Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0695

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/695 tat-2 ta’ Mejju 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formula komuni għall-kalkolu tal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi tat-trasport

    C/2022/2743

    ĠU L 129, 3.5.2022, p. 33–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/695/oj

    3.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 129/33


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/695

    tat-2 ta’ Mejju 2022

    li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formula komuni għall-kalkolu tal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi tat-trasport

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/22/KE tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u d-Direttiva 2002/15/KE dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-infurzar effettiv u kosteffiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq huwa ta’ importanza kbira għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u tal-protezzjoni soċjali u għall-iżgurar ta’ kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi tat-trasport bit-triq.

    (2)

    Is-sistemi nazzjonali ta’ klassifikazzjoni tar-riskju introdotti mill-Istati Membri biex jimmiraw aħjar il-kontrolli tal-impriżi bi klassifikazzjoni ta’ riskju għoli huma bbażati fuq metodi ta’ kalkolu nazzjonali differenti. Dan ixekkel il-komparabbiltà u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-punteġġi tar-riskju fil-kuntest tal-infurzar transfruntier.

    (3)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/22/KE jirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, formula komuni għall-kalkolu tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ impriża.

    (4)

    Meta tistabbilixxi din il-formula, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-ksur kollu li jista’ jaffettwa l-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi, li jinkludi ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u l-ksur speċifikat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

    (5)

    Il-formula komuni jenħtieġ li tqis l-għadd, is-serjetà u l-frekwenza tal-okkorrenza ta’ ksur, ir-riżultati tal-kontrolli meta ma jkun instab ebda ksur kif ukoll jekk impriża tat-trasport bit-triq kinitx qed tagħmel użu mit-takografu intelliġenti, skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, fil-vetturi kollha tagħha.

    (6)

    Il-formula komuni għall-kalkolu tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ impriża jenħtieġ li tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-armonizzazzjoni tal-prattiki ta’ infurzar fl-Unjoni kollha, billi tiżgura li s-sewwieqa u l-impriżi tat-trasport kollha jiġu ttrattati b’mod ugwali fir-rigward tal-kontrolli u s-sanzjonijiet skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni.

    (7)

    Meta l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali, dawn jenħtieġ li jitwettqu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u, fejn applikabbli, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-formula komuni għall-kalkolu tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ impriża tat-trasport u r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tagħha huma stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 91, 29.3.2019, p. 45.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

    (4)  Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

    (5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51)..

    (6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

    (7)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).


    ANNESS

    FORMULA KOMUNI GĦALL-KALKOLU TAL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-IMPRIŻI TAT-TRASPORT U R-REKWIŻITI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAGĦHA

    (1)

    Il-klassifikazzjoni tar-riskju globali ta’ impriża tat-trasport għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-formula komuni li ġejja:

    Image 1

    Fejn:

    R

    il-klassifikazzjoni tar-riskju globali tal-impriża

    n

    l-għadd ta’ ksur ta’ tip partikolari għal kull kontroll individwali (it-tipi kollha ta’ kontrolli).

    i

    kontroll individwali

    v

    punteġġ ponderat skont it-tip/is-serjetà tal-ksur (MI/SI/VSI/MSI)

    MSI

    l-iktar ksur serju

    VSI

    ksur serju ħafna

    SI

    ksur serju

    MI

    ksur minuri

    N

    l-għadd ta’ vetturi kkontrollati waqt kontroll individwali

    r

    l-għadd totali ta’ kontrolli fuq l-impriża

    g

    ponderazzjoni għall-użu tat-takografu intelliġenti skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014

    (2)

    Il-prinċipji u l-elementi li ġejjin għandhom jintużaw meta tiġi applikata l-formula komuni:

    (3)

    Il-perjodu ta’ żmien li matulu ksur jingħadd fil-formula, għandu jkun ta’ sentejn.

    (4)

    L-operaturi tat-trasport għandhom jiġu kklassifikati fil-meded ta’ riskju li ġejjin abbażi tal-punteġġ tagħhom:

    operaturi li fuqhom ma sar l-ebda kontroll (medda griża)

    0-100 punt: operaturi b’riskju baxx (medda ħadra)

    101-200 punt: operaturi b’riskju medju (medda ambra)

    201 punt jew iktar: operaturi b’riskju għoli (medda ħamra)

    (5)

    Il-punteġġ ponderat ta’ kontroll individwali (“i”) għandu jiġi kkalkulat billi jiġu applikati l-fatturi ta’ ponderazzjoni li ġejjin (“v”) skont it-tip ta’ ksur:

     

    MI = 1

     

    SI = 10

     

    VSI = 30

     

    MSI = 90

    (6)

    Il-klassifikazzjoni tar-riskju finali ta’ impriża għandha tqis l-għadd totali ta’ kontrolli mwettqa (“r”), kemm mal-ġenb tat-triq kif ukoll fuq il-post tagħha, inklużi dawk il-kontrolli fejn ma ġie identifikat l-ebda ksur.

    (7)

    Il-kontrolli fejn ma jinstab l-ebda ksur għandhom jiġu rreġistrati b’punteġġ ta’ żero.

    (8)

    Il-punteġġ ponderat ta’ kontroll individwali għandu jqis il-vetturi kollha kkontrollati (“N”).

    (9)

    Id-data tal-ksur li titqies fil-formula komuni titqies bħala d-data li fiha l-ksur ikun sar definittiv, jiġifieri ma jkunx aktar soġġett għal rieżami. Fil-formula, il-ksur għandu jingħadd darba biss.

    (10)

    Jekk kontroll fuq il-post ta’ impriża tat-trasport jistabbilixxi li l-flotta kollha tagħha hija mgħammra bit-takografu intelliġenti skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, il-punteġġ finali tagħha għandu jiġi mmultiplikat b’fattur ta’ 0,9 (“g”).


    Top