This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1309
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/1309 of 26 July 2022 amending and correcting Implementing Regulation (EU) 2018/2019 as regards certain plants for planting of Malus domestica originating in Ukraine and in Serbia
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1309 tas-26 ta’ Lulju 2022 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 rigward ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Ukrajna u mis-Serbja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1309 tas-26 ta’ Lulju 2022 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 rigward ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Ukrajna u mis-Serbja
C/2022/5142
ĠU L 198, 27.7.2022, p. 4–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1309
tas-26 ta’ Lulju 2022
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 rigward ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Ukrajna u mis-Serbja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4), l-ewwel subparagrafu tiegħu,
Billi:
(1) |
Abbażi ta’ valutazzjoni preliminari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 (3) jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 42(4) tar-Regolament (UE) 2016/2031 għal dawk il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli. |
(3) |
Wara valutazzjoni preliminari, fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 iddaħħlu 34 ġeneru u speċi waħda ta’ pjanti għat-tħawwil li joriġinaw mill-pajjiżi terzi, bħala pjanti ta’ riskju għoli. Dak l-Anness jinkludi l-ġeneru Malus Mill. |
(4) |
Fit-18 ta’ Ottubru 2019, l-Ukrajna ressqet talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ salvaġġ ta’ bejn sena u tliet snin u pjanti mlaqqmin għat-tħawwil tal-Malus domestica li huma inattivi u bl-għeruq mikxufin. Dik it-talba kienet sostnuta mid-dossier tekniku rilevanti. |
(5) |
Fit-30 ta’ Settembru 2021, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ komodità tal-pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica mill-Ukrajna (4). L-Awtorità identifikat il-Lopholeucaspis japonica, l-Eotetranychus prunicola, il-virus tar-ringspot tat-tabakk u l-Erwinia amylovora bħala pesti rilevanti għal dawk il-pjanti għat-tħawwil. |
(6) |
L-Awtorità evalwat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju deskritti fid-dossier għal-Lopholeucaspis japonica, l-Eotetranychus prunicola u l-virus tar-ringspot tat-tabakk u stmat il-probabbiltà tal-ħelsien tal-komodità minn dawk il-pesti. Fir-rigward tal-Erwinia amylovora, l-Awtorità evalwat jekk ir-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni u l-moviment fiż-żoni protetti speċifikati, elenkati fil-punt 9 tal-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (5), tal-pjanti Malus Mill., għajr il-frott u ż-żrieragħ, humiex issodisfati. |
(7) |
Abbażi tal-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, ir-riskju fitosanitarju mill-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ salvaġġ inattiv ta’ mhux aktar minn tliet snin, bl-għeruq mikxufin u ta’ pjanti mlaqqmin għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Ukrajna jitqies aċċettabbli, sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-importazzjoni speċjali rispettivi stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u mar-rekwiżiti speċjali għaż-żoni protetti stabbiliti fil-punt 9 tal-Anness X tiegħu. |
(8) |
Il-Lopholeucapsis japonica u l-virus tar-ringspot tat-tabakk huma elenkati bħala pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. L-Erwinia amylovora hija elenkata bħala pest ta’ kwarantina f’żona protetta u bħala pest irregolat mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness III u fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 rispettivament, u fil-punt 9 tal-Anness X ta’ dak ir-Regolament huma stabbiliti rekwiżiti speċjali għall-prevenzjoni tad-dħul u t-tixrid tal-pest fiż-żoni protetti speċifikati. |
(9) |
L-Eotetranychus prunicola għadha mhijiex inkluża fil-lista tal-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni. Madankollu, abbażi tal-evidenza pprovduta mill-Istati Membri, l-impatt ta’ dak il-pest fuq il-pjanti ospitanti tiegħu fl-Unjoni mhuwiex sinifikanti. Għaldaqstant, ma huma meħtieġa l-ebda rekwiżiti tal-importazzjoni fir-rigward ta’ dak il-pest. |
(10) |
Għalhekk, jixraq li s-salvaġġ inattiv ta’ mhux aktar minn tliet snin, bl-għeruq mikxufin, u l-pjanti mlaqqmin għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Ukrajna ma jibqgħux jitqiesu bħala pjanti ta’ riskju għoli. |
(11) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1361 (6) emenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 billi jispeċifika li huwa pprojbit li tiġi introdotta fl-Unjoni l-Malus Mill., għajr il-pjanti ta’ sena sa sentejn, bl-għeruq mikxufin, inattivi u mlaqqmin għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mis-Serbja. Madankollu, permezz ta’ ommissjoni, dak ir-Regolament ma jispeċifikax li dawk il-pjanti għat-tħawwil jenħtieġ li jkunu mingħajr weraq, f’konformità mal-opinjoni xjentifika rilevanti tal-EFSA (7). Għalhekk, jenħtieġ li dik l-ommissjoni tiġi kkoreġuta. |
(12) |
Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 jenħtieġ li jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq. |
(13) |
Jenħtieġ li sabiex ikun hemm konformità mal-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji (8), l-importazzjoni ta’ salvaġġ inattiv ta’ mhux aktar minn tliet snin, bl-għeruq mikxufin, u ta’ pjanti mlaqqmin għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Ukrajna tissokta fl-iqsar żmien possibbli. |
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat u kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward il-proċedura li trid tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju ta’ pjanti b’riskju għoli, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fit-tifsira tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 7).
(4) Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2021. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Malus domestica plants from Ukraine. EFSA Journal 2021;19(11):6909, 58 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6909.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1361 tat-30 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 rigward ċerti pjanti tal-Malus domestica għat-tħawwil li joriġinaw mis-Serbja, u ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Acer japonicum Thunberg, tal-Acer palmatum Thunberg u tal-Acer shirasawanum Koidzumi, li joriġinaw minn New Zealand (ĠU L 317, 1.10.2020, p. 1).
(7) Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2020. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Malus domestica plants from Serbia. EFSA Journal 2020;18(5):6109, 53 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6109.
(8) Ftehim dwar l-Applikazzjoni tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (Ftehim SPS) (adottat fil-15 ta’ April 1994, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995; volum 1867 tal-UNTS, p. 493); L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, https://www.wto.org/english/tratop_e/sps_e/spsagr_e.htm.
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, fit-tabella fil-punt 1, fit-tieni kolonna “Deskrizzjoni”, l-entrata “ Malus Mill., għajr pjanti għat-tħawwil ta’ bejn sena u sentejn, bl-għeruq mikxufin, inattivi, imlaqqmin tal-Malus domestica li joriġinaw mis-Serbja” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“ Malus Mill., għajr:
|