fit-Tabella 2. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat fattwalment li dawn l-importazzjonijiet Ċiniżi, minkejja li naqsu matul il-perjodu kkunsidrat, kienu għadhom bi prezzijiet oġġett ta’ dumping fil-PIR u kienu għadhom qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni, u b’hekk ċertament ikkontribwew għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni.

    (272)

    Filwaqt li l-Kummissjoni taqbel li l-maġġoranza tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu taħt l-IPP, hija tikkontesta li dawn kienu jappartjenu għal ċertu grad ta’ siliċju użat minn membru wieħed tal-EUSMET. Tabilħaqq, anki jekk wieħed jassumi li l-importazzjonijiet kollha mill-membri tal-EUSMET matul il-PIR kienu kompletament ta’ siliċju ta’ grad speċjali, dawn ikunu biss ugwali għal inqas minn nofs l-importazzjonijiet kollha miċ-Ċina taħt l-IPP, jew inqas minn terz tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina, matul il-PIR.

    (273)

    Il-Kummissjoni qieset, iżda enfasizzat, l-impatt tal-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel, minħabba li dawn huma f’volumi aktar baxxi mill-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra bħan-Norveġja, il-Brażil u l-Malażja, li għalihom ġiet ipprovduta data dettaljata. L-impatt tal-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel, kif ukoll minn pajjiżi esportaturi minuri oħra jinqabad fiċ-ċifra aggregata ta’ “importazzjonijiet oħra” fit-Tabella 5.

    (274)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni taqbel mal-EUSMET li n-Norveġja, flimkien ma’ pajjiżi oħra inkluża ċ-Ċina, ikkontribwew għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Norveġiżi huma rrapportati b’mod ċar fit-Tabella 5.

    (275)

    Bħala konklużjoni, kif spjegat fil-premessa (269), il-Kummissjoni attribwiet id-dannu kemm għall-importazzjonijiet tas-siliċju miċ-Ċina kif ukoll għal pajjiżi terzi oħra. Għall-kuntrarju tal-affermazzjonijiet tal-EUSMET, il-Kummissjoni ffukat fuq l-analiżi tar-rikorrenza tad-dannu, kif deskritt fil-premessi minn (276) sa (294), filwaqt li identifikat is-sitwazzjoni probabbli fejn l-industrija tal-Unjoni ġġarrab dannu jekk il-miżuri jiskadu u l-importazzjonijiet miċ-Ċina jiżdiedu bit-twaqqigħ fil-prezzijiet attwali.

    7.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

    (276)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet, fil-premessa (265), li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Madankollu, minħabba x-xejra ta’ tnaqqis fil-volumi u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-Kummissjoni eżaminat ukoll, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jekk il-miżuri kontra jitħallew jiskadu.

    (277)

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni.

    (278)

    Il-kapaċità u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina huma diskussi fil-premessa (188). Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi Ċiniżi, is-sejbiet tal-investigazzjoni kienu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. It-talba għal rieżami stmat il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża tas-siliċju bejn 6 u 8 miljun tunnellata fis-sena u ddikjarat li l-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża tas-siliċju hija ferm ogħla mill-konsum dinji totali. Dan jikkonferma l-konklużjonijiet tal-aħħar rieżami ta’ skadenza li ċ-Ċina għandha kapaċità ta’ riżerva sinifikanti li tista’ tintuża biex tforni lis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (279)

    L-attraenza tas-suq tal-Unjoni hija diskussa fil-premessi minn (201) sa (204). Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezz tal-bejgħ medju tal-industrija tal-Unjoni kien ferm ogħla mill-prezz medju tal-importazzjoni tas-siliċju Ċiniż. Barra minn hekk, swieq oħrajn baqgħu magħluqin minħabba miżuri ta’ difiża tal-kummerċ (58), u dan jindika li huwa probabbli li l-esportazzjonijiet Ċiniżi fi kwantitajiet kbar li jużaw il-kapaċità ta’ riżerva jiġu diretti lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jiskadu.

    (280)

    Il-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni mingħajr dazji anti-dumping ikunu indikatur raġonevoli tal-livelli tal-prezzijiet futuri lejn is-suq tal-Unjoni. Bl-użu tad-data mill-PIR, bl-applikazzjoni ta’ dazji konvenzjonali biss, it-twaqqigħ tal-prezz jilħaq 14,6 % meta l-importazzjonijiet kollha jiġu kkunsidrati u 13,9 % meta jitqiesu biss l-importazzjonijiet bid-dazju mħallas.

    (281)

    Il-pressjoni fuq il-prezzijiet ma tippermettix lill-industrija tal-Unjoni żżomm xejra profittabbli. Minflok, l-industrija tal-Unjoni tkompli tiddeterjora jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Tabilħaqq, fin-nuqqas ta’ miżuri, l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet dannużi x’aktarx li jeżerċitaw pressjoni ta’ tnaqqis ulterjuri fuq il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Huwa probabbli ħafna li l-industrija tal-Unjoni tkun obbligata tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, li jwassal għal aktar telf tal-profittabbiltà u, x’aktarx, telf importanti fuq perjodu ta’ żmien qasir.

    (282)

    Inkella, jekk l-industrija tal-Unjoni tipprova żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għal livelli profittabbli, meta titqies il-kapaċità żejda kbira fiċ-Ċina, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping x’aktarx li jiksbu sehem mis-suq sinifikanti fl-Unjoni għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

    (283)

    Filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien qed jonqos gradwalment matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-interess tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni jidher mill-importazzjonijiet kontinwi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minkejja l-miżuri fis-seħħ, bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif jidher fil-premessa (206), il-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi oħrajn (jiġifieri USD 1 800 għal kull tunnellata) kienu aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, matul l-istess sena (jiġifieri USD 1 915 għal kull tunnellata).

    (284)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni, l-EUSMET tenniet il-kumment tagħha li l-Kummissjoni stmat b’mod eċċessiv il-kapaċità u l-kapaċità żejda fiċ-Ċina.

    (285)

    Il-Kummissjoni nnotat li l-EUSMET ma pprovdiet l-ebda evidenza ġdida f’dan ir-rigward u sempliċement tenniet id-dikjarazzjonijiet preċedenti tagħha. Kif iċċarat fil-premessi minn (191) sa (195), il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar li hemm kapaċità żejda sinifikanti fiċ-Ċina li tista’ tintuża għall-provvista tas-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu jibqgħu għaldaqstant l-istess.

    (286)

    L-EUSMET innotat li l-analiżi dwar l-attraenza tas-suq tal-Unjoni kienet ibbażata fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni tas-siliċju Ċiniż lejn l-UE apparagun ta’ swieq oħra. L-EUSMET talbet id-divulgazzjoni ta’ din id-data.

    (287)

    Kif speċifikat fil-premessa (209), il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq l-estrazzjoni tal-GTA, li hija faċilment disponibbli. Id-data tal-GTA hija bbażata fuq data miksuba mill-awtoritjiet doganali Ċiniżi u ntużat sempliċiment bħala linja bażi biex jitqabblu l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn diversi destinazzjonijiet.

    (288)

    L-EUSMET affermat li l-Kummissjoni naqset milli turi li, billi ppermettiet li l-miżura tiskadi, l-importazzjonijiet Ċiniżi se jgħarrqu s-suq tal-Unjoni. Dan kien ibbażat fuq il-fatt li matul in-nuqqas ta’ siliċju bejn l-2021 u l-2022 l-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni ma żdidux.

    (289)

    Il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni wara l-PIR u b’mod partikolari ż-żieda qawwija fid-domanda u n-nuqqas konsegwenti ta’ provvista kienu ta’ natura temporanja. Tabilħaqq, dawn ix-xokkijiet fid-domanda u fil-provvista kienu marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, mal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u maż-żieda fil-prezzijiet tal-elettriku (li parti minnha seħħet saħansitra qabel l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna). Madankollu, ma hemm l-ebda element li jappoġġa l-argumenti li dawn mhumiex temporanji, u l-EUSMET lanqas ma uriet dan fis-sottomissjonijiet tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li hemm differenza bejn sitwazzjoni fejn id-domanda tiżdied temporanjament u sitwazzjoni fejn id-dazji jitneħħew b’mod permanenti. Ir-reazzjoni tal-esportatur għal tal-ewwel ma tistax titqies bħala pjan ta’ azzjoni għar-reazzjoni tiegħu għal tal-aħħar. Barra minn hekk, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet dwar il-kapaċità ta’ riżerva Ċiniża u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni xorta waħda tqis li l-importazzjonijiet tas-siliċju Ċiniżi jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (290)

    L-EUSMET affermat ukoll li s-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li l-importazzjonijiet Ċiniżi jiżdiedu jekk il-miżuri jiġu revokati kienet żbaljata peress li: (i) il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz kien minfuħ: (ii) id-differenza bejn id-diversi gradi tal-prodott ikkonċernat li ma ġietx riflessa fl-analiżi, (iii) l-Unjoni ma kinitx is-suq ewlieni Ċiniż għall-esportazzjonijiet, (iv) il-metall tas-siliċju Ċiniż ma kienx il-forza spjegattiva wara d-dannu tal-industrija tal-Unjoni.

    (291)

    Fil-kummenti dwar id-divulgazzjoni ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza ġdida biex issostni dawn l-affermazzjonijiet. Fid-dawl tal-erba’ elementi ta’ hawn fuq indirizzati fil-premessi preċedenti dwar il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz (ara l-premessa (234)), id-differenzjazzjoni tal-prodott (ara l-premessa(65)), meta l-Unjoni mhijiex is-suq ewlieni tal-esportazzjoni għar-RPĊ (ara l-premessi minn (206) sa (210)) u l-kawżalità (ara l-premessa (275)), l-analiżi tal-Kummissjoni dwar l-effetti potenzjali tal-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jiġu revokati, baqgħu l-istess.

    (292)

    L-EUSMET iddikjarat li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-iżvilupp tas-suq wara l-PIR u b’mod partikolari ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-Unjoni tas-siliċju, in-nuqqas ta’ provvista globali, inkluż fil-livell tal-industrija tal-Unjoni, li jwassal biex il-produttur tal-Unjoni jagħmel profitti sinifikanti.

    (293)

    Il-Kummissjoni qieset li kemm l-iżvilupp tal-prezzijiet kif ukoll in-nuqqas globali ta’ siliċju wara l-PIR kienu xejriet temporanji, l-aktar marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 u sitwazzjonijiet ġeopolitiċi fl-2021 u l-2022. L-evidenza pprovduta mill-EUSMET, inkluża l-previżjoni dwar iż-żieda fid-domanda u l-prezzijiet tas-siliċju, ma tindikax li n-nuqqas globali fil-provvista jew li ż-żieda qawwija fil-prezz se tkun ta’ natura permanenti.

    (294)

    Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali.

    8.   INTERESS TAL-UNJONI

    (295)

    F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

    8.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

    (296)

    F’din l-investigazzjoni kkooperaw tliet produtturi tal-Unjoni li jammontaw għal 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Kif iddikjarat fil-premessa (265), l-industrija tal-Unjoni ġġarrab dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku minkejja l-miżuri fis-seħħ.

    (297)

    Il-miżuri fis-seħħ fil-biċċa l-kbira tagħhom kien fihom il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, li xorta seħħew bi prezzijiet dannużi li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni u li, għalhekk, komplew jikkontribwixxu għall-kundizzjoni prekarja tal-industrija tal-Unjoni.

    (298)

    Tabilħaqq, jekk il-miżuri jitħassru, il-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina x’aktarx li jiżdiedu u, minħabba l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, kif ukoll l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tkun saħansitra kompromessa aktar, li twassal għal aktar tnaqqis fil-produzzjoni, fil-bejgħ u fl-impjiegi fl-Unjoni.

    (299)

    Kwalunkwe deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni jinvolvi r-riskju ta’ tnaqqis fl-iskala tal-produzzjoni jew saħansitra għeluq definittiv tas-siti tal-produzzjoni fl-Unjoni. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-kontinwazzjoni tal-miżuri kontra ċ-Ċina tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

    (300)

    L-interess ta’ importaturi mhux relatati

    (301)

    L-ebda importatur ma ppreżenta ruħu wara l-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu u matul l-investigazzjoni.

    (302)

    Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-importaturi li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri.

    8.2.   L-interess tal-utenti

    (303)

    Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet mingħand tliet utenti, tnejn mis-setturi kimiċi (Wacker u Evonik, li jifformaw il-konsorzju EUSMET) u wieħed mis-settur tal-aluminju (Raffmetal). Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Aluminju, li jirrappreżentaw il-katina kollha tal-valur tal-industrija tal-aluminju fl-Ewropa.

    (304)

    L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Aluminju flimkien ma’ Raffmetal jappoġġaw il-kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti. Dawn l-utenti enfasizzaw li s-siliċju huwa materjal essenzjali fil-produzzjoni tal-aluminju. Jekk, minn naħa waħda, il-miżuri anti-dumping ikollhom impatt negattiv fuq il-kost tal-produzzjoni tal-utenti, min-naħa l-oħra, il-miżuri jippreservaw il-produzzjoni tas-siliċju fl-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, l-utenti jibbenefikaw minn provvista affidabbli u ġeografikament qrib tas-siliċju.

    (305)

    L-EUSMET affermat li l-miżuri anti-dumping ma jenħtieġx li jinżammu. Għal dawn l-utenti, is-siliċju huwa ta’ importanza sinifikanti u jammonta għal sehem kbir mill-kost tal-materja prima tagħhom. Dawn l-utenti qed jimportaw miċ-Ċina u d-dazji anti-dumping iżidu l-kost tal-produzzjoni tagħhom għal prodotti bbażati fuq is-siliċju. Barra minn hekk, huma affermaw li l-effett tal-miżuri fuq l-utenti kimiċi jkun potenzjalment aktar sinifikanti milli fl-industriji tal-aluminju.

    (306)

    Madankollu, l-informazzjoni pprovduta miż-żewġ utenti li kkooperaw illi jipproduċu prodotti kimiċi turi li dawn jimportaw ammonti sinifikanti taħt l-IPP, u b’hekk ikunu sa ċertu punt eżentati mid-dazju anti-dumping. Għalhekk, l-effett tal-miżuri fuq parti mill-importazzjonijiet minn dawn l-utenti tqies bħala limitat.

    (307)

    L-EUSMET indikat ukoll is-sitwazzjoni finanzjarja tajba tal-produtturi tal-Unjoni, speċjalment wara l-PIR.

    (308)

    Il-Kummissjoni tinnota li t-titjib apparenti tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni jikkoinċidi mat-tkabbir globali reċenti tad-domanda għas-siliċju. Tali żvilupp tas-suq fuq perjodu ta’ żmien qasir, li jseħħ fi kwalunkwe każ wara l-PIR, ma jistax jitqies bħala indikattiv tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari minħabba l-konklużjonijiet fil-premessi (211), (212) u (294). Għaldaqstant, billi l-industrija tal-Unjoni ma hijiex f’sitwazzjoni ekonomika stabbli u billi tkun soġġetta għal impatt negattiv futur tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-argument ġie rrifjutat.

    (309)

    L-EUSMET affermat li, fl-aħħar snin, id-domanda għas-siliċju żdiedet, filwaqt li l-provvista naqset, fl-UE. L-EUSMET esprimiet tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista u, b’mod partikolari, dwar l-inabbiltà tal-industrija tal-Unjoni li tforni bis-sħiħ id-domanda tal-Unjoni. Dan iwassal għal sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tal-prodott simili biex jissodisfa d-domanda, li qed tikber malajr, speċjalment wara l-PIR. L-EUSMET irrimarkat ukoll il-kompetizzjoni ħarxa fis-swieq tal-prodotti downstream tagħhom, fejn il-kostijiet ogħla tas-siliċju jpoġġu lill-EUSMET fi żvantaġġ kompetittiv meta mqabbla ma’ produtturi dinjija oħrajn.

    (310)

    Madankollu, l-investigazzjoni wriet li teżisti varjetà ta’ sorsi ta’ siliċju. L-ewwel, l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità ta’ riżerva li tista’ tiġi attivata mill-ġdid biex tissodisfa domanda futura li qed tikber. Tabilħaqq, kif muri fit-Tabella 2, anki jekk l-industrija tal-Unjoni naqqset il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom sa ċertu punt b’reazzjoni għat-tnaqqis fil-konsum tas-siliċju, kapaċità ħielsa sinifikanti (jiġifieri madwar 26 % fil-PIR) tkun għadha disponibbli fl-Unjoni jekk id-domanda terġa’ tiżdied. L-investigazzjoni wriet li l-fran li ngħalqu jistgħu jiġu attivati mill-ġdid fi żmien qasir daqs ġimagħtejn sa xahrejn, skont iż-żmien ta’ inattività.

    (311)

    Barra minn hekk, is-siliċju jista’ jinkiseb minn pajjiżi oħrajn, bħan-Norveġja, il-Malażja, il-Brażil, il-Bożnija-Ħerzegovina. Kif stabbilit fil-premessa (236), żewġ terzi tas-siliċju mixtri fl-Unjoni jiġi importat min-Norveġja, mill-Brażil, mill-Malażja u minn għadd ta’ pajjiżi oħrajn. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-miżuri fis-seħħ ma waqqfux l-importazzjonijiet tas-siliċju miċ-Ċina milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

    (312)

    Bħala konklużjoni, il-kombinazzjoni bejn sorsi oħrajn ta’ provvisti u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Unjoni jirrappreżentaw varjetà diversifikata ta’ għażliet għall-utenti tas-siliċju fl-Unjoni. Għalhekk, l-argument ma setax jiġi aċċettat.

    (313)

    L-EUSMET affermat li jenħtieġ li l-miżuri jintemmu wkoll fid-dawl tal-fatt li s-siliċju ġie kklassifikat bħala materja prima kritika (‘critical raw material’ - “CRM”) mill-Kummissjoni (59) abbażi tal-importanza ekonomika u r-riskju tal-provvista tagħha. L-EUSMET affermat li ż-żamma tal-miżuri tillimita l-ammont ta’ siliċju u l-varjetà ta’ sorsi disponibbli fis-suq.

    (314)

    Il-Kummissjoni taqbel man-natura kritika tas-siliċju fl-ekosistema industrijali fl-Unjoni. Madankollu, il-preżenza tal-importazzjonijiet bi prezz li huwa l-oġġett ta’ dumping fis-suq tipperikola b’mod sinifikanti l-industrija tal-Unjoni, u tipperikola l-affidabbiltà tal-provvista tas-siliċju fl-Unjoni fit-tul. Għal din ir-raġuni, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.

    (315)

    Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni, l-EUSMET ma qablitx mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li s-siliċju ta’ grad speċjali, meħtieġ minn xi utenti biex jipproduċu prodotti li d-domanda tagħhom se tiżdied fil-futur, huwa disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti fi swieq oħra minbarra r-RPĊ. Barra minn hekk, l-EUSMET iddikjarat li l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet tal-IPP huma relatati ma’ dan is-siliċju ta’ grad speċjali importat minn wieħed mill-membri tagħha.

    (316)

    Il-Kummissjoni nnotat li d-dazji fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ mhumiex projbittivi u jekk l-utenti jeħtieġu grad speċjali ta’ siliċju, dan jibqa’ disponibbli għall-importazzjoni taħt kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta.

    (317)

    Barra minn hekk, kif diġà ġie ċċarat fil-premessa (272), abbażi tal-volumi tal-Eurostat, il-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet tal-IPP huma relatati ma’ importazzjonijiet oħra għajr dawk mill-membru tal-EUSMET li jimporta s-siliċju ta’ grad speċjali, anki jekk wieħed jassumi li dan il-membru jixtri biss is-siliċju ta’ grad speċjali taħt l-IPP.

    (318)

    L-EUSMET issottomettiet li l-IPP huwa rilevanti biss sal-punt li l-oġġetti jiġu esportati u ma jistgħux jintużaw taħt id-diversi FTAs tal-UE, inkluż l-FTA ta’ bejn l-UE u l-Ġappun. Għalhekk, l-aċċess għall-IPP ma jnaqqasx l-iżvantaġġ kompetittiv imġarrab mill-membri tal-EUSMET.

    (319)

    Il-Kummissjoni semmiet fil-premessa (306) li ċerti volumi importati mill-membri tal-EUSMET huma taħt l-IPP biex tenfasizza biss li parti mill-importazzjonijiet tagħhom ma kinux soġġetti għad-dazji u li dawn tal-aħħar għalhekk kellhom impatt limitat waqt il-PIR. Il-Kummissjoni hija konxja li l-membri tal-EUSMET ma jistgħux jimportaw biss permezz tal-IPP u li l-importazzjonijiet residwi taħt reġim regolari magħmul mill-membri tal-EUSMET huma soġġetti għad-dazji u għandhom impatt fuq l-importaturi. Madankollu, huwa fatt li jekk kumpanija tkun f’pożizzjoni li timporta s-siliċju skont l-IPP, dan jillimita l-impatt tad-dazji għall-utenti kkonċernati, anki jekk ma jillimitax dan l-impatt għall-volum kollu importat.

    (320)

    L-EUSMET innotat li l-kapaċità żejda tal-industrija tal-UE mhijiex biżżejjed biex tforni d-domanda dejjem tikber tas-siliċju fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-EUSMET enfasizzat li minħabba l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-elettriku fl-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni mhux se jkunu f’pożizzjoni li jżidu l-użu tal-kapaċità tagħhom.

    (321)

    Il-kapaċità żejda fl-Unjoni tqieset bħala sinifikanti (medja ta’ 26 %, li tirrappreżenta madwar 10 % tal-konsum attwali tal-Unjoni). Barra minn hekk, l-importazzjonijiet tas-siliċju minn sorsi oħra, inkluża ċ-Ċina, huma disponibbli. L-EUSMET ukoll ma wrietx li ż-żieda potenzjali fil-prezzijiet tal-elettriku mhix se tkun akkumpanjata mill-prezz tal-bejgħ tas-siliċju, li jippermetti li jiżdied l-użu tal-kapaċità tal-produttur tal-Unjoni. Peress li l-elettriku huwa komponent ta’ spiża maġġuri fil-produzzjoni, x’aktarx li jkun hemm korrelazzjoni bejn dawn it-tnejn, għalhekk din l-affermazzjoni qed tiġi miċħuda.

    (322)

    L-EUSMET affermat li l-ewwel nett, il-Kummissjoni ma kkunsidratx iż-żieda fid-domanda għall-perjodu ta’ wara l-PIR. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma qisitx li d-domanda tal-grad speċjali tas-siliċju mhux prodott fl-Unjoni u li joriġina l-aktar mir-RPĊ se tiżdied. It-tieni, il-Kummissjoni allegatament ma kkunsidratx in-nuqqas ta’ siliċju eżatt wara l-PIR. It-tielet, il-Kummissjoni ma kkunsidratx iż-żieda fil-kompetizzjoni ffaċċjata mill-utenti fl-Unjoni mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) u mir-RPĊ. Ir-raba’, il-Kummissjoni ma kkunsidratx l-effetti tas-sanzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet Russi.

    (323)

    Il-Kummissjoni qieset is-sitwazzjoni wara l-PIR u, kif konkluż fil-premessa (293), sabet li kienet ta’ natura temporanja.

    (324)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni taqbel mal-EUSMET li l-utenti tal-Unjoni jeħtieġu diversità u sigurtà tal-provvista biex jiżguraw produzzjoni kontinwa. Madankollu, tali diversità u sigurtà mhux se jkunu possibbli jekk il-produtturi tal-Unjoni jfallilhom in-negozju minħabba l-importazzjonijiet dannużi tas-siliċju miċ-Ċina bi prezzijiet oġġett ta’ dumping.

    (325)

    Rigward iż-żieda fil-kompetizzjoni mir-Renju Unit, il-Kummissjoni tinnota li l-EUSMET ma pprovdietx biżżejjed informazzjoni meħtieġa biex jitkejjel l-impatt taż-żieda fil-kompetizzjoni mir-Renju Unit u għalhekk din l-affermazzjoni hija miċħuda.

    (326)

    Rigward l-effetti tas-sanzjonijiet fuq ir-Russja, il-Kummissjoni nnotat li dan ikompli jnaqqas is-sorsi potenzjali tas-siliċju fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, abbażi tad-data tal-PIR, ir-Russja rrappreżentat biss 2 % tal-importazzjonijiet totali tas-siliċju fl-Unjoni. Minħabba l-kobor tal-importazzjonijiet Russi u d-disponibbiltà ta’ sorsi oħra fil-livell globali, il-Kummissjoni qieset li l-impatt fuq l-utenti tas-siliċju mhux se jkun sostanzjali fuq perjodu twil.

    (327)

    L-EUSMET finalment enfasizzat li l-produtturi tal-metall tas-siliċju f’pajjiżi differenti tad-dinja ma jridux iżidu l-bejgħ lill-membri tal-EUSMET minħabba l-biża’ ta’ miżuri anti-dumping.

    (328)

    Din l-affermazzjoni ma kinitx sostnuta minn xi evidenza fattwali jew fatt li l-fornituri barra mill-Unjoni kienu se jirrifjutaw li jfornu l-prodott. Tabilħaqq, il-Kummissjoni osservat kontinwazzjoni fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u f’xi każijiet anki ż-żieda ta’ dawn, matul il-perjodu kkunsidrat.

    (329)

    B’mod ġenerali, l-effett pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni u l-utenti fl-industrija tal-aluminju għalhekk jegħleb l-impatt negattiv limitat tal-miżuri fis-seħħ fuq l-utenti l-oħrajn.

    8.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (330)

    Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti dwar l-importazzjonijiet tas-siliċju li joriġinaw miċ-Ċina.

    9.   MIŻURI ANTI-DUMPING

    (331)

    Abbażi tal-konklużjonijiet dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping dwar is-siliċju miċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu.

    (332)

    Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

    (333)

    Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati individwali tad-dazju anti-dumping għall-importazzjonijiet, din ma hijiex l-uniku element li għandu jiġi kkunsidrat mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jeħtieġu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

    (334)

    Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’ teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

    (335)

    Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament huma applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jiġi manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

    (336)

    Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (60). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tkun tista’ turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla tal-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (337)

    Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Parti interessata waħda biss – l-EUSMET ipprovdiet kummenti.

    (338)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni, l-EUSMET talbet li, jekk il-miżuri jiġu kkonfermati, il-miżuri jkunu limitati għal perjodu ta’ sentejn, minħabba ċ-ċirkostanzi tas-suq mibdula li jikkonċernaw kemm id-domanda kif ukoll il-provvista u d-dipendenza għolja tal-importazzjonijiet tal-Unjoni fuq gradi speċifiċi tas-siliċju.

    (339)

    Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li ma hemm xejn fid-data tal-PIR li jappoġġa tali konklużjoni. Barra minn hekk, kif diskuss fil-premessi (289) u (293), l-iżviluppi ta’ wara l-PIR jidhru li huma ta’ natura temporanja. Fi kwalunkwe każ, jekk ikun hemm ċirkostanzi speċjali li jiġġustifikaw li s-sitwazzjoni tiġi vvalutata mill-ġdid fil-futur, jistgħu jintalbu reviżjonijiet interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

    (340)

    Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (61), meta ammont ikun irid jiġi rrimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

    (341)

    Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma ta l-ebda opinjoni dwar il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tas-siliċju, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2804 69 00 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

    2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

    Kumpanija

    Dazju anti-dumping

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Datong Jinneng Industrial Silicon Co., Pingwang Industry Garden, Datong, Shanxi

    16,3  %

    A971

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    16,8  %

    A999

    3.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet mill-“kumpaniji l-oħrajn kollha” li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 ikkonsenjat mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarat bħala li joriġina mir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le (il-kodiċi TARIC 2804690010) u għall-importazzjonijiet tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 ikkonsenjat mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarat bħala li joriġina mit-Tajwan kif ukoll jekk le (il-kodiċi TARIC 2804690020).

    4.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikata minn isimha u l-funzjoni tagħha, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

    5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1077 tal-1 ta’ Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' siliċju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) u ta' rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 179, 5.7.2016, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 42/2007 tal-15 ta’ Jannar 2007 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 398/2004 fuq l-importazzjoni tas-silikon li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet tas-silikon ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea kemm jekk iddikjarat li joriġina mir-Repubblika tal-Korea jew le (ĠU L 13, 19.1.2007, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 311/2013 tat-3 ta’ April 2013 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 467/2010 fuq importazzjonijiet tas-silikon li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet tas-silikon konsenjat mit-Tajwan, kemm jekk dikjarat li jorigina fit-Tajwan kif ukoll jekk le (ĠU L 95, 5.4.2013, p. 1).

    (6)  ĠU C 331, 7.10.2020, p. 13.

    (7)  ĠU C 258, 2.7.2021, p. 8.

    (8)  Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SWD(2017) 483 final/2, 20.12.2017, disponibbli fuq: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf

    (9)  https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2535

    (10)  ĠU L 179, 5.7.2016, p. 1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2200/90 tas-27 ta’ Lulju 1990 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-metall tas-siliċju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 198, 28.7.1990, p. 57).

    (11)  ĠU L 179, 5.7.2016, p. 1.

    (12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/909 tat-30 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw mir-Russja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 208, 1.7.2020, p. 2).

    (13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1811 tal-14 ta’ Ottubru 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 366, 15.10.2021, p. 17).

    (14)  Ir-Regolament (UE) 2020/909, il-premessi 54-60 u 111-115; Ir-Regolament (UE) 2021/1811, il-premessi 58-63 u 85.

    (15)  Ir-Regolament (UE) 2020/909, il-premessi 61-64; Ir-Regolament (UE) 2021/1811, il-premessa 44.

    (16)  Ir-Regolament (UE) 2020/909, il-premessi 66-69; Ir-Regolament (UE) 2021/1811, il-premessi 46-48. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji Ċiniża, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem kien segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, mill-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tas-siliċju u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

    (17)  Ir-Regolament (UE) 2020/909, il-premessi 70-80; Ir-Regolament (UE) 2021/1811, il-premessi 49-58.

    (18)  Ir-Regolament (UE) 2020/909, il-premessi 81-86; Ir-Regolament (UE) 2021/1811, il-premessa 59.

    (19)  Ir-Regolament (UE) 2020/909, il-premessi 87-90; Ir-Regolament (UE) 2021/1811, il-premessa 60.

    (20)  Ir-Regolament (UE) 2020/909, il-premessi 91-110; Ir-Regolament (UE) 2021/1811, il-premessa 61.

    (21)  Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SWD(2017) 483 final/2, 20.12.2017, disponibbli fuq: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf

    (22)  Ara r-rapport annwali tal-2021 tax-Xiamen ITG Group, il-paġna 261 http://static.sse.com.cn/disclosure/listedinfo/announcement/c/new/2022-04-21/600755_20220421_2_cFJgASUK.pdf (ikkonsultat fit-12 ta’ Lulju 2022).

    (23)  http://www.itg.com.cn/en/company/about (ikkonsultat fit-12 ta’ Lulju 2022).

    (24)  www.ixin.com/company/472df966-2141-41bc-8209-66d37f0c2d88 (ikkonsultat fis-27 ta’ April 2022), www.shpcoic.org.cn/Site/Home/_InfoShow?Info_ID=6720&Infoitem_ID=60 (ikkonsultat fis-27 ta’ April 2022).

    (25)  www.itgholding.com.cn/en/company/organization (aċċessat fis-27 ta’ April 2022).

    (26)  www.puyuan.com (aċċessat fis-27 ta’ April 2022).

    (27)  www.itgholding.com.cn/cn/News/Detail/4244 (aċċessat fis-27 ta’ April 2022).

    (28)  www.puyuan.com/puyuan/djdt11/971216/index.html (ikkonsultat fis-27 ta’ April 2022).

    (29)  www.siliconchina.org/about/rules/index.html (ikkonsultat fis-27 ta’ April 2022).

    (30)  ibid, l-Artikolu 3.

    (31)  ibid, l-Artikolu 21.

    (32)  Ara l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp tal-Industriji Strateġiċi u Emerġenti tal-provinċja ta’ Fujian (li fiha jinsabu l-kwartieri ġenerali tal-ITG Xiamen Group): http://www.qg.gov.cn/zwgk/zcfg/sjfgwj/202112/P020211207803152129885.pdf (ikkonsultat fit-28 ta’ April 2022). Ara wkoll, pereżempju, il-Katalogu ta’ Erba’ Elementi Essenzjali għal għaxar industriji ewlenin, dokument ta’ politika maħruġ fl-2016 fil-kuntest tal-istrateġija Made in China 2025; disponibbli fuq: http://www.cm2025.org/show-14-126-1.html (ikkonsultat fit-28 ta’ April 2022).

    (33)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 10, p. 221-230.

    (34)  Opinjonijiet dwar l-approfondiment ulterjuri tar-riforma tas-sistema tal-enerġija elettrika, maħruġa fil-15 ta’ Marzu 2015 mill-Kumitat Ċentrali tas-CCP u mill-Kunsill tal-Istat (ZhongFa [2015] nru. 9 https://chinaenergyportal.org/en/opinions-of-the-cpc-central-committee-and-the-state-council-on-further-deepening-the-reform-of-the-electric-power-system-zhongfa-2015-no-9/ (ikkonsultat fit-8 ta’ April 2022).

    (35)  https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/tz/202012/t20201202_1252094.html (aċċessat fit-8 ta’ April 2022)

    (36)  B’mod partikolari: “Id-dipartimenti tal-gvern lokali għandhom, f’koordinazzjoni mal-entità ssekondata tal-Amministrazzjoni Nazzjonali għall-Enerġija, jirrapportaw lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u lill-Amministrazzjoni tal-Enerġija tal-Istat b’mod f’waqtu dwar l-iffirmar ta’ kuntratti fuq terminu medju u twil, kif ukoll dwar kwistjonijiet rilevanti, u jiżguraw ir-rabta tal-iffirmar tal-kuntratti fuq terminu medju u twil mal-enerġija spot.”

    (37)  http://www.gov.cn/zhengce/content/2021-01/06/content_5577440.htm (ikkonsultat fit-8 ta’ April 2022).

    (38)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 10.

    (39)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 12, p. 269.

    (40)  Disponibbli fuq is-sit web tal-NEA: www.nea.gov.cn/2021-05/18/c_139953498.htm (ikkonsultat fit-13 ta’ April 2022).

    (41)  In-Notifika tal-NDRC Nru 902 (2020) https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/tz/202012/t20201207_1252389.html?code=&state=123 (ikkonsultat fit-13 ta’ April 2022).

    (42)  In-Notifika 338 (2021); disponibbli fuq: www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/tz/202104/t20210429_1278643.html (ikkonsultat fit-13 ta’ April 2022).

    (43)  Ara l-artiklu fuq is-sit web ta’ Nasdaq (l-oriġinali minn Reuters Beijing Newsroom). Iċ-Ċina tagħti estensjonijiet ta’ prova ta’ sena fi 15-il minjiera tal-faħam biex tagħti spinta lill-produzzjoni. 4 ta’ Awwissu 2021; disponibbli fuq: https://www.nasdaq.com/articles/china-grants-one-year-trial-extensions-at-15-coal-mines-to-boost-output-2021-08-04 (ikkonsultat fit-13 ta’ April 2022).

    (44)  Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income

    (45)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott simili fi kwalunkwe pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp, tista’ tiġi kkunsidrata l-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott simili.

    (46)  “Ma għadhomx jintużaw jew jiġu pprattikati; antikwati, skaduti.” (Oxford English Dictionary).

    (47)  https://www.dosm.gov.my/v1/index.php (ikkonsultat fis-26 ta’ April 2022).

    (48)  https://bit.ly/3vJD5On (ikkonsultat fis-26 ta’ April 2022).

    (49)  https://www.tnb.com.my/commercial-industrial/pricing-tariffs1 (ikkonsultat fis-26 ta’ April 2022).

    (50)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

    (51)  https://www.dosm.gov.my/v1/index.php

    (52)  https://www.tnb.com.my/commercial-industrial/pricing-tariffs1

    (53)  http://www.pmbtechnology.com/investors-relation

    (54)  Issejvjat bħala l-fajl t22.003563, il-fajls TRON minn 171 sa 176.

    (55)  ĠU L 179, 5.7.2016, p. 1, il-premessa (66).

    (56)  ĠU L 179, 5.7.2016, p. 1, il-premessa (218).

    (57)  Il-meded li ngħataw għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità

    (58)  L-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti għandhom ukoll fis-seħħ miżuri anti-dumping jew antisussidji kontra l-importazzjonijiet tas-siliċju miċ-Ċina.

    (59)  Ara t-tieni lista tas-CRM (COM (2014) 297 final tas-26 ta’ Mejju 2014), it-tielet lista (COM (2017) 490 final), kif ukoll l-aħħar lista (COM (2020) 474 final) li ġiet ippubblikata f’Settembru 2020.

    (60)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju

    (61)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


    Top