This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1218
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/1218 of 14 July 2022 amending certain Annexes to Implementing Regulation (EU) 2021/620 as regards the approval of the disease-free status of certain Member States or zones thereof as regards certain listed diseases and the approval of eradication programmes for certain listed diseases (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1218 tal-14 ta’ Lulju 2022 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew żoni tagħhom, rigward ċertu mard elenkat u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1218 tal-14 ta’ Lulju 2022 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew żoni tagħhom, rigward ċertu mard elenkat u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/4879
ĠU L 188, 15.7.2022, p. 65–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/65 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1218
tal-14 ta’ Lulju 2022
li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew żoni tagħhom, rigward ċertu mard elenkat u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31(3) u 36(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-mard għal kull marda elenkata f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu u jistabbilixxi kif iridu jiġu applikati dawk ir-regoli għall-kategoriji differenti tal-mard elenkat. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) tiegħu, u programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(c) tiegħu, u l-approvazzjoni ta’ dawn il-programmi mill-Kummissjoni. Dak ir-Regolament jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tapprova jew tirtira l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stati Membri jew żoni jew kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) u (c) tiegħu. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istatus ta’ ħelisen mill-mard għall-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, u jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi għall-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (3) jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-mard tal-annimali elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew żoni jew kompartimenti tagħhom, u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat. B’mod partikolari, jelenka fl-Annessi tiegħu, l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom li għandhom l-istatus ta’ ħelsien mill-mard u jelenka wkoll il-programmi ta’ eradikazzjoni eżistenti approvati. Is-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tinbidel ta’ ċertu mard tagħmilha neċessarja li jiġu elenkati Stati Membri jew żoni tagħhom ġodda ħielsa mill-mard u li jiġu approvati ċerti programmi ta’ eradikazzjoni mressqa lill-Kummissjoni. |
(4) |
Għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, għall-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (Mycobacterium bovis, M. caprae u M. tuberculosis) (MTBC), għall-infezzjoni bil-lewkożi enzootika bovina (EBL), għall-infezzjoni bid-dijarea virali bovina (BVD), u għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (BTV), dan l-aħħar bosta Stati Membri applikaw lill-Kummissjoni biex ikollhom l-istatus ta’ ħelsien mill-mard jew programmi ta’ eradikazzjoni approvati għal parti mit-territorju tagħhom jew għat-territorju kollu. |
(5) |
Għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini, l-Italja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Provinċja ta’ Vibo Valentia fir-Reġjun tal-Calabria u fil-Provinċja ta’ Teramo fir-Reġjun tal-Abruzzo. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati bħala żoni ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini fil-Parti I, il-Kapitolu 1, tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. |
(6) |
Għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini, l-Italja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Provinċja ta’ Lecce fil-Provinċja tal-Puglia. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati bħala żoni ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini fil-Parti I, il-Kapitolu 2, tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. |
(7) |
Għall-infezzjoni bl-MTBC, l-Italja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bl-MTBC stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Provinċji tal-Aquila, Chieti u Teramo fir-Reġjun tal-Abruzzo, fil-Provinċja ta’ Latina fir-Reġjun tal-Lazio, fil-Provinċji ta’ Bari u ta’ Taranto fir-Reġjun tal-Puglia u fil-Provinċja ta’ Nuoro fir-Reġjun ta’ Sardinja. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati bħala ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. |
(8) |
Għall-infezzjoni bl-EBL, il-Kroazja ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni biex ikollha programm ta’ eradikazzjoni approvat għat-territorju tagħha. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Kapitolu 2 tal-Parti II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-EBL. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-Istat Membru jiġi elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandu programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-EBL. |
(9) |
Għall-infezzjoni bil-BVD, id-Danimarka u l-Ġermanja ressqu informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-BVD stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fit-territorju kollu tad-Danimarka u fil-Landkreis Ravensburg, Erding, Weilheim-Schongau, Oberallgäu u Fulda fil-Ġermanja, rispettivament. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-Istat Membru u dawk iż-żoni jiġu elenkati skont dan fil-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, bl-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD. |
(10) |
Għall-infezzjoni bil-BVD, l-Irlanda ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni biex ikollha programm ta’ eradikazzjoni approvat għat-territorju tagħha. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-BVD. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-Istat Membru jiġi elenkat skont dan fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandu programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-BVD. |
(11) |
Fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, il-Ġermanja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-BTV huma ssodisfati għat-territorju kollu ta’ Baden-Württemberg, Hessen u Nordrhein-Westfalen. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawk l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 2, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BTV. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-BTV. |
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I, II, IV, VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġu emendati skont dan. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II, IV, VII, u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78).
ANNESS
L-Annessi I, II, IV, VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Anness IV, il-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej: “PARTI II L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-EBL
|
(4) |
fl-Annessi VII, il-Partijiet I u II huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: “PARTI I L-Istati Membri jew żoni tagħhom li għandhom status ta’ ħelsien mill-BVD
PARTI II L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-BVD
|
(5) |
fl-Anness VIII, fil-Parti 1, l-entrata għall-Ġermanja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
((*)) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.”
((*)) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq”